Proposta għal regolament tal-Kunsill li jneħħi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) ta’ dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja /* KUMM/2007/0382 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 3.7.2007 KUMM(2007) 382 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jneħħi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) ta’ dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tat-23.12.2005 (‘ir-Regolament bażiku’) fil-proċeduri li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja. | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond il-ħtiġijiet sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 901/2001 li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ urea li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 li joriġinaw mir-Russja. L-ammont ta’ dazju impost huwa d-differenza bejn il-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ EUR 115 kull tunnellata u l-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, jekk il-prezz ta’ l-aħħar huwa orħos. | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċedura diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ta’ l-impatt ġenerali iżda għandu lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu valutati. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Fl-4 ta’ Mejju 2006, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni ta’ l-iskadenza tal-miżuri antidumping fis-seħħ fejn jidħlu importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja u reviżjoni interim parzjali ta’ dawk il-miżuri, limitati fl-ambitu tagħhom għall-forma tal-miżuri. Fl-1 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' urea li toriġina mir-Russja, limitata għal eżami ta' dumping safejn huwa kkonċernat produttur esportatur wieħed. L-għan ta’ l-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza kien biex jiġi mistħarreġ jekk hemmx tkomplija jew rikorrenza ta’ ddampjar fejn jidħlu importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, u b’hekk jikkawżaw tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja. L-investigazzjoni ma stabbilixxiet l-ebda possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara li kieku l-miżuri kellhom jitħallew jaqgħu. Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, qed ikun propost li l-miżuri jitneħħew u li l-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja tkun terminata. Għalhekk, qed ikun ukoll propost li tintemm ir-reviżjoni interim parzjali. | Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: | Il-forma ta’ azzjoni hija mfissra fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | L-għażla ta’ strumenti | L-istrumenti proposti: regolament. | Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għaliex ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. | L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jneħħi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) ta’ dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1] ('ir-Regolament bażiku') u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Il-miżuri fis-seħħ (1) F’Marzu 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 477/95[2], impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa (‘Russja’). L-ammont ta’ dazju impost kien id-differenza bejn ECU 115 kull tunnellata u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, jekk il-prezz ta’ l-aħħar kien orħos. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri se tissejjaħ ‘l-investigazzjoni oriġinali’. Wara t-twettiq ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 901/2001[3], iddeċieda li dawn il-miżuri għandhom jinżammu. Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma fil-forma ta’ dazju varjabbli fuq il-bażi ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni ('MIP') ta’ EUR 115 kull tunnellata ('il-miżuri eżistenti'). L-investigazzjoni għar-reviżjoni li wasslet biex jinżammu l-miżuri se tissejjaħ ‘l-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza’. (2) F’Diċembru 2003, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2228/2003[4], temm reviżjoni interim parzjali mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku bil-għan li jkun mistħarreġ kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr ebda emendi fil-miżuri eżistenti. 2. It-talbiet għal reviżjonijiet (3) F’Awissu 2005, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti[5]. Il-Kummissjoni fid-9 ta’ Frar 2006 irċeviet talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ta’ dawn il-miżuri u talba għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat għall-forma tal-miżuri. (4) Dawn it-talbiet tressqu mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (EFMA) ('l-applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ iktar minn 50% tal-produzzjoni totali ta’ urea tal-Komunità. (5) L-applikant allega u ressaq provi prima facie biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri tista’ tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-industrija fil-Komunità fejn jidħlu l-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja (‘il-pajjiż ikkonċernat’) u li l-forma tal-miżuri attwali mhix biżżejjed biex tilqa’ għall-effetti ta’ ħsara ta’ l-iddampjar. (6) Barra minn hekk, fl-14 ta' Settembru 2006, waslet talba għal reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 901/2001 minn Kumpanija bi Stokk Konġunt 'Mineral and Chemical Company EuroChem' ('EuroChem'), produttur esportatur ta' urea fir-Russja soġġett għall-miżuri antidumping fis-seħħ. (7) Fit-talba skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, EuroChem ressqet prova prima facie biex issostni t-talbiet tagħha li, safejn hija kkonċernata, iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta' natura permanenti. EuroChem ressqet prova li turi li t-tqabbil bejn l-ispejjeż tagħha u l-prezzijiet għall-esportazzjoni tagħha jista' jwassal għal tnaqqis ta' dumping b'mod sinifikanti taħt il-livell tal-miżuri attwali. Għalhekk, EuroChem iddikjarat li l-impożizzjoni kontinwa ta' miżuri fil-livelli attwali, li kienu bbażati fuq il-livell ta' marġinu ta' ħsara li ġie stabbilit qabel, ma kienitx għadha meħtieġa biex tikkumpensa għad- dumping . (8) Wara li ġie determinat, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex jingħata bidu għar-reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u taż-żewġ reviżjonijiet interim parzjali, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet dawn it-tliet reviżjonijiet bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta' bidu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea[6] . 3. L-investigazzjoni 3.1 Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (9) Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjoni dwar ittkomplija jew ir-rikorrenza ta’ ddampjar u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006 (‘perjodu ta’ l-investigazzjoni għar-reviżjoni’ jew ‘RIP’). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2002 sa tmiem l-RIP (‘il-perjodu meqjus’). Il-perjodu użat fir-reviżjoni interim parzjali għall-investigazzjoni dwar kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri huwa l-istess bħall-perjodu meqjus fir-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-perjodu ta' investigazzjoni għar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta' dumping rigward 'EuroChem' kien il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2006. 3.2 Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni (10) Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw fir-Russja, importaturi u utenti magħrufin li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, l-applikant u l-produtturi magħrufin fil-Komunità bil-bidu taż-żewġ reviżjonijiet. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. (11) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kumpanija Russa EuroChem, lir-rappreżentanti tar-Russja, kif ukoll lill-applikant dwar il-bidu tar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta' dumping . Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. (12) Il-partijiet kollha interessati, li għamlu din it-talba u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom kellhom jinstemgħu, ingħataw il-possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ. (13) Fir-rigward tar-reviżjoni ta' skadenza u tar-reviżjoni interim parzjali limitata għall-forma tal-miżuri, fid-dawl ta’ għadd kemmxejn kbir ta’ produtturi fil-Komunità, ta’ importaturi fil-Komunità u ta’ produtturi li jesportaw fir-Russja, kien meqjus xieraq, b’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jkun eżaminat jekk għandhomx jittieħdu l-kampjuni. Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux tassew meħtieġ it-teħid ta' kampjuni, u jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jersqu ’l quddiem fi żmien 15-il jum mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u biex jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu. (14) Fir-rigward ta’ importaturi fil-Komunità, importatur wieħed biss għadda l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u esprima r-rieda tiegħu li jkompli jikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni. Ġie għalhekk deċiż li ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni fir-rigward ta’ l-importaturi. (15) Disa’ produtturi tal-Komunità mlew tajjeb il-formola tat-teħid tal-kampjuni u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Erbgħa minn dawn id-disa’ kumpaniji, li nstabu li huma rappreżentattivi ta’ l-industrija fil-Komunità f’dawk li għandu x'jaqsam ma' volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità, intgħażlu bħala kampjuni. L-erba’ produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal madwar 50% tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija fil-Komunità, kif definita fil-premessa (84) hawn taħt, matul l-RIP, filwaqt li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq kienu jirrappreżentaw madwar 60% tal-produzzjoni fil-Komunità. Dan il-kampjun kien jikkostitwixxi l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità li raġonevolment seta’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli. (16) Ħames produtturi li jesportaw imlew tajjeb il-formola għat-teħid tal-kampjuni sa l-iskadenza u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi li jesportaw kienu jammontaw għal 60% ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità fil-perjodu ta’ l-RIP. (17) Kampjun ta’ tliet produtturi li jesportaw li setgħu jkunu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli ntgħażel f’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet ta’ urea magħmula lejn il-Komunità. It-tliet produtturi li jesportaw meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal 50% ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP. (18) Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjuni magħżula u ma kellhom l-ebda oġġezzjoni dwarhom. (19) Bħala riżultat ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli, aktar tard kien stabbilit li wieħed mit-tliet produtturi li jesportaw meħud fil-kampjun, fil-fatt ma kienx fost dawk li kellhom l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Dan il-produttur li jesporta għalhekk ġie eskluż mill-kampjun u sostitwit mill-produttur li jesporta li kien ir-raba’ fil-lista. Il-kampjun hekk mibdul kien jammonta għal 48% ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP. (20) Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-erba’ produtturi tal-Komunità fil-kampjun, lit-tliet produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun, kif ukoll lill-importaturi u l-utenti kollha li kienu għamlu lilhom infushom magħrufin. (21) Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-erba’ produtturi fil-kampjun tal-Komunità u tliet produtturi li jesportaw mir-Russja, kif ukoll minn importatur mhux relatat u 7 utenti fil-Komunità. Barra minn hekk, bosta importaturi u utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom issottomettew kummenti mingħajr ma wieġbu l-kwestjonarju. (22) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin: (a) Il-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun - Fertiberia S.A., Madrid, Spanja, - Nitrogénművek Zrt., Pétfűrdo, l-Ungerija, - SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH, Lutherstadt Wittenberg, il-Ġermanja, - Yara S.A., Brussell, il-Belġju u l-produttur relatat magħha Yara Sluiskil B.V., Sluiskil, l-Olanda. (b) Il-produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun - JSC Mineral u Chemical Company (Eurochem), Moska, ir-Russja, u ż-żewġ kumpaniji li jimmanifatturaw relatati magħha: - OJSC Azot (NAK Azot), Novomoskovsk, ir-Russja, u - OJSC Nevinnomyssky Azot (Nevinka Azot), Nevinnomyssk, ir-Russja; - JSC Minudobrenia, Perm, ir-Russja - JSC Acron, Velikij Novgorod, ir-Russja. B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI 1. Il-prodott ikkonċernat (23) Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, jiġifieri ureali taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li toriġina mir-Russja. (24) L-urea hija prinċipalment magħmula mill-ammonja, li min-naħa tagħha hija prodotta mill-gass naturali. Tista’ tieħu forma solida jew likwida. L-urea solida tista’ tintuża għal skopijiet agrikoli u industrijali. Il-kwalità ta’ urea għall-agrikoltura tista’ tintuża jew bħala fertilizzant, li jinfirex fuq il-ħamrija, jew bħala addittiv fl-għalf għall-bhejjem. Il-kwalità ta’ urea għall-industrija hija materja prima għal ċerti tipi ta' kolla u plastik. Minkejja li l-urea hija ppreżentata fil-forom differenti msemmija hawn fuq, il-karatteristiċi kimiċi tagħha jibqgħu bażikament l-istess u għall-għanijiet tal-proċedura attwali jistgħu jitqiesu bħala prodott wieħed. 2. Il-prodott simili (25) Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjonijiet għar-reviżjoni attwali kkonfermaw li l-prodott ikkonċernat u l-urea prodotta u mibjugħa mill-produtturi fil-Komunità fis-suq tal-Komunità, kif ukoll l-urea prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku Russu għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi. Għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. C. IL-PROBABBILTA’ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD- DUMPING 1. It-tkomplija ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni (26) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx qed isir dumping matul l-RIP, u f’każ li kien hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri kienitx se twassal jew le għal tkomplija ta’ dumping . 1.1 Ġenerali (27) Kif jissemma fil-premessa (13) hawn fuq, ħames produtturi li jesportaw l-urea kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi kienu jirrappreżentaw 60% ta’ l-esportazzjonijiet ta’ urea li oriġinaw mir-Russja lejn il-Komunità matul l-RIP, li kienu jammontaw għal 1,39 miljun tunnellata. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li oriġinaw mir-Russja kienu jirrappreżentaw 16% tal-konsum fil-Komunità, li kien ta’ 8,98 miljun tunnellata fl-RIP. (28) Għalhekk, il-livell ta’ kooperazzjoni huwa meqjus għoli. 1.2 Il-valur normali (29) Għandu jiġi nnutat li produttur esportatur wieħed jikkontrolla żewġ kumpaniji relatati, li t-tnejn qed jipproduċu u jesportaw l-urea. Il-kampjun li jissemma fil-premessa (16) hawn fuq għalhekk jinkludi erba’ kumpaniji. (30) L-ewwel ġie stabbilit għal kull waħda mill-erba’ kumpaniji jekk it-total tal-bejgħ domestiku tagħhom ta’ urea kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jammonta għal 5% jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-erba’ kumpaniji kollha biegħu kwantitajiet rappreżentattivi ta’ urea fis-suq domestiku. (31) Biex ikun stabbilit jekk il-bejgħ ta’ urea fis-suq domestiku kienx fl-andament ordinarju tan-negozju, kellha tiġi stabbilita l-ispiża tal-manifattura. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-ispejjeż ta’ l-enerġija, bħall-elettriku u l-gass jirrappreżentaw proporzjon ewlieni ta’ l-ispiża tal-manifattura u proporzjon sinifikanti ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni. Għalhekk ġie eżaminat, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, jekk l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott meqjus kienux riflessi b'mod raġonevoli fir-reġistri tal-partijiet ikkonċernati. (32) L-investigazzjoni ma wriet l-ebda indikazzjoni li l-elettriku ma kienx se jkun rifless b'mod raġonevoli fir-reġistri. F’dan il-kuntest, huwa inter alia nnutat li l-prezzijiet ta’ l-elettriku mħallsa mill-produtturi Russi matul l-RIP kienu skond il-prezzijiet fis-suq internazzjonali, meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, bħall-Kanada u n-Norveġja. Madankollu, ma setax jingħad l-istess dwar il-prezzijiet tal-gass. (33) Fir-rigward tal-fornituri tal-gass, fil-fatt, ġie stabbilit fuq il-bażi tad- data ppubblikata minn għejun speċjalizzati fis-swieq ta’ l-enerġija magħrufa internazzjonalment, li l-prezz imħallas mill-produtturi Russi kien baxx b’mod anormali. Bħala indikazzjoni, dawn kienu jammontaw għal wieħed minn kull ħamsa tal-prezz għall-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja u kienu wkoll orħos b'mod sinifikanti mill-prezz tal-gass imħallas mill-produtturi fil-Komunità. F’dan ir-rigward, id- data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet tal-gass domestiċi fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq imħallsa fi swieq mhux regolati għall-gass naturali. Peress li l-ispejjeż tal-gass ma kienux riflessi b'mod raġonevoli fir-reġistri ta’ l-erba’ kumpaniji, dawn kellhom ikunu aġġustati skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-ispiża tal-manifattura fil-kumpaniji meħuda bħala kampjun ġiet aġġustata skond dan. (34) Fin-nuqqas ta’ prezzijiet mhux irregolari tal-gass b’rabta mas-suq domestiku Russu, u skond l-Artikolu 2(5) tar-regolament bażiku, il-prezzijiet tal-gass kellhom jiġu stabbiliti fuq ‘kull bażi raġonevoli oħra, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħra.’ Il-prezz aġġustat kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Ġermaniża/Ċeka ('Waidhaus'), wara li tħallsu l-ispejjeż tat-trasport. Waidhaus, peress li huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-ikbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b'mod raġonevoli l-ispejjeż, jista’ jitqies bħala suq rappreżentattiv. (35) Wara l-aġġustament ta’ l-ispejjeż tal-manifattura kif deskritt hawn fuq, żewġ kumpaniji biss kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju. Għal dawn iż-żewġ kumpaniji għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. (36) Għaż-żewġ kumpaniji l-oħra, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju msemmi fil-premessa (32) hawn fuq, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, din l-informazzjoni ma setgħetx tixxandar fid-dettall, peress li waħda miż-żewġ kumpaniji li mingħandhom ittieħdet l-informazzjoni kellha rabta ma’ kumpanija li għaliha ġie stabbilit il-valur normali. Għalhekk, jekk it-tagħrif kien ġie żvelat, kien ikun possibbli għal dik il-kumpanija li tibni mill-ġdid id- data kunfidenzjali tan-negozju tal-kumpanija l-oħra. 1.3 Il-prezz għall-esportazzjoni (37) Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz għall-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, eżattament fuq il-bażi ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni li fil-fatt qed jitħallsu jew li jistgħu jitħallsu. (38) Fi-każ ta’ produtturesportatur wieħed fejn il-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Iżvizzera, il-prezz għall-esportazzjoni kien imfassal fuq il-bażi tal-prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid ta’ dak in-negozjant relatat lil klijenti indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li kien hemm bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid inkluż it-trasport, il-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, u marġni raġonevoli ta’ profitt. 1.4 Il-paragun (39) Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Bil-għan li jsir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fit-trasport, immaniġġjar, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ kreditu, kummissjonijiet u spejjeż ta’ ppakkjar fejn kienu applikabbli u sostnuti minn evidenza vverifikata. 1.5 It-tkomplija ta’ dumping (40) Il-marġni ta’ dumping għal kull produttur li jesporta ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur normali medju bil-piż differenzjat u prezz għall-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. (41) L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP id- dumping seħħ l-aktar f’livell iktar baxx milli kien hemm fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-marġini ta’ dumping , murija bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huma madankollu sostanzjali, jiġifieri fil-firxa bejn 6%-23%. 2. Il-probabbiltà ta’ Tkomplija ta’ Dumping 2.1 L-effett tat-tneħħija tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet iddampjati (42) Kif ingħad fil-premessa (1) hawn fuq, il-miżuri fis-seħħ huma fil-forma ta’ MIP ta’ EUR 115/tunnellata. Filwaqt li fil-bidu dan l-MIP kellu influwenza fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ta’ urea lejn il-Komunità, dawn il-prezzijiet kienu bil-bosta ’l fuq mill-MIP sa mill-2003 kif jidher fil-premessa (88) hawn taħt, u matul l-RIP il-prezzijiet medji għall-esportazzjoni Russa kienu 68% ogħla mill-MIP. (43) Għalhekk jista’ jkun konkluż li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda impatt kemm fuq il-prezzijiet kif ukoll fuq il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja. Bħala konsegwenza, mhux probabbli li jkun hemm impatt fuq il-prezzijiet jew il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja kemm-il darba l-miżuri jitneħħew. (44) Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-effetti probabbli ta’ (i) kapaċità żejda Russa eżistenti u l-possibbiltà ta’ kapaċità ġdida u (ii) l-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida lil bejgħ ieħor lejn il-Komunità ġew eżaminati wkoll fl-investigazzjoni, kif imfisser iktar ’l isfel. 2.2 Il-kapaċità żejda (45) L-applikant ressaq fit-talba tiegħu għal reviżjoni evidenza li se jkun hemm total ta’ disa’ proġetti, li jistgħu jipprovdu kapaċità ġdida sostanzjali fir-Russja fil-perjodu ta’ żmien 2005-2007 minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni, li jammontaw għal żieda ta’ mill-inqas 10% tal-kapaċità eżistenti. 2.2.1 Il-produtturi li kkooperaw (46) L-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti ġew eżaminati. Il-produtturi Russi meħuda bħala kampjun irnexxielhom iżidu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom b’madwar 5%, filwaqt li żiedu l-produzzjoni tagħhom b’madwar 15% matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, il-kapaċità żejda nominali tagħhom tkun naqset b’mod sinifikanti għal 170 000 tunnellata, jew b’madwar 6% tal-kapaċità ta’ produzzjoni. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Kapaċità | 2.567.648 | 2.567.648 | 2.567.648 | 2.640.100 | 2.686.591 | Produzzjoni | 2.179.525 | 2.213.096 | 2.364.564 | 2.537.327 | 2.516.367 | Kapaċità Żejda | 388.123 | 354.552 | 203.084 | 102.773 | 170.224 | (47) Total ta’ ħames proġetti mid-disgħa li ssemmew fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li qed jikkooperaw. Żewġ proġetti kienu diġà ntemmew matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma pprovdew l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbla ma’ l-RIP. Għal proġett wieħed elenkat, ġiet stabbilita biss żieda insinifikanti fil-kapaċità. (48) Fir-rigward ta’ l-akbar żewġ proġetti, li jammontaw għal parti l-kbira taż-żieda fil-kapaċità msemmija fil-premessa (43) hawn fuq, ġie stabbilit li l-kumpanija ma tinvestix biss fil-kapaċità ta’ l-urea, iżda anki fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni downstream għal prodotti bħal reżina urejka (urea-formaldehyde-resins UFR) u soluzzjonijiet ta’ l-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju (UAN). Dawn il-proġetti jew jinsabu fi stadju avvanzat jew inkella diġà kienu ntemmew wara l-RIP. Għalhekk, wieħed jista’ jassumi li l-parti l-kbira tal-kapaċità ta’ dan il-proġett mhux se tinbiegħ lil utenti indipendenti, iżda se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għal dawn il-prodotti downstream . Għalhekk din il-parti mhijiex qed titqies fil-paragrafu li ġej. (49) Jidher minn dan ta’ hawn fuq li t-tliet proġetti jistgħu jwasslu għal kapaċità addizzjonali disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti, stmata għal madwar 150 000-200 000 tunnellata. Dan jikkorrispondi għal 10%-15% ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew għal sehem potenzjali tas-suq ta’ 1,5%-2% tas-suq tal-Komunità. 2.2.2 Il-produtturi li ma kkooperawx (50) Il-kapaċità żejda globali bħala perċentwal tal-kapaċità ta’ produzzjoni fir-Russja hija skond il-kapaċità żejda stabbilita għall-produtturi li qed jikkooperaw, skond informazzjoni mressqa mill-applikant. Għalhekk jitqies, li l-produtturi li mhux qed jikkooperaw għandhom ukoll kapaċità żejda ta’ madwar 5% tal-kapaċità ta’ produzzjoni, stmata għal madwar 140 000 tunnellata matul l-RIP.. (51) Total ta’ erba’ proġetti minn disgħa li ssir referenza għalihom fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li mhux qed jikkooperaw. Dawn il-proġetti ġew valutati fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli. Għal proġett wieħed, ġie stabbilit li ma kienx rigward il-prodott ikkonċernat, iżda l-metanol. Proġett wieħed kien diġà twettaq matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma jipprovdi l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbel ma’ l-RIP. Proġett wieħed kien qed jirreferi għal investiment insinifikanti ta’ inqas minn 1 miljun EUR fis-sena u għalhekk kien meqjus li ma kellu l-ebda impatt kwantifikabbli fuq il-kapaċità Russa. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġett li fadal, jista’ jwassal għal żieda fil-kapaċità ta’ madwar 100 000 tunnellata (li tikkorrispondi għal madwar 7% ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew sehem potenzjali tas-suq ta’ 1% tas-suq tal-Komunità). 2.2.3 Konklużjoni dwar il-kapaċità żejda (52) L-investigazzjoni wriet li l-kapaċità addizzjonali disponibbli fiż-żmien medju se tqarreb il-500 000 tunnellata. Iżda peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għall-prodotti downstream , ġie konkluż li bejn wieħed u ieħor nofs din il-kwantità biss se tkun disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti. (53) Peress li s-suq domestiku Russu huwa żgħir u m’hemmx indikazzjonijiet li dan jista’ jinbidel fil-futur, kull żieda fil-produzzjoni se tkun maħsuba għall-esportazzjoni. Peress li l-użu tal-kapaċità nominali tal-produtturi Russi hija ta’ madwar 95%, kwantitajiet addizzjonali limitati biss huma disponibbli għall-esportazzjoni. (54) Il-kapaċità żejda eżistenti u l-kapaċità addizzjonali mhux vinkolanti li mistennija tinħoloq fil-futur qrib jirrappreżentaw flimkien bejn wieħed u ieħor madwar 550 000-600 000 tunnellata, li jikkorrispondu għal madwar 40% tat-total ta' esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità matul l-RIP, li huwa sehem potenzjali tas-suq ta' madwar 6% tas-suq Komunitarju. Madankollu, skond it-tbassir ta’ konsultazzjonijiet speċjalizzati fil-fertilizzanti mogħtija mill-applikant, id-domanda dinjija għall-urea hija mistennija li tiżdied b’pass simili għaż-żieda fil-kapaċità dinjija. Għalhekk il-kwantitajiet addizzjonali disponibbli għall-esportazzjoni jistgħu jiġu diretti lejn ir-reġjuni fejn teżisti domanda addizzjonali. Għalhekk huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità jiżdiedu fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm biss żieda ekwivalenti fid-domanda, jiġifieri dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fis-suq tal-Komunità. (55) Ma jistax għalhekk ikun konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fis-suq tal-Komunità se jkunu milquta mill-kapaċità żejda Russa. 2.3 Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida għal bejgħ ieħor lejn il-Komunità (56) Matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-produtturi li jesportaw meħuda fil-kampjun, fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1% - 5% inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn. Il-prezzijiet domestiċi kienu wkoll ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, speċjalment għal kumpaniji li jinsabu f’żoni mbiegħda minħabba differenza sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport. (57) L-applikant jargumenta li hemm investimenti sinifikanti fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-urea, prinċipalment fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani. Din il-kapaċità ġdida allegatament se twassal għal opportunitajiet inqas għall-esportaturi Russi lejn swieq oħrajn, u twassal għal iżjed kwantitajiet ta’ urea Russa esportati lejn il-Komunità. Madankollu kien stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir imsemmi fil-premessa (75) hawn fuq li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ ta’ provvista/domanda globali, hekk kif id-domanda dinjija hija mbassra li tiżdied fuq l-istess livell tal-kapaċità globali. (58) Għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fil-Komunità se jkun affettwat b’direzzjoni mill-ġdid ta’ merkanzija lejn il-Komunità. 2.4 Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija tad- dumping (59) Fuq il-bażi ta’ l-analiżi li saret hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri attwali fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, huwa konkluż li jekk jitneħħew il-miżuri, hemm il-probabbiltà li d- dumping ikompli. D. ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA FIL-KOMUNITÀ (60) Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 16-il produttur, li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Tmienja minn dawn is-16-il kumpanija saru parti mill-produtturi tal-Komunità wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004. (61) Mis-16-il produttur tal-Komunità, disa’ kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni, ilkoll imsemmija fit-talba għar-reviżjoni. Tliet produtturi oħra għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien stabbilit u bagħtu l-informazzjoni mitluba għall-għanijiet tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, ma offrew l-ebda kooperazzjoni ulterjuri. L-ebda produttur tal-Komunità ma oppona t-talba għar-reviżjoni. (62) Għalhekk, id-disa’ produtturi li ġejjin qablu li jikkooperaw: - Achema AB (il-Litwanja), - AMI Agrolinz Melamine International GmbH (l-Awstrija), - Chemopetrol, a.s. (ir-Repubblika Ċeka), - Duslo, a.s. (ir-Repubblika Slovakka), - Fertiberia S.A. (Spanja), - Grande Paroisse S.A. (Franza), - Nitrogénművek Zrt. (l-Ungerija), - SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH (il-Ġermanja), - Yara: il-konsolidazzjoni