[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 23.5.2007 COM(2007) 263 finali 2007/0098 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq (ippreżentata mill-Kummissjoni){SEC(2007) 635}{SEC(2007) 636} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-kuntest tal-proposta Raġunijiet u għanijiet Id-Direttiva 96/26/KE dwar id-dħul għall-impjieg ta' operatur tat-trasport ta' merkanzija bit-triq, u l-erba' Regolamenti[1] dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport, flimkien mad-deregolamentazzjoni tal-prezzijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq li saret ftit snin qabel, taw lis-suq intern tat-trasport bit-triq il-forma li għandu llum. Ir-rekwiżiti komuni stipulati mid-Direttiva għad-dħul għall-professjoni żguraw standards minimi ta' kwalità għat-trasport bit-triq, filwaqt li l-ftuħ tas-suq bis-saħħa tar-Regolamenti wassal għal aktar kompetittività. Ġeneralment, dan il-qafas leġiżlattiv ta l-frott tiegħu, fis-sens li llum il-kumpaniji tat-trasport bit-triq joffru tariffi aktar favorevoli u servizzi ddiversifikati, u qegħdin jaqdu aħjar il-bżonnijiet tal-klijenti għal servizzi ta' forniment skond ħinijiet preċiżi. Madankollu, l-esperjenza turi li wħud mill-miżuri ta' dan il-qafas leġiżlattiv mhux qed ikunu applikati sewwa jew b'mod uniformi, minħabba li huma ambigwi, inkompleti jew li m'għadhomx adatti fid-dawl ta' kif żviluppa s-settur. Dan hu l-każ tad-Direttiva dwar id-dħul għall-impjieg applikabbli għat-trasportaturi kollha bit-triq, ikunux ħaddiema għal rashom, impriżi żgħar jew ta' daqs medju, jew kumpaniji kbar. Id-diverġenżi fl-applikazzjoni tagħha huma ta' ħsara għall-kompetizzjoni ġusta. L-impriżi jibqgħu suġġetti għal monitoraġġ u verifiki li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, b'livelli differenti ħafna ta' kwalifiki professjonali u ta' saħħa finanzjarja. Din il-qagħda mhix qiegħda tippermetti li jitgawdu bis-sħiħ il-vantaġġi tas-suq intern tat-trasport bit-triq. L-għan tar-Regolament propost huwa li jissostitwixxi d-Direttiva biex jegħleb dan ix-xkiel. Il-problema li qed tiġi indirizzata Id-Direttiva 96/26/KE stabbiliet il-kundizzjonijiet minimi marbutin mal-kondotta tajba, mal-kapaċità finanzjarja u mal-kompetenza professjonali li l-impriżi għandhom jissodisfaw sabiex ikunu awtorizzati li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq, jiġifieri t-trasport nazzjonali jew internazzjonali tal-merkanzija jew tal-passiġġieri. Dawn il-kundizzjonijiet huma l-uniċi rekwiżiti komuni imposti fuq l-impriżi biex ikunu awtorizzati li jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom, partikolarment fis-suq Komunitarju tat-trasport bit-triq. Barra minn hekk, id-Direttiva tistabbilixxi rikonoxximent reċiproku ta' wħud mid-dokumenti meħtieġa għall-ksib ta' din l-awtorizzazzjoni. Fil-programm leġiżlattiv tagħha għall-2006[2], il-Kummissjoni kienet ħabbret li biħsiebha tanalizza bir-reqqa r-regoli li jirriżultaw mid-Direttiva, sabiex jekk ikun il-każ, tkun tista' tieħu miżuri biex tiżgura li jiġu applikati b'mod aktar armonizzat, sempliċi, infurzabbli u effikaċi. Din l-analiżi kienet imsejsa fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kif ukoll fuq valutazzjoni ta' l-impatt. Turi li l-Istati Membri sabuha bi tqila li jittrasponu d-Direttiva u li qegħdin japplikawha b'mod diverġenti ħafna. Bħala eżempju illustrattiv, ir-rati ta' suċċess fl-eżamijiet tal-kompetenza professjonali jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor minn 10% sa aktar minn 90%. Dan għandu ħafna żvantaġġi, fosthom: - ir-riskju ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni bejn, fuq naħa, it-trasportaturi bi stabbiliment reali li huwa aċċessibbli għall-awtoritajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità tagħhom ma' l-istandards minimi għad-dħul għall-professjoni, u fuq in-naħa l-oħra, il-kumpaniji "tal-kaxxa ta' l-ittri" li jistgħu jaħarbu dan il-monitoraġġ; - ċertu nuqqas ta' trasparenza fis-suq, minħabba d-diverġenza fl-istandards minimi ta' kapaċità finanzjarja u ta' kompetenza professjonali, u bħala korollarju ta' dan, l-hekk imsejħa "kuntratti f'katina"; il-klijenti tat-trasport bit-triq m'għandhomx garanzija rigward il-kwalità offruta mill-impriżi; - il-preżenza kontinwa ta' kumpaniji negliġenti b'livell baxx ta' kwalifiki professjonali u ta' kapaċità finanzjarja, li ġġib magħha riskji għas-sikurezza fit-toroq u xxekkel l-effiċjenza soċjoekonomika tat-trasport bit-triq (il-kumpaniji aktar kkwalifikati ma jistgħux jikkompetu); - monitoraġġ mhux uniformi u mhux ikkoordinat fost l-awtoritajiet nazzjonali li suppost għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni minn kumpaniji li jiksru l-liġi għall-ħsara tal-kondotta tajba tagħhom stess. Dan in-nuqqas ta' koordinament joħloq spejjeż amministrattivi mhux meħtieġa u jolqot ħażin il-kredibbiltà ta' l-irtirar tal-liċenzji, li jitlef mill-karattru diswassiv tiegħu. Il-konsistenza ma' politiki oħra u ma' l-għanijiet ta' l-Unjoni Ir-Regolament propost għandu jikkontribwixxi lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Liżbona. Fil-fatt, għandu joħloq kundizzjonijiet tal-kompetittività aktar ġusti fis-settur, u jdaħħal aktar trasparenza għall-klijenti tat-trasport bit-triq. Fl-aħħar mill-aħħar, għandu jikkontribwixxi wkoll lejn servizzi tat-trasport aktar effiċjenti u ta' kwalità ogħla. Fid-dawl tar-rwol dominanti tat-trasport bit-triq fis-sistemi ta' produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-industrija, għandu jservi ta' xprun għall-kompetittività ta' l-Unjoni. B'mod indirett, ir-Regolament il-ġdid għandu jtejjeb is-sikurezza fit-toroq permezz ta' segwiment aktar strett ta' l-impriżi negliġenti, li għandhom riskju akbar li jkunu involuti f'inċidenti milli impriżi oħrajn. Għandu jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati fis-settur tat-trasport bit-triq billi jtella' l-livell tal-kwalifika professjonali. Għandu jsaħħaħ ukoll l-indipendenza ta' ċerti ħaddiema għal rashom rigward il-klijenti tagħhom, u tħarishom minn prattiċi fejn ikunu mħaddmin bil-moħbi. Fl-aħħar nett, din il-proposta twettaq l-impenn tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-kontenut ta' l- acquis u li taġġornah. Hija parti mill-programm għar-"regolamentazzjoni aħjar" għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l- acquis Komunitarju. Is-simplifikazzjoni leġiżlattiva miksuba tikkonsisti f'aktar ċarezza ġuridika, permezz ta' dispożizzjonijiet li fil-prattika jistgħu jiġu infurzati aħjar, u f'aktar koerenza ġenerali mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport[3]. Toffri wkoll lill-Istati Membri l-possibbiltà li tnaqqas ċerti spejjeż amministrattivi mhux meħtieġa marbutin mal-kontrolli. Il-modernizzazzjoni tar-regoli għad-dħul għall-impjieg tat-trasportatur bit-triq, partikolarment bl-introduzzjoni ta' reġistri elettroniċi, hija waħda mill-miżuri immedjati li għandhom jittieħdu fil-qafas tal-"Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea" propost mill-Kummissjoni l-24 ta' Jannar 2007[4]. Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu jistiednu lill-Parlament u lill-Kunsill biex jagħtu prijorità speċjali lil dawn il-miżuri immedjati, u għaldaqstant lill-analiżi u lill-adozzjoni ta' din il-proposta. