52007PC0432(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ilqugħ mill-ġdid /* KUMM/2007/0432 finali */


MT

Brussel 19.7.2007

KUMM(2007) 432 finali

2007/0147 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ilqugħ mill-ġdid

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ilqugħ mill-ġdid

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

I. Il-Qafas Politiku u Legali

L-importanza għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif ukoll għall-pajjiżi l-oħrajn kollha tal-Balkani tal-Punent, li jittrattaw il-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni illegali ġiet affermata mill-ġdid fil-konklużjonijiet tas-Samit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Tessaloniki fil-21 ta’ Ġunju 2003, li kkonferma wkoll il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Skond l-istess konklużjonijiet, id-djalogu dwar il-kwistjonijiet tal-viża se jiddependi fuq il-ġlieda kontra, fost l-oħrajn, l-immigrazzjoni illegali. Dwar l-ilqugħ mill-ġdid, l-“aġenda ta’ Tessaloniki” ħabbret l-impenn ta’ l-UE li twettaq u tikkonkludi ftehimiet dwar l-ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi kollha fir-reġjun. Hija wkoll stiednet lil l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u lil pajjiżi oħrajn tal-Balkani tal-Punent jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiffaċilitaw il-konklużjoni, u jiżguraw l-implimentazzjoni, ta’ dawn il-ftehimiet.

L-importanza tal-ftehimiet dwar l-ilqugħ mill-ġdid ġiet ukoll enfasizzata fil-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. [1] Skond l-Artikolu 76(2) tiegħu "[i]l-Partijiet jaqblu li jikkonkludu, fuq talba, ftehim bejn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Komunità Ewropea li jirregola l-obbligi speċifiċi għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u għall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-ilqugħ mill-ġdid, inkluż obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi oħrajn u persuni mingħajr stat."

Fit-13 ta’ Novembru 2006 il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni awtorizza b’mod formali lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Fl-istess jum il-Kunsill adotta direttivi ta’ negozjar ta’ ftehimiet dwar l- ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi oħrajn tal-Balkani tal-Punent. F’Novembru 2006 il-Kummissjoni ttrażmettiet abbozz ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lill-awtoritajiet ta’ din ta’ l-aħħar. In-negozjati bdew fit-30 ta’ Novembru 2006 u l-ewwel sessjoni formali saret fi Brussell fl-1 ta’ Diċembru 2006. Saru żewġ sessjonijiet oħrajn fi Brussell b’mod parallel ("dahar-ma’-dahar") man-negozjati dwar ftehim dwar faċilitazzjoni tal-viża KE- l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. L-aħħar sessjoni formali ta’ negozjati saret fit-12 ta’ April 2007, li waqtha sar qbil dwar il-kwistjonijiet kollha pendenti, inkluż l- ilqugħ mill-ġdid tal-persuni li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra. It-test finali ġie inizjalat min-negozjaturi ewlenin taż-żewġ naħat fl-istess jum.

L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha (informali u formali) tan-negozjati dwar l- ilqugħ mill-ġdid.

Min-naħa tal-Komunità, il-bażi legali tal-Ftehim huwa l-Artikolu 63(3)(b), flimkien ma’ l-Artikolu 300 KE.

Il-proposti annessi jikkostitwixxu l-istrumenti legali biex jiġi ffirmat u konkluż il-Ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid. Il-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-Parlament Ewropew se jkollu jiġi kkonsultat b’mod formali dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, skond l-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE.

Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji interni għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari din tispeċifika li l-Kummissjoni tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ l-ilqugħ mill-Ġdid stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim. Skond l-Artikolu 18(5), il-Kumitat ta’ l-ilqugħ mill-Ġdid għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Bħalma huwa l-każ għall-ftehimiet l-oħrajn dwar l- ilqugħ mill-ġdid, il-pożizzjoni Komuntarja mill-ġdid f’dan ir-rigward għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Dwar deċiżjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat.

II. Ir-Riżultat tan-Negozjati

Il-Kummissjoni tqis li ntlaħqu l-għanijiet li stabbilixxa l-Kunsill fid-direttivi tiegħu dwar in-negozjati u li l-abbozz tal-Ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid huwa aċċettabbli għall-Komunità.

L-abbozz tal-Ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa fejn possibbli ġie armonizzat ma’ l-abbozzi tal-Ftehimiet dwar l- ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Balkani tal-Punent.

