52007PC0433

Proposta ghal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea ta’ l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) /* KUMM/2007/0433 finali - COD 2007/0156 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.7.2007

KUMM(2007) 433 finali

2007/0156 (COD)

Proposta ghal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea ta’ l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se taffaċċja sfidi ewlenin fis-snin li ġejjin: l-integrazzjoni qawwija tas-swieq tad-dinja qed tibdel l-istruttura ta' l-ekonomija u l-integrazzjoni Ewropea qed tkompli tipprogressa wkoll. L-istatistika għandha tirreaġixxi għal dawn ix-xejriet u għandha tiddeskrivi fenomeni ġodda. Fl-istess ħin, il-piż amministrattiv fuq in-negozji għandu jitnaqqas. Dawn iż-żewġ sfidi ma jikkontradixxux lil xulxin. Il-ħtieġa għal tipi ġodda ta’ indikaturi tista’ timxi id f’id ma’ l-isforzi biex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-produzzjoni. Tipi ġodda ta' indikaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa jistgħu jinkisbu permezz ta’ għejun ġodda ta’ informazzjoni u billi jingħaqdu tipi eżistenti ta’ statistika tan-negozju mingħajr il-ħtieġa li jiżdied il-piż ta’ rappurtar fuq l-intrapriżi. Iżda jinħtieġ investiment biex jisfrutta s-sinerġiji potenzjali b’mod effiċjenti; din hija r-raġuni ewlenija għal dan il-programm.

- Kuntest ġenerali

Il-Kummissjoni ħadet impenn biex tiżgura politika aħjar dwar ir-regolamentazzjoni, biex tneħħi burokrazija u regolamentazzjoni żejda. Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea (COM(2005) 97 finali tas-16 ta' Marzu 2005), is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-UE (u għalhekk tnaqqis fil-piż fuq in-negozji) hija waħda mill-kwistjonijiet fil-qalba ta’ din l-inizjattiva ta’ politika. Dan l-impenn kien immirat iktar speċifikament lejn l-istatistika fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tnaqqis tal-piż tar-rispons, is-simplifikazzjoni u l-iffissar tal-prijoritajiet fil-qasam ta’ l-istatistika Komunitarja (COM (2006) 693 finali ta’ l-14 ta’ Novembru 2006).

Il-kumpaniji Ewropej joperaw f'kundizzjonijiet ta’ globalizzazzjoni bi rwol importanti għall-kumpaniji multinazzjonali. Is-swieq globalizzati jwasslu għal żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi, iżda wkoll fis-swieq tal-fatturi, li s-settur tan-negozju għandu jirreaġixxi għalih sabiex iżomm u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu. Is-suġġett ta’ l-Ewropa li se jkollha tirranka ekonomikament issemma dan l-aħħar fir-Rapport Annwali dwar il-Progress dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi għall-2006 tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-globalizzazzjoni hija marbuta mill-qrib mar-reazzjoni tan-negozji u minbarra l-isforzi interni tal-kumpaniji biex itejbu l-andament tagħhom, tista’ tieħu s-sura ta’ relokazzjoni ta’ l-industrija, outsourcing ta' l-attivitajiet, investiment dirett barrani u għamliet oħra ta’ operazzjonijiet barranin.

L-istatistika ekonomika u l-istatistika tan-negozju b’mod partikolari għandhom ikunu kapaċi jiddeskrivu l-proċessi b'mod xieraq u jipprovdu statistika f’waqtha u ta’ kwalità għolja dwar il-bidliet strutturali fl-ekonomija Ewropea u s-settur tan-negozji tagħha. Din l-istatistika għandha wkoll tkun tajba biex jiġi ssorveljat l-impatt tal-politiki ta' l-UE. Min-naħa l-oħra, ebda statistika ġdida ma għandha żżid piż addizzjonali fuq in-negozji. Dawn il-miri għandhom jintlaħqu b'dan il-programm.

- Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

Hemm tliet atti legali bażiċi f’dan il-qasam.

L-ewwelnett, ir-Regolament ewlieni dwar l-istatistika tan-negozji: ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar statistiċi strutturali kummerċjali

It-tieni, ir-Regolament dwar ir-reġistri tan-negozji: ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-koordinament tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta' statistika.

Iż-żewġ liġijiet jistipulaw il-prinċipji ewlenin ta’ l-istatistika tan-negozju u jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni bil-għan ta’ ġbir u trattament iktar effiċjenti tad- data .

Għall-għan numru 4, ir-referenza ewlenija hija r-Regolament dwar l-Intrastat: Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 638/2004 tal-31 ta' Marzu 2004. Il-programm MEETS jista’ jwassal biex dan ir-Regolament jiġi emendat bil-għan li jiġi ssimplifikat u l-ġbir tad- data jsir inqas ta’ piż għall-intrapriżi.

- Il-konsistenza ma' l-għanijiet u l-politiki l-oħra ta' l-Unjoni

L-approfondiment ta’ l-integrazzjoni Ewropea f’għadd ta’ oqsma, inkluż l-Unjoni Monetarja u s-Sistema Doganali Ewropea, joħloq ħtiġijiet ġodda ta’ statistika marbuta mar-rwol ta’ l-ewro fit-tranżazzjonijiet internazzjonali u jwassal għall-ħtieġa li tiġi aġġustata s-sistema ta’ l-istatistika.

Il-proposta hija konsistenti mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-inizjattiva ffukat fuq it-titjib tar-regolamentazzjoni, u fuq it-tneħħija ta’ burokrazija u regolamentazzjoni żejda li ssemmiet iktar 'il fuq.

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenija fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Kien hemm konsultazzjonijiet intensivi fil-qafas tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika fuq livell tekniku fil-gruppi ta' ħidma rilevanti u wkoll fil-livell tal-kapijiet ta' l-Uffiċċji ta' l-Istatistika. Fit-tieni lok, seħħew konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni mad-Direttorati Ġenerali rilevanti. |

Taqsira tar-reazzjonijiet, u kif tqiesu L-Istati Membri jaffaċċaw problemi simili. L-ewwelnett, il-bidliet fl-ambjent ekonomiku jimplikaw bidliet fil-ħtiġijiet ta’ l-istatistika espressi minn dawk li jfasslu l-politika. L-informazzjoni dwar fenomeni bħall-globalizzazzjoni jew oqsma b’importanza dejjem ikbar bħas-settur tas-servizzi huma rikjesti ħafna mill-partijiet interessati kollha. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jiffaċċaw restrizzjonijiet qawwija fuq iż-żieda tal-piżijiet fuq in-negozju. Anzi, il-piż fuq in-negozji għandu jitnaqqas. B’konsegwenza ta’ dan, xi Stati Membri diġà bdew iwettqu riformi fundamentali fl-Istatistika ta’ in-negozju u l-kummerċ tagħhom. Ir-rispons ġenerali kien li s-sinerġiji għandhom jiġu sfruttati, għandhom jiġu mfassla strateġiji koerenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ inizjattivi mhux ikkoordinati fil-livell nazzjonali li jwasslu għal differenzazzjoni fit-trattament ta’ l-istatistika dwar il-fenomeni l-ġodda, minflok għal approċċ armonizzat. |

- Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Ma kienx meħtieġ għarfien espert estern.