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta' l-impatt Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Din il-proposta ssegwi konsultazzjoni pubblika maħsuba biex tiġbor l-akbar għadd possibbli ta' kummenti mingħand il-partijiet interessati. Il-konsultazzjoni, organizzata flimkien ma' dik li saret b'rabta mar-riformulazzjoni parallela ta' l-erba' Regolamenti dwar l-aċċess għas-suq, kienet imsejsa fuq kwestonarju ppubblikat fuq l-internet u li ntbagħat bil-posta lill-organizzazzjonijiet kollha li jirrappreżentaw is-settur tat-trasport bit-triq. Il-Kummissjoni rċeviet 67 kontribut bil-miktub mingħand awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jirrappreżentaw it-trasportaturi tal-merkanzija u tal-passiġġieri bit-triq, il-klijenti tagħhom u diversi gruppi oħra b'interess ekonomiku. Is-7 ta' Novembru 2006 l-Kummissjoni organizzat laqgħa mal-partijiet interessati li kienu wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika bil-miktub jew li sadattant kienu wrew l-interess tagħhom. Għal din il-laqgħa attendew 42 delegazzjoni ta' l-industrija u 37 osservatur mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Ġeneralment, il-partijiet interessati jqisu li l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti biex wieħed ikun awtorizzat li jeżerċita l-professjoni tat-trasportatur bit-triq jeħtieġu jkunu aktar armonizzati, infurzati u kontrollati aħjar. Minbarra l-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri, li qiesu li għandu jkun hemm livell ogħla ta' standards, jirrakkomandaw li tingħata prijorità lill-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali eżistenti. Ġeneralment jargumentaw favur: - it-titjib tal-monitoraġġ u tas-segwiment permezz ta' kontrolli li jiffokaw fuq impriżi li jippreżentaw riskju għoli (pjuttost milli kontrolli sistematiċi u aktar frekwenti), permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet fid-diversi Stati Membri li għandhom jissorveljaw l-kondotta ta' l-impriżi, u permezz ta' l-użu ta' reġistri elettroniċi li jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi; - l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet komuni li jiżguraw stabbiliment sod u reali ta' l-impriżi, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni mill-hekk imsejħa "kumpaniji tal-kaxxa ta' l-ittri"; - l-armonizzazzjoni ta' l-indikaturi li jintużaw biex jitkejlu l-kapaċità finanzjarja ta' impriża u l-livell ta' l-eżamijiet tal-kompetenza professjonali; - l-iżgurar li d-detentur ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali jmexxi tabilħaqq l-attivitajiet tat-trasport u mhuwiex sempliċi "faċċata" biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni. L-osservazzjonijiet kollha li ġew espressi matul dan il-proċess ġew analizzati bir-reqqa, u bosta minnhom ippermettew it-titjib tal-proposta mehmuża kif ukoll tal-valutazzjoni ta' l-impatt. B'hekk, il-Kummissjoni wessgħet il-firxa ta' l-għażliet li ta' min ikunu analizzati biex jirriflettu d-diversi fehmiet li ġew espressi. Min-naħa l-oħra, ma laqgħetx l-idea li l-kundizzjoni rigward il-kapaċità finanzjarja tinbidel b'assigurazzjoni obbligatorja fuq ir-responsabbiltà professjonali, għax uħud mill-partijiet interessati qiesu li din l-idea ma kinitx żviluppata biżżejjed. Is-sinteżi tat-tweġibiet irċevuti għall-konsultazzjoni pubblika, it-test tat-tweġibiet individwali u l-minuti tal-laqgħa tas-7 ta' Novembru 2006 jinsabu fl-indirizz: http://ec.europa.eu/transport/road/consultations/road_market_en.htm Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni kienet imsejsa fuq il-parir espert indipendenti pprovdut mill-Prof. Brian Bayliss. Fl-1994, il-Prof. Bayliss kien il-kopresident ta' kumitat ta' stħarriġ li kien ħareġ rapport komplut dwar safejn kienet intlaħqet l-implimentazzjoni tas-suq intern tat-trasport bit-triq u l-ħidma li kien għad baqa' xi ssir. Il-valutazzjoni ta' l-impatt Il-valutazzjoni ta' l-impatt li saret bħala tħejjija għal din il-proposta kopriet ir-riformulazzjoni kemm tar-regoli rigward id-dħul għall-professjoni kif ukoll ta' dawk rigward l-aċċess għas-suq, b'qies għar-rabtiet stretti u l-koinċidenzi li hemm bejniethom. Hija msejsa fuq studji li saru fis-snin 2004, 2005 u 2006. Ingħatat attenzjoni partikolari biex il-firxa tal-valutazzjoni ġiet adattata għar-reazzjonijiet tal-partijiet interessati, u biex il-proposta mehmuża ġiet adattata skond il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni. Ġew analizzati ħames għażliet ta' politika: (1) L-għażla li "ma jinbidel xejn": il-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq titħalla kif inhi. Il-problemi deskritti fl-ewwel taqsima ta' dan id-dokument jibqgħu jew saħansitra jiħraxu hekk kif il-kabotaġġ jinfetaħ għall-Istati Membri kollha. (2) L-għażla ta' "simplifikazzjoni teknika u mhux regolatorja": il-ħames atti leġiżlattivi tal-KE jitgħaqqdu u jiġu kkonsolidati fi tliet atti. Din l-għażla kieku tipprovdi lill-Istati Membri u lill-industrija linji ta' gwida li ma jorbtux għall-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti. Tkun għażla faċli biex tiġi implimentata, iżda aktarx li ma tnaqqasx id-differenzi li hemm fost ir-regoli nazzjonali, u l-problemi ewlenin identifikati aktar 'il fuq jibqgħu. (3) L-għażla ta' "armonizzazzjoni": id-Direttiva u l-erba' Regolamenti li hemm bħalissa jsiru tliet Regolamenti, sabiex ir-regoli dwar id-dħul għall-professjoni jiġu armonizzati, tiżdied iċ-ċarezza ġuridika rigward il-kabotaġġ, u titjieb l-applikazzjoni tagħhom. Din l-għażla kieku tikkontribwixxi lejn kompetizzjoni ġusta, ittejjeb il-konformità mar-regoli tat-trasport bit-triq (partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza), u ttella' l-livell professjonali medju tas-settur. (4) L-għażla ta' "standards ta' kwalità ogħla": jiddaħħlu progressivament rekwiżiti aktar stretti rigward il-kapaċità finanzjarja, u taħriġ kontinwu obbligatorju għall-maniġers tat-trasport fl-impriżi. Fil-medda l-qasira, din l-għażla kieku tagħmel id-dħul għall-professjoni aktar diffiċli proporzjonalment għall-impriżi ż-żgħar. Fil-medda t-twila, tħeġġeġ lit-trasportaturi biex isiru aktar effiċjenti, u ġġib magħha benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi. (5) L-għażla ta' "liberalizzazzjoni": tiftaħ aktar il-kabotaġġ għall-kompetizzjoni u tilliberalizza s-servizzi regolari internazzjonali bil-kowċ. Din l-għażla traħħas il-prezzijiet tat-trasport, iżda mingħajr ma ttejjeb neċessarjament l-effiċjenza soċjoekonomika tat-trasport bit-triq, sakemm ma jkunx hemm aktar armonizzazzjoni, inkluż fit-tassazzjoni u fil-qasam soċjali. F'ċerti pajjiżi jkun hemm ir-riskju ta' telf ta' impjiegi. F'kull każ, minħabba l-impatt kbir li aktarx ikollha din l-għażla, tkun teħtieġ analiżi aktar bir-reqqa, u din l-għażla kieku tmur lil hinn mill-qafas ta' simplifikazzjoni li din il-proposta tifforma parti minnu. Fid-dawl tar-riżultati, din il-proposta tirrifletti l-għażla numru 3, ta' "armonizzazzjoni". Is-sinteżi u r-rapport sħiħ tal-valutazzjoni ta' l-impatt huma mehmuża ma' din il-proposta. Skond l-istima tal-valutazzjoni, il-proposta għal Regolament, flimkien maż-żewġ proposti għal Regolament paralleli dwar l-aċċess għas-suq, kieku tnaqqas it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni, ittejjeb il-konformità ta' l-operaturi tat-trasport mar-regoli soċjali u ta' sikurezza fit-toroq, u tippermetti lill-Istati Membri jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi b'madwar EUR 190 miljun fis-sena[5]. L-aspetti ġuridiċi Sommarju tal-miżuri proposti Ir-Regolament propost jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li l-impriżi kollha għandhom jissodisfaw biex ikunu awtorizzati li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. Jiċċara d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti u jikkompletahom sabiex tissaħħaħ il-koerenza ġenerali u tiġi żgurata applikazzjoni effikaċi u omoġenja. Ir-Regolament propost idaħħal: - il-kunċett tar-responsabbiltà tal-maniġer tat-trasport li jsellef iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali tiegħu lil impriża biex din tikseb awtorizzazzjoni, u regoli aktar stretti rigward ir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-impriża; - kriterji li għandhom ikunu rispettati biex jiġi żgurat li impriża jkollha stabbiliment reali u sod, u li l-kondotta tagħha tista' tiġi mmonitorjata sew mill-awtorità nazzjonali li tkun tatha l-awtorizzazzjoni biex tiżvolgi l-attivitajiet professjonali tagħha; - indikaturi finanzjarji li jistgħu jitqabblu, biex tkun tista' titkejjel il-kapaċità finanzjarja ta' impriża, taħriġ obbligatorju ta' talanqas 140 siegħa qabel l-eżami ta' attestazzjoni tal-kompetenza professjonali li l-kandidati kollha għandhom jagħmlu, u l-akkreditament taċ-ċentri tat-taħriġ u taċ-ċentri ta' l-eżaminar; - l-obbligu, għall-awtoritajiet li jixkfu li trasportatur mhux qiegħed jirrispetta l-kundizzjonijiet rigward il-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja jew professjonali, li jwissu lit-trasportatur li jkun, u, jekk ma titteħidx azzjoni ta' rimedju f'perjodu stabbilit, li jimponu sanzjonijiet amministrattivi, li jistgħu jvarjaw mill-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni sa l-iskwalifikar tal-maniġer tat-trasport; - ir-rikonoxximent reċiproku fost l-Istati Membri ta' kull ksur tar-regoli tal-KE dwar it-trasport bit-triq. Dan ir-rikonoxximent reċiproku se jservi biex jinżamm kont tal-ksur serju u ripetut kull fejn isir, u li meta jaqbżu ċertu limitu jistgħu jtappnu l-kondotta tajba ta' operatur tat-trasport u jesponuh