Il-kontenut finali tiegħu jista’ jiġi mqassar kif ġej:

- Il-Ftehim huwa mqassam fi 8 taqsimiet bi 23 Artikolu b’kollox. Fih ukoll 7 Annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu u 6 dikjarazzjonijiet konġunti.

- L-obbligi ta’ l- ilqugħ mill-ġdid stabbiliti fil-Ftehim (l-Artikoli 2 sa 5) huma mfassla b’mod għal kollox reċiproku, li jinkludi l-persuni tan-nazzjonalità tal-pajjiż stess (l-Artikoli 2 u 4) kif ukoll persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat inkluż, għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-persuni li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra (l-Artikoli 3 u 5).

- L-obbligu li pajjiż jilqa' lura lil persuni ta’ nazzjonalità tiegħu jinkludu wkoll lil dawk li qabel kellhom in-nazzjonalità tiegħu li rrinunzjaw, jew iċċaħħdu min-nazzjonalità tagħhom mingħajr ma jiksbu nazzjonalità ta’ Stat ieħor). Barra minn dan, l-Artikoli 2 u 4 huma supplimentati minn dikjarazzjoni konġunta dwar iċ-ċaħda tan-nazzjonalità.

- L-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità tal-pajjiż stess ikopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied mhux miżżewġa li għadhom minorenni) li għandhom nazzjonalità differenti minn dik tal-persuna li se tintlaqa' u li m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat li jagħmel it-talba.

- L-obbligu li pajjiż jilqa' lura lil persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u lil persuni mingħajr nazzjonalità (l-Artikolu 3) huwa marbut ma’ dawn il-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata għandha, jew fil-ħin tad-dħul kellha, viża valida jew permess ta’ residenza validu, maħruġ/a mill-Istat li lilu saret it-talba, jew (bil-persuna kkonċernata tkun daħlet illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li tkun żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba. Minn dawn l-obbligi huma eżentati l-persuni fi tranżitu bl-ajru u l-persuni kollha li lilhom l-Istat li għamel it-talba ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara ma jkunu daħlu fit-territorju tiegħu.

- Dawk li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja u li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra ġew ittrattati bħala kategorija separata (l-Artikolu 3(3)). L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se taċċetta li tilqagħhom l-ilqugħ mill-ġdid kemm-il darba jintlaħqu żewġ kondizzjonijiet: il-post tat-twelid tagħhom kien fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fid-data ta’ l-independenza ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (jiġifieri t-8 ta’ Settembru 1991) kien fit-territorju ta’ dak l-Istat. Il-kondizzjonijiet speċifiċi biex jintlaqgħu lura l-persuni f'din il-kategorija ġew applikati b’mod orizzontali fil-ftehimiet kollha dwar l- ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

- Kemm għall-persuni ta’ nazzjonalità tagħha, fil-każ ta’ skadenza ta’ żmien definit, kif ukoll għal persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, fil-każijiet kollha, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taċċetta l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Artikoli 2(4) u 3(4)).

- It-Taqsima III tal-Ftehim (l-Artikoli 6 sa 12 flimkien ma’ l-Annessi 1 sa 6) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi neċessarji dwar il-proċedura ta’ l- ilqugħ mill-ġdid (il-forma u l-kontenut ta’ l-applikazzjoni ta’ l- ilqugħ mill-ġdid, il-mezzi ta’ prova, it-termini, il-modalitajiet tat-trasferiment u l-modalitajiet tat-trasport). Hija provduta xi flessibilità proċedurali mill-fatt li ma tkun meħtieġa ebda lqugħ mill-ġdid fil-każijiet fejn il-persuna li se tintlaqa' lura għandha passaport nazzjonali validu u, jekk hija persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz, għandha wkoll viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida ta’ l-Istat li għandu jerġa’ jilqagħha lura (l-Artikolu 6(2)). Fil-paragrafu 3 tiegħu, l-Artikolu 6 fih element proċedurali ieħor importanti, l-imsejħa proċedura aċċellerata, li ġiet miftiehma għal persuni maqbuda fir-“reġjun tal-fruntiera”, jiġifieri f’żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Taħt il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjonijiet għall-ilqugħ lura għandhom jiġu sottomessi, u għandhom jingħataw ir-risposti, fi żmien jumejn ta’ xogħol, filwaqt li taħt il-proċedura normali t-terminu għar-risposti huwa ta’ 14-il jum tal-kalendarju.

