52007PC0327

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 /* KUMM/2007/0327 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.6.2007

KUMM(2007) 327 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' miżuri ristrettivi fir-rigward ta' Burma/l-Mjanmar.

2. Wara diskussjonijiet riċenti bejn l-Istati Membri, intlaħaq qbil li t-testi rilevanti għandhom jinkludu anness ta' websajts nazzjonali li jindikaw awtoritajiet kompetenti, u jissostitwixxu l-prattika preċedenti ta' lista ta' awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan l-approċċ diġa ttieħed mill-Kunsill fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.

3. Il-Kummissjoni tqis li jaqbel li ssir proposta sabiex ikun emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006, għal dak l-għan.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/CFSP tas-27 ta' April 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi għal Burma/il-Mjanmar[1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

4. Ikun jaqbel li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006 li jipprovdi għal arranġamenti simili għal dawk fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007[2] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007[3] dwar skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri, u li jipprovdi għal Anness li jelenka websajts nazzjonali fejn jidhru l-awtoritajiet kompetenti minflok lista ta' l-awtoritajiet kompetenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju huwa mibdul b'dan li ġej:

“1. B'deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa:"

(b) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju huwa mibdul b'dan li ġej:

“1. L-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw li jinħelsu ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skond dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:"

(c) L-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2, huma mibdulin b'dan li ġej:

“1. Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fl-Istat Membru fejn huma residenti jew lokalizzati, kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 6, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.

2. Kull informazzjoni addizzjonali li tasal direttament mill-Kummissjoni għandha tkun imqiegħda għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat."

(d) L-Artikolu 9, paragrafu 5, jinbidel b'dan li ġej:

“5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1(b) m'għandhiex tostakola l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fl-impriżi ta' l-Istat Burmiżi kif elenkati fl-Anness V, jekk din l-estenzjoni hija obbligatorja skond il-ftehim milħuq ma' l-impriża ta' l-Istat Burmiża kkonċernata qabel il-25 ta' Ottubru 2004. L-awtorità kompetenti rilevanti, kif indikata fil-websajt li jidher fil-lista fl-Anness II, u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati qabel ma sseħħ din it-tranżazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra."

(e) Qed ikun inkluż l-Artikolu 13a ġdid kif ġej:

'L-Artikolu 13a

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fil-websajts jew permezz ta' l-istess websajts, kif elenkati fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jgħarrfuha dwar kull emenda sussegwenti.'

(f) L-Anness II huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

"Anness II

Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7, 8. 9, 12 u 13a u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

(biex timtela mill-Istati Membri)

IL-BELĠJU

IL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

ID-DANIMARKA

IL-ĠERMANJA

L-ESTONJA

IL-GREĊJA

SPANJA

FRANZA

L-IRLANDA

L-ITALJA

ĊIPRU

IL-LATVJA

IL-LITWANJA

IL-LUSSEMBURGU

L-UNGERIJA

MALTA

L-OLANDA

L-AWSTRIJA

IL-POLONJA

IL-PORTUGALL

IR-RUMANIJA

IS-SLOVENJA

IS-SLOVAKKJA

IL-FINLANDJA

L-IŻVEZJA

IR-RENJU UNIT

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat A. Struttura għall-Kriżijiet u l-Koordinament Politiku fis-CFSP

Unità A.2. Ġestjoni tal-kriżijiet u l-prevenzjoni tal-kunflitti

CHAR 12/108

B-1049 Brussell

Tel. (32-2) 299 1176 295 5585

Faks (32-2) 299 0873"

[1] ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/248/CFSP (ĠU L 107, 25.4.2007, p. 8)

[2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra R-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.03.2007, p.1)

[3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta' April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 103, 20.4.2007, p.1)