għas-sanzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq; - reġistri elettroniċi interkonnessi fost l-Istati Membri kollha biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-monitoraġġ u s-segwiment ta' l-impriżi, u biex iħaffu l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri; - it-tneħħija progressiva ta' ċerti skemi ta' derogi li mhux qed jingħataw lill-impriżi b'mod uniformi minħabba li jitħallew fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri. Dawn is-skemi ta' derogi tilfu l-ġustifikazzjoni tagħhom u joħolqu tagħwiġ tal-kompetizzjoni, għall-ħsara tal-biċċa l-kbira ta' l-impriżi li ma jgawdux minnhom. Il-bażi ġuridika Ir-Regolament propost, li jħassar id-Direttiva 96/26/KE, huwa msejjes fuq l-Artikolu 71 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà L-għan essenzjali ta' din il-proposta huwa li jiġu armonizzati r-regoli nazzjonali imposti fuq l-impriżi biex ikunu jistgħu jidħlu għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq, kif ukoll li tissaħħaħ l-effiċjenza tas-suq intern. Din l-armonizzazzjoni ma tistax issir mill-Istati Membri waħedhom. Barra minn hekk, il-proposta timmira li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli dwar id-dħul għall-professjoni. Dan ma jistax isir mill-Istati Membri fuq bażi bilaterali għax ma jkunx hemm l-uniformità meħtieġa. Għaldaqstant teħtieġ azzjoni Komunitarja, għax huwa impossibbli li Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri jsolvi l-problemi identifikati b'mod sodisfaċenti. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: - il-proposta tistabbilixxi kundizzjonijiet komuni, iżda mhijiex kontra li l-Istati Membri jżidu l-kundizzjonijiet tagħhom stess għad-dħul għall-professjoni; - l-uniku limitu għal din il-possibbiltà jitnissel mill-prinċipju tal-libertà ta' stabbiliment u l-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċerti ċertifikati, iżda l-proposta ma ddaħħal l-ebda tibdil sostanzjali mqabbel mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ; - il-proposta tagħti lill-Istati Membri għażla bejn żewġ metodi li permezz tagħhom impriża tista' tipprovdi evidenza tal-kapaċità finanzjarja tagħha (indikaturi finanzjarji jew garanziji bankarji); - l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali li jawtorizzaw l-eżerċizzju tal-professjoni jirrispettaw is-setgħat diskrezzjonali tagħhom, partikolarment fejn jidħlu d-detezzjoni tal-ksur u s-sentenzi korrispondenti. Abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti fis-sentenza tagħha tat-13 ta' Settembru 2005[6], il-proposta tistabbilixxi approċċ komuni għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi, per eżempju l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni. Madankollu, fid-dawl tal-karattru diġà diswassiv ta' tali sanzjonijiet, ir-Regolament ma jipprovdix aktar sanzjonijiet ta' natura penali jew finanzjarja, u jħalli lill-Istati Membri liberi li jiddeċiedu fuq din il-kwistjoni. Fl-aħħar, jidher li l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni ma tistax tkun limitata biss għall-impriżi awtorizzati biex jiżvolġu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali, għax mindu ġie komplut is-suq intern, is-swieq nazzjonali m'għadhomx separati. Dan għal diversi raġunijiet: - bosta Stati Membri ma jagħmlux distinzjoni bejn l-awtorizzazzjoni li tinħareġ għat-trasport internazzjonali u l-awtorizzazzjoni li tinħareġ għat-trasport purament nazzjonali; - fl-Istati Membri l-oħra, l-impriżi li huma awtorizzati biex jiżvolġu attivitajiet ta' trasport fi Stat Membru wieħed biss qed jikkompetu ma' impriżi ta' Stati Membri oħra li jagħmlu l-kabotaġġ; - l-impriżi li huma awtorizzati biex jiżvolġu attivitajiet ta' trasport internazzjonali jerġgħu jirrikorru għas-suq nazzjonali tagħhom meta, minħabba l-qagħda ekonomika tal-mument, ma jibqgħux ifittxuhom klijenti biex iġorrulhom merkanzija sa Stati Membri oħra. Għaldaqstant, ir-Regolament propost, bħad-Direttiva attwali, ikopri l-operazzjonijiet kollha tat-trasport, inklużi dawk li jsiru fuq il-livell nazzjonali. L-għażla ta' l-istrument L-għan ewlieni tar-reviżjoni tar-regoli għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq huwa li tiġi żgurata applikazzjoni aktar effiċjenti u inqas diverġenti ta' dawn ir-regoli. Għaldaqstant, ir-Regolament, li jippermetti applikazzjoni diretta u aktar omoġenja, jidher l-aktar strument xieraq. Għandu jippermetti aktar trasparenza, u jnaqqas ċerti spejjeż amministrattivi. Din l-għażla tidher aktar u aktar xierqa meta wieħed iqis li d-dħul għall-professjoni hija l-kundizzjoni bażika biex wieħed ikollu aċċess għas-suq, u l-istrument tar-Regolament ilu jintuża f'dan is-settur mill-1992. L-implikazzjonijiet għall-baġit Il-proposta ma ġġib magħha l-ebda spiża addizzjonali għall-baġit tal-Komunità. Iż-Żona Ekonomika Ewropea Ir-Regolament propost huwa b'rilevanza għaż-ŻEE u għaldaqstant l-ambitu tiegħu għandu jkun estiż biex jinkludiha. Id-dispożizzjonijiet proposti Iż-żamma ta' dispożizzjonijiet eżistenti Din il-proposta tikkompleta u tirrevedi r-regoli eżistenti għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq. Għaldaqstant, iżżomm uħud mill-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/26/KE: - it-tliet kundizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti minn impriża li tixtieq tidħol għall-professjoni (il-kondotta tajba, il-kompetenza professjonali, il-kapaċità finanzjarja) (l-Artikolu 3); - ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u kwalifiki oħra biex jiffaċilita l-libertà ta' stabbiliment (l-Artikolu 18 sa 20); - il-mudell taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali (l-Anness II) u l-lista tas-suġġetti li għandhom jiġu studjati għall-ksib ta' dan iċ-ċertifikat (l-Anness I). Madankollu, riformulazzjoni fuq il-bażi tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti ġuridiċi ma kinitx tippermetti li jinkiseb il-livell meħtieġ ta' ċarezza ġuridika. Dawn il-prinċipji u dispożizzjonijiet jikkostitwixxu acquis li ma jistax jitqiegħed fid-dubju. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jagħtu l-kunsiderazzjoni kollha possibbli lil din is-sitwazzjoni, u biex jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fir-rigward tad-dispożizzjonijiet il-ġodda, kif deskritta hawn isfel. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda Il-kjarifika tad-definizzjonijiet u l-aġġornament ta' l-ambitu ta' l-applikazzjoni L-Artikolu 1 jikkompleta l-lista tad-definizzjonijiet biex jiffaċilita applikazzjoni aktar uniformi. L-Artikolu 2 jiddefinixxi ambitu ġdid ta' applikazzjoni li huwa koerenti ma' l-atti leġiżlattivi l-oħra dwar it-trasport bit-triq, billi jqis il-vetturi kollha ta' aktar minn 3.5 tunnellata u jillimita l-eżenzjonijiet għal ċerti operazzjonijiet ta' trasport iddefiniti ċarament f'atti Komunitarji oħrajn. Il-kundizzjoni ta' stabbiliment L-Artikoli 3 u 5 jistabbilixxu regoli komuni biex ikunu awtorizzati li jeżerċitaw il-professjoni unikament l-impriżi li jkollhom stabbiliment reali u sod. L-għan huwa li l-impriżi kollha jkunu soġġetti għall-istess livell ta' monitoraġġ, u li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ċerti impriżi jaħarbu l-monitoraġġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li fihom huma stabbiliti. Skond l-Artikolu 5, stabbiliment sod u reali jfisser uffiċċju, vetturi rreġistrati u ċentru ta' operazzjoni. Ir-responsabbiltà tal-maniġer tat-trasport L-Artikolu 4 jispeċifika r-relazzjonijiet li l-persuna (imsemmija "l-maniġer tat-trasport") li għandha l-kompetenza professjonali meħtieġa għandu jkollha ma' l-impriża li l-attivitajiet tagħha qiegħda tmexxi. Din il-persuna għandha tkun impjegata u remunerata mill-impriża. Peress li din il-persuna suppost qiegħda tmexxi effettivament l-attivitajiet ta' trasport ta' l-impriża fuq bażi permanenti, għandha tkun responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħha, u għaldaqstant għal kwalunkwe ksur li jsir fl-attivitajiet li tmexxi. Din ir-responsabbiltà hija ddefinita għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, iżda mingħajr ħsara għal kwalunkwe responsabbiltà penali jew finanzjarja ddefinita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru. Il-possibbiltà għal min jaħdem għal rasu li juża maniġer ta' trasport ieħor għall-iskopijiet ta' kwalifikazzjoni hija regolata, partikolarment biex tiżdied l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' operaturi tat-trasport akbar li jafdawlu