- Il-ftehim fih ukoll taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 13 u 14 flimkien ma’ l-Anness 7).

- L-Artikoli 15 sa 17 fihom ir-regoli neċessarji dwar l-spejjeż, il-protezzjoni tad-data u r-relazzjoni ma’ obbligi Internazzjonali oħrajn.

- Il-Kumitat Konġunt dwar l-ilqugħ mill-Ġdid se jkun kompost, u jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat, kif stabbilit fl-Artikolu 18.

- Sabiex il-Ftehim jiġi eżegwit fil-prattika, l-Artikolu 19 joħloq il-possibbiltà li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Istati Membri individwali jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-relazzjoni bejn il-Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni u wkoll ta’ ftehimiet bilaterali oħrajn ta’ l- ilqugħ mill-ġdid bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Istati Membri individwali ma’ dan il-Ftehim hija ċċarata mill-Artikolu 20.

- Id-dispożizzjonijiet finali (l-Art. 21 sa 23) fihom ir-regoli neċessarji dwar id-dħul fis-seħħ, it-terminu, l-emendi possibbli, is-sospensjoni, it-tmiem u l-istat legali ta’ l-Annessi tal-ftehim.

- Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hija riflessa fil-preambolu, l-Artikoli 1(d), 21(2) u f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim. L-assoċjazzjoni fil-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen hija riflessa bl-istess mod f’dikjarazzjonijiet konġunti għall-Ftehim.

III. Il-Konklużjonijiet

Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill

- jiddeċiedi li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità;

- japprova, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Ftehim anness bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l- ilqugħ mill-ġdid.

2007/0147 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ilqugħ mill-ġdid

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 (b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [2],

BILLI:

(1) Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l- ilqugħ mill-ġdid.

(2) In-negozjati għall-ftehim saru bejn it-30 ta’ Novembru 2006 u t-12 ta’ April 2007.

(3) Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim inizjalat fi Brussell fit-12 ta’ April 2007 għandu jiġi ffirmat.

(4) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Suġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l- ilqugħ mill-ġdid.

Magħmul fi Brussell, fl-………..ta’…………2007.

Għall-Kunsill

Il-President

2007/0147 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ilqugħ mill-ġdid

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 (b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [3]3,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4]4

BILLI:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim ma’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l- ilqugħ mill-ġdid;

(2) Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea, fi…….2007 bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, skond id-Deċiżjoni ……../……/KE tal-Kunsill ta' [………….]

(3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta’ l-ilqugħ mill-Ġdid li jista’ jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ.

(5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l- ilqugħ mill-ġdid huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 22 paragrafu 2 tal-Ftehim [5]5.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ l-ilqugħ mill-Ġdid stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ skond l-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, fi………..ta’…………2007

Għall-Kunsill

Il-President

Anness

FTEHIM

bejn

il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

dwar l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KUNTRAENTI L-GĦOLJIN

IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

u

L-EKS-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

Determinati li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali b’mod aktar effettiv,

Filwaqt li jixtiequ jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi tar-reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u d-dħul lura sikur u ordinat ta’ persuni li ma jilħqux, jew li m’għadhomx jilħqu, il-kondizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni;

Filwaqt li jenfasizzaw li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;

Filwaqt li jikkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jgħoddux għad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li jqisu l-Artikolu 76.2 tal-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni [6]6, li jimponi obbligu fuq il-Partijiet li jikkonkludu ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid fuq talba,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a) “Partijiet Kuntraenti” tfisser l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Komunità;

(b) " ilqugħ mill-Ġdid" għandha tfisser it-trasferiment mill-Istat li jagħmel it-talba u l-ilqugħ mill-Istat li lilu saret it-talba ta’ persuni (persuni ta' nazzjonalità ta’ l-Istat stess li lilu saret it-talba, persuni ta' nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat) li nstabu deħlin, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat li jagħmel it-talba, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim;

(c) “Persuna ta’ nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha;

(d) “Persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità kif definit għal skopijiet Komunitarji, ta’ Stat Membru;

(e) “Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka;

(f) "Persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhijiex ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri;

(g) “Persuna mingħajr stat” tfisser kwalunkwe persuna li m’għandhiex nazzjonalità;

