52007PC0481

Proposta għal regolament tal-Kunsill le jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* KUMM/2007/0481 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.8.2007

KUMM(2007) 481 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

le jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Kuntest tal-proposta |

Raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku') għal importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |

Il-Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Mhux applikabbli. |

Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati u stima ta’ l-impatt |

Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

Il-partijiet interessati fil-proċediment diġà kellhom il-possibiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

Valutazzjoni ta' l-Impatt Din il-proposta hi r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali ta’ l-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

Elementi legali tal-proposta |

Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Fit-28.12.2006 inbdiet investigazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta' miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill ta' hawn fuq hija bbażata fuq is-sejbiet ta' l-investigazzjoni mill-ġdid jekk seħħx l-assorbiment tal-miżuri anti-dumping ta' hawn fuq. B'riżultat ta' dan ġew ikkalkulati marġini ġodda ta' anti-dumping u dazju ġdid. Huwa għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża mar-Regolament tal-Kunsill, li għandha tiġi ppubblikata l-aktar tard fis-27 ta' Ottubru 2007 fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |

Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta tħares il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

Mhijiex meħtieġa indikazzjoni ta' kif jiġi minimizzat u jsir proporzjonali ma' l-għan tal-proposta, il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. |

Għażla ta' strumenti |

Strumenti proposti: Regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix alternattivi oħra. |

Implikazzjoni baġitarja |

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

le jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku'), u b' mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri oriġinali

(1) F'Settembru 2005, wara investigazzjoni anti-dumping ('l-investigazzjoni oriġinali') il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1487/2005[2], impona dazji definittivi anti-dumping ('il-miżuri oriġinali') fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti b’ħajt tal-poliester lesti (FPFAF) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('iċ-Ċina'). Ir-rati ta' dazju applikabbali għall-FPFAF Ċiniżi varjaw minn 14.1 % għal 56.2 %.

2. Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment

(2) Fit-13 ta’ Novembru 2006, tressqet talba għal investigazzjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ippreżentata minn AIUFFASS (l-applikant), f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-akbar proporzjon, f'dan il-każ aktar minn 30 %, tat-total ta' produzzjoni tal-Komunità ta' l-FPFAF.

(3) L-applikant issottometta biżżejjed informazzjoni li turi li wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping oriġinali fuq l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina l-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu u li ma hemmx biżżejjed ċaqliq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti mill-Komunità. Allegatament, dan irriżulta f'żieda ta' dumping li tellef l-effetti ta' rimedju intenzjonati tal-miżuri fis-seħħ. L-applikant ipprovda evidenza wkoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina komplew deħlin bi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Komunità.

3. Investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment

(4) Fit-28 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ('NOI')[3] il-bidu ta' investigazzjoni mill-ġdid, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina.

(5) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi/esportaturi magħrufa bħala kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, importaturi u utenti tal-bidu ta' l-investigazzjoni mill-ġdid. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ l-inizjazzjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati.

(6) Fid-dawl tal-għadd għoli ta' produtturi esportaturi u importaturi konċernati matul l-investigazzjoni oriġinali, it-teħid ta' kampjuni kien previst fl-NOI skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi ntalbu jiddikjaraw ruħhom mal-Kummissjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika.

(7) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsux u jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fil-Komunità. Iż-żjarat ta' verifika twettqu fil-postijiet tal-produtturi/esportaturi li kooperaw fiċ-Ċina u l-kumpaniji relatati tagħhom fejn meħtieġ.

- Nantong Teijin Co. Ltd u l-importatur relatat tagħha NI-Teijin Shoji Europe GmbH

- Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co. Ltd

- Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co. Ltd

- Hangzhou Delicacy Textile Co. Ltd

- Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co. Ltd

- Wujiang Xiangsheng Textile dyeing & Finishing Co. Ltd u l-kumpanija relatata tagħha

- Wujiang Longsheng Textile Co. Ltd

(8) Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal din l-investigazzjoni mill-ġdid ('PI ġdid') dam mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006. Il-PI il-ġdid ġie użat biex jiddetermina l-livell kurrenti tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet mibgħuta lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità. Filwaqt li jistabbilixxi jekk il-prezzijiet fil-Komunità kienux iċċaqalqu biżżejjed, il-livelli tal-prezzijiet iċċarġjati matul il-PI il-ġdid ġew imqabbla ma' dawk iċċarġjati matul il-perjodu oriġinali ta' l-investigazzjoni (PI oriġinali) li kien kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2003 sat-30 ta' Marzu 2004.