l-kunsinni tagħhom, u għalhekk ukoll biex jitħarsu mill-prattika ta' l-impjieg bil-moħbi. L-ispeċifikar tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu rigward il-kondotta tajba L-Artikolu 6 jidentifika l-lista tar-regoli Komunitarji li l-ksur serju tagħhom jista' jwassal għat-telf tal-kondotta tajba, inkluż jekk il-ksur isir fi Stati Membri oħra. Jindika wkoll li l-ksur minuri jista' jibda jitqies bħala serju wara li jkun intlaħaq ċertu livell ta' ripetizzjoni. L-Artikolu 6 jagħti lill-Kummissjoni kompetenzi eżekuttivi biex tistabbilixxi lista komuni ta' dawn it-tipi ta' ksur. Din il-lista hija prerekwiżit għal kull skambju organizzat ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, kif ukoll għad-definizzjoni ta' limiti komuni għall-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni. Indikaturi ġodda biex titkejjel il-kapaċità finanzjarja ta' impriża L-Artikolu 7 jdaħħal indikaturi aktar preċiżi għall-kejl tal-kapaċità finanzjarja ta' impriża. L-impriżi u l-Istati Membri jingħatalhom żewġ għażliet: jew l-assi attwali u l- quick ratio (skond it-terminoloġija tar-raba' Direttiva dwar il-kontabbiltà)[7] stabbiliti abbażi tal-kontijiet annwali ta' l-impriżi jridu jkunu konformi ma' ċerti limiti, jew l-impriża trid tagħti prova tal-kapaċità finanzjarja tagħha permezz ta' garanzija bankarja. L-indikaturi finanzjarji proposti huma dawk li jintużaw is-soltu fl-analiżi finanzjarja biex tiġi evalwata l-kapaċità ta' impriża biex tlaħħaq mad-dejn tagħha fil-medda l-qasira. It-titjib tal-kompetenza professjonali L-Artikolu 8 jdaħħal approċċ komuni li jgħaqqad it-taħriġ ma' eżami obbligatorju biex jivverifika l-kompetenza professjonali u applikabbli għall-kandidati kollha, inklużi dawk b'esperjenza professjonali u dawk li għandhom diploma. Barra minn hekk, jipprevedi skema minima għall-akkreditament taċ-ċentri ta' l-eżaminar u taċ-ċentri tat-taħriġ, u jippromwovi l-iskambju ta' l-esperjenzi f'dan il-qasam fost l-Istati Membri. Fl-aħħar, tneħħiet il-possibbiltà li l-Istati Membri jiddistingwu l-livell tal-kwalifika skond jekk it-trasport ikunx internazzjonali jew le. B'hekk il-persuni li xogħolhom jikkonsisti f'li jmexxu l-attivitajiet ta' trasport ikollhom bla dubju l-okkażjoni li jmexxu operazzjonijiet ta' trasport bejn Stati Membri differenti. It-titjib tal-monitoraġġ u tas-sorveljanza L-Artikoli 9, 10, 11 u 13 jiċċaraw u jsaħħu r-rwol ta' l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex jissorveljaw li l-impriżi jirrispettaw il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regolament. Dawn l-artikoli jdaħħlu prinċipji komuni biex jiżguraw aktar trasparenza, aktar komparabbiltà, u fl-aħħar mill-aħħar, biex jiżguraw il-kredibbiltà tar-regoli dwar id-dħul għall-professjoni. L-Artikoli 10 u 12 jispeċifikaw ukoll l-iskadenzi li għandhom jirrispettaw dawk l-awtoritajiet fl-eżaminar tad- dossiers , iżda wkoll l-iskadenzi li jistgħu jingħataw lil impriża biex tikseb il-konformità qabel ma tingħatalha sanzjoni. L-Artikolu 12 jitlob mill-awtoritajiet kompetenti li jwissu lill-impriżi b'riskju għoli li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament. L-Artikolu 12 jistabbilixxi firxa mtarrġa ta' sanzjonijiet amministrattivi li jmorru mill-irtirar parzjali ta' l-awtorizzazzjoni sa l-iskwalifikar tal-maniġer tat-trasport. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli, l-Artikolu 11 jipprovdi kontrolli mmirati li jistgħu jwettqu l-Istati Membri pjuttost milli kontrolli sistematiċi aktar frekwenti minn dawk ta' kull ħames snin fis-seħħ. Fil-fatt, il-metodu tal-kontrolli mmirati diġà wera li huwa mod effikaċi biex jikxef ksur u jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi, għax jiġu kontrollati biss il-kumpaniji identifikati bħala riskjużi. Is-simplifikazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva L-Artikolu 15 jintroduċi reġistru elettroniku ta' l-impriżi f'kull Stat Membru. Dawn ir-reġistri jridu jkunu interkonnessi fuq il-livell Ewropew sa tmiem l-2010, skond ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Tali reġistri diġà jeżistu f'bosta Stati Membri u wrew l-effiċjenza tagħhom biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-monitoraġġ ta' l-impriżi. L-Artikolu 16 isemmi r-regoli bażiċi applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali, skond id-Direttiva 95/46/KE. L-Artikolu 17 jipprovdi d-deżinjazzjoni tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li għandhom jintużaw għall-iskambju ta' informazzjoni, kif ukoll ċerti proċeduri li għandhom ikunu segwiti (iddettaljati fil-proposti għal Regolament adottati para llelament ma' din il-proposta). Emendi oħra L-emendi sostanzjali l-oħra jikkonċernaw dispożizzjonijiet ġenerali li jitnisslu mill-emendi msemmija aktar 'il fuq, partikolarment l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu ta' tranżazzjoni applikabbli u t-tneħħija progressiva tad-drittijiet preċedenti mhux ġustifikati, ir-regoli ta' proċedura li japplikaw għall-kumitati, u r-rapporti li għandhom jitfasslu biex jiżguraw monitoraġġ aktar strett fil-livelli nazzjonali u Komunitarju. 2007/0098 (COD) Proposta ta' REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL- KUNSILL li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9], Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data , Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[10], Billi: 1. L-implimentazzjoni sħiħa ta' suq intern tat-trasport bit-triq b'kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni titlob l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni għall-awtorizzazzjoni għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija jew tal-passiġġieri bit-triq, minn hawn 'il quddiem "il-professjoni tat-trasportatur bit-triq". Dawn ir-regoli komuni jistgħu jikkontribwixxu lejn livell għoli ta' kwalifika professjonali tat-trasportaturi, lejn ir-razzjonalizzazzjoni tas-suq, lejn it-titjib tal-kwalità tas-servizz fl-interess tat-trasportaturi, tal-klijenti tagħhom u ta' l-ekonomija kollha kemm hi, kif ukoll lejn aktar sikurezza fit-toroq. Dawn ir-regoli għandhom iħaffu wkoll l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment għat-trasportaturi. 2. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta' trasport nazzjonali jew internazzjonali[11], stabbiliet il-kundizzjonijiet minimi għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti meħtieġa għal dan il-għan. Madankollu, l-esperjenza, il-valutazzjoni ta' l-impatt u diversi studji juru li din id-Direttiva hija applikata fl-Istati Membri b'mod diverġenti ħafna. Din id-diverġenza għandha bosta konsegwenzi negattivi, partikolarment ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni, ċertu nuqqas ta' trasparenza tas-suq, livelli eteroġenji ta' kontroll u r-riskju li l-impriżi b'livell baxx ta' kwalifika professjonali jkunu negliġenti jew jirrispettaw inqas ir-regoli ta' sikurezza fit-toroq u r-regoli soċjali, sitwazzjoni li tista' tkun ta' ħsara għad-dehra tas-settur. 3. Dawn il-konsegwenzi jsiru saħansitra aktar negattivi għax jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tat-trasport bit-triq. Fil-fatt, l-aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija u ta' ċerti operazzjonijiet ta' kabotaġġ huwa miftuħ għall-impriżi kollha tal-Komunità. L-unika kundizzjoni imposta fuq dawn l-impriżi hija li jkollhom liċenzja Komunitarja, li tista' tinkiseb ladarba jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dħul għall-impjieg, skond ir-Regolament (KE) Nru .../... dwar it-trasport tal-merkanziji bit-triq u r-Regolament (KE) Nru .../... dwar it-trasport tal-passiġġieri. 4. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-regoli eżistenti għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq jiġu modernizzati, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aktar omoġenja u effiċjenti. Peress li l-konformità ma' dawn ir-regoli tikkostitwixxi l-kundizzjoni ewlenija biex wieħed jidħol fis-suq Komunitarju, u peress li fil-qasam ta' l-aċċess għas-suq, l-istrumenti Komunitarji applikabbli huma Regolamenti, jidher li regolament huwa l-aktar strument xieraq biex jirregola d-dħul għall-professjoni. 5. Fl-interess tal-kompetizzjoni ġusta, ir-regoli komuni għall-eżerċizzju tal-professjoni għandhom ikunu applikati b'mod kemm jista' jkun wiesa' għall-impriżi kollha. Madankollu, mhuwiex neċessarju li jkunu inklużi f'dan ir-Regolament l-impriżi li jiżvolġu operazzjonijiet ta' trasport b'impatt żgħir ħafna fuq is-suq tat-trasport. 