- Il-valutazzjoni ta' l-impatt

Għażla numru 1 (Għażla bażilari, jiġifieri ebda azzjoni min-naħa tal-Komunità). Biex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet li l-UE tiġi pprovduta bi statistika mtejba u rilevanti dwar in-negozju u l-kummerċ, u fl-istess ħin jiġi żgurat it-tnaqqis tal-piż fuq in-negozji li jirriżulta mill-istatistika, jinħtieġ investiment qabel ma sistema mġedda tkun tista’ ssir operattiva. Mingħajr ebda azzjoni min-naħa tal-Komunità, għadd limitat biss ta’ pajjiżi kieku jagħmel dak l-investiment u l-komparabilità ta’ l-istatistika Ewropea tiddgħajjef u l-opportunitajiet għat-tnaqqis tal-piżijiet ma jiġux sfruttati bis-sħiħ.

Għażla numru 2 (Azzjoni mill-Komunità kif kien propost). Il-programm MEETS se jevita d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi. Jistgħu jiġu ttestjati sistemi għall-ġbir tad- data, ġodda u iktar effettivi f’termini ta’ l-ispiża, fi ftit Stati Membri u jsiru applikabbli f’kollha. Għalhekk, il-qsim ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prassi huma l-qalba ta’ dan il-programm. L-isforzi għall-armonizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-regolamentazzjoni jistgħu jitniedu l-aħjar fil-livell tal-Komunità fejn ikunu jistgħu jitwettqu bl-aħjar effiċjenza.

ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

- Sinteżi ta' l-azzjoni proposta

L-ewwelnett, se jkun importanti li wieħed jidentifika u jaqbel dwar l-oqsma l-ġodda li għandhom jiġu deskritti. Flimkien mal-partijiet interessati kollha, jinħtieġ jiġu definiti ġabriet ta’ indikaturi fil-mira li jkunu appoġġati bi ftehimiet metodoloġiċi, sabiex id- data komparabbli tkun tista’ tiġi prodotta. Ma għandniex għalfejn ngħidu li ambjent li qed jinbidel mhux biss joħloq rekwiżiti ġodda, iżda joħloq ukoll il-ħtieġa għal reviżjoni permanenti tar-rekwiżiti l-qodma.

Fit-tieni lok, l-istatistika kollha marbuta man-negozju għandha tiġi ssimplifikata, jiġifieri jinħtieġu sforzi biex tissaħħaħ l-integrazzjoni ta’ kunċetti u metodi fl-istatistika tan-negozju. Barra minn hekk, l-enfasi tista’ tiċċaqlaq minn perspettiva nazzjonali għal waħda Ewropea. Din l-integrazzjoni se tinkludi: il-koordinament ta’ l-atti ġuridiċi, l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji, ħidma fuq l-issoktar ta’ l-integrazzjoni u l-irbit fil-klassifikazzjonijiet ta’ l-istatistika, ħidma fuq l-issoktar ta’ l-integrazzjoni u l-konnessjoni tar-reġistri tan-negozji u għejun relatati, l-inklużjoni xierqa tal-gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi fir-reġistru tan-negozju u t-twaqqif ta’ rappurtar dwar gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi.

Fit-tielet lok, tinħtieġ ukoll integrazzjoni mil-lat tal-ġbir u t-trattament tad- data . Permezz ta' l-integrazzjoni tad- data kollha miġbura f'sistema waħda, jew permezz ta’ metodi biex micro-data differenti tingħaqad flimkien, ikun possibbli użu ħafna iktar effettiv ta' l-informazzjoni li diġà teżisti. It-tieni pilastru tar-riforma tas-sistema tal-produzzjoni huwa l-appoġġ ta’ l-użu tad- data amministrattiva. Il-gvernijiet jiġbru għadd sostanzjali ta’ data għal kull tip ta’ skop: raġunijiet ta’ taxxa, politika tas-suq tax-xogħol, eċċ. Ikun effiċjenti ħafna jekk l-uffiċċji ta’ l-istatistika ma jeħtiġilhomx jiġbru l-istess data għal darb’oħra. Iżda jinħtieġ sforz konsiderevoli biex tiġi ggarantita l-kwalità tad- data , għaliex ħafna drabi d- data amministrattiva ma tkunx disponibbli fl-għamla meħtieġa. It-tielet kwistjoni hija biex wieħed jiżgura li d- data li għad trid tinġabar tkun tista’ tinkiseb faċilment mill-kontijiet tal-kumpanija. L-armonizzazzjoni ta’ l-istandards tal-kontijiet għandha tgħin biex tintlaħaq din il-mira. Fl-aħħarnett, il-metodi standard għall-istima għandhom jiġu żviluppati biex jitnaqqas il-piż fuq in-negozji kull fejn possibbli, eż. dawn il-metodi jistgħu jiġu applikati għall-istima ta’ l-informazzjoni meħtieġa għall-SMEs, mingħajr ma’ wieħed jgħabbihom bil-piżijiet. Biex ikollok data komparabbli, tinħtieġ ġabra ta’ standards u konvenzjonijiet.

Fir-raba lok, diġà kienu identifikati xi oqsma ta’ statistika fejn jinħtieġu s-simplifikazzjonijiet. Eżempju wieħed huwa l-Intrastat. Is-simplifikazzjonijiet fis-sistema Intrastat se jissoktaw fil-linji tradizzjonali (limiti, titjib bit-teknoloġiji ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni, nomenklaturi, eċċ.). Barra minn hekk, se jiġi investigat il-potenzjal ta' qalba għal sistema bi fluss wieħed. Dan jista’ jnaqqas konsiderevolment il-piż, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-informazzjoni l-iktar importanti. Sabiex wieħed jiżgura li din it-tranżizzjoni titwettaq fl-iktar mod effettiv u li l-kwalità ta’ l-informazzjoni ta’ l-istatistika tkun żgurata, tinħtieġ tmexxija bir-reqqa ta’ din it-tranżizzjoni. L-effetti ta’ bidla bħal din u l-implimentazzjoni sħiħa fl-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu wkoll wieħed mill-għanijiet tal-programm il-ġdid.

- Bażi ġuridika

L-Artikolu 285 tat-Trattat tal-KE.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjeta japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

Xi Stati Membri kieku kienu jinvestu fil-modernizzazzjoni ta’ l-istatistika u l-kummerċ f’mod mhux koordinat u b’hekk jipproduċu riżultati li ma jkunux komparabbli ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra ta’ l-UE u l-aggregazzjoni ma' l-aggregati Ewropej tkun problematika. Xi Stati Membri kieku ma kinux jieħdu azzjonijiet xierqa u jaqgħu lura fl-iżviluppi moderni f’oqsma bħall-globalizzazzjoni, u jkunu għalhekk nieqsa mill-istampa Ewropea. L-isforzi jkunu duplikati għaliex jitwettqu eżerċizzji simili f'bosta Stati Membri u l-iżbalji jiġu ripetuti. Jekk xi Stati Membri jirnexxielhom jimmodernizzaw is-sistema tagħhom ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ, l-ispejjeż marġinali biex tiġi implimentata l-istess sistema fi Stati Membri oħra jkunu ferm iżgħar milli jekk tiġi żviluppata sistema kompletament ġdida; approċċ mhux ikkoordinat kieku jirriżulta f'sitwazzjoni fejn l-iffrankar potenzjali ma jseħħx. |

