52007PC0388

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan /* KUMM/2007/0388 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.7.2007

KUMM(2007) 388 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96[1] dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċedura dwar importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan. |

120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004[2], li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan. |

141 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

219 | L-applikanti u l-industrija tal-Komunità ġew infurmati bis-sejbiet ta’ l-eżaminazzjoni u kellhom l-opportunità li jibgħatu l-kummenti tagħhom. |

Ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Evalwazzjoni ta' l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jaħsibx għal evalwazzjoni ta’ l-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira ta' l-azzjoni proposta Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi, ġie stabbilit kampjun matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni sussegwenti. Din ir-reviżjoni ġiet konkluża bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006, u stabbiliet rati ta’ dazju individwali ġodda li jvarjaw minn 0% għal 8,5%. Kumpaniji oħrajn li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata kkalkulata ta' dazju medja ta’ 5,8%. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (trattament ta’ produttur esportatur ġdid). Tmintax-il kumpanija Pakistana talbu għat-trattament ta' produttur esportatur ġdid u li isimhom jiżdied mal-lista ta’ kumpaniji soġġetti għad-dazju medju kkalkulat ta’ 5,8%. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament, li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |

310 | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku')[3]. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 ma jħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

332 | Mhijiex meħtieġa indikazzjoni ta' kif jiġi minimizzat u jsir proporzjonali ma' l-għan tal-proposta, il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. |

Għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: regolament. |

342 | Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni li ġejja. Ir-regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-'Regolament bażiku')[4],

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004[5] tat-2 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, dan wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA TA' QABEL

(1) Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità fuq friex tas-sodda tal-qoton li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302 21 00 81, 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302 32 90 19), li joriġinaw mill-Pakistan. Ġie impost dazju anti-dumping ta' 13,1% fil-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji kollha li jesportaw il-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

(2) F’Mejju 2006, wara reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 695/2006, emenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 u stabbilixxa rati ta’ dazju ġodda li jvarjaw minn 0%& għal 8,5%. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw ġie stabbilit kampjun.

(3) Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun ingħataw ir-rati ta’ dazju individwali stabbiliti matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata kkalkulata ta’ dazju medja ta' 5.8%. Ġiet imposta rata ta' dazju ta' 8.5% fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(4) L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ('trattament ta’ produttur esportatur ġdid' jew 'NEPT').

B. TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

(5) Tmintax-il kumpanija Pakistana talbu li jingħataw in-NEPT.

(6) Twettqet eżaminazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji sabiex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, billi ġie vverifikat li:

- ma esportax fil-Komunità l-prodotti deskritti fil-premessa (1) hawn fuq fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 u l-31 ta’ Marzu 2004,

- mhux relatat ma' ebda esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament u,

- esporta fil-Kommunità l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma msejsa l-miżuri, jew daħal f'obbligu kontrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinnifikanti fil-Kommunità.

(7) Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

(8) Produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,8% skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004.

C. SEJBIET

KUMPANIJI LI BAGĦTU TWEĠIBIET MHUX KOMPLUTI

(9) Tmiem kumpaniji Pakistanti li talbu għan-NEPT ma wieġbux għall-ewwel kwestjonarju. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

(10) Tliet kumpaniji Pakistanti li ma wieġbux fis-sħiħ għall-kwestjonarju ma wieġbux għat-talba ta’ aktar kjarifika. B’konsegwenza ta’ dan ma kienx possibbli li t-tweġibiet ta’ dawn il-kumpaniji jiġu analizzati u li jkun ivverifikat jekk jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, it-talbiet tagħhom ġew irrifjutati. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