(h) “Awtorizzazzjoni ta’ residenza" għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju ta’ l-istati msemmija in konnessjoni ma’ l-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza;

(i) “Viża" għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn xi wieħed mill-Istati Membri, li hija meħtieġa biex persuna tidħol, jew tgħaddi mit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan m’għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viża ta’ tranżitu fl-ajruport;

(j) “Stat li għamel it-talba" għandu jfisser l-Istat (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta’ tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(k) “Stat li lilu saret it-talba" għandu jfisser l-Istat (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri) li lilu hija indirizzata applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(l) “L-Awtorità Kompetenti" għandha tfisser kull awtorità nazzjonali ta' l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skond l-Artikolu 19 (1) (a) tiegħu

(m) “Reġjun fuq il-fruntiera” għandha tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif ukoll it-territorji ta’ l-ajruporti internazzjonali ta’ l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(n) “Tranżitu" għandu jfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-pajjiż li saritlu t-talba waqt il-vjaġġ mill-Istat li għamel it-talba sal-pajjiż tad-destinazzjoni.

Taqsima I.

Obbligi ta' ilqugħ mill-Ġdid minn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Artikolu 2

Lqugħ mill-ġdid tal-persuni ta’ nazzjonalità l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

(1) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissoddisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet legali tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandhom nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, fejn possibbli, fl-istess ħin:

– ulied minorenni mhux miżżewġa sa l-età ta’ 18-il sena tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza t-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun għamel it-talba;

– konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba.

(3) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas garantiti n-naturalizzazzjoni minn xi wieħed mill-Istati Membri.

(4) Wara li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ 30 jum. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien 14-il jum tal-kalendarju l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tkunx ħarġet id-dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ġdid ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija [7]7.

(5) Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra n-nazzjonalità ta’ l-Istat lil lilu saret it-talba, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.

Artikolu 3

Lqugħ mill-ġdid ta' persuni pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

(1) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx, jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba kemm-il darba ma jiġix ippruvat, jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq il-bażi ta’ provi prima facie provduti, li dawn il-persuni.

a) għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

b) daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2) L-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk

a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

b) l-Istat Membru li għamel it-talba ħareġ lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm

– dik li l-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li tiskadi wara; jew

– il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-Istat Membru li għamel it-talba nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz, u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

– dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru, lil persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra u li l-post tat-twelid tagħhom, u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fit-8 ta’ Settembru 1991, kienu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(4) Wara li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tagħti tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall- ilqugħ mill-ġdid, l-Istat Membru li Għamel it-Talba, fejn meħtieġ, joħroġ lill-persuna li l- ilqugħ mill-ġdid tagħha jkun ġie aċċettat id-dokument ta' l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija [8]8 .

Taqsima II.

Obbligi ta’ l- ilqugħ mill-Ġdid Mill-Komunità

Artikolu 4

Lqugħ mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri

(1) Stat Membru għandu jħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet legali tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjali jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru.

(2) Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid, fejn possibbli, fl-istess ħin:

– ulied minorenni mhux miżżewġa sa l-età ta’ 18-il sena tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

– konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3) Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ Stat Membru minn meta daħlu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas garantiti n-naturalizzazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(4) Wara li l-Istat Membru li lilu saret it-talba ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall- ilqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ 30 jum. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità.

(5) Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra dik ta’ l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.

Artikolu 5

Lqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi tezi u persuni mingħajr stat

(1) Stat Membru għandu jħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni

a) għandhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew

b) daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta' l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba.

(2) L-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk

a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienu biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew

b) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħarġet lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, kemm-il darba

– dik il-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba, li tiskadi wara; jew

– il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz u l-persuna kkonċernata żaret, jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, jew

– dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u dik il-persuna żaret, jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba.

(3) L-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, l-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu skadew, l-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta’ l-iskadenza l-aktar riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu ta’ l- ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru ta’ l-aħħar ħruġ.

(4) Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall- ilqugħ mill-ġdid, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fejn meħtieġ toħroġ lill-persuna li l- ilqugħ mill-ġdid tagħha ikun ġie aċċettat, id-dokument ta' l-ivjaġġar meħtieġ biex din tmur lura.

Taqsima III Proċedura ta’ lqugħ mill-Ġdid

Artikolu 6

Prinċipji

(1) Suġġett għall-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba.