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

Biex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet mill-fatt li l-UE tiġi pprovduta bi statistika mtejba u rilevanti dwar in-negozju u l-kummerċ, u fl-istess ħin jiġi żgurat it-tnaqqis tal-piż fuq in-negozji li jirriżulta mill-istatistika, jinħtieġ investiment qabel ma sistema mġedda tkun tista’ ssir operattiva. Il-programm MEETS se jevita d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi. Sistemi ġodda u iktar effettivi f’termini ta’ l-ispiża għall-ġbir tad-data jistgħu jiġu ttestjati fi ftit Stati Membri u jsiru applikabbli f’kollha. Għalhekk, il-qsim ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prassi huma l-qalba ta’ dan il-programm. L-isforzi għall-armonizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-regolamentazzjoni jistgħu jitniedu l-aħjar fil-livell tal-Komunità fejn ikunu jistgħu jitwettqu bl-ogħla effiċjenza. |

L-iskop ewlieni ta’ dan il-programm huwa li jinħtieġ investiment sabiex ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ l-istatistika jkunu jistgħu jiġu implimentati b’inqas piż fuq l-intrapriżi b’użu iktar effiċjenti ta’ data u proċessi. L-adattament tar-rekwiżiti ta’ l-istatistika fir-rigward tal-ħtiġijiet ġodda, kif ukoll ta’ dawk skaduti, ta’ l-istatistika ta’ l-UE jindika l-ksib ta’ l-ewwel aspett. F’xi oqsma ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ diġà hemm disponibbli kejl tal-piżijiet. Indikaturi komuni għall-UE kieku juru t-tnaqqis tal-piż ceteris paribus. |

Il-proposta hija limitata għall-isfruttar tas-sinerġiji u l-evitar ta' sforzi doppji, u għalhekk, ineffiċjenti. Il-produzzjoni regolari tad-data ta’ statistika mhux se tkun appoġġata minn dan il-programm, iżda t-tfassil mill-ġdid ta' l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se jiġi appoġġat biex jiggarantixxi approċċ ikkoordinat u effiċjenti. |

Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

- Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità

Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità Il-proposta hija kompatibbli mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

Id-Deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qed tipprovdi qafas għall-għanijiet ewlenin u l-azzjonijiet marbuta mal-programm. Il-verżjoni konkreta tal-programm ta’ ħidma annwali tiġi adottata b'votazzjoni mill-Istati Membri permezz tal-komitoloġija. F’ħafna każijiet, l-appoġġ ta’ l-azzjonijiet individwali se jingħata fl-għamla ta’ għotjiet lill-Istati Membri, u b’hekk l-Istati Membri jkollhom kontroll ta’ l-azzjonijiet. |

Hemm piż finanzjarju fuq il-Komunità kif indikat fil-baġit tal-programm u se jkun hemm piż amministrattiv fuq is-servizzi tal-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali ta’ l-istatistika. Ma hemmx piż addizzjonali previst fuq in-negozji. Fi tmiem dan il-programm, id-data ta' l-istatistika għandha tkun qed tinġabar f'mod li jkun saħansitra inqas ta' piż. |

L-għażla ta' strumenti |

L-Istrumenti proposti: oħrajn. |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. Il-programm għandu jkun ibbażat fuq Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-qafas. Il-programm ta’ ħidma annwali jiġi adottat mill-Kummissjoni wara li jkun suġġett għall-proċedura tal-komitoloġija. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

L-ammonti li ġejjin se jintużaw matul il-programm (f’miljuni ta’ EUR): 2008 (5.00), 2009 (6.50), 2010 (11.50), 2011 (9.00), 2012 (6.50), 2013 (4.00). Fuq is-snin 2008-2013, il-programm se jkollu baġit ta’ 42.50 miljun €. |

TAGħRIF SUPPLIMENTARI |

Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

2007/0156 (COD)

Proposta ghal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea ta’ l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

1. Il-Kummissjoni ħadet impenn fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea[1] biex tiżgura politika mtejba dwar ir-regolamentazzjoni ħalli tnaqqas il-burokrazija u r-regolamentazzjoni żejda.

2. F'Novembru 2006, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż tar-rispons, is-simplifikazzjoni u l-iffissar tal-prijoritajiet fil-qasam ta’ l-istatistika tal-Komunità[2] li tistipula approċċ strateġiku għall-issuktar tat-tnaqqis tal-piż fuq in-negozju minħabba l-istatistika.

3. L-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se taffaċċja sfidi ewlenin fis-snin li ġejjin: Biex l-inizjattivi tal-Komunità jiġu msaħħa, dawn għandhom ikunu kapaċi jirriflettu l-fenomeni fl-ekonomija dejjem iktar mibdula tal-Komunità, bħall-globalizzazzjoni, xejriet emerġenti fl-intraprenditorija, is-soċjetà ta' l-informazzjoni, l-innovazzjoni, xejriet kummerċjali differenti u l-kompetittività fid-dawl ta' l-istrateġija mġedda ta' Liżbona.

4. Element ewlieni li jmexxi l-ħtiġijiet għall-istatistika ta' l-intrapriża u l-kummerċ hija l-istrateġija mġedda ta' Liżbona bil-għan li titkattar il-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea u jinkiseb tkabbir għoli u sostenibbli.

5. L-approfondiment ta’ l-integrazzjoni Ewropea f’għadd ta’ oqsma ekonomiċi, inkluż l-Unjoni Monetarja Ewropea u s-Sistema Doganali Ewropea, joħloq ħtiġijiet ġodda ta’ statistika marbuta mar-rwol ta’ l-ewro fit-tranżazzjonijiet internazzjonali u jwassal għall-ħtieġa li tiġi aġġustata s-sistema ta’ l-istatistika. L-Istatistika ta’ l-Intrapriża u l-Kummerċ għandha tkun kapaċi tiddeskrivi dawn il-proċessi b'mod xieraq u li tipprovdi statistika f’waqtha u ta’ kwalità għolja dwar il-bidliet strutturali fl-ekonomija Ewropea u s-settur tan-negozji tagħha.

6. Is-servizzi ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se jkollhom ifasslu mill-ġdid il-metodi għall-produzzjoni ta' l-istatistika sabiex ikun jista’ jitnaqqas il-piż fuq l-intrapriżi u sabiex l-għejun u t-teknoloġiji ġodda kollha disponibbli jkunu jistgħu jintużaw b’mod kompletament effettiv.

7. Il-ħtieġa għal tipi ġodda ta’ indikaturi tista’ timxi id f’id ma’ l-isforzi biex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-produzzjoni ta’ l-istatistika. Tipi ġodda ta' indikaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa jistgħu jinkisbu billi jingħaqdu tipi eżistenti ta’ statistika tan-negozju mingħajr il-ħtieġa li jiżdied il-piż ta’ rappurtar fuq l-intrapriżi. Għejun ġodda u aċċess b’mezzi elettroniċi se jagħmlu l-ġbir tad- data inqas ta’ piż u fl-istess ħin jipprovdu iktar informazzjoni. Il-potenzjal ta’ l-istatistika tan-negozju għandu jiġi sfruttat f’mod iktar effiċjenti u l-kwalità ta’ l-informazzjoni ta’ l-istatistika għandha titjieb.

8. Saret evalwazzjoni ex-ante skond il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex il-programm jiġi ffukat fuq il-ħtieġa għall-effettività fil-ksib ta’ l-għanijiet u biex jiġu inkorporati limiti baġitarji mill-fażi tad-disinn tal-programm ’il quddiem.

9. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas finanzjarju għaż-żmien kollu tal-programm li għandu jkun il-punt ewlieni ta' referenza għall-awtorità baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-Punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba[3].

10. Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jiġi stabbilit Programm għall-modernizzazzjoni ta’ l-istatistika Ewropea ta’ l-intrapriża u l-kummerċ, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri (minħabba li modernizzazzjoni mhux ikkoordinata tista’ twassal għal duplikazzjoni ta’ l-isforzi, repetizzjoni ta' l-iżbalji u spejjeż ogħla), għar-raġunijiet ta' l-iskala ta’ din l-istatistika, għandu għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju. Il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

11. Il-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/232/KEE, Euratom[4] ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni.

12. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni[5].

13. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[6].

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Programm

1. B’dan qed jiġi stabbilit Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea dwar l-Intrapriża u l-Kummerċ, (minn hawn 'il quddiem "il-Programm MEETS").

2. Il-Programm MEETS għandu jibda fl-1 ta' Lulju 2008 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Qasam ta' l-applikazzjoni u għanijiet ġenerali

1. Il-miżuri pprovduti fil-Programm MEETS marbuta mal-produzzjoni u t-tqassim ta’ l-istatistika dwar l-intrapriża u l-kummerċ fi ħdan il-Komunità Ewropea.

2. L-għanijiet ġenerali huma kif ġej:

(a) li jiġu żviluppati ġabriet fil-mira ta' indikaturi u li jiġu riveduti l-prijoritajiet; (għan 1)

(b) li jinkiseb qafas issimplifikat ta’ statistika marbuta man-negozji; (għan 2)

(c) li tiġi appoġġata implimentazzjoni iktar effiċjenti għall-ġbir tad- data ; (għan 3)

(d) biex l-istatistika dwar il-kummerċ fil-prodotti tiġi mmodernizzata u ssimplifikata bejn l-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem, Intrastat) (għan 4).

Artikolu 3

Azzjonijiet

Biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, ġabra ta’ azzjonijiet għandha tiġi implimentata:

(a) sabiex jiġu żviluppati ġabriet ta’ indikaturi fil-mira u jiġu riveduti l-prijoritajiet (għan 1)

- Azzjoni 1.1: L-iżvilupp ta’ oqsma ġodda;

- Azzjoni 1.2: Identifikazzjoni ta’ oqsma li huma ta’ inqas importanza;

(b) sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas ta’ l-istatistika marbuta man-negozju (għan 2)

- Azzjoni 2.1: Integrazzjoni tal-kunċetti u l-metodi fi ħdan il-qafas ġuridiku;

- Azzjoni 2.2: Żvilupp ta’ statistika dwar il-gruppi ta' intrapriżi;

- Azzjoni 2.3: Stħarriġiet Ewropej biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozju.

(c) sabiex tiġi appoġġata implimentazzjoni iktar effiċjenti għall-ġbir tad- data (għan 3):

- Azzjoni 3.1: Isir użu aħjar mid- data li teżisti diġà fis-sistema ta’ l-istatistika inkluż il-possibilità ta' l-estimi;

- Azzjoni 3.2: Isir użu aħjar mid- data li teżisti diġà fl-ekonomija;

- Azzjoni 3.3: L-iżvilupp ta’ għodod għal estrazzjoni, trażmissjoni u trattament iktar effiċjenti tad- data .

(d) għall-immodernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tas-sistema tal-ġbir tad- data għall-Intrastat (għan 4):

- Azzjoni 4.1: L-armonizzazzjoni ta’ metodi għat-titjib tal-kwalità taħt sistema ssimplifikata Intrastat;

- Azzjoni 4.2: Isir użu aħjar mid- data amministrattiva;

- Azzjoni 4.3: Jitjieb u jiġi ffaċilitat l-iskambju tad- data għall-Intrastat.

Dawn l-azzjonijiet huma speċifikati fl-anness u għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi annwali ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 4

Programm annwali ta’ ħidma

Programm annwali ta’ ħidma, inkluż il-prijoritajiet għall-azzjonijiet taħt kull għan u l-allokazzjonijiet baġitarji taħt din id-Deċiżjoni, għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 5

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Programm dwar l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

Artikolu 6

Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tevalwa regolarment l-attivitajiet li jsiru fil-Programm MEETS, sabiex tiżgura jekk intlaħqux l-għanijiet li ġew stabbiliti u biex jiġu pprovduti linji ta’ gwida għat-titjib ta’ l-effettività għal azzjonijiet fil-ġejjieni.

2. Sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-Programm MEETS.

Sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm MEETS. Dan ir-rapport għandu jevalwa, fid-dawl tan-nefqa mġarrba mill-Komunità, il-benefiċċji ta' l-azzjonijiet li jirriżultaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni statistika, biex jiġu identifikati oqsma għal titjib potenzjali.

Artikolu 7

Finanzjament

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perjodu 2008-2013 huwa stabbilit għal EUR 42.50 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ANNESS

Tqassim ta’ l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3

Għan 1: L-iżvilupp ta’ ġabriet ta’ indikaturi fil-mira u reviżjoni tal-prijoritajiet

Azzjoni 1.1: L-iżvilupp ta’ oqsma ġodda

- F’ambjent ekonomiku li dejjem jinbidel huwa importanti li jiġu definiti l-oqsma prijoritarji għall-istatistika bħall-globalizzazzjoni u l-intraprenditorija u li jsir qbil fuq livell Komunitarju dwar ġabra ta’ indikaturi fil-mira għal kull wieħed mill-oqsma prijoritarji. Jeħtieġ li dawn l-indikaturi jiġu armonizzati ma’ l-istatistika internazzjonali kemm jista' jkun.

- L-istatistika għandha tinġabar b’mod effiċjenti u jeħtieġ tkun komparabbli. Għalhekk, għandha ssir ħidma fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika biex jinkisbu definizzjonijiet armonizzati ta' karatteristiċi u indikaturi li għadhom kif jiġu identifikati.

- Wara li jsir qbil fuq ġabriet ta’ indikaturi fil-mira u d-definizzjonijiet armonizzati tagħhom, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżviluppaw u jittestjaw il-modi tagħhom kif jiġbru l-istatistika fl-oqsma prijoritarji f’mod armonizzat.

- L-oqsma l-ġodda se jiġu żviluppati permezz ta’ studji, billi jiġu organizzati seminars, u bl-appoġġ finanzjarju ta’ proġetti għall-iżvilupp ta’ metodi u modi għall-ġbir ta’ statistika ġdida.

Azzjoni 1.2: L-identifikazzjoni ta’ oqsma ta' inqas importanza

- F’dinja li qed tinbidel mhux biss jitfaċċaw ħtiġijiet ġodda ta’ statistika, iżda ħtiġijiet oħra ma jibqgħux rilevanti. Għalhekk, se jsiru reviżjonijiet regolari tal-prijoritajiet sabiex jiġu identifikati dawk iż-żoni u l-karatteristiċi li saru inqas importanti u konsegwentement ikunu jistgħu jitneħħew mir-rekwiżiti ġuridiċi. Ir-reviżjonijiet jirrikjedu studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni.

- Il-ġbir ta’ l-indikaturi ta’ l-istatistika marbuta ma’ inizjattivi politiċi attwali jkun żgurat.

Għan 2: Qafas issimplifikat ta’ statistika marbut man-negozji

Azzjoni 2.1: Integrazzjoni tal-kunċetti u l-metodi fi ħdan il-qafas ġuridiku

- L-istatistika Ewropea tinġabar skond il-leġiżlazzjoni Ewropea, li żviluppat fuq bosta snin. Tintħieġ eżaminazzjoni bir-reqqa tal-konsistenza bejn l-atti ġuridiċi sabiex ikun żgurat li l-biċċiet rilevanti kollha jkunu konsistenti. Għalhekk, hija ppjanata reviżjoni ta’ l-atti ġuridiċi eżistenti sabiex jiġi pprovdut qafas ġuridiku armonizzat għall-oqsma differenti ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ. Ir-reviżjonijiet jirrikjedu studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni.