(9) Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni kellha tippermetti biżżejjed żmien lill-partijiet biex jidentifikaw ruħhom u biex jagħżlu kampjun ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali varji l-partijiet li kkooperaw talbu wkoll estensjonijiet biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom. Dawn l-estensjonijiet ingħataw meta kienu ġġustifikati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-investigazzjoni mill-ġdid qabżet bi ftit il-perjodu normali ta' sitt xhur provdut għaliha fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament bażiku

B. PRODOTT GĦAL KONSIDERAZZJONI

(10) Il-prodott li għalih l-investigazzjoni mill-ġdid inbdiet huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri tessuti b’ħajt tal-poliester lesti ('FPFAF'), normalment klassifikati fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90 u ex 5407 69 10 u ex 5407 69 90 Il-prodott konċernat huwa drappijiet minsuġin bi ħjut ta' filament sintetiku li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ ħajt ta’ poliester tessili u/jew ta’ ħajt ta’ poliester mhux tessili, miżbugħa (inklużi b’żebgħa bajda) jew stampati li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-prodott konċernat huwa użat l-aktar fl-industrija tat-tessuti.

C. L-INVESTIGAZZJONI MILL-ĠDID

(11) B'mod ġenerali, investigazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku għandha l-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-Komunità għall-FPFAF li joriġina fiċ-Ċina wara l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping oriġinali. Bħala tieni pass, fejn ġie konkluż li l-assorbiment seħħ, il-limitu tal-marġini tad-dumping għandu jiġi kkalkulat. L-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku jipprevedi opportunità għall-importaturi/utenti u esportaturi biex jissottomettu evidenza li tista' tiġġustifika nuqqas fil-moviment fil-prezzijiet fil-Komunità li jsegwu l-impożizzjoni tal-miżuri għal raġunijiet barra l-assorbiment tad-dazju anti-dumping.

1. It-teħid tal-kampjuni

(12) Kif imsemmi fil-premessa (5) hawn fuq il-Kummissjoni talbet lill-prodotturi esportaturi kollha u lill-importaturi li jidentifikaw ruħhom u li jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom matul il-PI. Dawn il-partijiet ġew mitluba wkoll li jindikaw jekk riedux jiġu inklużi fil-kampjun.

(a) Esportaturi/Produtturi

(13) Sitta u għoxrin esportatur/produttur qablu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba u li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd kbir ta' esportaturi/produtturi, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni kien meħtieġ biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm assorbiment mill-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina. Filwaqt li ngħatat preferenza lill-kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjuni ta' l-investigazzjoni oriġinali, kien hemm disponibbiltà ta' għażla li tkopri l-akbar rappreżentanza tal-volum ta' l-esportazzjonijiet li setgħu ġew investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet Ċiniżi ġew konsultati dwar il-kampjuni u ma urew l-ebda oġġezzjoni.

(14) Disa' kumpaniji ġew magħżula fil-bidu biex jiġu inklużi fil-kampjun. Kumpanija waħda ngħatat trattament individwali (IT) filwaqt li tmienja oħra ngħataw status ta' ekonomija tas-suq (MES) waqt l-investigazzjoni oriġinali. Qabel ma saru ż-żjarat ta' verifika fiċ-Ċina, żewġ kumpaniji (dik li kellha l-IT u waħda b'MES) iddeċidew li jirtiraw mill-kampjun. Dawn iż-żewġ kumpaniji ġew ikkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid attwali. B'riżultat ta' dan, baqa' 24 kumpanija li kkooperaw u kampjun ta' 7 esportaturi/produtturi b'MES. F'dak l-istadju l-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm esportaturi/produtturi b'IT li kooperaw fl-investigazzjoni.

(15) Is-seba' kumpaniji li baqgħu inklużi fil-kampjun kollha kellhom MES u jirrappreżentaw madwar 78 % ta' l-esportazzjonijiet lill-UE magħmula mill-kumpaniji kollha li kkooperaw u 23.9 % ta' l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta' l-FPFAF lis-suq tal-Komunità. F'dak l-istadju ta' l-investigazzjoni l-ġdida, ġie konkluż li dawk il-kumpaniji kkostitwixxew l-akbar volum li seta' jiġi b'mod raġonevoli investigat mill-ġdid fiż-żmien disponibbli. Dawn is-7 kumpaniji ġew għalhekk meqjusa li huma rappreżentattivi għall-iskopijiet tat-teħid tal-kampjuni fl-investigazzjoni mill-ġdid.