6. L-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża għandha tkun responsabbli li tivverifika li l-impriża tirrispetta dejjem il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex jekk meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jiddeċiedi li jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjonijiet li jippermettu li l-impriża topera fis-suq. Il-konformità effettiva mal-kundizzjonijiet għad-dħul għall-professjoni u l-kontroll affidabbli tagħhom jitolbu li l-impriżi jkollhom stabbiliment reali u sod. 7. Jeħtieġ li l-persuni fiżiċi li jgawdu mill-kondotta tajba u mill-kompetenza professjonali meħtieġa jkunu identifikati biċ-ċar u kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-persuni, imsemmija "maniġers tat-trasport", għandhom ikunu dawk li jmexxu effettivament u b'mod permanenti l-attivitajiet ta' trasport tat-trasportaturi bit-triq. Jaqbel li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet li skondhom persuna titqies li tmexxi, b'mod kontinwu u effettiv, operazzjoni ta' trasport f'impriża. 8. Il-kondotta tajba ta' maniġer tat-trasport tiddependi minn jekk dan ikunx qala' kundanni penali serji jew sanzjonijiet serji, partikolarment fejn jidħol il-ksur tar-regoli Komunitarji dwar it-trasport bit-triq. Fl-oqsma koperti mir-regoli Komunitarji, jeħtieġ li jiġu definiti b'mod konġunt it-tipi ta' ksur u l-livelli korrispondenti ta' serjetà li jistgħu jixħtu dubju fuq il-kondotta tajba ta' impriża. 9. Impriża tat-trasport bit-triq għandu jkollha livell minimu ta' kapaċità finanzjarja biex jiżgura l-istabbiliment u t-tmexxija tajba ta' l-impriża. Il-metodu attwali ta' livell minimu ta' kapital u ta' riservi jħalli inċertezza kbira rigward ir-riżorsi finanzjarji li għandhom jitqiesu, u ma jiggarantix li impriża tkun kapaċi tlaħħaq ma' l-obbligi tagħha fil-medda l-qasira. Jaqbel li jintużaw indikaturi finanzjarji oħra, definiti aħjar u aktar rilevanti, li jistgħu jkunu stabbiliti abbażi ta' kontijiet annwali. Jekk jixtiequ, l-impriżi għandu jkollhom il-possibbiltà li juru l-kapaċità finanzjarja tagħhom permezz ta' garanzija bankarja. Dan jista' jkun metodu orħos u aktar sempliċi għal dawn l-impriżi. 10. Livell għoli ta' kwalifika professjonali għandu jsaħħaħ l-effiċjenza soċjoekonomika tas-settur tat-trasport bit-triq. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-applikanti għall-pożizzjoni ta' maniġer tat-trasport isegwu taħriġ ta' kwalità. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet aktar omoġenji ta' taħriġ u ta' eżaminar, kif ukoll it-trasparenza fir-rigward ta' l-applikanti, jaqbel li jkun previst li l-Istati Membri jakkreditaw iċ-ċentri ta' taħriġ u ta' eżaminar skond kriterji li għandhom jiddefinixxu huma. Għar-raġunijiet ta' ekwità u trasparenza, jeħtieġ ukoll li l-applikanti kollha jagħmlu eżami, inklużi dawk li jistgħu jkunu eżenti milli jsegwu t-taħriġ obbligatorju minħabba li diġà għandhom esperjenza jew diploma. Wara l-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern, is-swieq nazzjonali m'għadhomx separati. B'konsegwenza ta' dan, il-persuni li jmexxu attivitajiet ta' trasport għandu jkollhom l-għarfien meħtieġ biex imexxu operazzjonijiet ta' trasport kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali. Il-lista tas-suġġetti li għandhom ikunu jafu biex ikunu jistgħu jiksbu ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali, kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni ta' l-eżamijiet, jistgħu jevolvu skond il-progress teknoloġiku, u għalhekk jaqbel illi jkunu aġġornati. 11. Għall-kompetizzjoni ġusta, u għat-trasport bit-triq li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli, jeħtieġ livell omoġenju ta' monitoraġġ u sorveljanza fost l-Istati Membri. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għas-sorveljanza ta' l-impriżi u tal-validità ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom għandhom rwol fundamentali x'jiżvolġu. Jeħtieġ li jkun żgurat li dawn l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri xierqa meta meħtieġ, partikolarment biex jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet, jew biex jiddikjaraw inkompetenti lill-maniġers tat-trasport negliġenti jew qarrieqa. Madankollu, impriża għandha tkun imwissija bil-quddiem, u għandha tingħatalha skadenza raġunevoli biex isiru konformi mar-regoli qabel ma jirċievu tali sanzjonijiet. 12. Kooperazzjoni amministrattiva aktar organizzata fost l-Istati Membri għandha ssaħħaħ l-effiċjenza tal-monitoraġġ ta' l-impriżi li joperaw f'diversi Stati Membri, kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Reġistri elettroniċi ta' l-impriżi interkonnessi madwar il-Komunità, f'konformità mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, għandhom jiffaċilitaw tali kooperazzjoni u jnaqqsu l-ispejjeż marbutin mal-kontrolli, kemm għall-impriżi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet. Fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, reġistri elettroniċi nazzjonali diġà jeżistu. Jeżistu wkoll infrastrutturi ta' interkonnessjoni fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, l-użu aktar sistematiku ta' dawn ir-reġistri nazzjonali ta' l-impriżi, kif ukoll ta' l-interkonnessjoni tagħhom fuq il-livell Ewropew, jista' jwassal għal spejjeż aktar baxxi, kif ukoll għal tnaqqis sinifikanti ta' l-ispejjeż amministrattivi tal-kontrolli, filwaqt li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom. 13. Parti mid-dejta li hemm f'dawn ir-reġistri dwar il-ksur u s-sanzjonijiet hija personali. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta[12], partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tat-trattament ta' dik id-dejta mill-awtoritajiet pubbliċi u mad-drittijiet tal-persuni kkonċernati għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-oppożizzjoni. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, jidher neċessarju li dan it-tip ta' dejta tinżamm għal talanqas xahrejn, biex jiġi evitat li l-impriżi skwalifikati jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra. 14. L-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali hija ta' l-akbar importanza biex tippermetti skambju ta' informazzjoni rapidu u effikaċi fost l-Istati Membri, u biex tiggarantixxi li t-trasportaturi ma jaqgħux fit-tentazzjoni jew ma jirriskjawx li jwettqu ksur serju fi Stati Membri barra mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. Din l-interkonnessjoni titlob li jiġu ddefiniti b'mod konġunt il-format preċiż tad-dejta kif ukoll il-proċeduri tekniċi għall-iskambju. 15. Biex l-iskambju ta' l-informazzjoni fost l-Istati Membri jkun effiċjenti, għandhom ikunu nnominati punti ta' kuntatt nazzjonali, u għandhom ikunu speċifikati ċerti proċeduri komuni rigward l-iskadenzi u n-natura ta' l-informazzjoni minima li tiġi ttrasferita. 16. Biex tkun iffaċilitata l-libertà ta' stabbiliment, jaqbel li tkun aċċettata, bħala prova suffiċjenti tal-kondotta tajba biex ikunu awtorizzati l-attivitajiet imsemmija fi Stat Membru differenti għal dak fejn impriża tkun stabbilita, il-produzzjoni ta' dokumenti xierqa maħruġin minn awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini, filwaqt li jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati ma ġewx iddikjarati inkompetenti biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istati Membri l-oħra li jiġu minnhom. 17. Rigward il-kompetenza professjonali, sabiex tkun iffaċilitata l-libertà ta' stabbiliment, mudell uniku ta' ċertifikat maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandu jkun rikonoxxut bħala prova suffiċjenti mill-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-impriża. 18. Jeħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fuq il-livell Komunitarju. Dan jimplika t-trasmissjoni mill-Kummissjoni ta' rapporti regolari dwar il-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja u l-kompetenza professjonali ta' l-impriżi fis-settur tat-trasport bit-triq, imfassla abbażi tar-reġistri nazzjonali. 19. Jeħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijet ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. 20. Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-modernizzazzjoni tar-regoli dwar id-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq biex tiżgura applikazzjoni aktar omoġenja u komparabbli fl-Istati Membri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżura skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà mnaqqax fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat fl-Artikolu msemmi, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. 