KUMPANIJI LI BAGĦTU TWEĠIBA KOMPLUTA

(11) Fil-każ ta’ erba’ produtturi esportaturi Pakistanti, l-eżaminazzjoni tat-tagħrif mibgħut uriet li għaddew biżżejjed evidenza sabiex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004. Għalhekk dawn l-erba' produtturi jistgħu jingħataw ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5.8%) skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(12) Kumpanija Pakistana naqset milli turi li jew kienet esportat il-prodott ikkonċernat fil-KE wara l-IP, jew li kellha evidenza ta' obbligi kuntrattwali irrevokabbli sabiex tesporta kwantità sinifikattiva fil-Komunità. Din il-kumpanija kienet esportat prodotti ddikjarati bħala l-prodott ikkonċernat sa mill-IP iżda ma ddikjaratx l-esportazzjonijiet tagħha bħala l-prodott ikkonċernat taħt il-kodiċi NM elenkati fil-premessa (1) hawn fuq. Din il-kumpanija ntalbet tibgħat evidenza addizzjonali ta’ sostenn għad-dikjarazzjoni tagħhom li din il-kunsinna kienet fil-fatt il-prodott ikkonċernat. Ma ntbagħtet l-ebda evidenza addizzjonali ta’ sostenn. Din il-kumpanija kienet infurmata li jekk ma tibgħatx aktar evidenza l-applikazzjoni tagħha ma tkunx ikkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. Għalhekk, ma setgħax jiġi stabbilit b’ċertezza jekk din il-kumpanija kinitx esportat il-prodott ikkonċernat wara l-IP kif stipulat fit-tielet kriterju fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u għalhekk it-talba tagħha għan-NEPT kienet irrifjutata.

(13) Kumpanija Pakistana naqset milli tibgħat biżżejjed evidenza ta' sostenn għad-dikjarazzjoni tagħha li ma kinitx esportat il-prodott ikkonċernat matul l-IP oriġinali. Il-kumpanija ma bagħtitx evidenza ddettaljata ta' l-attività ta’ bejgħ tagħha matul u qabel l-IP anke jekk intalbet tagħmel dan aktar minn darba għall-għan ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk fil-fatt din il-kumpanija kinitx produttur esportatur ġdid li jissodisfa l-ewwel kriterju stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħha għan-NEPT kellha minħabba dan kienet irrifjutata. Din il-kumpanija kienet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma kinitx se tiġi kkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

(14) Kumpanija Pakistana naqset milli turi li kienet produttur tal-prodott ikkonċernat. Dan l-applikant għalhekk ma ssodisfax il-kriterju bażiku ta’ produttur esportatur u l-applikazzjoni tiegħu ma setgħatx tiġi ikkunsidrata aktar. Din il-kumpanija ġiet mgħarrfa biċ-ċaħda u ma kkumentatx.

(15) L-applikanti kollha u l-industrija tal-Komunità ġew infurmati bl-aħħar sejbiet ta’ l-eżaminazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Wara l-iżvelar, numru ta’ applikanti stqarrew li ma kienux wieġbu għall-ittri u t-talbiet tal-Kummissjoni minħabba li ma kienux irċievew il-korrispondenza kkonċernata jew għax kellhom problemi ta' organizzazzjoni interna biex jitrattaw tali korrispondeza. Il-korrispondenza ġiet iċċekkjata mill-ġdid u ġie konkluż li dawn il-pretensjonijiet kienu bla bażi. B’żieda ma' dan, in-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' kumpanija ma tistax tiġi ġġustifikata bi problemi ta' organizzazzjoni interna. Kumpanija waħda talbet biex il-pretensjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din il-kumpanija ma bagħtet l-ebda raġunament jew tagħrif addizzjonali li jistgħu jwasslu għal bidla fis-sejbiet. L-ebda mill-kumpaniji kkonċernati ma ppruvaw li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Għalhekk il-pretensjonijiet tagħhom ġew irrifjutati.

D. KONKLUŻJONI

(16) B’kunsiderazzjoni għas-sejbiet imsemmija fil-premessa (11) hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Pakistani jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 sabiex jingħataw in-NEPT. Dawn il-kumpaniji għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista ta' manifatturi li kkooperaw fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju ta’ 5,8%. It-talbiet mibgħuta mill-14-il produttur esportatur li jibqa' għandhom ikunu rrifjutati fuq ir-raġunijiet spjegati hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 għandha tinbidel b'dan li ġej:

'

Isem | Indirizz |

A.B. Exports (PVT) Ltd | Off. No 6, Ground Floor, Business Center, New Civil Lines, Faisalabad |

A.S.T. (PVT) Limited | Saba Square 2-C, Saba Commercial Street No 3, Phase V Extension, D.H. Authority, Karachi |

Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd | P-214 Muslim Town #1, Sarghoda Road, Faisalabad |

Adil Waheed Garments | 66-Zubair Colony, Jaranwala Road, Faisalabad |

Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd | LA 7/1-7, Block 22 F.B. Area, Karachi |

