52007PC0487(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija /* KUMM/2007/0487 finali - AVC 2007/0180 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell 4.9.2007

COM(2007) 487 finali

2007/0180 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(ippreżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ta’ l-UE fl-UE, għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda ta' l-UE fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju mar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, permezz ta’ Protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprovdi għal proċedura simplifikata, li permezz tagħha l-protokoll għandu jkun konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament għan-nom ta’ l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat. Din il-proċedura hija bla ħsara għall-kompetenzi tal-Komunità nnifisha.

Fit-23 ta’ Ottubru 2006 il-Kunsill approva mandat għall-Kummissjoni biex tinnegozja tali Protokoll ma’ l-Eġittu fid-dawl ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007. Dawn in-negozjati minn dak iż-żmien intemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

Il-proposti mehmużin huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll negozjat ma' l-Eġittu jinsab mehmuż. Id-dispożizzjonijiet l-iktar importanti tal-Protokoll jikkonċernaw l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali ġodda ta' l-UE kif ukoll Anness dwar Protokoll I rigward l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Eġittu.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex japprova l-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Parlament Ewropew ser jiġi msejjaħ biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra l-att anness mat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma’ l-Eġittu, għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-UE ta' l-Istati Membri l-ġodda,

(2) Dawn in-negozjati minn dak iż-żmien intemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3) L-Artikolu 9(2) tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Eġittu jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4) Suġġett għall-possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-Protokoll għandu jigi ffirmat għan-nom tal-Komunità u applikat b’mod proviżorju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw, għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Protokoll huwa applikat b'mod proviżorju mill-ewwel ta' Jannar 2007, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu għal data ulterjuri.

Magħmul fi Brussel

Għall-Kunsill

Il-President

2007/ 0180 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-att anness mat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil-[...].

(2) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, huwa approvat għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fid-dawl ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. It-test tal-Protokoll jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta’ l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija IR-RENJU TAL-BELĠJU,IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,IR-REPUBBLIKA ĊEKA,IR-RENJU TAD-DANIMARKA,IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,IR-RENJU TA' SPANJA,IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,L-IRLANDA,IR-REPUBBLIKA TALJANA,IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,IR-RENJU TA' L-OLANDA,IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,IR-RUMANIJA,IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,minn hawn 'il quddiem msejħa “Stati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

fuq naħa

u R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA' L-EĠITTU

minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-‘Eġittu’

min-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2004.

BILLI t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u l-Att ta' dan kien iffirmat fil-Lussemburgu f'April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Partijiet Kontraenti l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;

BILLI saru konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u ta’ l-Eġittu;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsiru Partijiet Kontraenti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li ġie ffirmat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Komuni, Dikjarazzjonijiet u Skambji ta' Ittri.

KAPITOLU 1

EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2 (prodotti agrikoli)

Protokoll 1 għandu jkun emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan il-Protokoll

Artikolu 3 (Regoli ta’ Oriġini)

Il-Protokoll 4 għandu jkun emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 3(1) u 4(1), ir-referenza għall-Istati Membri l-ġodda tħassret.

2. L-Anness IVa huwa mibdul b'dan li ġej:

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že, kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n… (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2).

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra… (2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac ojiectul acestui document (autorizaţia vamalâ nr. …(1)) declará cá, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţialā …(2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

Verżjoni bl-Għarbi

[pic]

3. L-Anness IVb għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že, kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra…(2) preferencinès kilmés prekés.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac ojiectul acestui document (autorizaţia vamalâ nr. …(1)) declará cá, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţialā …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Għarbi

[pic]

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

KAPITOLU 2

DISPOżIZZJONIJIET TRANżIZZJONALI

Artikolu 4 (Provi ta' l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

1. Il-provi ta’ oriġini maħruġa kif suppost mill-Eġittu jew minn Stat Membru ġdid skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Protokoll, sakemm:

(a) l-akkwist ta’ tali oriġini jagħti trattament ta’ tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE-Eġittu jew fis-Sistema Komunitarja ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

(b) il-prova ta' l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data ta' l-adeżjoni;

(c) il-prova ta' l-oriġini tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni.

Meta prodotti ġew dikjarati għall-importazzjoni fl-Eġittu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn l-Eġittu u dak l-Istat Membru ġdid f'kull żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skond dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista’ wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba' xhur mid-data ta’ adeżjoni.

2. L-Eġittu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas ta’ ftehimiet preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

(a) tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn l-Eġittu u l-Komunità; kif ukoll

(b) l-esportatur approvat japplika r-regoli ta' l-oriġini fis-seħħ f’dak il-ftehim

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

3. It-talbiet ta' verifika sussegwenti tal-provi ta' oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet preferenzjali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' hawn fuq jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Eġittu jew ta' l-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta' oriġini in kwistjoni.