(b) Importaturi

(16) Ebda importatur mhux relatat ma ssottometta l-informazzjoni mitluba fi ħdan il-limitu ta' żmien definit fl-NOI.

2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(17) L-24 esportaturi/produtturi li kkooperaw u li qablu li jiġu inklużi fil-kampjun irrappreżentaw madwar 30 % ta' l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta' l-FPFAF lejn il-Komunità. Kif imsemmi fil-premessa (13) hawn fuq, 2 produtturi addizzjonali rtiraw mill-kooperazzjoni. B'riżultat ta' dan, in-non-kooperazzjoni finalment ammontat għal madwar 70 % ta' l-esportazzjoni totali ta' l-FPFAF lejn is-suq tal-Komunità.

(18) Fuq dik il-bażi, ġie kkunsidrat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni f'dan il-każ kien għoli.

3. Moviment tal-prezzijiet fil-Komunità.

3.1. Ġenerali

(19) Qed jiġi mfakkar li ebda importatur/utent mhux relatat tal-prodotti kkonċernati ma offra l-kooperazzjoni tiegħu fl-investigazzjoni mill-ġdid. Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn esportaturi/produtturi fiċ-Ċina huwa għoli.

(20) Ħlief għal esportatur/produttur wieħed inkluż fil-kampjun it-tendenzi tal-kummerċ għall-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina huma karatterizzati bin-nuqqas ta' intermedjarji relatati li jimpurtaw il-prodott konċernat fil-Komunità għall-bejgħ mill-ġdid. Ix-xerrejja indipendenti ta' l-FPFAF huma ġeneralment kumpaniji utenti li qed jimpurtaw direttament il-prodott konċernat għall-konsum intern tagħhom.

(21) Instab li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ għall-bejgħ ta' l-esportazzjonijiet li sar mill-esportaturi/produtturi fl-ikkampjunar matul il-PI il-ġdid kienu ġeneralment magħmula fuq bażi tas-CIF (spejjeż, assigurazzjoni u ġarr). Għalhekk, għall-iskop ta' valutazzjoni ta' kull moviment fil-prezzijiet, il-livell tal-prezz għall-prodott konċernat ġie deċiż fuq livell ta' CIF. Għall-PI il-ġdid, il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi ta' informazzjoni sottomessa mill-produtturi/esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun.

3.2. Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għall-kumpaniji li ħadu sehem fil-kampjuni

(22) Biex jiġi valutat kull moviment fil-prezzijiet fil-livell ta' esportatur/produttur fil-Komunità, il-prezz medju ta' l-FPFAF, fuq bażi ta' tip b'tip, stabbilit għall-PI l-ġdid meta mqabbel mal-prezz medju ta' l-FPFAF stabbilit matul il-PI oriġinali għall-istess livell ta' kummerċ u għall-istess kundizzjonijiet ta' twassil.

(23) Fuq dik il-bażi, il-paragun wera li l-prezz medju fil-Komunità ta' l-FPFAF li joriġinaw miċ-Ċina għall-kumpaniji l-oħra kollha inklużi fil-kampjuni ma naqasx matul il-PI il-ġdid.

(24) Il-moviment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta' importatur wieħed relatat stabbilit fil-Komunità ġie vvalutat fuq bażi ta' tip b'tip. Il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-klijenti mhux relatati fil-Komunità ġew komparati għall-istess kundizzjonijiet ta' twassil bejn iż-żewġ perjodi ta' investigazzjoni. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li nġabret, intwera li l-prezzijiet kienu żdiedu b'ammonti li qabżu d-dazju anti-dumping.

3.3. Talbiet magħmulin minn partijiet interessati

(25) Għadd ta' partijiet interessati sostnew li għandu jsir aġġustament għall-prezz ta' l-esportazzjoni tagħhom. Huma qalu li l-varjazzjoni fir-rata ta' skambju USD/EUR wasslet għal tnaqqis artifiċjali fil-prezz ta' l-esportazzjoni tagħhom waqt il-PI il-ġdid. Madankollu, minħabba li ma nstab ebda nuqqas fil-prezzijiet matul il-PI il-ġdid anki qabel l-applikazzjoni ta' dan l-aġġustament li ssemma, li jkun wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet fil-PI l-antik, ma kienx meqjus meħtieġ li tiġi eżaminata din it-talba.