- Hemm kwistjonijiet komuni fl-istatistika, eż. bosta oqsma ta’ l-istatistika jirrappurtaw dwar l-impjiegi u f’ċerti każijiet l-istess fenomenu jiġi deskritt minn angoli differenti. Biex tiġi żgurata armonizzazzjoni aħjar għandhom jitniedu studji biex tinkiseb armonizzazzjoni tal-metodoloġiji fost l-oqsma rilevanti ta’ l-istatistika. Dan se jirrikjedi għajnuna finanzjarja għall-Istati Membri.

- Huwa importanti li tiġi ggarantita l-konsistenza bejn l-oqsma differenti ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ. Għal dak l-iskop se jitniedu studji dwar il-konsistenza. Din il-konsistenza tista' tirreferi għall-istatistika dwar il-kummerċ ta' prodotti u l-istatistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet, iżda wkoll bejn l-istatistika tan-negozju strutturali u l-istatistika tal-kummerċ. Dan se jirrikjedi li jitniedu studji esterni mill-Kummissjoni u appoġġ finanzjarju lill-proġetti ta' l-Istati Membri f’dan il-qasam.

Azzjoni 2.2: Żvilupp ta’ statistika dwar il-gruppi ta' intrapriża;

- Tnediet inizjattiva mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit reġistru Komunitarju ta’ gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi. Dan ir-reġistru huwa bażi kruċjali għall-produzzjoni ta’ statistika armonizzata dwar il-globalizzazzjoni ta’ l-ekonomija. L-attivitajiet taħt din l-azzjoni se jkunu ffukati fuq it-tlestija ta’ dan ir-reġistru, permezz ta’ studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni.

- Mhuwiex biżżejjed li jinħoloq reġistru bħal dan, iżda għandu jingħata appoġġ finanzjarju lill-azzjonijiet ta’ l-Istati Membri biex jiġu żviluppati metodi iktar effiċjenti għall-ġbir tad- data għal gruppi ta’ intrapriża u biex tiġi murija l-importanza tagħhom għall-kummerċ internazzjonali.

- Meta jasal il-waqt għall-isfruttament tar-reġistru Komunitarju ta’ gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi, l-istatistika Ewropea se jkollha tadotta perspettiva ġdida, u għalhekk se jkun importanti li jiġu stabbiliti stħarriġiet Komunitarji speċifiċi dwar gruppi ta’ intrapriża. Dan se jirrikjedi studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni u għajnuna finanzjarja lill-proġetti ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam.

Azzjoni 2.3: Stħarriġiet Ewropej biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozju

- Biex issir enfasi fuq il-ħtiġijiet ġodda u emerġenti ta’ l-istatistika Komunitarja, se jsiru stħarriġiet Komunitarji speċifiċi fuq bażi ad hoc. Dawn l-istħarriġiet se jiġu stabbiliti permezz ta' studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni jew appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri.

- Biex jiġi sfruttat l-iffrankar potenzjali mill-iskemi Komunitarji ta’ kampjunar fl-istatistika regolari, se jsiru studji biex jiġu identifikati oqsma fejn l-aggregati Komunitarji jkunu biżżejjed u biex jiġu żviluppati metodi ġodda għall-ġbir tad- data f’dawn l-oqsma. Se tingħata wkoll għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri biex jaġġustaw is-sistemi tagħhom għall-ġbir tad- data . Ma hemmx tip standard ta' l-iskemi Komunitarji ta’ kampjunar; dawn għandhom ikunu speċifiċi għaċ-ċirkostanzi.

- L-istħarriġiet nazzjonali se jinżammu f’dawk l-oqsma statistiċi li jinħtieġu għal eżerċizzji ta’ benchmarking.

Għan 3: L-implimentazzjoni ta’ mod iktar effiċjenti għall-ġbir tad- data

Azzjoni 3.1: Isir użu aħjar mid- data li diġà teżisti fis-sistema ta’ l-istatistika inkluż il-possibilità ta' l-estimi

- L-għan aħħari ta’ din l-azzjoni huwa li jinħolqu ġabriet integrati bis-sħiħ ta’ data għall-istatistika tan-negozju u l-kummerċ f'livell mikro - approċċ għall-istatistika ta’ “ data warehouse”. Biex jinkiseb dan, l-Istati Membri se jiġu appoġġati finanzjarjament sabiex ġabriet ta’ data jew micro-data minn oqsma differenti ta’ statistika tan-negozju u l-kummerċ jingħaqdu flimkien, bħar-reġistri tal-kummerċ u n-negozju; l-irbit ta’ statistika strutturali tan-negozju ma’ statistika tar-riċerka u l-iżvilupp u statistika tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

- Għandhom isiru studji metodoloġiċi fuq proċessi ġodda ta' ħidma biex itejbu l-użu li jsir minn ġbir ta’ data li qed isir diġà eż. bil-ħsieb li jiġi evalwat l-impatt tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fuq ir-rendiment tan-negozju billi tingħaqad data minn għejun differenti.

- L-iktar mod effiċjenti tal-ġbir tad- data għandu l-għan li jnaqqas il-piż fuq in-negozji. Għandu jiġi żgurat li l-uffiċċji ta’ l-istatistika jagħmlu l-aktar użu effiċjenti mill-informazzjoni miġbura. Għalhekk, l-appoġġ finanzjarju se jingħata għall-istudji metodoloġiċi għall-aħjar allokazzjoni ta’ daqsijiet tal-kampjuni u l-użu kombinat tagħhom ma’ għejun oħra u metodi relatati ta’ stima. Dan jista’ wkoll jorbot ma’ studji dwar il-kwalità f'każijiet fejn xi intrapriżi (eż. SMEs) ikunu esklużi mill-istħarriġiet ta’ statistika, u ma’ l-iżvilupp ta’ metodi xierqa u armonizzati ta’ stima.

- Il-ħtieġa li jonqos il-piż fuq in-negozji u b’mod partikolari għall-SMEs ma għandux jipperikola l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għas-sorveljanza ta’ inizjattivi politiċi.

Azzjoni 3.2: Użu aħjar mid- data li teżisti diġà fl-ekonomija

- L-informazzjoni ta’ statistika xi kultant tinġabar darbtejn. Darba għal skopijiet amministrattivi, bħat-taxxi, u mbagħad għal skopijiet ta’ statistika fl-istħarriġiet. Dan il-piż doppju għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun. Għalhekk, dan il-programm se jappoġġa finanzjarjament proġetti dwar l-użu ta’ data amministrattiva għal skopijiet ta’ statistika, inkluż il-kontijiet tal-kumpanija, billi jgħin lill-pajjiżi jaqlibu minn stħarriġiet ta’ statistika għall-użu ta'- data amministrattiva filwaqt li jiżguraw data ta’ kwalità għolja.

- Għall-intrapriżi jagħmel sens li tkun promossa l-integrazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità u r-rappurtar ta' l-istatistika, sabiex id- data tkun tista' titwassal għall-istatistika f'mod simplifikat. Dan se jirrikjedi studji esterni li għandhom jitniedu mill-Kummissjoni u għajnuna finanzjarja lill-proġetti ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam.

Azzjoni 3.3: L-iżvilupp ta’ għodod aktar effiċjenti għal estrazzjoni, trażmissjoni u trattament tad- data .