(2) M’għandha tkun meħtieġa ebda applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid fejn il-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid għandha fil-pussess tagħha dokument ta' l-ivjaġġar validu u, fejn jgħodd, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza validi ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba.

(3) Jekk persuna ġiet imwaqqfa fir-reġun tal-fruntiera (inklużi l-ajruporti) ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li din tkun qasmet il-fruntiera illegalment hija u ġejja direttament mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, l-Istat li jagħmel it-talba jista’ jissottometti applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li din il-persuna tkun ġiet imwaqqfa (il-proċedura aċċellerata).

Artikolu 7

Applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid

(1) Sa fejn possibbli, kull applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

a) id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ammessa mill-ġdid (eż., ismijet, kunjomijiet, data tat-twelid u – fejn possibbli - post tat-twelid u l-aħħar post ta’ residenza u d-dettalji tal-ġenituri tagħha) u, fejn xieraq, id-dettalji ta’ l-ulied minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi;

b) indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-evidenza jew l-evidenza prima facie tan-nazzjonalità, tat-tranżitu, il-kondizzjonijiet għall- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali se tiġi provduta;

c) ritratt tal-persuna kkonċernata.

(2) Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għall- ilqugħ mill-ġdid għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

b) kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

(3) Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ lqugħ mill-ġdid hija mehmuża bħala l-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Mezzi ta’ prova dwar in-nazzjonalità

(1) Mingħajr preġudjzzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rilevanti, il-prova dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jirrikonoxxu reċiprokament in-nazzjonalità mingħajr ebda ħtieġa ta’ verifika ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.

(2) Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jaċċettaw li preżunzjoni tan-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.

(3) Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex tintervista lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

Artikolu 9

Mezzi ta’ prova dwar persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

(1) Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.

(2) Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jaċċettaw li ġiet stabbilita preżunzjoni tal-kondizzjonijiet, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

(3) L-illegalità tad-dħul, preżenza jew residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża neċessarja jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għat-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba. Stqarrija mill-Istat li għamel it-talba li l-persuna kkonċernata nstabet li ma kellhiex id-dokumenti tal-vjaġġ, il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza neċessarji għandha wkoll tkun evidenza prima facie tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza illegali.

(4) Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5b ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tqis li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma tkunx tista’ tipprova mod ieħor.

(5) Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 5 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatika u konsulari kompetenti ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom, fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 3 ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

Artikolu 10

Termini

(1) L-applikazzjoni għall- ilqugħ mill-ġdid għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba mhux aktar tard minn sena wara li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li għamel it-talba tkun saret taf li persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tilħaqx, jew m’għadhiex tilħaq, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni fil-ħin, it-terminu għandu, fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.

(2) Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid

– fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3));

– fi żmien 14-il jum tal-kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dawn it-termini jibdew jgħoddu mid-data meta hija rċevuta t-talba għall- ilqugħ mill-ġdid. Jekk mhemm ebda risposta f’dan it-terminu, jitqies li sar qbil dwar it-trasferiment.

(3) Għandhom jingħataw raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ talba għall- ilqugħ mill-ġdid.

(4) Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-termini ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, dan it-terminu għandu jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu ttrattati l-ostakoli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Modalitajiet tat-trasferiment u l-mezzi tat-trasport

(1) Qabel ma persuna tintbagħat lura l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub minn qabel dwar id-data tat-trasferiment, il-punt tad-dħul, il-possibbiltà ta’ skorta, u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment.

(2) It-trasport jista’ jsir bl-ajru, bil-baħar jew bl-art. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew b’titjiriet ta’ ajruplani mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti m’għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati ta’ l-Istat li għamel it-talba, kemm-il darba huma persuni awtorizzati mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjajew minn kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 12

L- ilqugħ mill-ġdid bi żball

L-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna li tħalliet tidħol mill-ġdid mill-Istat li lilu tkun saret it-talba, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma ntlaħqux.

F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li tkun se tittieħed lura.

-Taqsima IV Operazzjonijiet ta’ Tranżitu

Artikolu 13

Il-Prinċipji

(1) L-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

(2) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u l- ilqugħ mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni.

(3) It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn Stat Membru

a) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun suġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

b) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunu suġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat li lilu tkun saret it-talba jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

c) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba.