21. Jaqbel li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13]. 22. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tistabbilixxi lista tal-kategoriji, tipi u livelli tas-serjetà tal-ksur li minħabba fih trasportatur bit-triq jista' jitlef il-kondotta tajba meħtieġa; biex tadatta, skond il-progress teknoloġiku, l-Anness ta' dan ir-Regolament dwar l-għarfien li trasportatur għandu jkollu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikonoxxu l-kompetenza professjonali tiegħu; biex tadatta wkoll l-Anness dwar il-mudell ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali; u biex tistabbilixxi lista tal-ksur massimu li jwassal għas-sospensjoni jew għall-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni biex wieħed jeżerċita l-professjoni, jew għal dikjarazzjoni ta' inkompetenza. Peress li dawn il-miżuri huma ta' karattru ġenerali u għandhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jew li jikkompletawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għar-raġunijiet ta' effiċjenza, l-iskadenzi applikabbli normalment fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-aġġornament tal-mudell ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali. 23. Għaldaqstant, id-Direttiva 96/26/KEE għandha titħassar. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 1 L-għan u d-definizzjonijiet 24. Dan ir-Regolament jirregola d-dħul għall-impjieg tat-trasportatur bit-triq u l-iżvolġiment tiegħu. 25. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament: (a) "professjoni tat-trasportatur bit-triq" tfisser il-professjoni tat-trasportatur tal-passiġġieri bit-triq jew il-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija bit-triq; (b) "professjoni tat-trasportatur tal-merkanziji bit-triq" tfisser l-attivitajiet ta' kull impriża li twettaq trasport tal-merkanzija f'isem ħaddieħor, jew permezz ta' vetturi bil-mutur, jew permezz ta' gruppi ta' vetturi. (c) "professjoni tat-trasportatur tal-passiġġieri bit-triq" tfisser l-attivitajiet ta' kull impriża li tiżvolġi servizzi ta' trasport tal-passiġġieri għall-pubbliku jew għal kategoriji speċifiċi ta' utenti, bi ħlas mill-persuna ttrasportata jew mill-organizzatur tat-trasport, permezz ta' vetturi bil-mutur magħmulin u mgħammra b'tali mod li jkunu adatti biex iġorru aktar minn disa' persuni, inkluż ix-xufier; (d) "impriża" tfisser kull persuna fiżika, kull persuna ġuridika bi skop ta' lukru jew mingħajru, kull assoċjazzjoni jew kull raggruppament ta' persuni mingħajr personalità ġuridika bi skop ta' lukru jew mingħajru, kif ukoll kull korp uffiċjali, ikollux personalità ġuridika proprja u jew jiddependix minn awtorità b'personalità ġuridika; (e) "maniġer tat-trasport" tfisser persuna fiżika impjegata minn impriża, jew fil-każ li din l-impriża hija persuna fiżika, din l-istess persuna, jew fejn applikabbli, persuna fiżika oħra maħtura permezz ta' kuntratt, u li tmexxi b'mod effettiv u permanenti l-attivitajiet ta' trasport ta' din l-impriża; (f) "awtorizzazzjoni għad-dħul għall-impjieg tat-trasportatur bit-triq" tfisser deċiżjoni amministrattiva li tawtorizza lil impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn dan it-Regolament biex jeżerċitaw l-professjoni tat-trasportatur bit-triq; (g) "awtorità kompetenti biex tawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni" tfisser awtorità fi Stat Membru fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li tivverifika li impriża tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, u li għandha s-setgħa li toħroġ, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni ta' l-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq; (h) "Stat Membru ta' stabbiliment" tfisser l-Istat Membru li fih impriża tixtieq tistabbilixxi ruħha, irrispettivament jekk il-maniġer tat-trasport jiġix minn pajjiż differenti jew le; (i) "Stat Membru ta' l-oriġini" tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer tat-trasport ta' impriża li tixtieq tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor kellu r-residenza tiegħu jew kien jopera qabel. Artikolu 2L-ambitu ta' l-applikazzjoni 26. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impriżi kollha stabbiliti fil-Komunità li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. Japplika wkoll għall-impriżi li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. 27. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma japplikax: a) għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija bit-triq, permezz biss ta' vetturi bil-mutur jew gruppi ta' vetturi li l-piż massimu awtorizzat tagħhom ma jaqbiżx 3.5 tunnellata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-limitu għat-totalità tal-kategoriji tat-trasport jew għal parti minnhom; b) għall-impriżi li jiżvolġu esklussivament ċerti operazzjonijiet ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, għal finijiet mhux kummerċjali, li l-attività ewlenija tagħhom hija differenti minn dik ta' trasportatur tal-passiġġieri bit-triq, u li l-vetturi użati tagħhom huma misjuqin mill-impjegati tagħhom stess. Artikolu 3Rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-profes sjoni tat-trasportatur bit-triq L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq, u dawk li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: (a) għandu jkollhom stabbiliment reali u sod f'wieħed mill-Istati Membri; (b) għandu jkollhom kondotta tajba; (c) għandu jkollhom il-kapaċità finanzjarja xierqa; (d) għandu jkollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa. Il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu rispettati biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti huma ddefiniti fil-Kapitolu II. Dan ir-Regolament mhuwiex kontra li l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jissodisfaw l-impriżi biex ikunu awtorizzati li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. Artikolu 4Il-maniġer tat-trasport 28. Impriża li tixtieq teżerċita l-professjoni tat-trasportatur bit-triq għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 b'talanqas persuna fiżika waħda li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(b) u 3(d). Din il-persuna, imsejħa l-maniġer tat-trasport, għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) għandha tmexxi l-attivitajiet ta' trasport ta' l-impriża b'mod effettiv u permanenti; (b) għandha tkun impjegata u remunerata mill-impriża, jew jekk l-impriża hija persuna fiżika, għandha tkun din l-istess persuna. 29. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk impriża tkun persuna fiżika li ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-kompetenza professjonali stipulat fl-Artikolu 3(d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzawha biex teżerċita l-professjoni tat-trasportatur, bil-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) li tinnotifika lil dawn l-awtoritajiet bi persuna oħra li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(b) u 3(d), u li permezz ta' kuntratt hija awtorizzata biex tiżvolġi kompiti bħala maniġer tat-trasport f'isem l-impriża; (b) li l-kuntratt li jorbot l-impriża u l-maniġer tat-trasport jispeċifika l-kompiti li għandhom jitwettqu b'mod permanenti mill-parti kkonċernata, u jindika r-responsabbiltajiet tagħha bħala maniġer tat-trasport; il-kompiti li għandhom jitwettqu jinkludu partikolarment dawk marbutin mal-manutenzjoni tal-vetturi, l-ivverifikar tal-kuntratti u tad-dokumenti tat-trasport, il-kontabbiltà, l-assenjazzjoni ta' kunsinni lix-xufiera u lill-vetturi, u l-ivverifikar tal-proċeduri ta' sikurezza; (c) li l-persuna nnotifikata ma tmexxix, bħala maniġer tat-trasport, l-attivitajiet ta' trasport ta' aktar minn erba' impriżi differenti, bi flotta totali massima ta' tnax-il vettura; (d) li l-persuna nnotifikata tkun indipendenti mill-impriżi oħrajn li jitolbuh li jmexxi operazzjonijiet ta' trasport, jew li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'ismu. 30. Il-maniġer tat-trasport jitlef il-kondotta tajba tiegħu, fis-sens mogħti f'dan ir-Regolament, meta jsir ksur serju jew ripetut li jaqbeż ċertu limitu, fost it-tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6(1), fil-kuntest ta' l-attivitajiet tat-trasport li jmexxi. KAPITOLU IIIl-kundizzjonijiet