52007PC0339




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.6.2007

KUMM(2007) 339 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta’ l-Enerġija dwar il-baġit ta’ l-2007 tal-Komunità ta’ l-Enerġija

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fid-29 ta' Ġunju 2007, se ssir it-tieni laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija.

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija se jkollu jadotta l-baġit li jinħtieġ għal operat u tħaddim mingħajr xkiel tal-Komunità ta' l-Enerġija. Skond l-Artikolu 88 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta' l-Enerġija, atti marbuta ma' kwistjonijiet baġitarji għandhom jitħejjew u jitressqu fil-Komunità ta' l-Enerġija mill-Kummissjoni Ewropea. Il-baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ ħlasijiet ta’ sħubija mill-partijiet tat-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija, li waħda minnhom hija l-Komunità Ewropea.

F’Novembru 2006, matul il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija, il-Kummissjoni pproponiet baġit totali ta’ 2.45 miljuni € għall-2007, li minnhom 2.4 miljuni € ikunu ffinanzjati mill-Kummissjoni. Madankollu, wara analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet tal-Komunità ta’ l-Enerġija, il-baġit propost issa tnaqqas għall-ammont ta’ 2.032 miljuni €.

Fir-rigward ta’ l-iffinanzjar ta’ dan il-baġit japplika l-mekkaniżmu li ġej:

Il-Kummissjoni u l-Ministeru Federali ta’ l-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija huma partijiet ta’ kuntratt ta’ għoti li bħalissa jiffinanzja l-attivitajiet tas-Segretarjat Interim tal-Komunità ta' l-Enerġija bħala assoċjazzjoni skond il-liġi ta' l-Awstrija bil-ħsieb tat-twaqqif sħiħ tas-Segretarjat. Il-Komunità ta’ l-Enerġija nnifisha mhijiex membru ta’ din l-assoċjazzjoni. Dan il-kuntratt ta’ għoti ffinanzjat permezz tal-fondi CARDS huwa mistenni jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007. Fid-29 ta’ Mejju 2007, il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Awstrija ffirma Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali mal-Komunità ta’ l-Enerġija dwar l-istatus legali tas-Segretarjat u li għandu jwassal biex dan jingħata l-istatus legali ta’ Organizzazzjoni Internazzjonali mill-1 ta’ Lulju 2007. Għaldaqstant, is-sena 2007 hija perjodu tranżizzjonali għall-Komunità ta’ l-Enerġija li għandu jwassal lejn it-tħaddim sħiħ tas-Segretarjat tagħha. Il-Komunità ta’ l-Enerġija nnifisha tista’ tirċievi biss direttament il-ħlasijiet tas-sħubija tal-membri tagħha, ladarba s-Segretarjat ikun kiseb l-istatus legali ta’ Organizzazzjoni Internazzjonali skond il-liġi ta’ l-Awstrija, kif imsemmi hawn, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2007.

Fuq il-bażi tal-mekkaniżmu spjegat hawn fuq, il-baġit li se jkun issuġġerit hawnhekk jikkonsisti minn żewġ komponenti:

Komponent 1: L-1-1-2007 sat-30-6-2007: spejjeż iffinanzjati mill-KE u mill-Ministeru ta’ l-Awstrija permezz tal-kuntratt eżistenti ta’ l-għoti. Din il-parti tal-baġit se tiġi ffinanzjata 100% miż-żewġ partijiet ta’ dan il-kuntratt ta’ l-għoti

Komponent 2: L-1-7-2007 sal-31-12-2007, l-ispejjeż iffinanzjati skond l-Artikolu 73 tat-Trattat; il-ħlasijiet ta’ sħubija rilevanti dovuti mill-partijiet tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandhom japplikaw u dan ifisser sehem ta’ 98.1% għall-Komunità Ewropea.

Peress li l-baġit għandu jiġi adottat matul il-laqgħa Ministerjali tad-29 ta' Ġunju 2007, qed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża, li taċċetta l-baġit u tagħti d-dritt lill-Komunità biex tieħu pożizzjoni dwaru.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta’ l-Enerġija dwar il-baġit ta’ l-2007 tal-Komunità ta’ l-Enerġija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Komunità Ewropea hija Parti għat-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija u l-Artikoli 74 u 88 tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija jipprovdu li l-Kunsill Ministerjal tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandu jadotta l-baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija permezz ta’ Att Proċedurali fuq proposta mill-Kummissjoni.