- Teknoloġija ġdida ta’ l-informazzjoni toffri opportunitajiet għal rappurtar issimplifikat. Se jittieħdu miżuri biex jappoġġaw finanzjarjament azzjonijiet li jiffaċilitaw it-trasferiment tad- data minn intrapriżi lejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika. Dan jista’ jsir permezz tal-kontijiet tal-kumpanija u rapporti finanzjarji oħra mfassla skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, u standards tekniċi xierqa għal rapporti bħal dawn, inkluż eXtensible Business Reporting Language (XBRL).

- Użu iktar effiċjenti ta' l-għodod ta’ l-IT għandu jiġi appoġġat biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-livell nazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu żviluppati iktar l-għodod għall-validazzjoni, l-individwazzjoni ta’ l-iżbalji, il-korrezzjoni, l-analiżi u x-xogħol editorjali. Dan se jirrikjedi għajnuna finanzjarja għall-proġetti f’dan il-qasam.

- Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi li qed isiru fis-simplifikazzjoni tal-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, il-miżuri għandhom jappoġġaw finanzjarament azzjonijiet li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-iskambju, l-ipproċessar u t-tqassim ta’ statistika tal-kummerċ ta’ kwalità għolja u dettaljata.

Għan 4: Il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta’ l-Intrastat

Azzjoni 4.1: L-armonizzazzjoni ta’ metodi għat-titjib tal-kwalità taħt is-sistema ssimplifikata Intrastat

- Il-miżuri għandhom jipprovdu appoġġ finanzjarju lil azzjonijiet fl-Istati Membri mmirati lejn l-iżvilupp ta’ għodod u metodi għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tad- data f'sistema tal-ġbir issimplifikata.

- L-appoġġ finanzjarju għandu jingħata għal azzjonijiet fl-Istati Membri li jkollhom l-għan li jnaqqsu n-nuqqas ta’ simetrija billi jevitaw il-klassifikazzjonijiet ħżiena, billi jarmonizzaw l-istima, is-sistemi ta’ ġbir u pproċessar, ir-regoli għat-trattament ta’ data kunfidenzjali, il-limiti u l-metodi għall-aġġustament.

Azzjoni 4.2: L-użu aħjar ta’ data amministrattiva

- L-użu mill-ġdid ta’ data amministrattiva li qed tiġi rrappurtata mill-intrapriżi għal skopijiet oħra (partikolarment ir-rapporti tat-taxxa fuq il-Valur miżjud u l-kontijiet) għandu jitħeġġeġ. Għandhom jittieħdu miżuri biex jappoġġaw dan finanzjarjament, inkluż l-iżvilupp ta’ għodod u proċeduri ta’ l-IT.

Azzjoni 4.3: Titjib u faċilitazzjoni ta’ l-iskambju tad- data għall-Intrastat

- L-issuktar ta’ l-iżvilupp ta’ għodod u metodi għall-iskambju tad- data f’sistema ċentralizzata huwa kruċjali. L-għodod għall-validazzjoni, l-individwazzjoni ta’ l-iżbalji, il-korrezzjoni, l-analiżi u x-xogħol editorjali fil-qasam ta’ l-istatistika tal-kummerċ intra-Komunitarju jeħtieġu jiġu żviluppati. Barra minn hekk, għandhom jiġu appoġġati finanzjarjament dawk l-azzjonijiet li jiffukaw fuq l-aspetti ġuridiċi u tekniċi ta' l-iskambju tad- data bejn l-Istati Membri.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea dwar l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)

2. QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet)

Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat/i u l-Attività/jiet relatata(i): Statistika (Produzzjoni ta’ Informazzjoni ta’ Statistika; Strateġija u Koordinazzjoni tal-Politika; Appoġġ Amministrattiv)

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.), inklużi l-intestaturi:

29.02.04 - Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea dwar l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)

29.0104.04 - Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea dwar l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) – nefqa fuq ġestjoni amministrattiva

3.2. It-tul ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju:

Sitt snin; 2008-2013

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Il-linja tal-baġit | Tip ta' nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni ta' l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

29.02.04 | DNO | DA[7] | LE | IVA | LE | L-intestatura 1A |

29.0104.04 | DNO | NDA[8] | LE | IVA | LE | L-intestatura 1A |

4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. It-taqsira ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (PA)

miljuni ta' EUR (sa 4 punti deċimali)

Tip ta' nfiq | Nru tas-Sezzjoni | Sena 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

Infiq operazzjonali[9] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) | 8.1. | a | 4,650 | 6,045 | 10,695 | 8,370 | 6,045 | 3,720 | 39,525 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b | 0,558 | 7,1145 | 8,370 | 9,5325 | 7,2075 | 6,7425 | 39,525 |

In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[10] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0,350 | 0,455 | 0,805 | 0,630 | 0,455 | 0,280 | 2,975 |

L-AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

L-Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 5,000 | 6,500 | 11,500 | 9,000 | 6,500 | 4,000 | 42,500 |

L-Approprjazzjonijiet għall-Ħlas | b+c | 0,908 | 7,5695 | 9,175 | 10,1625 | 7,6625 | 7.0225 | 42,500 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[11] |

Ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (NDA) | 8.2.5. | d | 0,224 | 0,341 | 0,341 | 0,341 | 0,341 | 0,341 | 1,929 |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,036 |

Total indikattiv ta' l-ispiża finanzjarja ta' l-intervent |

TOTAL CA inkluża n-nefqa għar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 5,230 | 6,847 | 11,847 | 9,347 | 6,847 | 4,347 | 44,465 |

TOTAL PA inkluża n-nefqa għar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 1,138 | 7,9165 | 9,522 | 10,5095 | 8,0095 | 7,3695 | 44,465 |

Id-dettalji tal-kofinanzjament

Il-proposta tinvolvi, safejn huma kkonċernati l-għotjiet, kofinanzjament mill-Istati Membri skond ir-regoli prevalenti. L-ammonti previsti ta’ l-għotjiet huma f’miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali): 3.900 fl-2008 - 4.795 fl-2009 - 9.545 fl-2010 – 7.770 fl-2011 – 4.745 fl-2012 u 3.070 fl-2013.

miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

L-Istati Membri | f | 1,671 | 2,055 | 4,090 | 3,330 | 2,033 | 1,315 | 14,494 |

Entitajiet oħrajn (EFTA, l-Iżvizzera: għad trid tiżdied) | f |

CA TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta' l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[12] (jiġifieri, l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, u personal temporanju u estern) - ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Ir-rekwiżiti annwali | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 2,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fuq medda ta’ żmien qasira jew twila

L-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se taffaċċja sfidi ewlenin fis-snin li ġejjin: l-integrazzjoni qawwija tas-swieq tad-dinja qed tibdel l-istruttura ta' l-ekonomija u l-integrazzjoni Ewropea qed tkompli tipprogressa wkoll. L-istatistika għandha tirreaġixxi għal dawn ix-xejriet u għandha tiddeskrivi fenomeni ġodda. Fl-istess ħin, il-piż amministrattiv fuq in-negozji għandu jitnaqqas. Dawn iż-żewġ sfidi ma għandhomx ikunu kontradittorji. Il-ħtieġa għal tipi ġodda ta’ indikaturi tista’ timxi id f’id ma’ l-isforzi biex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-produzzjoni. Fil-fatt, tipi ġodda ta' indikaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa jistgħu jinkisbu permezz ta’ għejun ġodda ta’ informazzjoni u billi jingħaqdu tipi eżistenti ta’ statistika tan-negozju, mingħajr il-ħtieġa li jiżdied il-piż ta’ rappurtar fuq l-intrapriżi. Iżda jinħtieġ investiment biex jiġu sfruttati s-sinerġiji potenzjali; din hija r-raġuni ewlenija għal dan il-programm.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