(4) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkustanzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta’ tranżitu jew l-ilqugħ mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jibqgħux assigurati. F’dan il-każ, l-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Il-Proċedura tat-tranżitu

(1) Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata;

b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (per eżempju l-isem, il-kunjom, l-isem ta’ xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru ta’ dokument tal-vjaġġ);

c) fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul u l-użu possibbli ta’ l-iskorti;

d) dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-Istat li għamel it-talba il-kondizzjonijiet taħt l-Artikolu 13 (2) intlaħqu, u ma hija magħrufa ebda raġuni għar-rifjut skond l-Artikolu 13 (3).

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża ma’ Anness 7 ta’ dan il-Ftehim.

(2) Fi żmien hamest ijiem tal-kalendarju l-Istat li lilu saret it-talba għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li għamel it-talba dwar l- ilqugħ, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-punt ippjanat ta’ l- ilqugħ, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ l- ilqugħ u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

(3) Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tintlaqa lura u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu ta’ l-ajruport.

(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop.

-Taqsima V. spejjeŻ

Artikolu 15

Spejjeż tat-Trasport u t-Tranżitu

Bla preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta ma’ l- ilqugħ mill-ġdid mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport marbuta ma’ l-ilqugħ mill-ġdid u t-tranżitu sal-fruntiera ta’ l-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li għamel it-talba.

It-Taqsima VI. Il-Klawżola tal-Protezzjoni tad-Data u tan-Nuqqas ta’ Effett

Artikolu 16

Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi ta’ l-EksRepubblika Jugoslava tal-Maċedonja u, fejn il-kontrollur huwa awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE [9]9 u tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottati skond id-direttiva. Għandhom jgħoddu wkoll il-prinċipji li ġejjin:

(a) id-data personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali;

(b) id-data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop;

(c) id-data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni ma’ l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-data personali komunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

– id-dettalji tal-persuna li ser tiġi ttrasferita (eż, ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti);

– il-passaport, il-karta ta’ l-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ);

– waqfiet u itinerarji;

– informazzjoni oħra meħtieġa biex tkun identifikata l-persuna li ser tkun trasferita jew biex ikunu eżaminati r-rekwiżiti ta’ ilqugħ mill-ġdid skond dan il-Ftehim.

(d) id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata.

(e) id-data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id-data jew li kompliet tiġi proċessata;

(f) kemm l-awtorità li tikkomunika d-data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikoli, b’mod partikolari għaliex dik id-data mhijiex xierqa, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward ta’ l-iskop ta’ l-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kull korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra;

(g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità komunikanti dwar l-użu tad-data komunikata u r-riżultati miksuba minn dan.

(h) Id-data personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri, lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti komunikanti.

(i) l-awtorità kompetenti komunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-data personali.

Artikolu 17

Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett

(1) Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn

– il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istat tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati;

– il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-kenn li jkunu ġew sottomessi;

– il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

– il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti;

– il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu;

– il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija.

(2) Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali.

-Taqsima VII. Implimentazzjoni u Applikazzjoni

Artikolu 18

Kumitat konġunt ta’ l-ilqugħ mill-ġdid

(1) Il-Partijiet Kuntraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-iskop, għandhom jaħtru kumitat konġunt ta’ l- ilqugħ mill-ġdid (minn hawn ’il quddiem magħruf bħala "il-Kumitat") li se jkollu b'mod partikolari l-kompitu

a) li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

b) li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim;

c) li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skond l-Artikolu 19;

d) li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.

(2) Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kuntraenti.

(3) Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.

(4) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kuntraenti.

(5) Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 19

Protokolli ta’ Implimentazzjoni

(1) Fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta’ Implimentazzjoni li għandu jkopri regoli dwar

a) il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt u l-lingwa tal-komunikazzjoni;

b) il-modalitajiet għar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata;

c) il-kondizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom;

d) mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 5 ta’ dan il-ftehim.

(2) Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat ta’ l- ilqugħ mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 18.

(3) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ Implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ xi Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar.

Artikolu 20

Relazzjoni ma ftehimiet jew arranġamenti bilaterali

dwar l-ilqugħ mill-ġdid

ta’ l-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li kienu, jew jistgħu jiġu skond l-Artikolu 19, konklużi bejn Stati Membri individwali u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ta’ l-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

It-Taqsima VIII. Id-Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 21

L-applikazzjoni territorjali

(1) Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 21, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn jgħodd it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komuntià Ewropea u fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2) Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 22

Id-dħul fis-seħħ, it-terminu u t-terminazzjoni

(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

(2) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kuntraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew konklużi.