(2) Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru Federali ta’ l-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija huma partijiet ta’ kuntratt ta’ għoti li bħalissa jiffinanzja l-attivitajiet tas-Segretarjat tal-Komunità ta' l-Enerġija bħala assoċjazzjoni skond il-liġi ta' l-Awstrija bil-ħsieb tat-twaqqif sħiħ tas-Segretarjat. Il-Komunità ta’ l-Enerġija nnifisha mhijiex membru ta’ din l-assoċjazzjoni. Dan il-kuntratt ta’ għoti ffinanzjat permezz tal-fondi CARDS huwa mistenni jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007. Fid-29 ta’ Mejju 2007, il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Awstrija ffirma Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali mal-Komunità ta’ l-Enerġija dwar l-istatus legali tas-Segretarjat u li għandu jwassal biex dan jingħata l-istatus legali ta’ Organizzazzjoni Internazzjonali mill-1 ta’ Lulju 2007. Għaldaqstant, is-sena 2007 hija perjodu tranżizzjonali għall-Komunità ta’ l-Enerġija li għandu jwassal lejn it-tħaddim sħiħ tas-Segretarjat tagħha. Il-Komunità ta’ l-Enerġija nnifisha tista’ tirċievi biss direttament il-ħlasijiet tas-sħubija tal-membri tagħha, ladarba s-Segretarjat ikun kiseb l-istatus legali ta’ Organizzazzjoni Internazzjonali, kif imsemmi hawn fuq, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2007.

(3) Fuq il-bażi tal-mekkaniżmu spjegat hawn fuq, il-baġit li se jkun propost hawnhekk għas-sena 2007 jikkonsisti minn żewġ komponenti:

- Komponent 1: L-1-1-2007 sat-30-6-2007: l-ispejjeż iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Ministeru Federali ta’ l-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija permezz tal-kuntratt ta’ l-għoti eżistenti. Din il-parti tal-baġit se tiġi ffinanzjata 100% miż-żewġ partijiet ta’ dan il-kuntratt ta’ l-għoti;

- Komponent 2: L-1-7-2007 sal-31-12-2007, l-ispejjeż iffinanzjati skond l-Artikolu 73 tat-Trattat; il-ħlasijiet ta’ sħubija rilevanti dovuti mill-partijiet tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandhom japplikaw u dan ifisser sehem ta’ 98.1% għall-Komunità Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija fir-rigward ta' l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità ta' l-Enerġija għall-2007 hija dik definita fl-abbozz ta' l-Att Proċedurali mehmuż (l-Anness I) dwar l-adozzjoni tal-Baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija għall-2007 stipulata fl-Anness II, l-Anness III u l-Anness IV.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Abbozz

ATT PROĊEDURALI TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TA’ L-ENERĠIJA

2006/07/MC-EnC: Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali ta’ .... 2007 dwar l-adozzjoni tal-Baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija għall-2007

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta’ l-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 168a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija,

Billi:

1. L-2007 hija perjodu tranżizzjonali f’termini tal-finanzjament tal-Komunità ta’ l–Enerġija, peress li l-istatus legali u t-tħaddim tas-Segretarjat tal-Komunità ta’ l-Enerġija skond il-liġijiet tar-Repubblika ta’ l-Awstrija jiġu fformalizzati biss bid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2007 mar-Repubblika ta’ l-Awstrija b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007.

2. Is-Segretarjat Interim u l-attivitajiet tal-Komunità ta’ l-Enerġija bħalissa huma ffinanzjati 100% permezz ta’ Kuntratt ta’ Għoti CARDS mill-Kummissjoni u l-Ministeru Federali ta’ l-Awstrija għall-Ekonomija u x-Xogħol. Dan il-kuntratt ta’ għoti se jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007.

3. Fir-rigward tat-tieni nofs tas-sena 2007, il-ħlasijiet ta’ sħubija lill-baġit għandhom isegwu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 73 tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija.

4. Skond l-Artikolu 88 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija, il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq il-proposta dettaljata tal-baġit stipulata fl-Anness 1 ta’ din id-deċiżjoni. Skond il-mekkaniżmu ta’ finanzjament spjegat hawn fuq, il-baġit li se jkun propost hawnhekk għas-sena 2007 jikkonsisti minn żewġ komponenti:

5. Komponent 1: L-1-1-2007 sat-30-6-2007: l-ispejjeż iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Ministeru Federali ta’ l-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija permezz tal-kuntratt ta’ l-għoti eżistenti. Din il-parti tal-baġit se tiġi ffinanzjata 100% miż-żewġ partijiet ta’ dan il-kuntratt ta’ l-għoti;

6. Komponent 2: L-1-7-2007 sal-31-12-2007, l-ispejjeż iffinanzjati skond l-Artikolu 73 tat-Trattat; għandhom japplikaw il-ħlasijiet ta’ sħubija rilevanti dovuti mill-partjiet għat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija, li jkopri s-sena kalendarja 2007, stipulat fl-Anness 1, huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Fil-perjodu kopert mill-komponent 1 tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 1, is-Segretarjat interim tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandu jkompli japplika r-regoli u l-proċeduri interim tiegħu għall-użu tal-fondi disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ministeru Federali għall-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija safejn huma applikabbli l-Proċeduri għat-Twaqqif u l-Implimentazzjoni tal-Baġit tal-Komunità ta' l-Enerġija, Verifika u Spezzjoni.

Fil-perjodu kopert mill-komponent 2 tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 1, is-Segretarjat tal-Komunità ta' l-Enerġija għandu japplika l-Proċeduri għat-Twaqqif u l-Implimentazzjoni tal-Baġit tal-Komunità ta' l-Enerġija, Verifika u Spezzjoni.