Xi Stati Membri kieku kienu jinvestu fil-modernizzazzjoni ta’ l-istatistika u l-kummerċ f’mod mhux koordinat u b’hekk jipproduċu riżultati li ma jkunux komparabbli ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra ta’ l-UE u l-aggregazzjoni ma' l-aggregati Ewropej kienet tkun problematika. Xi Stati Membri kieku ma kinux jieħdu azzjonijiet xierqa u jaqgħu lura fl-iżviluppi moderni f’oqsma bħall-globalizzazzjoni, u jkunu għalhekk nieqsa mill-istampa Ewropea. L-isforzi jkunu duplikati għaliex eżerċizzji simili jitwettqu f'bosta Stati Membri u l-iżbalji jiġu ripetuti. Jekk xi Stati Membri jirnexxielhom jimmodernizzaw is-sistema tagħhom ta’ l-istatistika dwar in-negozju u l-kummerċ, l-ispejjeż marġinali biex l-istess sistema tiġi implimentata fi Stati Membri oħra jkunu ferm iżgħar milli jekk tiġi żviluppata sistema kompletament ġdida; approċċ mhux ikkoordinat kieku jirriżulta f'sitwazzjoni fejn l-iffrankar potenzjali ma jseħħx. |

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

Biex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet li l-UE tiġi pprovduta bi statistika mtejba u rilevanti dwar in-negozju u l-kummerċ, u fl-istess ħin jiġi żgurat it-tnaqqis tal-piż fuq in-negozji li jirriżulta mill-istatistika, jinħtieġ investiment qabel ma sistema mġedda tkun tista’ ssir operattiva. Il-programm MEETS se jevita d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi. Sistemi ġodda u iktar effettivi f’termini ta’ l-ispiża għall-ġbir tad-data jistgħu jiġu ttestjati f’għadd ta' Stati Membri u jsiru applikabbli f’kollha. Għalhekk, il-qsim ta’ l-esperjenzi u l-aħjar prassi huma l-qalba ta’ dan il-programm. L-isforzi għall-armonizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-regolamentazzjoni jistgħu jitniedu l-aħjar fil-livell tal-Komunità fejn ikunu jistgħu jitwettqu bl-ogħla effiċjenza. |

L-iskop ewlieni ta’ dan il-programm huwa li jinħtieġ investiment sabiex ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ l-istatistika jkunu jistgħu jiġu implimentati, b’inqas piż fuq l-intrapriżi b’użu iktar effiċjenti ta’ data u proċessi. L-adattament tar-rekwiżiti ta’ l-istatistika fir-rigward kemm tal-ħtiġijiet ġodda, kif ukoll ta’ dawk skaduti, ta’ l-istatistika ta’ l-UE jindika l-ksib ta’ l-ewwel aspett. F’xi oqsma ta’ l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ diġà hemm disponibbli kejl tal-piżijiet. Indikaturi komuni għall-UE kieku juru t-tnaqqis tal-piż ceteris paribus. |

Il-proposta hija limitata għall-isfruttar tas-sinerġiji u l-evitar ta' sforzi doppji, u li għalhekk, ikunu ineffiċjenti. Il-produzzjoni regolari tad-data ta’ statistika mhux se tkun appoġġata minn dan il-programm, iżda 't-tfassil mill-ġdid ta' l-istatistika tan-negozju u l-kummerċ se jiġi appoġġat biex jiġi ggarantit approċċ ikkoordinat u effiċjenti. |

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għanijiet ġenerali u l-azzjonijiet relatati tal-programm huma dawn li ġejjin:

Għan 1: L-iżvilupp ta’ ġabriet ta’ indikaturi fil-mira u reviżjoni tal-prijoritajiet

Azzjoni 1.1: Definizzjoni ta’ l-oqsma prijoritarji u definizzjoni tal-ġabra ta’ indikaturi fil-mira;

Azzjoni 1.2: Identifikazzjoni ta’ oqsma li huma ta’ inqas importanza;

Għan 2: Qafas issimplifikat ta’ statistika marbuta man-negozji

Azzjoni 2.1: Integrazzjoni tal-kunċetti u l-metodi fi ħdan il-qafas ġuridiku;

Azzjoni 2.2: Żvilupp ta’ statistika dwar il-gruppi ta' intrapriża;

Azzjoni 2.3: Stħarriġiet Ewropej biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozju.

Għan 3: L-implimentazzjoni ta’ mod iktar effiċjenti għall-ġbir tad- data

Azzjoni 3.1: Isir użu aħjar mid- data li teżisti diġà fis-sistema ta’ l-istatistika inkluż il-possibilità ta' l-estimi;

Azzjoni 3.2: Isir użu aħjar mid- data li teżisti diġà fl-ekonomija;

Azzjoni 3.3: L-iżvilupp ta’ għodod għal estrazzjoni, trażmissjoni u trattament iktar effiċjenti tad- data .

Ir-raba għan: Il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta’ l-Intrastat

Azzjoni 4.1: L-armonizzazzjoni ta’ metodi għat-titjib tal-kwalità taħt sistema ssimplifikata Intrastat;

Azzjoni 4.2: Isir użu aħjar mid- data amministrattiva;

Azzjoni 4.3: Jitjieb u jiġi ffaċilitat l-iskambju tad- data għall-Intrastat.

5.4. Metodi ta' implimentazzjoni (indikattivi)

X Tmexxija Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b'delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b'missjoni fis-servizz pubbliku

( Il-ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Il-ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

6. IL-MONITORAĠĠ U L-VALUTAZZJONI

6.1. Is-sistema ta' monitoraġġ

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jispeċifika li l-Kummissjoni għandha tadotta programm annwali ta’ ħidma, inkluż il-prijoritajiet għall-azzjoni għal kull għan u l-allokazzjonijiet baġitarji taħt din id-Deċiżjoni. Dawn il-programmi, flimkien mal-finanzjament korrispondenti tagħhom, għandhom ikunu s-suġġett tad-Deċiżjonijiet Komunitarji fejn jiġu dettaljati l- outputs u r-riżultati (għanijiet u indikaturi) li għandhom jinkisbu matul il-perjodu ta’ referenza. Is-sorveljanza għandha tiġi żgurata permezz ta’ rapporti regolari dwar il-konsum tar-riżorsi u dwar il-progress li sar fil-kisba ta’ l-għanijiet.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Id-Deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kienet is-suġġett ta’ evalwazzjoni ex-ante mwettqa skond il-proċedura stipulata mid-DĠ Baġit. Din l-evalwazzjoni ex-ante hija mehmuża ma’ dan id-dokument.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-programm MEETS huwa s-suċċessur loġiku tal-programmi Edicom I (1996-2000) u Edicom II (2001-2005).

L-ewwel programm Edicom iffoka fuq l-obbligi ta’ rappurtar ta’ Intrastat (statistika fuq il-kummerċ intra-Komunitarju) u b'mod partikolari fuq l-iżvilupp ta’ qafas operattiv, jiġifieri ġbir u tqassim tad- data . Il-programm laħaq l-għanijiet tiegħu billi għen lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw dan il-qafas għat-trażmissjoni, il-kompilazzjoni u t-tqassim tad- data .

