Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0344 finali - COD 2007/0119 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.6.2007 KUMM(2007) 344 finali 2007/0119 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 76/114/KEE ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata. 76/114/KEE (adattat) 2007/0119 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6] Billi: 1. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu[7] ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata. 76/114/KEE premessa 2 (adattat) 2. Id-Direttiva 76/114/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill [70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[9]] u li tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva [70/156/KEE], fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva [70/156/KEE] dwar sistemi tal-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva. 76/114/KEE premessa 3 (adattat) 3. Din il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE tinvolvi rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ ħtiġiet komuni. 4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, 76/114/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha ta’ l-inqas erba’ roti u velocità massima iddisinjata li teċċedi il-25 km/h, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-foresti, u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi. Artikolu 2 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal raġunijiet relatati ma’ pjanċi u skrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu tat-twaħħil tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I. Artikolu 3 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-pjanċi u skrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I. 76/114/KEE (adattat) Artikolu 4 L-emendi meħtieġa biex jaddattaw il-ħtiġiet tal-Anness I għal din id-Direttiva sabiex jieħdu kont tal- progress tekniku għandhom ikunu addottati skond il-proċedura msemmija fl-[Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE]. Artikolu 5 L-Istati Memberi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 6 Id-Direttiva 76/114/KEE, kif emendata mill- Atti mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. Artikolu 7 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Għandha tapplika minn [...] 76/114/KEE Art. 6 Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President 76/114/KEE ANNESS I 1. ĠENERALI Il-vetturi kollha għandhom ikunu fornuti bil-pjanċa u l-iskrizzjonijiet deskritti fis-sezzjonijiet segwenti. Il-pjanċa u l-iskrizzjonijiet għandhom ikunu imwaħħlin jew mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 76/114/KEE (adattat) 78/507/KEE Art. 1 u Anness 2. IL-PJANĊA TAL-MANIFATTUR 2.1. Il-pjanċa tal-manifattur, immudellata fuq dik murija fl-Appendiċi għal din id-Direttiva, għandha tkun imwaħħla sewwa f’pożizzjoni konspikwa u faċilment aċċessibbli fuq parti mhix suġġetta li tkun mibdula fl-użu. Din għandha turi b’mod ċar u li ma jitħassarx l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ssewgi: 2.1.1. L-isem tal-manifattur. 2.1.2. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE [10] . 76/114/KEE (adattat) Att ta’ Adeżjoni 1985 Art. 26 u Anness I, pt. 213 87/354/KEE Art. 1 u Anness, pt. 6 Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u Anness I, pt. 202 Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II, pt. 1(A)(14), pt. 57 2006/96/KE Art. 1 u anness, pt. 13 In-Numru għandu jkun kompost minn ittra żgħira ‘e’ segwita, fl-ordni mogħtija, bin-numri jew ittri distinti tal-pajjiż li ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, çè2 5 għall-Isvezja , 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 20 għall-Polonja, ç21 għall-Potugall, 23 għall-Greċja , 24 għall-Irlanda, , 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 29 għall-Estonja, 32 għal-Latvja, , 34 għal Bulgarija çè4 36 għal-Litwanja, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, ) u bin-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip korrispondenti għan-numru fuq iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għat-tip ta’ vettura. L-asterisk għandha titqiegħed bejn l-ittra ‘e’ u n-numru tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip KE, u bejn in-numru u n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 76/114/KEE (adattat) 78/507/KEE Art. 1 u Anness 2.1.3. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura. 2.1.4. Il- massa massima permessibbli meta l-vettura tkun mgħobbija. 2.1.5. Il- massa massima permessibbli meta l-vettura tkun mgħobbija, fejn il-vettura tintuża għall-irmonk. 