(3) Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat.

(4) Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja, kompletament jew parzjalment, dan il-Ftehim billi tinnotifika lilll-Parti Kontraenti l-oħra u wara li tkun l-ewwel ikkonsultat lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 18, tissospendi temporanjament, għal kollox jew parzjalment, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr nazzjonalità, għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika jew is-saħħa pubblika. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum tan-notifika.

(5) Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja dan il-Ftehim billi tinnotifika l-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim jieqaf jgħodd sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 23

Annessi

L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul f’ ............ fil- ........ jum ta’ ........... tas-sena............ f’żewġ oriġinali f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, u kull wieħed minn dawn it-testi huma awtentiċi indaqs.

Għall-Komunità Ewropea(…) | Għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(…) |

Anness 1

Lista komuni ta’ dokumenti

għall- prova ta’ nazzjonalità

(Artikoli 2 (1), 4 (1) u 8 (1))

– passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati ta’ l-emerġenza inklużi l-passaporti tat-tfal);

– karti ta’ l-identità (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji);

– karti ta’ l-identità militari;

– kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani;

– ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokument ieħor ta’ identifikazzjoni li fih ritratt tal-persuna tiegħu.

Anness 2

Lista komuni ta’ dokumenti

li l-preżentazzjoni tagħhom titqies

prova prima facie ta’ nazzjonalità

(Artikoli 2 (1), 4 (1) u 8 (2))

– fotokopji ta’ kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim;

– kotba tas-servizz jew fotokopji tagħhom;

– liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom;

– ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom;

– dikjarazzjonijiet uffiċjali ta’ xhieda kredibbli;

– dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa li titkellem, inkluż permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Annes, it-terminu ‘test uffiċjali’ ifisser test imħejji jew imwettaq mill-awtoritajiet ta’ l-Istat li għamel it-talba u validat mill-Istat li lilu saret it-talba;

– kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata

– dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet.

Anness 3

Lista Komuni ta’ Dokumenti

li jitqiesu prova tal-kondizzjonijiet

għall- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat

(Artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (1))

– timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż., fotografika);

– dokument validu, eż., viża u/jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Istat li lilu saret it-talba, għal żjara permessa fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba.

– biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza ta’ l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

– dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula mill-impjegati ta’ l-awtorità tal-fruntieri li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

Anness 4

Lista Komuni ta’ Dokumenti

li jitqiesu prova prima facie tal-kund

għall- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat

(Artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (2))

– dikjarazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet rilevanti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi li fihom ġiet interċettata l-persuna kkonċernata wara li daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

– informazzjoni relatata ma’ l-identità u/jew iż-żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn organizzazzjoni Internazzjonali;

– dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (eż., kontijiet tal-lukandi, karti ta’ l-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

– informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija ta’ l-ivjaġġar;

– dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.

Anness 5

Lista ta’ dokumenti

li jitqiesu bħala prova prima facie tal-kundizzjonijiet

ta’ l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja

(Artikoli 3(3), 9(4))

– ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom maħruġa minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja;

– dokumenti pubbliċi jew fotokopji tagħhom maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, li jispeċifikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3).

– Dokumenti jew ċertifikati oħrajn jew fotokopji tagħhom li jindikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

– Dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.

Anness 6

(...PICT...)

Referenza: .............................................……………

Lil

(...PICT...)

APPLIKAZZJONI TA’ LQUGĦ MILL-ĠDID

skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta'........... bejn

il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

dwar l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(...PICT...)

B. Dettalji Persjonali tal-Konjuġi (jekk applikabbli )

1. Isem sħiħ ( ħażżeż sing taħt il-kunjom):.............................................................................................................

2. Kunjomok xebba: ……………………………...........................................................………………………………

3. Data u post tat-twelid: …………………………............................................................………………………………

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................………………….

5. Magħrufa wkoll bħala (ismijiet ta’ qabel, ismijiet oħrajn użati jew li bihom kont magħruf/a jew psewdonimi):

...........................................................................................................................………..................……………….

6. Nazzjonalità u lsien:

...........................................................................................................................………...................………………

C. Dettalji personali ta’ l-Ulied (Jekk applikabbli)

1. Isem sħiħ ( agħmel sing taħt il-kunjom):..........................................................................................................