Al Musawar Textile (PVT) Ltd | Atlas Street, Maqbool Road, Faisalabad |

M/S Al-Ghani International | 202 Bhaiwala, Ghona Road, Faisalabad |

Al-Karam Textile Mills (PVT) Ltd | 3rd floor, K.D.L.B. Building, 58-West Wharf Road, Karachi |

Al-Latif | W,S, 24, Block-2, Azizabad, F.B. Area, Karachi-75950 |

Al-Noor Processing & Textile Mills | Sargodha Road, Near Bava Chak, Faisalabad |

Al-Raheem Textile | F/40, Block-6, P.E.C.H.S., Karachi |

Ameer Enterprises | 3rd floor, Bismillah Centre, Street No 2, Karkhana Bazar, Yanr Market, Faisalabad |

Amsons Textile Mills (PVT) Ltd | D-14/B, S.I.T.E., Karachi |

Amtex (Private) Limited | 1-Km, Khurrianwala-Jaranwala Road, Faisalabad |

Anjum Textile Mills (PVT) Ltd | Anjum Street, Nalka Kohala, Sarghoda Road, Faisalabad |

Apex Corporation | 1-19, Arkay Square, PO Box 13373, Karachi |

M/S Arif Textiles Private Limited | Karim Bibi Street, Bawa Chak, Sargodah Road Faisalabad |

Arshad Corporation | 1088/2, Jail Road Faisalabad 38000 |

Arzoo Textile Mills Ltd | 2.6 km, Jaranwala Road, Khurrinwala, Faisalabad |

Asia Textile Mills | D-156, S.I.T.E. Avenue, Karachi |

Aziz Sons | D21/Karach, S.I.T.E., Karachi-75700 |

B.I.L. Exporters | 15/5, Sector 12/C, North Karachi Industrial Area, Karachi |

Baak Industries | P-107, Akbarabad, Near Allied Hospital, Faisalabad |

Be Be Jan Pakistan Limited | Square No 7, Chak No 204/R.B., Faisalabad |

Bela Textiles Ltd | A-29/A, S.I.T.E., Karachi |

Bismillah Fabrics (PVT) Ltd | 3 Km, Jhumbra Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Bismillah Textiles (PVT) Ltd | 1. KM, Jaranwala Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Classic Enterprises | B-1/1, Sector 15, Korangi Industrial Area, Karachi |

M/S Club Textile | Sargodha Road, Ali Block Faisalabad |

Cotton Arts (PVT) Ltd | 613/1, Dagrawaan Road, Faisalabad |

D.L. Nash (Private) Ltd | 11, Timber Pond, Keamari Road, Karachi-75620 |

Dawood Exports PVT Ltd | PO Box 532, Sarghoda Road, Faisalabad |

Decent Textiles | P-1271, Abdullahpur, West Canal Road, Faisalabad |

En Em Fabrics (Pvt) Ltd | 10th Km, Sarghoda Road, Faisalabad |

En Em Industries Ltd | 10th Km, Sargodha Road, Faisalabad |

Enn Eff Exports | 4th floor, Business Centre, New Civil Lines, Faisalabad |

Faisal Industries | Office 205, Madina City Mall, Abdullah Haroon Road, Saddar, Karachi |

Fashion Knit Industries | 5-Business Centre, Ground Floor, Mumtaz Hassan Road, Karachi |

Fateh Textile Mills Limited | PO Box No 69, Hali Road, S.I.T.E., Hyderabad |

Gerpak Textile (PVT) Ltd | 317 Clifton Centre, Schon Circle, Kehkashan Clifton, Karachi |

Gohar Textile mills | 208 Chak Road, Zia Town, Faisalabad |

H.A. Industries (PVT) Ltd | 10 KM, Jaranwala Road, Faisalabad |

Haroon Fabrics (Private) Limited | P-121, Rafique Colony, Jail Road, Faisalabad |

Hay's (PVT) Limited | A-33, (C), Textile Avenue, S.I.T.E., Karachi-75700 |

M/S Home Furnishings Limited | Plot No 1, 2, 10, 11, Sector IX-B., Karachi Export Processing Zone, Karachi |

Homecare Textiles | D-115, S.I.T.E., Karachi |

Husein Industries Ltd | HT-8 Landhi Industrial & Trading Estate, Landhi, Karachi |