2.1.6. Il- massa massima tat-triq permessibbli għal kull fus, elenkati bl-ordni minn quddiem għal wara. 2.1.7. Fil-każ ta’ semi-karru, il- massa massima permess fuq il-king pin tal-ħames rota. 2.1.8. Stat Membru jista’ jitlob li l- masses massimi permessi stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu jintwerew fuq il-pjanċa ta’ vetturi li jkunu daħlu fis-servizz fit-territorju tiegħu. Jekk il- massa permissibbli tekniku huwa ogħla mill- massa permissibbli massimu, l-Istat Membru in kwestjoni jista’ jitlob li l- massa permissibbli tekniku jkun ukoll mistqarr. Il- massa ikun stabbilit f’żewġ kolonni: Il- massa massima permessa fuq ix-xellug u l- massa permissibbli tekniku fuq il-lemin. 2.2 Il-manifattur jista’ jagħti informazzjoni addizzjonali taħt jew fuq il-ġenb ta’ l-iskrizzjoni stipulata, fuq barra ta’ rettangolu mmarkat ċarament li jkollu fih biss l-informazzjoni stipulata fil-punti 2.1.1 sa 2.1.8 (Ara l-Appendiċi għal dan l-Anness). 3. NUMRU TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura huwa kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur. L-iskop tagħha huwa biex tassigura li kull vettura tista’ tkun kjarament identifikata fuq perijodu ta’ 30 sena mill-intermedjarju tal-manifattur, mingħajr ma jkun hemm bżonn għal riferenza għal iktar data. In-numru ta’ l-identifikazzjoni għandu jkun konformi mal-ħtiġiet li ġejjin: 78/507/KEE Art. 1 u Anness 3.1. Għandu jkun immarkat fuq il-pjanċa tal-manifattur, kif ukoll fuq ix- chassis , qafas jew struttura oħra simili. 3.1.1. Għandu jkun jikkonsisti fi tliet sezzjonijiet. 3.1.1.1. L-ewwel sezzjoni għandha tkun tikkonsisti f’kodiċi assenjata lill-manifattur tal-vettura biex tippermettilu li jkun identifikat. Il-kodiċi għandu jkun fih tliet karattri, ittri jew figuri li għandhom ikunu assenjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-manifattur għandu l-post ewlieni tan-negozju tiegħu, bi ftehim ma’ l-aġenzija internazzjonali li taġixxi taħt l-awtorità ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Istandardizzazzjoni (ISO). L-ewwel karattru għandu jistabblixxi żona ġeografika, it-tieni pajjiż f’dik iż-żona ġeografika, u t-tielet manifattur speċifiku. Fejn il-manifattur jipproduċi inqas minn 500 vettura fis-sena, it-tielet karattru għandu jkun dejjem ‘9’. Sabiex tidentifika tali manifatturi, l-awtorità kompetenti msemmija hawn fuq għandha tassenja wkoll it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattri tat-tielet sezzjoni. 3.1.1.2. It-tieni sezzjoni għandha tkun komposta minn sitt karattri (ittri jew figuri) li għandhom iservu biex jindikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura. Jekk il-manifattur ma jużax wieħed jew iktar minn dawn il-karattri, l-ispazji mhux użati għandhom ikunu mimlija minn karattri alfabetiċi jew numeriċi, ta’ l-għażla tal-manifattur. 3.1.1.3. It-tielet sezzjoni, komposta minn tmien karattri, li minnhom l-aħħar erbgħa għandhom ikunu numeriċi, għandhom in konġunzjoni maż-żewġ sezzjonijiet l-oħra jipprovdu indikazzjoni ċara ta’ vettura partikolari. Kull spazju mhux użat għandu jimtela b’żero sabiex in-numru totali ta’ karattri meħtieġ ikun jista’ jintlaħaq. 3.1.2. Fejn ikun possibbli dan għandu jkun immarkat f’linja waħda. Bħala eċċezzjoni, għal raġunijiet tekniċi, jista’ jkun ukoll immarkat f’żewġ linji. Madankollu, fil-każ ta’ l-aħħar ebda sezzjoni ma tista’ tkun diviża bejn żewġ linji. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull linja għandu jkun indikat b’simbolu li la hu numru Għarbi u l-anqas ittra kapitali Rumana, u li ma jkunx jista’ jkun konfuż ma’ xi wieħed minnhom. Din il-kondizzjoni tista’ titwarrab fil-każ li l-pjanċi tal-manifattur fejn in-numru huwa mmarkat fuq naħa waħda biss. Huwa wkoll permissibbli li jitqiegħed tali simbolu bejn it-tliet sezzjonijiet fuq linja waħda (punt 3.1.1). M’għandu jkun hemm ebda spazju bejn il-karattri. 76/114/KEE (adattat) 3.2. In-numru ta’ l-identifikazzjoni, barra minn hekk, għandu: 3.2.1. ikun immarkat fuq ix-chassis, il-qafas jew struttura simili oħra, fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura; 3.2.2. ikun poġġut f’pożizzjoni kjarament viżibbli u aċċessibbli b’metodu tali ngħidu aħna, tismir jew stampar, b’tali mod li la jkun jista jkun imħassar u lanqas jiddeterjora. 4. KARATTRI 4.1. Ittri Rumani u numri Għarab għandhom jintużaw għal kull immarkar previst fil-punti 2 u 3. Madankollu, l-ittri Rumani wżati fl-immarkar previst fil-punti 2.1.1 u 2.1.3 u 3 għandhom ikunu ittri kapitali. 4.2. Għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura. 4.2.1. l-użu ta’ l-ittri I, O u Q u daxxijiet, asteriski u sinjali oħra speċjali, barra mis-simboli msemmijin fit-tieni paragrafu tal-punt 3.1.2, mhux permess; 4.2.2. l-għoli minimu ta’ l-ittri u l-figuri għandu jkun kif ġej: 4.2.2.1. 