Il-programm Edicomm II kellu ambitu usa’, li inkluda l-istabilizzazzjoni tas-sistema ta’ l-istatistika għall-istatistika tal-kummerċ estern (ġewwa u barra l-UE), l-issuktar ta’ l-iżvilupp ta’ għodod ta' l-IT, il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni. Il-programm kellu suċċess partikolari fit-titjib tal-kwalità ta' l-istatistika tal-kummerċ estern u f’kemm tkun f'waqtha, fl-issuktar ta’ l-iżvilupp ta’ l-għodod fuq l-internet għat-trażmissjoni u t-tqassim, u fl-integrazzjoni ta’ l-istatistika tal-kummerċ ta’ l-għaxar Stati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-2004.

Il-lezzjoni ewlenija li wieħed għandu jitgħallem mill-kwistjonijiet tal-passat hija l-organizzazzjoni interna tal-programm. Iż-żewġ programmi Edicom kienu strutturati skond għanijiet separati, u għal kull għan kienu definiti għadd ta' azzjonijiet. Kull azzjoni twettqet permezz ta’ għadd ta' proġetti. Kien assenjat kap tal-proġett għal kull proġett, filwaqt li, fl-istess ħin, l-organizzazzjoni globali u l-ġestjoni finanzjarja kienu ċċentralizzati. Din it-taħlita ta’ ċentralizzazzjoni u diċentralizzazzjoni ta’ aspetti differenti tal-programm swew effettivi ħafna biex jippermettu lill-programm jiffoka fid-dettall xieraq fuq kwistjonijiet partikolari, filwaqt li fl-istess ħin iżomm koerenza interna globali. L-esperjenza minn programmi fl-imgħoddi turi wkoll il-ħtieġa biex wieħed joqgħod attent, partikolarment fil-każ ta’ l-għotjiet, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni jew l-implimentazzjoni paralleli ta' attivitajiet simili u biex jinkisbu komplimentarjetajiet.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza evalwazzjonijiet futuri

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jispeċifika li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, sabiex taċċerta li jkunu ntlaħqu l-għanijiet li ġew stabbiliti u biex jiġu pprovduti linji ta’ gwida għat-titjib ta’ l-effettività għal azzjonijiet fil-ġejjieni.

Barra minn hekk, sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dwar l-attivitajiet iffinanzjati fl-ewwel tliet snin bil-programm il-ġdid sabiex, jekk ikun xieraq, tkun tista’ ssir reviżjoni ta’ l-azzjonijiet implimentati taħt din id-Deċiżjoni.

Fl-aħħarnett, sitt xhur wara tmiem il-programm, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien ma’ proposti għal azzjonijiet ġodda, jekk ikun xieraq. Dan ir-rapport għandu jevalwa, fid-dawl tan-nefqa mġarrba mill-Komunità, il-benefiċċji ta' l-azzjonijiet li jirriżultaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni ta' statistika, biex jiġu identifikati oqsma għal titjib potenzjali u tiġi vverifikata s-sinerġija ma’ attivitajiet Komunitarji oħra.

7. Miżuri Kontra l-Frodi

Sorveljanza annwali tal-progress fl-implimentazzjoni u l-effettività ta’ l-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni huma maħsuba biex jiżguraw l-eżistenza u t-tħaddim tal-proċeduri għall-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta' frodi u irregolaritajiet.

Regoli u proċeduri jinsabu fis-seħħ għall-proċessi baġitarji prinċipali: sejħiet għall-offerti, għotjiet, impenji, kuntratti u ħlasijiet. Il-manwali tal-proċeduri huma disponibbli għal dawk kollha li jintervjenu f’atti finanzjarji sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet, titħaffef it-tmexxija tax-xogħol u jiġu indikati punti ta’ kontroll ewlenin. Jiġi pprovdut taħriġ dwar l-użu tagħhom. Il-manwali huma soġġetti għal reviżjonijiet u aġġornamenti regolari.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel verifika ta' l-użu li sar mill-għotja, jew direttament mill-istaff tagħha jew minn xi korp ikkwalifikat barrani ieħor ta' l-għażla tagħha. Dawn il-verifiki jistgħu jsiru kemm matul il-validità tal-kuntratt kif ukoll matul perjodu ta’ ħames snin li jibda jgħodd mill-aħħar data ta’ ħlas tal-bilanċ ta’ l-għotja. Jekk ikun il-każ, ir-riżultati tal-verifiki jistgħu jwasslu biex il-Kummissjoni tfittex li tirkupra s-somom imħallsa.

Il-ħaddiema tal-Kummissjoni u persuni barranin awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jingħatalhom aċċess xieraq għall-uffiċċji tal-benefiċjarju, kif ukoll għall-informazzjoni kollha, inkluża dik f’format elettroniku, li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu dawn il-verifiki.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom igawdu mill-istess drittijiet, speċjalment dawk ta’ l-aċċess, bħall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll twettaq spezzjonijiet fil-post skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew staff temporanji[13] (XX 01 01) | A*/AD | 0,5 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST | 1 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 |

Staff iffinanzjat[14] mill-art. XX 01 02 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Staff ieħor[15] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 2,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

AD u END: ġestjoni ġenerali tal-programm, koordinazzjoni ma’ l-Istati Membri, DĠ oħra tal-Kummissjoni, koordinazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti u sejħiet għall-proposti.

AST: appoġġ amministrattiv u segwitu finanzjarju, ħlasijiet.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

X Karigi attwalment allokati lill-maniġment tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi (1.5 uffiċjali FTE fl-2008 u 2.5 uffiċjali FTE fis-snin li jibqa’)

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta' l-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta' l-APS/PDB li jmiss

X Karigi li ser jerġgħu jingħataw billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (trasferimenti interni); kariga waħda END

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsiti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza ( 29.0104.04– Infiq fuq ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Laqgħat u Konferenzi | 0,100 | 0,100 | 0,100 | 0,100 | 0,100 | 0,100 | 0,600 |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros * | 0,250 | 0,355 | 0,705 | 0,530 | 0,355 | 0,180 | 2,375 |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 0,350 | 0,455 | 0,805 | 0,630 | 0,455 | 0,280 | 2,975 |

*: għajnuna teknika u amministrattiva intra-muros għandha tiġi kkommissjonata permezz ta' sejħiet għall-offerti.

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

It-tip ta' riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali u impjegati temporanji (XX 01 01) | 0,175 | 0,292 | 0,292 | 0,292 | 0,292 | 0,292 |

Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0,049 | 0,049 | 0,049 | 0,049 | 0,049 | 0,049 |

Spiża totali fuq ir-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) | 0,224 | 0,341 | 0,341 | 0,341 | 0,341 | 0,341 |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji Uffiċjali EUR 117,000 kull sena.

Kalkolu – Staff iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 END EUR 48,678 kull sena.

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

XX 01 02 11.01 - Missjonijiet | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,036 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[17] |

XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-informatika |

2 Nefqa Oħra Totali ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tan-nefqa amministrattiva, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,006 | 0,036 |

[1] COM(2005)97

[2] COM(2006)693

[3] GU L 139, 14.6. 2006, p. 1.

[4] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47

[5] ĠU L 146, 5.6.197

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[7] Approprjazzjonijiet differenzjati

[8] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn issa ’l quddiem imsejħa NDA.

[9] Nefqa li ma tagħmilx parti mill-Kapitlu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[10] Nefqa taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[11] Nefqa taħt il-Kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[12] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[13] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[14] In-nefqa għalih MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[15] In-nefqa għalih hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[16] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[17] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jaħmel parti minnu.