Ideal International | A-63/A, SIND Industrial Trading Estate, Karachi-75700 |

J.K. Sons Private Limited | 3-1/A, Peoples Colony Jaranwala Road Faisalabad |

Jaquard Weavers | 811 Mahmoodabad Colony, Multan |

Kam International | F-152, S.I.T.E., Karachi |

Kamal Spinning Mills | 4th KM, Jranwala Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Kausar Processing Industries (PVT) Ltd | P-61 Gole Chiniot Bazar, Faisalabad |

Kausar Textile Industries (PVT) Ltd | Maqbool Road, Faisalabad |

Khizra Textiles International | P-68, First Floor, Tawakal Cloth Market, Gol Chiniot Bazar, Faisalabad-38000 |

Kohinoor Textile Mills Limited | Peshawar Road, Rawalpindi |

Latif International (PVT) Ltd | Street No 1, Abdullahpur, Faisalabad |

Liberty Mills Limited | A/51-A, S.I.T.E., Karachi |

M/s M.K. SONS Pvt Limited | 2 KM, Khurrianwala, Jarranwala Road, Faisalabad |

MSC Textiles (PVT) Ltd | P-19, 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

Mughanum (PVT) Ltd | P-162, Circular Road, Faisalabad |

Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd | D-14/A, Bada Board, S.I.T.E., Karachi |

Naseem Fabrics | Suite #404, 4th floor, Faisalcomplex, Bilal Road, Civil Lines, Faisalabad |

Nawaz Associates | 87 D/1 Main Boulevard Gulberg III, Lahore |

Nazir Industries | Suite 3, 7th floor, Textile Plaza, M.A. Jinnah Road, Karachi-74000 |

Niagara Mills (PVT) Ltd | Kashmir Road, Nishatabad, Faisalabad |

Nina Industries Limited | A-29/A, S.I.T.E., Karachi |

Nishitex Enterprises | P-224, Tikka Gali No 2, Y.Y. Plaza., 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

Parsons Industries (PVT) Ltd | E-53 S.I.T.E., Karachi |

Popular Fabrics (PVT) Limited | Plot 115, Landhi Industrial Area, Karachi |

Rainbow Industries | 810/A, Khanewal Road, Multan |

Rehman International | P-2, Al Rehman House, Ghulam Rasool Nagar Main Road, Sarfraz Colony, Faisalabad |

Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd | Sadaqat Street, Sarghoda Road, Faisalabad |

Sadiq Siddique Co. | 170-A, Latif Cloth Market, M.A. Jinnah Road, Karachi |

Sakina Exports International | #313, Dada Chambers, M.A. Jinnan Road, Karachi-74000 |

Samira Fabrics (PVT) Ltd | 401-403, Chapal Plaza, Hasrat Mohani Road, Karach |

Sapphire Textile Mills Limited | 313, 3rd floor, Cotton exchange Bldg. I.I., Chundrigar Road, Karachi |

Shahzad Siddique (PVT) Ltd | 4,5 KM, Khurrainwala Jaranwala Road, Faisalabad |

Shalimar Cotton Export (PVT) Ltd | Yousaf Chowk, Sarghoda Road, Faisalabad |

Sharif Textiles Industries (PVT) Ltd | PO Box 265, Satiana Road, Faisalabad |

Shercotex | 39/c, Peoples Colony, Faisalabad |

Sitara Textile Industries Limited | 6- K.M., Sargodha Road, Faisalabad |

South Asian Textile Inds. | Street No 3, Hamedabad Colony, Vehari Road, Multan |

Sweety Textiles Pvt Ltd | P-237, 2nd floor, Hassan Arcade Montgomery Bazar, Faisalabad |

Tex-Arts | P-22, 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

The Crescent Textile Mills Ltd | Sargodha Road, Faisalabad |

Towellers Limited | WSA 30-31, Block 1, Federal B, Karachi |

Union Exports (PVT) Limited | D-204/A, S.I.T.E., Karachi-75700 |

United Finishing Mills Ltd | 2nd floor, Regency Arcade, The Mall, Faisalabad |

United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd | PO Box 194, Maqbool Road, Faisalabad |

Wintex Exports PVT Ltd | P-17/A, Main Road, Sarfaraz Colony, Faisalabad |

Zafar Fabrics (PVT) Limited | Chak No 119, J.B. (Samana), Sarghoda Road, Faisalabad |

Zamzam Weaving and Processing Mills | Bazar 1, Razabad, Faisalabad |

ZIS Textiles Private Limited | 3Km Sheikhupaura Road Khurrianwala Faisalabad |

'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[2] ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14).

[3] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[4] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[5] ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14).