Artikolu 5 (Prodotti fi tranżitu)

1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu japplikaw għal prodotti esportati mill-Eġittu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn l-Eġittu, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll [4] u li fid-data ta’ l-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f’maħżen fid-dwana jew f’żona ħielsa fl-Eġittu jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

2. Trattament preferenzjali jista’ jingħata f’każijiet bħal dawn, suġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni, tal-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu timpenja ruħha li la tagħmel xi pretensjoni, talba jew referenza u lanqas tibdel jew tirtira xi konċessjoni skond GATT 1994 l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Anness għal dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għan-nom ta’ l-Istati Membri, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu skond il-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2. Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.

3. Minkejja dan t’hawn fuq, iż-żieda fil-volum tal-kwota tat-tariffa għal-larinġ li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Anness għal dan il-Protokoll għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2007.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 11

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta' l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla bil-Bulgaru u r-Rumen u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi.

GĦALL-ISTATI MEMBRI...

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA...

GĦAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA' L-EĠITTU

Anness

Modifiki għall-PROTOKOLL 1

rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Eġittu

1. Il-konċessjonijiet imsemmija f’dan l-Anness ser jieħdu post, għall-prodotti tas-sub-intestatura 0805 10 u l-intestatura 1006, il-konċessjonijiet applikati bħalissa fil-qafas ta’ l-Artikoli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (Protokoll 1). Għall-prodotti kollha mhux imsemmija f’dan l-Anness il-konċessjonijiet applikati bħalissa ma jinbidlux.

Kodiċi CN (*) | Deskrizzjoni(**) | a | b | c | d |

Tnaqqis fid-dazju tal-MFN(1) % jew dazju speċifiku | Kwota tat-tariffa (piż nett f’tunnellati) | Tnaqqis fid-dazju lilhinn mill-kwotat tat-tariffa(1) % | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

0805 10 | Larinġ, frisk jew imnixxef | 100 | 70 320(2) | 60 | Suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi fil-protokoll 1 paragrafu 5 |

1006 | Ross | 25 | 32 000 | - |

100 | 5 605 | - |

1006 20 | Ross (ismar) imnaddaf | 11 €/t | 57 600 | - |

1006 30 | Ross mitħun jew nofsu mitħun | 33 €/t | 19 600 | - |

1006 40 00 | Ross miksur | 13 €/t | 5 000 | - |

(*) Kodiċi CN li jaqblu mar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, tal-31 ta’ Ottubru 2006).

(**) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li għandha mhux iktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi CN. Fejn huma indikati l-kodiċi CN "ex", l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi CN u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(1) Tnaqqis fid-dazju japplika biss għal dazji ad valorem Madankollu għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi 0703 20 00, 0709 90 39, 0709 90 60, 0711 20 90, 0712 90 19, 0714 20 90, 1006, 1212 91, 1212 99 20, 1703 u 2302, il-konċessjoni mogħtija għandha tapplika wkoll għal dazji speċifiċi.

(2) Kwota tat-tariffa applikabbli mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Minn dan il-volum 36 200 tunnellata għal-larinġ ħelu, frisk, li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 0805 10 20, matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju.

2. Il-kwantitajiet imsemmija fil-Paragrafu 5 tal-Protokoll 1 (34 000 tunnellata) għandhom jinbidlu bil-kwantitajiet ta' 36 300 tunnellata.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

DATA: 28-06-2007 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 10 – Dazji agrikoli Kapitolu 12 – Dazji doganali | APPROPRJAZZJONIJIET: |

2. | TITOLU: Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għrbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, fid-dawl ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat |

4. | GĦANIJIET: Il-konċessjonijiet imsemmija f’dan l-Anness ser jieħdu post, għall-prodotti tas-sub-intestatura 0805 10 u l-intestatura 1006, il-konċessjonijiet applikati bħalissa fil-qafas ta’ l-Artikoli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (Protokoll 1). Għall-prodotti kollha mhux imsemmija f’dan l-Anness il-konċessjonijiet applikati bħalissa ma jinbidlux |

5. | IMPATTI FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (f’miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI [n] (f’miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA SEGWENTI [n+1] (f’miljuni ta’ EUR) |

5.0 | NEFQA - MILL-BAĠIT TAL-KE (ĦLAS LURA/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | 6.5 |

[n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

5.0.1 | NEFQA STMATA |

5.1.1 | DĦUL STMAT |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A |

6.1 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE |

6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET SE JKOLLHOM JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? | LE |

KUMMENTI: |