7 mm għall-karattri immarkati direttament fuq ix-chassis, il-qafas jew strutturi simili tal-vettura; 4.2.2.2. 4 mm għal karattri mmarkati fuq il-pjanċa tal-manifattur. 78/507/KEE Art. 1 u Anness Appendiċi MUDELL TAL-PJANĊA TAL-MANIFATTUR L-eżempji ta’ hawn taħt ma jippreġudikawx id- data li għandha attwalment tidher fuq il-pjanċa tal-manifattur. Din sempliċement hija mogħtija bħala gwida. Eżempju Nru 1 STELLA FABBRICA AUTOMOBILI e*3*1485 3 I S K L M 3 A C 8 B 1 2 3 9 5 4 1 500 kg 2 500 kg 1 – 730 kg 2 – 810 kg Eżempju għall-vettura ta’ kategorija M1. Informazzjoni addizzjonali kif ipprovdut fil-punt 2.2 tista’ tingħata taħt jew fuq il-ġenb tad- data preskritta (ara rettangoli murija b’linji ttikkjati fil-mudell ta’ hawn fuq). Eżempju Nru 2 MAYER KRAFTFAHRZEUGWERK e*1*501 3 G T W O 1 8 0 0 9 B S 5 1 3 1 2 22 000 kg 38 000 kg 1 – 7 000 kg 2 – 8 000 kg 3 – 8 000 kg Eżempju għall-vettura ta’ kategorija N3. Informazzjoni addizzjonali kif ipprovdut fil-punt 2.2 tista’ tingħata taħt jew fuq il-ġenb tad- data preskritta (ara rettangoli murija b’linji ttikkjati fil-mudell ta’ hawn fuq). _______________ ANNESS II Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha(imsemmija fl-Artikolu 6) Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE (ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1) | Direttiva tal-Kummissjoni 78/507/KEE (ĠU L 155, 13.6.1978, p. 31) | Punt X.a.5 ta' l-Anness I ta' l Att ta' Adeżjoni 1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 109) | Punt IX.A.12 ta' l-Anness II ta' l -Att ta' Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 213) | Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE (ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43) | Punt 6 ta’ l-Anness biss | Punt XI.C.I.6 ta' Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 205) | Punt I.A.14 ta' l-Anness II ta' l-Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 57 | Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 81, 20.12.2006, p. 81) | Biss fejn għandu x'jaqsam mar-referenza għad-Direttiva 76/114/KEE fl-Artikolu 1 u l-punt 13 ta' l-Anness | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 6) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 76/114/KEE | l-1 ta’ Jannar 1977 | l-1 ta’ Ottubru 1978 | 78/507/KEE | l-1 ta’ Ottubru 1978(*) | - | 87/354/KEE | il-31 ta’ Diċembru 1987 | - | (*) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 78/507/KEE: “1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1978 l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet relatati mal-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom: - jirrifjuta fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li jagħti l-approvazzzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxi id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jekk il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jkunu konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1981 l-Istati Membri: - ma jistgħux iktar joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil, ma jikkonformawx mad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata minn din id-Direttiva. 3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1981 l-Istati Membri jistgħu j ipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l- pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.” ____________ ANNESS III Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 76/114/KEE | Din id-Direttiva | Artikoli 1 sa 4 | Artikoli 1 sa 4 | Artikolu 5 | - | - | Artikolu 5 | - | Artikoli 6 | - | Artikoli 7 | Artikolu 6 | Artikolu 8 | Anness | Anness I | Anness, punt 1 u punt 1.1 | Anness I, punt 1 | Anness, punti 2 sa 4 | Anness I, punti 2 sa 4 | Appendiċi | Appendiċi | - | Anness II | - | Anness III | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire , KUMM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...] p. [...]. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1. Direttiva kif emendata l mid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81). [8] Ara l-Anness II, Parti A. [9] [ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/40/KE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12)]. [10] Jekk vettura ma tkunx ingħatat l-approvazzjoni tat-tip KE u għalhekk ma jkollhiex in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE, Stat Membru jista’ jitlob li n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jkun indikat. Jekk in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jkun mitlub li jkun indikat, il-manifattur jista’ jpoġġih jew fuq pjanċa separata mill-pjanċa tal-manifattur jew fuq il-pjanċa tal-manifattur stess.