bejn Yara France S.A. (Franza), Yara Italia S.p.a. (l-Italja), Yara Brunsbuttel GmbH (il-Ġermanja) u Yara Sluiskil B.V. (l-Olanda)[7]. (63) Peress li dawn id-disa’ produtturi tal-Komunità ammontaw għal madwar 60% tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul l-RIP, jitqies li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq jammontaw għal parti kbira tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija fil-Komunità skond l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Industrija Komunitarja’. Is-seba’ produtturi tal-Komunità li ma kkooperawx se jissejħu “produtturi Komunitarji oħra”. (64) Kif indikat hawn fuq, ittieħed kampjun magħmul minn erba’ kumpaniji. Il-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun ikkooperaw u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju sa d-data ta’ l-għeluq. Barra minn hekk, il-ħames produtturi l-oħra li kkooperaw bagħtu kif xieraq ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara. E. IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ 1. Il-konsum fis-suq tal-Komunità (65) Il-konsum apparenti ta’ urea fil-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi ta’ data mressqa mill-applikant u minn data ta’ l-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta' l-UE. Minħabba t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus. Peress li din l-investigazzjoni nbdiet qabel it-tkabbir ulterjuri bil-Bulgarija u r-Rumanija, l-analiżi hija limitata għal-qagħda ta’ l-UE-25. (66) Bejn l-2002 u l-RIP, il-konsum fil-Komunità żdied b’4%. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Konsum totali tal-KE f’tunnellati | 8 651 033 | 8 945 707 | 8 954 402 | 8 873 804 | 8 978 696 | Indiċi (2002=100) | 100 | 103 | 104 | 103 | 104 | 2. Il-Volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja (67) Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja żviluppaw kif jidher hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Volum ta’ l-importazzjonijiet (tunnellati) | 1.375.543 | 1.429.565 | 1.783.742 | 1.404.863 | 1.393.277 | Indiċi (2002=100) | 100 | 104 | 130 | 102 | 101 | Sehem mis-suq | 16% | 16% | 20% | 16% | 16% | Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata) | 119 | 133 | 154 | 180 | 193 | Indiċi (2002=100) | 100 | 112 | 129 | 151 | 162 | (68) Il-volum ta’ importazzjonijiet Russi kif ukoll is-sehem mis-suq tagħhom baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, ħlief għall-ogħla valur fl-2004 li huwa mfisser bil-ħażna fl-10 Stati Membri ta' l-UE qabel it-tkabbir ta’ l-1 ta’ Mejju 2004. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi żdiedu minn 119 għal 193 EUR/tunnellata matul il-perjodu meqjus. Din l-evoluzzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq deskritti wkoll fil-premessa (106) iktar ’l isfel. (69) Il-prezzijiet Russi għall-importazzjonijiet juru li sa mill-bidu tal-perjodu meqjus (2002), il-produtturi Russi kienu qed jesportaw lejn il-Komunità f’livell ta’ prezz ferm ogħla mill-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ EUR 115 kull tunnellata. (70) Bil-għan li jkun ikkalkulat il-livell tal-qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP, il-prezzijiet fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja għall-klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, ma’ tal-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat li qed jikkooperaw, aġġustati kif xieraq bil-għan li jirriflettu prezz ta’ wara l-konsenja. Il-paragun wera li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kienux qed jaqtgħu l-prezz taħt dak ta’ l-industrija Komunitarja. 3. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (71) Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu meqjus qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezz li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Volum ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu (tunnellati) | 579.830 | 629.801 | 422.892 | 385.855 | 457.056 | Sehem mis-suq | 7% | 7% | 5% | 4% | 5% | Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu (EUR/tunnellata) | 149 | 163 | 178 | 220 | 224 | Volum ta’ importazzjonijiet mir-Rumanija (tunnellati) | 260 298 | 398 607 | 235 417 | 309 195 | 239 335 | Sehem mis-suq | 3% | 4% | 3% | 3% | 3% | Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Rumanija (EUR/tunnellati) | 123 | 142 | 175 | 197 | 209 | Volum ta’ importazzjonijiet mill-Kroazja (tunnellati) | 126 400 | 179 325 | 205 921 | 187 765 | 187 362 | Sehem mis-suq | 1% | 2% | 2% | 2% | 2% | Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Kroazja (EUR/tunnellata) | 125 | 135 | 145 | 172 | 177 | Volumi ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha mhux imsemmija hawn fuq (tunnellati) | 663 940 | 605 063 | 536 345 | 580 311 | 492 659 | Sehem mis-suq | 8% | 7% | 6% | 7% | 5% | Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha mhux imsemmija hawn fuq (EUR/tunnellati) | 128 | 172 | 169 | 206 | 216 | (72) Għandu jiġi nnutat li kemm l-Eġittu kif ukoll ir-Rumanija naqqsu l-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom mill-2000 sa l-RIP, filwaqt li l-volumi ta’ esportazzjoni tal-Kroazja żdiedu minn 126 elf tunnellata fl-2002 għal 187 elf tunnellata fl-RIP. Is-sehem tal-Kroazja fis-suq Komunitarju madankollu baqa’ stabbli f’1-2%. Fejn jidħlu l-prezzijiet għall-esportazzjoni, l-Eġittu esporta lejn il-Komunità bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta’ l-industrija fil-Komunità matul il-perjodu meqjus u r-Rumanija mill-2004 ’l quddiem. Il-prezzijiet Kroati, bil-kontra, kienu iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kollu meqjus. Il-Kroazja, madankollu, ma żieditx is-sehem tas-suq tagħha fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu meqjus. Għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mill-Kroazja, minn Jannar 2002, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 92/2002[8], huma suġġetti għal dazju antidumping ta’ EUR 9,01 kull tunnellata. 4. Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja (73) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. 4.1. Rimarki preliminari (74) Fejn intuża t-teħid tal-kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi ta’ ħsara (produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, produttività, ħażniet, volumi ta’ bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha b’mod ġenerali ('C.I.' fit-tabelli inklużi), filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara marbuta mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri prezzijiet, profitt, pagi, investimenti, dħul mill-investiment, likwidità, il-ħila li jinġabar il-kapital, jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun ('S.P.' fit-tabelli inklużi). 4.2. Id- data relatata ma’ l-industrija fil-Komunità kollha (a) Il-produzzjoni (75) Il-volum ta’ produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja, inkluża l-produzzjoni għall-użu vinkolanti, baqa’ stabbli b’4,3 miljun tunnellata bejn l-2002 u l-RIP, b’eċċezzjoni għal żieda żgħira temporanja fl-2003. Fi ħdan il-produzzjoni totali, anki s-sehem tal-produzzjoni użata għat-trasferimenti vinkolanti baqa’ prattikament stabbli b’madwar 20% tal-produzzjoni totali, u juri li ma jistax jaffettwa l-istampa tal-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Il-produzzjoni tas-C.I. (tunnellati) | 4.311.986 | 4.540.021 | 4.331.387 | 4.369.705 | 4.322.214 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 105 | 100 | 101 | 100 | Il-produzzjoni tas-C.I. użata għat-trasferimenti vinkolanti. | 832.919 | 837.701 | 842.643 | 899.173 | 893.573 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 101 | 101 | 108 | 107 | Bħala % tal-produzzjoni totali | 19,3% | 18,5% | 19,5% | 20,6% | 20,7% | (b) Il-kapaċità u r-rati ta’ l-użu tal-kapaċità (76) Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet ftit mill-2002 sa l-RIP (5%). Fid-dawl tal-volum ta’ produzzjoni tas-CI li baqa’ stabbli, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità naqset ftit matul il-perjodu meqjus, minn livell ta’ 84% fl-2002 għal livell ta’ 81% fl-RIP. Madankollu, kif diġà ġie nnutat fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-ammonja użata għall-produzzjoni ta’ urea tista’ tintuża wkoll għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti oħra. Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità għall-produzzjoni ta’ l-urea hija għalhekk affettwata wkoll mill-iżvilupp ta’ fertilizzanti oħrajn, u għalhekk inqas sinifikanti bħala indikatur ta’ ħsara. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Kapaċità ta’ produzzjoni tas-C.I. (tunnellati) | 5.109.600 | 5.153.906 | 5.156.743 | 5.402.760 | 5.362.590 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 101 | 101 | 106 | 105 | L-użu tal-kapaċità tas-C.I. | 84% | 88% | 84% | 81% | 81% | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 104 | 100 | 96 | 96 | (c) Il-ħażniet (77) Il-livell tal-ħażniet ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja ma kienx stabbli matul il-perjodu meqjus. Ġiet irreġistrata żieda ta’ 27% bejn l-2002 u l-2005, iżda kien hemm tnaqqis drastiku matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-RIP (Jannar – Marzu 2006). L-volatilità għolja tal-livell tal-ħażniet tista’ tkun imfissra bl-effett staġjonali tal-bejgħ u mill-fatt li l-urea użata għal użu vinkolanti hija maħżuna flimkien ma’ l-urea mibjugħa fis-suq ħieles. Għalhekk, il-livell ta’ ħażniet jitqies bħala indikatur ta’ ħsara b’valur inqas. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Il-ħażniet ta’ l-għeluq tas-C.I. (tunnellati) | 253 853 | 238 888 | 262 194 | 322 766 | 223 941 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 94 | 103 | 127 | 88 | (d) Il-volum ta’ bejgħ (78) Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità naqas ftit bejn l-2002 u l-RIP, jiġifieri bi 3%. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Volum ta’ bejgħ tas-C.I. fil-KE (tunnellati) | 3.155.215 | 3.242.758 | 3.054.663 | 2.996.471 | 3.048.955 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 103 | 97 | 95 | 97 | (e) Is-sehem mis-suq (79) Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja ukoll naqas ftit matul il-perjodu meqjus, meta kien ta’ 36,5% fl-2002 u ta’ 34,0% matul l-RIP. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija fil-Komunità | 36,5% | 36,3% | 34,1% | 33,8% | 34,0% | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 99 | 93 | 93 | 93 | (f) It-tkabbir (80) L-industrija Komunitarja tilfet ċerta parti tas-sehem mis-suq tagħha (1,5 punti perċentwali) f’suq li kien qed jikber bi ftit (4%) matul il-perjodu meqjus. Is-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ma ttieħidx mill-importazzjonijiet Russi, peress li kif indikat fil-premessa (88) hawn fuq, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet Russi baqa’ stabbli mill-2002 sa l-RIP. Anki fid-dawl tal-fatt li s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqas bi 3,5 punti perċentwali, għandu jiġi konkluż li s-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ittieħed mill-produtturi Komunitarji oħra. (g) L-impjiegi (81) Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’6% bejn l-2002 u l-RIP, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet bi ftit, u għalhekk irriflettiet żieda fil-produttività. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Impjiegi fis-C.I. relatati mal-prodott ikkonċernat | 1 233 | 1 228 | 1 157 | 1 161 | 1 164 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 100 | 94 | 94 | 94 | (h) Il-produttività (82) Il-produttività għal kull persuna impjegata mill-industrija Komunitarja kull sena żdiedet b’6% bejn l-2002 u l-RIP, minħabba t-tnaqqis ta’ l-istess daqs fil-livell ta’ l-impjiegi fuq produzzjoni stabbli ta’ l-industrija Komunitarja. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Produttività tas-C.I. (tunnellati kull impjegat | 3 497 | 3 697 | 3 744 | 3 764 | 3 713 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 106 | 107 | 108 | 106 | (i) Il-kobor tal-marġni tad- dumping (83) Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġinu effettiv tad- dumping li nstab fl-RIP, minħabba l-fatt li: (i) il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja baqa’ f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus (ii) il-prezzijiet għall-importazzjoni Russi żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu, (iii) ma kienx hemm qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP u iv) il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja, dan l-impatt jitqies li mhux sinifikanti u l-indikatur mingħajr valur. (j) L-irkupru mill-effetti tad- dumping ta’ l-imgħoddi (84) L-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru biċ-ċar titjib konsiderevoli fil-qagħda ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. 4.3. Id- data li tikkonċerna l-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun (a) Il-prezzijiet għall-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi (85) Il-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja meħuda bħala kampjun lill-klijenti mhux relatati żdied sostanzjalment bejn l-2002 u l-RIP, u rrifletta l-kundizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali ta’ l-urea matul l-istess perjodu. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Il-prezz ta’ unità ta' l-S.P. fis-suq tal-KE (EUR/tunnellata) | 137 | 149 | 164 | 188 | 199 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 109 | 120 | 137 | 145 | (b) Il-pagi (86) Bejn l-2002 u l-RIP, l-ispiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat żdiedet moderatament bi 11%. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Spiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat ta’ l-S.P. (1 000 EUR) | 47 | 50 | 50 | 52 | 52 | Indiċi (2002 = 100) | 100 | 106 | 106 | 111 | 111 | (c) L-investimenti (87) Il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott simili magħmul mill-erba’ produtturi meħuda fil-kampjun żviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus, jiġifieri żdied b’10% mill-2002 sa l-RIP, għalkemm wera xi ftit ċaqliq. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Investimenti netti ta’ l-S.P. (1 000 EUR) | 116 186 | 114 079 | 128 191 | 140 967 | 128 259 | Indiċi (2002=100) | 100 | 98 | 110 | 121 | 110 | (d) Il-profittabilità u l-qligħ fuq l-investimenti (88) Il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun turi titjib sinifikanti mill-2002 sa l-RIP, meta laħqet il-livell ta’ 16,9%. F’dan ir-rigward, jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali, kien ġie stabbilit marġinu ta’ profitt ta’ 5% li seta’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Il-qligħ fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti, prinċipalment segwa x-xejra tal-profittabilità. Huwa żdied b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Profittabilità tal-bejgħ fil-KE ta’ l-S.P. lill-klijenti mhux relatati (% tal-bejgħ nett) | 7,3% | 10,9% | 17,7% | 18,4% | 16,9% | Indiċi (2002=100) | 100 | 149 | 242 | 252 | 232 | L-ROI ta’ l-S.P. (qligħ f’% tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investiment) | 13,3% | 27,2% | 45,7% | 47,0% | 45,9% | Indiċi (2002=100) | 100 | 205 | 344 | 353 | 345 | (e) Likwidità u ħila li jinġabar il-kapital (89) Il-likwidità żdiedet b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-qligħ globali u ta’ l-ROI matul il-perjodu meqjus. 