3.4. Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għal dawk li ma kkooperawx

(26) Minħabba l-livell għoli ta' nuqqas ta’ kooperazzjoni, madwar 70 % f'dan il-każ, dazju ta' assorbiment għandu jiġi impost fuq l-esportaturi/produtturi kollha li ma jikkooperawx fil-PRC. Id-dazju ta' assorbiment għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (RB), jiġifieri fuq il-bażi ta' l-aħjar informazzjoni disponibbli.

(27) Fil-każ preżenti huwa kkunsidrat li d- data disponibbli taħt l-istatistiċi ta' l-importazzjoni tal-Eurostat huma l-aktar diretti u l-aktar affidabbli li jistgħu jintużaw biex jiġi stabbilit il-livell li fih l-esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx kienu qed jesportaw l-FPFAF tagħhom fis-suq tal-Komunità. Jekk mill-Eurostat neskludu d- data verifikata fil-livell tal-kumpaniji li kkooperaw li għalihom ma stab ebda livell ta' assorbiment, il-marġini ta' assorbiment għall-kumpaniji li ma kkooperawx, ibbażat fuq il-Eurostat huwa stabbilit għal 18.6 %.

3.5. Konklużjoni dwar il-moviment tal-prezz tal-bejgħ fil-Komunità

(28) Fuq il-bażi tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet, ġie konkluż li ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi inklużi fil-kampjun ma assorba d-dazju anti-dumping fis-seħħ. Ebda dazju ta' assorbiment ma għandu għalhekk ikun stabbilit għall-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina li qablu li jikkooperaw u li jiġu inklużi fil-kampjun.

(29) Dazju ta' assorbiment stabbilit għal 18.6 % għandu madankollu jkun applikat għall-esportaturi/produtturi kollha li ma kkooperawx fiċ-Ċina.

4 . Livell ġdid tal-miżura.

(a) Għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun

(30) Minħabba li l-kumpaniji inkużi fil-kampjun setgħu juru li ma kienx hemm tnaqqis fil-prezz ta' esportazzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Komunità, il-livell tal-miżuri baqa' ma nbidilx:

Kumpanija | Dazju definittiv |

Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co., Ltd | 14,1 % |

Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou De Licacy Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Nantong Teijin Co. Ltd | 14,1 % |

Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % |

Wujiang Longsheng Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Wujiang Xiangsheng Textile Dyeing & Finishing Co., Ltd | 14,1 % |

(b) Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw imma li mhumiex inklużi fil-kampjun,

(31) L-istess konklużjoni għandha tapplika għas-17-il kumpanija li offrew il-kooperazzjoni tagħhom u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun:

Kumpanija | Rata ta' dazju definittiva AD |

Shaoxing Zhengda Group Co., Ltd | 14,1 % |

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd | 14,1 % |

Zhejiang Yonglong Enterprises Co., Ltd | 14,1 % |

Zhuji Bolan Textile Industrial Development Co., Ltd | 14,1 % |

Zhejiang Shaoxing Tianyuan Textile Printing and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % |

Zhejiang XiangSheng Group Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou ZhenYa Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Huzhou Styly Jingcheng Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou Yongsheng Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Zhejiang Shaoxing Yongli Printing and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou Hongfeng Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Shaoxing Yinuo Printing & Dyeing Co., Ltd | 14,1 % |

Shaoxing Ancheng Cloth industrial Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou Jieenda Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou Mingyuan Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Hangzhou Yililong Textile Co., Ltd | 14,1 % |

Zheijiang Singmetat Print and Dyeing Co. Ltd | 56.2 % |

(c) Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha,

(32) Għall-partijiet li ma kkooperawx, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 0 kien ikkunsidrat adatt li jiġi emendat il-livell ta' dazju anti-dumping skond l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 12(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata riveduta ta' dazju anti-dumping applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles minn kull piż fil-fruntiera tal-Komunità, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija | Dazju definittiv |

Hangzhou CaiHong Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Hangzhou Fuen Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Hangzhou Jinsheng Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Hangzhou Shenda Textile Co., Ltd | 28,2 % |

Hangzhou Xiaoshan Phoenix Industry Co., Ltd | 55,7 % |

Hangzhou Zhengda Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing China Light & Textile Industrial City Somet Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing County Fengyi Textile Printing & Dyeing Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing County Huaxiang Textile Co., Ltd | 45,3 % |

