52007PC0348

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Il-pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” /* KUMM/2007/0348 finali - COD 2005/0040 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.6.2007

KUMM(2007) 348 finali

2005/0040 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

Il-pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”

2005/0040 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

Il-pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”

1. SFOND

Data ta' meta l-proposta tressqet lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM([2005])[122] finali - [2005/[040A]COD) | Il-11 ta’ April 2005 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-19 ta’ Jannar 2006 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | l-14 ta’ Diċembru 2006 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | It-12 ta’ Ġunju 2006 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

"Ġustizzja ċivili" huwa programm ta' finanzjament li l-għanijiet tiegħu huma:

a) li jippromwovi l-kooperazzjoni ġudizzjarja sabiex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona ġenwina Ewropea ta’ ġustizzja fi kwistjonijiet ċivili bbażata fuq għarfien reċiproku u fiduċja reċiproka;

b) li jippromwovi t-tneħħija ta' l-ostakoli għat-tħaddim tajjeb ta' proċeduri ċivili transkonfinali fl-Istati Membri;

ċ) li tittejjeb il-ħajja ta’ kuljum ta’ l-individwi u n-negozji billi tippermettilhom li jasserixxu d-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha, notevolment billi jkun ikkoltivat l-aċċess għall-ġustizzja;

d) li jitjiebu l-kuntatti, l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-ħidma f’netwerk bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-professjonijiet legali, inkluż permezz ta' appoġġ għat-taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li jkun hemm għarfien reċiproku aħjar fost dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill iżżomm l-elementi essenzjali tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u tqis l-emendi ewlenin adottati fl-ewwel qari mill-Parlament Ewropew.

Id-differenzi ewlenin bejn il-pożiżżjoni komuni u l-proposta inizjali tal-Kummissjoni huma dawn li ġejjin:

- L-Artikolu 4.b: proposta ta’ proġett speċifiku għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament jekk tinvolvi mill-inqas 2 Stati Membri jew Stat Membru flimkien ma’ Stat kandidat għall-adeżjoni (minflok 3 Stati Membri fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni).

- L-Artikolu 4.d: għoti ta' sussidju operattiv biex jiffinanzja l-infiq assoċjat mal-programm ta' ħidma permanenti tan-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi ta' l-Unjoni Ewropea u n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura.

- L-Artikolu 7: ftuħ ta' l-aċċess għall-programm għall-organizzaturi internazzjonali.

- L-Artikolu 10: komitoloġija il-prinċipju ta’ kumitat doppju (kumitat ta’ ġestjoni għall-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u kumitat konsultattiv għall-kwistjonijiet oħra, waqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni tipprevedi biss kumitat konsultattiv).

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hija bbażata fuq kompromess bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan il-kompromess jikkonċerna t-test kollu, bl-eċċezzjoni tal-proċedura tal-komitoloġija, li dwarha għadha teżisti diverġenza bejn l-opinjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni minn naħa u tal-Parlament min-naħa l-oħra.

Il-Parlament Ewropew ivvota għal emenda li tipprevedi l-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta' komitoloġija (proċedura regolatorja bl-iskrutinju); il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li din il-proċedura mhijiex applikabbli f'dan il-każ.

4. KONKLUŻJONIJIET

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni komuni, li tinkludi l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali kif ukoll l-emendi ewlenin adottati mill-Parlament Ewropew.