Artikolu 3

Id-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità ta' l-Enerġija għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Att Proċedurali.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Partijiet u l-istituzzjonijiet kollha taħt it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija.

Artikolu 5

Id-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità ta’ l-Enerġija għandu jagħmel din id-deċiżjoni u l-anness tagħha disponibbli lill-Partjiet u l-istituzzjonijiet kollha taħt it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija

Magħmul fi ................... nhar ................

…………………..

Għall-Kunsill Ministerjali

ANNESS II

Nota narrattiva

Komunità ta' l-Enerġija

Baġit 2007

L-Isfond

Il-baġit propost huwa maqsum f’żewġ komponenti:

- Komponent 1: L-1-1-2007 sat-30-6-2007: l-ispejjeż iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Ministeru Federali ta’ l-Ekonomija u x-Xogħol tar-Repubblika ta’ l-Awstrija permezz tal-kuntratt ta’ l-għoti eżistenti. Din il-parti tal-baġit se tiġi ffinanzjata 100% miż-żewġ partijiet ta’ dan il-kuntratt ta’ l-għoti;

- Komponent 2: L-1-7-2007 sal-31-12-2007, l-ispejjeż iffinanzjati skond l-Artikolu 73 tat-Trattat; għandhom japplikaw il-ħlasijiet ta’ sħubija rilevanti dovuti mill-partjiet għat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija.

Komponent 1:

Il-format ippreżentat tal-Baġit tal-Komunità ta' l-Enerġija għall-perjodu ta' l-1-1-2007 sat-30-6-2007 huwa konformi mal-format ta’ l-Anness III tal-Kuntratt ta’ l-Għoti (ref.: 100-231).

Komponent 2:

Il-format ippreżentat tal-Baġit tal-Komunità ta' l-Enerġija għall-perjodu tas-7-1-2007 sal-31-12-2007 huwa konformi ma’ l-Artikolu 74 tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija. B’mod ġenerali, il-livell ta’ allokazzjonijiet għar-riżorsi umani meqjus f’dan l-abbozz ippreżentat tal-proposta għall-Baġit ta' l-2007 ġie diskuss mal-Kummissjoni Ewropea u huwa bbażat fuq punti ta’ riferiment esterni (organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li jinsabu fl-Awstrija, bħal IEA, OPEC, UN, ICMPD) u interni (tqies il-livell ta’ Unità fi ħdan Direttorat tal-KE, ara r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Art. 66) .

Il-Baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija għall-2007: dettalji tas-Subtotali

Din iċ-ċifra tal-baġit għas-sena 2007 li tammonta għal 2.032 miljuni € hija differenti mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-baġit ta’ l-2007 ta’ 2.450 miljuni € konkluża fis-17 ta’ Novembru 2006 mill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta’ l-Enerġija.

It-tqassim tal-baġit globali għall-2007 ta' 2.032 miljuni € skond il-format ippreżentat, huwa kif ġej:

- Subtotal għar-Riżorsi Umani EUR 858 372

- Subtotal għall-Ivvjaġġar EUR 48 958

- Subtotal għat-Tagħmir u Provvisti EUR 41 605

- Subtotal għall-Uffiċċju EUR 187 030

- Subtotal Spejjeż Oħra, Servizzi EUR 896 765

Il-Baġit tal-Komunità ta’ l-Enerġija għall-2007: dettalji tat-tqassim tan-nefqa istituzzjonali

Fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 74 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija, il-baġit ippreżentat għall-2007 jirreferi għad-dettalji tan-nefqa ta’ kull istituzzjoni stabbilita taħt it-Trattat. Ġeneralment, il-baġit globali tal-Komunità ta’ l-Enerġija għas-sena 2007 ippreżentat skond it-tqassim istituzzjonali juri d-distribuzzjonijiet li ġejjin:

- Kunsill Ministerjali EUR 49 000

- Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli EUR 40 619

- Bord Regolatorju tal-Komunità ta’ l-Enerġija 248 712

- Forum ta’ Ateni EUR 23 533

- Forum tal-Gass EUR 29 650

- Is-Segretarjat tal-Komunità ta’ l-Enerġija EUR 1 641 215

Konklużjoni

In-nefqa globali prevista għas-sena baġitarja 2007 hija ekwivalenti għal EUR 2.032 miljuni.

Minn dan l-ammont, EUR 788 630 se jiġu koperti 100% mill-fondi disponibbli mill-Kuntratt ta’ Għoti 100 321 bejn il-KE u l-Ministeru ta' l-Awstrija, u EUR 1 244 100 se jiġu koperti mill-ħlasijiet ta’ sħubija tal-membri tal-Komunità ta’ l-Enerġija.

ANNESS III: Proposed organigramme for the Energ Community Secretariat

Fig. 1: Proposed organigramme for the Energy Community Secretariat.

[pic]

ANNESS IV: Breakdown of the budget for the Energy Community for 2007

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]