Shaoxing County Pengyue Textile Co., Ltd | 28,2 % |

Shaoxing County Qing Fang Cheng Textiles Imp. & Exp. Co., Ltd | 52,5 % |

Shaoxing County Xingxin Textile Co., Ltd | 28,2 % |

Shaoxing Golden tree silk Printing Dyeing and Sandwashing Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing Nanchi Textile Printing-Dyeing Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing Ronghao Textiles Co., Ltd | 52,5 % |

Shaoxing Tianlong Import and Export Co., Ltd | 65 % |

Shaoxing Xinghui Textile Co., Ltd | 55,7 % |

Shaoxing Yongda Textiles Co., Ltd | 55,7 % |

Wujiang Canhua Imp. & Exp. Co., Ltd | 74,8 % |

Zhejiang Golden Time Printing and Dyeing knitwear Co., Ltd | 55,7 % |

Zhejiang Huagang Dyeing and Weaving Co., Ltd | 55,7 % |

Zhejiang Shaoxiao Printing and Dyeing Co., Ltd | 55,7 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 74,8 % |

5. Dispożizzjoni speċjali għal esportaturi fiċ-Ċina li ma jistgħux jassorbu

(33) Fid-dawl tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni, il-kooperazzjoni baxxa fiċ-Ċina li tista' tkun marbuta mal-fatt li produtturi esportaturi ta' l-FPFAF huma Intrapriżi Żgħar u Medji, il-Komunità tista' teżamina s-sitwazzjoni ta' l-esportaturi li ma setgħux jikkooperaw f'din l-investigazzjoni mill-ġdid fil-każ li jipprovdu evidenza li turi li ma kienux qed jassorbu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ matul il-perjodu attwali ta' investigazzjoni. Din il-possibbiltà hija miftuħa għall-produtturi/esportaturi tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat fiċ-Ċina.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

‘2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija | Dazju anti- dumping definittiv | Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |

Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou De Licacy Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Nantong Teijin Co. Ltd | 14,1 % | A617 |

Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Wujiang Longsheng Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Wujiang Xiangsheng Textile Dyeing & Finishing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Shaoxing Zhengda Group Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd | 14,1 % | A617 |

Zhejiang Yonglong Enterprises Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Zhuji Bolan Textile Industrial Development Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Zhejiang Shaoxing Tianyuan Textile Printing and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Zhejiang XiangSheng Group Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou ZhenYa Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Huzhou Styly Jingcheng Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou Yongsheng Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Zhejiang Shaoxing Yongli Printing and Dyeing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou Hongfeng Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Shaoxing Yinuo Printing & Dyeing Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Shaoxing Ancheng Cloth industrial Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou Jieenda Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou Mingyuan Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Hangzhou Yililong Textile Co., Ltd | 14,1 % | A617 |

Zheijiang Singmetat Print and Dyeing Co. Ltd | 56.2 % | A836 |

Hangzhou CaiHong Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Hangzhou Fuen Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Hangzhou Jinsheng Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Hangzhou Shenda Textile Co., Ltd | 28,2 % | A837 |

Hangzhou Xiaoshan Phoenix Industry Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Hangzhou Zhengda Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing China Light & Textile Industrial City Somet Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing County Fengyi Textile Printing & Dyeing Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing County Huaxiang Textile Co., Ltd | 45,3 % | A619 |

Shaoxing County Pengyue Textile Co., Ltd | 28,2 % | A837 |

Shaoxing County Qing Fang Cheng Textiles Imp. & Exp. Co., Ltd | 52,5 % | A621 |

Shaoxing County Xingxin Textile Co., Ltd | 28,2 % | A837 |

Shaoxing Golden tree silk Printing Dyeing and Sandwashing Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing Nanchi Textile Printing-Dyeing Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing Ronghao Textiles Co., Ltd | 52,5 % | A620 |

Shaoxing Tianlong Import and Export Co., Ltd | 65 % | A622 |

Shaoxing Xinghui Textile Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Shaoxing Yongda Textiles Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Wujiang Canhua Imp. & Exp. Co., Ltd | 74,8 % | A618 |

Zhejiang Golden Time Printing and Dyeing knitwear Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Zhejiang Huagang Dyeing and Weaving Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Zhejiang Shaoxiao Printing and Dyeing Co., Ltd | 55,7 % | A623 |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 74,8 % | A999 |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005.

[2] ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.

[3] ĠU C 320, 28.12.2006, p. 8.