52007PC0294

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2007/0294 finali - COD 2006/0005 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 25.5.2007

COM(2007) 294 finali

2006/0005(COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE

2006/0005(COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE,dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardil-proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. L-ISFOND

Il-Proċedura

- Fid-18 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-għargħar għall-adozzjoni permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni kif stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal- KE.

- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fis-17 ta' Mejju 2006.

- Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2006.

- Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fit-23 ta' Novembru 2006.

- Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fil-25 ta' April 2007.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan tal-proposta huwa li jkun stabbilit qafas għall-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi ħżiena għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika marbuta ma' l-għargħar fil-Komunità.

2. Il-kummenti tal-Kummissjoni

2.1. Kummenti ġenerali

Fit-25 ta' April 2007, il-Parlament Ewropew adotta 26 mid-69 emenda li tressqu.

Is-26 emenda adottata mill-Parlament ilkoll kienu parti minn pakkett ta' kompromess maqbul mal-Kunsill. Il-Kummissjoni hija fil-qagħda li taċċetta għal kollox is-26 emenda kollha.

2.2. Kummenti dettaljati

Il-Kummissjoni hija fil-qagħda li taċċetta l-emendi 43 sa 52 għall-premessi li jiċċaraw iktar id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva fir-rigward ta' rabtiet mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u r-rwol tat-tibdil tal-klima, l-immaniġġjar ta' pjanuri ta' l-għargħar, it-tniġġis ambjentali, is-solidarjetà f'baċiri tax-xmara komuni u l-użu ta' l-aħjar teknoloġiji disponibbli.

Fir-rigward tal-pożizzjonijiet sostantivi, il-Kummissjoni taċċetta l-emendi 53 sa 69 għax dawn itejbu l-Pożizzjoni Komuni billi jsaħħu:

- il-konsiderazzjoni ta' l-għargħar fil-ġejjieni, inkluża l-konsiderazzjoni tat-tibdil fil-klima, id-difiżi eżistenti kontra l-għargħar fil-valutazzjoni preliminarja tar-riskju ta' l-għargħar, kif ukoll li s-sena 2011 tiġi stabbilta bħala d-data għal din il-valutazzjoni (l-Emendi 53-58, 66);

- il-funzjoni meħtieġa għal għejun importanti oħra ta' tniġġis (l-Emenda 59);

- il-pjanijiet ta' ġestjoni ta' riskju ta' l-għargħar fir-rigward ta' l-immaniġġjar tal-pjanuri ta' l-għargħar u l-prattika ta' l-użu ta' l-art sostenibbli, is-solidarjetà u l-prijoritizzazzjoni (l-Emendi 60-61, 68, 69);

- il-koordinazzjoni mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) (Emendi 62-63);

- il-proċedura tal-Komitoloġija (l-Emendi 64-65) u;

- il-konsiderazzjoni ta' l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni (l-Emenda 67).

2.3. Proposta emendata

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

[1] COM (2006) 15 finali (2006/0005 (COD))