2. Data u post tat-twelid:…………………………............................................................………………………………

3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................………………….

4. Nazzjonalità u lsien:

...........................................................................................................................………...................………………

D. Ċirkustanzi Speċjali relatati mal-persuna li qed tiġi ttrasferita

1.Stat tas-saħħa

(eż., riferenza possibbli għall-kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed):

............................................................................................................................................………………………

2. Indikazzjoni ta’ persuna ta’ periklu partikolari

(eż., suspettata minn offiża gravi; imġiba aggressiva):

............................................................................................................................................………………………

(...PICT...)

(...PICT...)

...................................................

(Firma)(Siġill/ Timbru)

Anness 7

(...PICT...)

| [L-arma ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja] |

..............................................................…………................................................................……….. | .................................................................………(Il-post u d-data) |

(Isem l-awtorità li tagħmel it-talba) | |

Referenza

................................................................…………

Lil

................................................................…………. | |

................................................................…………................................................................…………(Isem l-awtorità li lilha saret it-talba) | |

APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU

Skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim........... bejn

il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

dwar l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

Dettalji personali1. L-isem sħiħ ( agħmel sing taħt il-kunjom):.............................................................2. Kunjomok xebba:.............................................................3. Data u post tat-twelid:............................................................. | Ritratt |

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.):

……………………………………………………………………………………………………….

5. Magħruf/a ukoll bħala (ismijiet ta’ qabel, ismijiet oħrajn użati jew li bihom kont magħruf/a jew psewdonimi):

...........................................................................................................................……………….……

6. Nazzjonalità u lsien:

.............................................................................................................................…………………..

7. Tip u numru tad-dokument tal-vjaġġ:

.............................................................................................................................…………

B. operazzjoni tat-tranżitu

1.Tip ta’ tranżitu

Bl-ajru | Bl-art |

2. Stat tad-destinazzjoni finali

……………………………………………………………………………………………………….

3. Stati oħrajn fejn possibbilment hemm tranżitu

…………………………………………………………………………………………………………

4. Punt fejn huwa propost li tinqasam il-fruntiera, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli

…………………………………………………………………………………………………………

…………………………………………………………………………………………………………

…………………………………………………………………………………………………………

5. L- ilqugħ garantit fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali

(L-Artikolu 13 il-paragrafu 2)

iva | le |

6. Għarfien ta’ raġuni għal rifjut ta’ tranżitu

(L-Artikolu 13 il-paragrafu 3)

iva | le |

C. Osservazzjonijiet

..............................................................................................................................................…………….

..............................................................................................................................................…………….

..............................................................................................................................................……………..

.....................................................................................................………………………….……………..

...................................................

(Firma) (siġill / timbru)

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 2(4) u 4(2)

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni, il-Partijiet għandhom jagħmlu sforzi sabiex jieħdu miżuri xierqa biex iżommu sa fejn possibbli l-unità u l-integrità tal-familja. Għal dan l-għan il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex iħallu jidħlu mill-ġdid lill-membri tal-familja fi żmien raġonevoli.

L-applikazzjoni tal-prinipju ta’ l-unità u l-integrità tal-familja għandha b’mod partikolari tkun is-suġġett ta’ sorveljanza mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 2(3) u 4(3)

Il-Partijiet Kuntraenti jinnutaw li, skond il-liġijiet dwar in-nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u ta’ l-Istati Membri, mhuwiex possibbli għal ċittadin ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ l-Unjoni Ewropea li jiġu mċaħħda min-nazzjonalità tagħhom .

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 3 u 5

Il-partijiet se jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Danimarka

“Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżlanda u n-Norveġja

“Il-Partijiet jinnutaw ir-relazzjoni b'saħħitha bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja u l-Iżlanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonkludi ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżvizzera

“Il-Partijiet jinnutaw li l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. Ladarba dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ, jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonkludi ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Iżvizzera taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”

[1] ĠU., L 84, ta' l-20.3.2004.

[2] ĠU C

[3] 3 ĠU C

[4] 4 ĠU C

[5] 5 Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[6] 6 ĠU L 84, ta' l-20.3.2004.

[7] 7 Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.

[8] 8 Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.

[9] 9 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 tat- 23.11.1995, p. 31).

--------------------------------------------------