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | RIP | Likwidità ta’ l-S.P. (1 000 EUR) | 30 283 | 52 110 | 84 340 | 99 110 | 105 287 | Indiċi (2002=100) | 100 | 172 | 279 | 327 | 348 | (90) L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun biex jiġbru l-kapital. 5. Konklużjoni (91) Bejn l-2002 u l-RIP, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi ftit, hekk kif għamel il-volum ta’ bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità. Madankollu, il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet bil-kbir matul il-perjodu meqjus, meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza preċedenti li fl-2001 irriżultat fiż-żamma tal-miżuri eżistenti, li ilhom fis-seħħ mill-1995. (92) Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun żdiedet b’mod konsiderevoli, u qabżet sew, matul kull sena tal-perjodu meqjus, il-livell ta’ profittabilità stabbilit bħala l-mira tal-profitt fl-investigazzjoni oriġinali. Anki l-qligħ fuq l-investiment u l-likwidità żdiedu b’ħafna drabi. Il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqa’ stabbli. Il-prezzijiet għall-bejgħ tal-produtturi meħuda bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kollu meqjus. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti. (93) Għandu jiġi nnutat li l-iżvilupp assolutament pożittiv tal-profittabilità ta’ l-industrija Komunitarja seħħ f’kuntest fejn il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi lejn il-Komunità kienu ’l fuq sew mill-MIP minkejja d- dumping . Għalhekk, matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russa m’affettwawx l-industrija Komunitarja. (94) L-applikant, wara li rċieva tagħrif dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, stqarr li l-ħtiġijiet ta' profittabilità għal żmien twil, imkejla bħala qligħ mill-bejgħ, għall-industrija ta' l-urea għandha tkun fil-livell ta' 25% wara t-taxxa. Din tkun tfisser madwar 36% tal-profitt ta' qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ. L-applikant stqarr li dan huwa ġġustifikat mill-ispiża biex ikun stabbilit kumpless ġdid ta' ammonja/urea, li jkun jeħtieġ qligħ fuq l-investiment ta' 11% (allegatament ekwivalenti għall-profitt ta' 36% qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ). F'dan ir-rigward, huwa nnutat li l-applikant qatt ma ddikjara profitt daqshekk għoli fil-qafas ta' din il-proċedura, u fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit marġinu ta' profitt ta' 5% li jista' jintlaħaq fin-nuqqas ta' dumping li jagħmel il-ħsara. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza tagħha fil-Każ T-210/95 ikkonfermat li "...il-marġinu ta' profitt li għandu jkun użat mill-Kunsill meta jiġi kkalkulat il-prezz tal-mira li se jneħħi l-ħsara kkonċernata għandu jkun limitat għall-marġinu ta' profitt li l-industrija Komunitarja tista' torbot fuqu b'mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' l-importazzjonijiet iddampjati."[9] Fl-istess każ, ġie kkonfermat li "...l'argument li l-marġinu ta' profitt li għandu jkun użat mill-istituzzjonijiet Komunitarji jrid ikun il-marġinu meħtieġ biex ikun żgurat l-għajxien ta' l-industrija Komunitarja u/jew il-qligħ adegwat fuq il-kapital, m'għandu l-ebda bażi fir-regolament bażiku."[10] Tabilħaqq, fil-każ attwali l-applikant ma ppreżenta l-ebda prova li, fin-nuqqas ta' l-importazzjonijiet iddampjati, l-industrija Komunitarja kienet se tkun kapaċi tikseb qligħ fil-livell mitlub. L-applikant lanqas wera liema marġinu ta' profitt kienet se tkun kapaċi tikseb l-industrija Komunitarja fin-nuqqas ta' importazzjonijiet iddampjati. Għalhekk din it-talba ma ġietx milqugħa. (95) Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li ma kienx hemm tkomplija ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. F. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA (96) Peress li m’hemmx tkomplija ta’ ħsara materjali kkawżata minn importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara materjali kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. F’dan ir-rigward, kien analizzat in-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet Russi għall-importazzjoni . B’żieda ma’ dan, kienu eżaminati l-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti Russa u l-probabbiltà ta’ kapaċità ġdida kif ukoll il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor mill-produtturi Russi lejn il-Komunità. 1. In-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni (97) Kif jidher fit-tabella hawn taħt, mill-2002, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu dejjem ’il fuq mill-MIP ta’ EUR 115 kull tunnellata, filwaqt li mill-2003 sa tmiem il-perjodu meqjus, dawn il-prezzijiet kienu ’l fuq sew mill-MIP. Matul l-RIP, il-prezzijiet medji Russi għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità kienu ta’ 68% ’l fuq mill-MIP. Dan juri biċ-ċar li għallinqas mill-2003, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ma kienux influwenzati mill-miżuri eżistenti. Prezz medju kull unità (EUR/tunnellata) | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | IP | Prezz għall-esportazzjoni medju Russu | 119 | 133 | 154 | 180 | 193 | MIP | 115 | 115 | 115 | 115 | 115 | Prezzijiet Russi ’l fuq mill-MIP (%) | 3% | 16% | 34% | 56% | 68% | Sors: Eurostat għall-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi (98) Għalhekk, ceteris paribus , m’hemm l-ebda raġuni għaliex il-produtturi Russi li jesportaw għandhom japplikaw prezzijiet iktar baxxi kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew, meta wieħed iqis li qabel irnexxielhom isostnu prezzijiet ferm ogħla. (99) Barra minn hekk, kif jidher fil-premessa (88), l-esportaturi Russi żammew il-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, minkejja l-fatt li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mill-2002 ’l hawn u bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel għaż-żieda fl-esportazzjonijiet Russi. (100) Għalhekk, ceteris paribus , mhux probabbli li produtturi Russi li jesportaw se jbiegħu volumi addizzjonali fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew, peress li l-miżuri eżistenti ma affettwawx il-volumi għall-esportazzjoni Russi. (101) Għalhekk huwa konkluż li peress li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni prattikati mill-esportaturi Russi u lanqas fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi Komunitarji għall-istess importazzjonijiet, u la fuq il-kwantitajiet ta’ l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità, it-tneħħija tal-miżuri mhix probabbli li jkollha xi impatt fuq dawn il-prezzijiet u l-kwantitajiet. Għalhekk, it-tneħħija tal-miżuri mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja. Bħala konsegwenza, ma jistax ikun konkluż li hemm xi probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. (102) Minkejja l-konklużjoni t’hawn fuq, l-allegazzjonijiet differenti ta’ l-industrija Komunitarja relatati ma’ l-effetti possibbli mill-kapaċità żejda eżistenti Russa u mill-kapaċità ġdida probabbli u mill-probabbiltà ta’ direzzjoni mill-ġdid ta’ bejgħ ieħor tal-produtturi Russi lejn il-Komunità kienu wkoll eżaminati fl-investigazzjoni, kif imfisser hawn taħt. 2. Il-kapaċità żejda Russa (103) Kif imfisser fil-premessi (43) u (71), l-ebda waħda mill-kumpaniji Russi meħuda bħala kampjun ma kellha kapaċità żejda ta’ xi valur matul l-RIP u l-livell globali ta’ kapaċità żejda tal-produtturi kollha Russi kienet stmata li hija madwar 5%. Ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni huma, f’dan ir-rigward, għal kollox bi qbil ma’ dak li sostna l-applikant. (104) Kif diġà ntqal fil-premessa (42), ġie stabbilit ukoll li d-disa’ proġetti msemmija mill-applikant mhux mistennija li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-suq Komunitarju, peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali maħluqa minn dawn il-proġetti se tintuża b'mod vinkolanti.. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (51), l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità x'aktarx li jiżdiedu biss fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm żieda ekwivalenti fid-domanda, f'liema każ dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m'għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fuq is-suq Komunitarju. (105) Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-produtturi Russi se jkollhom biss kwantitajiet addizzjonali limitati disponibbli għal żieda fil-bejgħ minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni. Dan jindika li l-produtturi Russi mhux se jkollhom il- possibbiltà li jżidu b’mod sinifikanti l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità, minħabba l-vantaġġ tal-kapaċitajiet żejda Russi. 3. Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor lejn il-Komunità (106) Kif jidher hawn fuq fil-premessa (88), l-importazzjonijiet mir-Russja lejn is-suq tal-Komunità baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus, li jammonta għal madwar 16% tas-sehem mis-suq tal-konsum fil-Komunità matul il-perjodu meqjus, bl-eċċezzjoni ta’ l-ogħla valur fl-2004 (madwar 20%). Dan minkejja l-fatt li, kif jidher hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni u l-kwantitajiet għall-esportazzjoni matul il-perjodu kollu meqjus u għalhekk bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet Russi. (107) L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-produtturi li jesportaw lejn il-Komunità meħuda bħala kampjun fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1% - 5% inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Kif jidher fil-premessa (77), anki l-prezzijiet għall-bejgħ domestiku Russi qabel il-prezz tas-suq kienu ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, b’mod partikolari għal kumpaniji f’żoni mbiegħda minħabba d-differenzi sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport kif diġà ssemma. Fuq din il-bażi jista’ jiġi konkluż li sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet, is-suq tal-Komunità mhuwiex partikolarment attraenti meta mqabbel ma’ swieq oħra ewlenin għall-produtturi Russi. (108) Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa (78), l-applikant sostna li l-produzzjoni li toħroġ mill-kapaċitajiet addizzjonali li qed jittellgħu b’mod partikolari fl-Afrika ta’ Fuq (l-Alġerija u l-Eġittu) u fil-Lvant Nofsani (Iran) jistgħu jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet madwar id-dinja, u b’hekk tonqos il-kapaċità ta’ penetrazzjoni ta’ l-esportaturi Russi f’dawk is-swieq u twassalhom biex iżidu l-kwantitajiet tagħhom għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità. F’dan ir-rigward ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir li saret referenza għalih fil-premessa (75) li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, peress li d-domanda globali hija mbassra li tiżdied fuq l-istess linja tal-kapaċità globali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li r-Russi diġà tilfu ishma sinifikanti fis-swieq Ażjatiċi (speċjalment ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) u Afrikani u li qed iżommu sew għall-pressjoni tas-swieq ta’ l-Amerka Latina. Meta wieħed iqis it-tbassir tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, l-argument li l-produtturi li jesportaw Russi jistgħu jitilfu ishma mis-suq addizzjonali kullimkien ħlief fl-Ewropa jidher li m’huwiex probabbli. (109) L-applikant argumenta li l-vantaġġ ekonomiku inġust li minnu jgawdu l-produtturi Russi minħabba l-ipprezzar doppju tal-gass jista' jwassal għal qtugħ sinifikanti tal-prezzijiet mill-esportaturi Russi, inter alia , jekk il-bilanċ ta' provvista/domanda jsir sfavorevoli. Filwaqt li dan ma jistax jiġi eskluż peress li l-investigazzjoni wriet li l-istruttura ta' l-ispejjeż ta' l-esportaturi Russi hija tabilħaqq imxekkla mill-ipprezzar doppju tal-gas imħaddem mir-Russja, il-qtugħ potenzjali tal-prezzijiet ma jkunx konsegwenza diretta tat-tneħħija tal-miżuri, iżda minħabba ċirkustanzi oħra. (110) Għalhekk ma jistax ikun konkluż li l-produtturi Russi jista’ jkollhom l-intenzjoni li jagħtu direzzjoni ġdida lil xi parti sinifikanti tal-volumi li bħalissa huma esportati lejn pajjiżi terzi jew mibjugħa fis-suq domestiku lejn is-suq tal-Komunità jew li jbaxxu l-prezzijiet tagħhom bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-miżuri, anki jekk ma jistax jiġi eskluż li dan jista' jseħħ minħabba ċirkustanzi oħra. 4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara (111) Kif muri hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mħaddma mill-esportaturi Russi la fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi fil-Komunità għall-istess importazzjonijiet, jew fuq il-volumi għall-esportazzjoni Russi lejn is-suq tal-Komunità. Fl-istess waqt, minkejja t-tkomplija ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-Russja, l-industrija Komunitarja ma sofriet l-ebda ħsara. Għalhekk it-tneħħija tal-miżuri eżistenti m’hu se jkollha l-ebda impatt fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi u għalhekk m’hu se jkun hemm l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja. (112) Aktar minn hekk, l-analiżi ta’ fatturi oħra li joriġinaw minn barra kif qed jallega l-applikant, ma tpoġġi l-ebda dubju fuq il-konklużjoni ta’ hawn fuq, peress li huma lanqas jindikaw xi possibbiltà raġonevoli ta’ żieda fil-volumi u tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi lejn is-suq tal-Komunità minħabba fatturi li joriġinaw minn barra. (113) Fuq il-bażi ta’ dan t'hawn fuq, ma jistax ikun konkluż li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew. G. IL-MIŻURI ANTIDUMPING (114) Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li ssir ir-rakkomandazzjoni li l-miżuri eżistenti jitneħħew. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara din il-pubblikazzjoni. (115) Skond dan t’hawn fuq, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja għandhom jitneħħew u l-proċedura trid tintemm. (116) Filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi deskritti fil-premessa (106) hawn fuq, jiġifieri li l-istruttura ta' l-ispejjeż ta' l-esportaturi Russi hija mxekkla b'mod sinifikanti mill-ipprezzar doppju tal-gass imħaddem mir-Russja, tinħass il-ħtieġa li tkun issorveljata mill-qrib l-evoluzzjoni ta' l-importazzjonijiet ta' urea li toriġina mir-Russja, bil-ħsieb li tkun iffaċilitata l-azzjoni xierqa u ta' malajr jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ hekk. (117) Peress li skond il-premessi preċedenti l-miżuri eżistenti għandhom jitneħħew u l-proċedura terminata, għandha wkoll tintemm ir-reviżjoni interim parzjali dwar l-adegwatezza tal-forma tal-miżuri u r-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta' dumping rigward 'EuroChem', ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja hawnhekk qed jitneħħa u l-proċedura li tikkonċerna dawn l-importazzjonijiet hija mitmuma. Artikolu 2 Ir-reviżjonijiet interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja huma hawnhekk mitmuma. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17). [2] ĠU L 49, 4.3.1995, p. 1. [3] ĠU L 127, 9.5.2001, p. 11. [4] ĠU L 339, 24.12.2003, p. 1. [5] ĠU C 209, 26.8.2005, p. 2. [6] ĠU C 105, 4.5.2006, p. 12; ĠU C 23, 1.2.2007, p.8. [7] Għandu jiġi nnutat li meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, il-kumpaniji “Hydro Agri” ngħataw l-isem ġdid ta’ “Yara”. [8] ĠU L 17, 19.1.2002, p. 1. [9] Każ T-210/95 EFMA v il-Kunsill [1995] ECR II-3291, paragrafu 60. [10] Ibid. paragrafu 59.