Artikolu 5Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit ta’ l-istabbiliment Biex jintlaħaq ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 3(a), impriża għandha tkun stabbilita effettivament u b'mod stabbli fl-Istat Membru li, permezz ta’ awtorità kompetenti, jawtorizzaha biex teżerċita l-professjoni. Għal dan il-għan, l-impriza għandu jkollha: (a) stabbiliment, f’dak l-Istat Membru, b'sede fejn iżżomm id-dokumentazzjoni tan-negozju tagħha, u partikolarment id-dokument tal-kontijiet, dwar il-ġestjoni tal-persunal, u kwalunkwe dokumenti oħra tagħha li għalihom l-awtorità kompetenti biex tawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni għandu jkollha aċċess sabiex tivverifika l-konformità mal-kundizzjonjiet previsti f’dan ir-Regolament; (b) vetturi għad-dispożizzjoni tagħha, kemm jekk totalment proprjetà tagħha, jew miksuba taħt titolu ieħor, bħal b’kuntratt ta’ xiri bin-nifs, kera jew kuntratti ta' twellija, jew b’kuntratt ta’ xiri, li jkunu rreġistrati u użati f’dak l-Istat Membru; (c) ċentru operattiv f'dak l-Istat Membru, bit-tagħmir meħtieġ u partikolarment b'għadd biżżejjed ta' postijiet għall-parkeġġ tal-vetturi għall-użu regolari mill-vetturi tagħha. Artikolu 6Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kondotta tajba 31. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(b), ir-rekwiżit tal-kondotta tajba ta' impriża tfisser li d-diriġenti tagħha ma jkunux misjuba ħatja ta' reat penali jew reati fl-ambitu tal-liġi kummerċjali jew il-liġi dwar il-falliment u li huma jwettqu ħidmiethom b'rieda tajba u b’konformità mar-regoli applikabbli għat-trasport bit-triq u skond l-etika professjonali. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet partikolari li impriża għandha tissodisfa skond dan ir-Regolament sabiex tissodisfa r-rekwiżit tal-kondotta tajba. L-Istati Membri għandhom iqisu li impriża tissodisfa dan ir-rekwiżit jekk: (a) ma jkun hemm l-ebda raġuni serja li tixħet dubju fuq il-kondotta tajba; (b) il-persuna/i fiżika/ċi li tkun ħatret bħala maniġer(s) tat-trasport skond l-Artikolu 4 ma wettqitx/wettaqx reati jew ingħatatx/ingħatawx sanzjonijiet f’wieħed mill-Istati Membri għall-ksur serju jew ksur minuri ripetut ta’ regoli Komunitarji partikolarment dwar: (i) il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodu ta' mistrieħ għax-xufiera, il-ħinijiet tax-xogħol, u l-istallazzjoni u l-użu tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni; (ii) il-piżijiet massimi u l-qisien tal-vetturi kummerċjali użati għat-trasport internazzjonali; (iii) il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera; (iv) it-testjar tal-kundizzjoni tajba tal-vetturi kummerċjali u l-ispezzjoni teknika annwali obbligatorja tal-vetturi bil-mutur; (v) l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq jew, fejn xieraq, l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-passiġġieri; (vi) is-sikurezza fit-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq; (vii) l-istallazzjoni u l-użu ta' tagħmir għall-kontroll tal-veloċità fuq ċerti kategoriji ta' vetturi; (viii) il-liċenzja tas-sewqan; (ix) id-dħul għall-professjoni. (c) hija ma nstabitx ħatja ta' ksur serju tar-regoli nazzjonali fis-seħħ dwar il-kundizzjonijiet ta' ħlas u tax-xogħol fil-professjoni, it-trasport bit-triq, is-sikurezza fit-toroq jew ir-responsabbiltà professjonali. 32. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), il-Kummissjoni tadotta lista ta' kategoriji, tipi u livelli ta' serjetà tal-ksur u l-frekwenza ta' l-okkorrenza tagħhom li wara ċertu punt il-ksur minuri ripetut iwassal għat-telf tar-rekwiżit tal-kondotta tajba. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u biex jissupplimentawh, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 25(3). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipji li ġejjin: (a) il-kategoriji u t-tipi ta' ksur huma dawk li l-aktar jokkorru frekwentament; (b) l-ogħla livell ta' gravità huwa dwar il-ksur li joħloq riskju serju ta' fatalitajiet jew korrimenti serji; (c) il-frekwenza ta' l-okkorrenzi meħtieġa biex ksur minuri ripetut jitqies gravi għandha tiżdied skond l-għadd ta' xufiera fl-attivitajiet tat-trasport immexxija mill-persuna fiżika kkonċernata. 33. Ir-rekwiżit tal-kondotta tajba jibqa' mhux sodisfatt sakemm tkun saret rijabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti eżistenti. Artikolu 7Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-re kwiżit tal-kapaċità finanzjarja 34. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(c), ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed riżorsi biex jiġu żgurati l-funzjonament u t-tmexxija tajba ta' l-impriża. 35. Ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja għandu jintlaħaq fejn impriża jkollha l-ħila fi kwalunkwe waqt taqdi l-obbligi reali u potenzjali matul is-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li għandha għad-dispożizzjoni tagħha għal kull sena: (a) assi kurrenti li jammontaw ta’ lanqas għal EUR 9 000 għall-użu ta' vettura waħda u EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali; (b) pretensjonijiet mad-debituri, garanziji u flus fil-bank u kontanti li jammontaw għal aktar minn 80% tad-dejn li t-tul residwu tiegħu ma jkunx itwal minn sena (“ quick ratio ” >= 80%). Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-valur ta' l-euro f'dawk il-muniti nazzjonali li mhumiex parteċipanti fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Moneterja għandu jkun iffissat kull ħames snin. Ir-rati li għandhom ikunu applikati ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta ' l-Unjoni Ewropea . Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja li jmiss. L-elementi tal-kontijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jinftiehmu bħal dawk definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE[14]. 36. B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta li impriża tagħti prova tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat maħruġ minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fejn jipprovdu garanzija konġunta u individwali għall-impriża fil-forma ta’ garanzija bankarja, jew kwalunkwe mezz ieħor simili, fir-rigward ta’ l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 2(a). Il-garanzija bankarja tista' tintalab mill-awtorità kompetenti li tawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni u ma tistax tiġi rrilaxxata mingħajr l-approvazzjoni tagħha minn qabel. 37. Il-kontijiet annwali msemmija fil-paragrafu 2, u l-garanzija msemmija fil-paragrafu 3, li għandhom ikunu vverifikati, huma dawk ta' dik l-entità ekonomika stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u mhux dawk ta’ kwalunkwe entità oħra stabbilita fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor. Artikolu 8Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kompete nza professjonali 38. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(d), ir-rekwiżit tal-kompetenza professjonali għandu jintlaħaq jekk il-persuna jew persuni li jkunu meqjusa li jissodisfawh skond l-Artikolu 4 jkollhom l-għarfien korrispondenti mal-livell ta’ taħriġ fis-suġġetti elenkati fit-Taqsima 1 ta' l-Anness I. Dan għandu jiġi stabbilit, wara taħriġ li jinvolvi l-attendenza obbligatorja għal korsijiet ta’ tul li jammonta ta’ l-anqas għal 140 siegħa, permezz ta’ eżami bil-kitba obbligatorju li jista’ jkun akkumpanjat minn eżami orali. Dawn l-eżamijiet għandhom jiġu organizzati skond l-Anness I, TaqsimaII. 39. L-awtoritajiet u l-korpi akkreditati biss għal dan il-għan minn Stat Membru skond il-kriterji definiti minnu jistgħu jorganizzaw eżamijiet bil-kitba jew orali fejn il-kompetenza professjonali tkun tista' tiġi stabbilita. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment il-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet u l-korpi akkreditati jorganizzaw l-eżamijiet skond l-Anness I. 40. L-Istati Membri għandhom jakkreditaw, skond il-kriterji li jiddefenixxu, lill-korpi li jkunu kapaċi joffru taħriġ ta' kwalità għolja biex iħejju lill-applikanti b'mod effiċjenti għall-eżami, u taħriġ kontinwu għall-maniġers tat-trasport li jkunu jixtiequ jaġġornaw l-għarfien tagħhom. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment li dawn il-korpi jissodisfaw f'kull waqt il-kriterji abbażi ta' l-akkreditament li ngħatatilhom. 41. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-taħriġ obbligatorju lil applikanti li jkunu taw prova ta' mill-anqas ħames snin esperjenza prattika f'livell ta' treġija ta' impriża tat-trasport. 42. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw, lit-titolari ta' ċerti diplomi avvanzati jew diplomi tekniċi maħruġa f'dak l-Istat Membru, li jeħtieġ l-attendenza għall-korsijiet fis-suġġetti elenkati fl-Anness I u li huma speċifikament jidentifikaw għal dan il-għan, mit-taħriġ obbligatorju fis-suġġetti koperti mid-diplomi. 43. Ċertifikat maħruġ mill-awtorità jew korp previst fil-paragrafu 2 għandu jingħata bħala prova ta' kompetenza professjonali. Dan iċ-ċertifikat ma jkunx trasferibbli. Għandu jitfassal skond il-mudell ta' ċertifikat stabbilit fl-Anness II u juri timbru jew siġill stampat mill-awtorità jew korp li jkun ħarġu. 44. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness I u II skond il-progress teknoloġiku. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), fir-rigward ta' l-Anness I, u skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija l-Artikolu 25(4), fir-rigward ta’ l-Anness II. 45. Skambju ta' esperjenzi u tagħrif fost l-Istati Membri dwar taħriġ, eżamijiet u akkreditament għandhom jitħeġġu b’mod attiv, prinċipalment, imma mhux esklussivament, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 u minn kull korp ieħor li l-Kummissjoni tista' taħtar. KAPITOLU IIIL- awtorizzazzjoni u s-sorveljanza Artik olu 9 L-awtoritajiet kompetenti 46. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiġi żgurat li r-Regolament jiġi implimentat sewwa. Dawn l-awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li: (a) jeżaminaw l-applikazzjonijiet mill-impriżi; (b) jawtorizzaw l-eżerċizzju tal-professjoni, u s-suspensjoni jew l-irtirar ta' tali awtorizzazzjonijiet; (c) jiddikjaraw li persuna fiżika mhix kapaċi tmexxi l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża fil-kariga ta’ maniġer tat-trasport; (d) iwettqu l-verifiki meħtieġa biex jaraw li impriża tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3. 47. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati skond dan ir-Regolament, kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali oħra, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-applikanti interessati u l-ispjegazzjonijiet korrispondenti. Artikolu 10 L-eżami u r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet 48. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-impriżi li jissottomettu applikazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3 biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. 49. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra, fir-reġistru elettroniku msemmi fl-Artikolu 15, l-isem tal-maniġer tat-trasport maħtur mill-impriża, l-indirizz ta' l-istabbiliment, l-għadd tal-vetturi li jkunu qed jintużaw u, jekk l-awtorizzazzjoni tkun valida għat-trasport internazzjonali, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u dak tal-kopji attestati. 50. Il-perjodu għall-eżami ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjonijet mill-awtorità kompetenti għandu jkun qasir kemm jista jkun u m’għandux jaqbeż it-tliet xhur. 51. Mid-data ta' l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 15(4), awtorità kompetenti għandha tivverifika, meta tkun qed teżamina l-kondotta tajba ta’ impriża, li l-maniġer wieħed jew aktar tat-trasport maħtura, fl-aħħar sentejn, ma jkunux iddikjarati, f'wieħed mill-Istati Membri, li mhumiex kapaċi li jmexxu l-attivitajiet tat-trasport ta’ impriża skond l-Artikolu 13. 52. L-impriżi b'awtorizzazzjoni biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur għandhom, fi żmien 28 jum, jinnotifikaw l-awtorità kompetenti li ħarġitilhom l-awtorizzazzjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Artikolu 11 Il-kontrolli 53. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li impriżi li awtorizzaw biex jeżerċitaw il-professjoni jkomplu jilħqu r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3. Għal dan il-għan, għandhom jivverifikaw kull ħames snin li l-impriżi għadhom jilħqu kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti. 54. Barra l-verifiki previsti fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli mmirati lejn impriżi klassifikati li jinsabu f’riskju skond is-sistema stabbilita mill-Istati Membri skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE[15]. L-Istati Membri għandhom jestendu din is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju biex jiġu koperti t-tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. 55. Stat Membru għandu jwettaq il-verifika tar-rekwiżiti biex jara jekk impriża għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dħul għall-professjoni kull meta titlobha l-Kummissjoni. Għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq talba tal-Kummissjoni u bil-miżuri meħuda jekk ikun stabbilit li l-impriża ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Artikolu 12Il-proċedura ta’ twissija u l-proċedura għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni 1. L-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissospendi parzjalment l-awtorizzazzjoni mogħtija lil impriza għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, jekk din tistabbilixxi li l-impriża m'għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3 u wara li tkun bagħtet twissija. 2. Twissija għandha tintbagħat lil impriża jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li impriża qed tirriskja li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3. Jekk tistabbilixxi li wieħed minn dawk ir-rekwiżiti m'għadux jintlaħaq, it-twissija għandha tagħti limitu ta' żmien lill-impriża biex tirrimedja s-sitwazzjoni skond il-parametri li ġejjin: (a) limitu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur għall-ingaġġ ta' maniġer tat-trasport ġdid jekk dak attwali ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kondotta tajba jew kompetenza professjonali, li jista jiġi estiż b’sitt xhur fil-każ tal-mewt jew diżabilità fiżika tal-maniġer tat-trasport attwali; (b) limitu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur fejn l-impriża għandha tirrimedja s-sitwazzjoni billi turi li għandha stabbiliment reali u sod; (c) limitu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja ma jkunx milħuq, sabiex tkun tista' turi, abbażi ta' pjan finanzjarju b'ipoteżijiet realistiċi, li r-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja se jerġa' jintlaħaq fuq bażi permanenti mis-sena finanzjarja li jmiss. 3. L-awtorità kompetenti tista' timponi li l-impriżi, li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew irtirata parzjalment jew temporanjament, jiżguraw li l-maniġers tat-trasport tagħhom isegwu kors ta’ taħriġ u jgħaddu mill-eżami msemmi fl-Artikolu 8 qabel kwalunkwe miżura ta’ rijabilitazzjoni. Artikolu 13 Id-dikjarazzjoni ta' l-inkompetenza tal-maniġer tat-trasport 56. Fil-każ ta' ksur, li l-gravità tagħhom tkun stabbilita b'analiżi tan-natura sistematika u premeditata u ta’ l-attentati ta' ħabi tal-fatti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara li l-maniġer tat-trasport, ta' impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata, bħala inkompetenti li jmexxi l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża. 57. Sakemm tittieħed miżura tar-rijabilitazzjoni, iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 8(6) tal-persuna ddikjarata li tkun inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet tat-trasport ma jibqax validu fl-Istati Membri kollha. Artikolu 14Id-deċiżjonijiet ta’ l-awto ritajiet kompetenti u l-appelli 58. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond dan ir-Regolament, li jsarrfu fiċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq jew fl-irtirar ta' awtorizzazzjoni eżistenti jew f'dikjarazzjoni ta' inkompetenza, għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli dwar il-ksur imwettaq mill-impriża jew wieħed mill-maniġers tat-trasport li jkunu tali li jippreġudikaw il-kondotta tajba ta' l-impriża, u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għall-awtorità kompetenti. Id-deċiżjonijiet għandhom jispeċifikaw il-miżuri ta' rijabilitazzjoni applikabbli fil-każ tas-sospensjoni ta' awtorizzazzjoni jew dikjarazzjoni ta’ inkompetenza. 59. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-impriżi li dan ir-Regolament huwa applikabbli għalihom, għandhom il-possibbiltà li jappellaw quddiem organizzazzjonijiet jew korpi indipendenti, u mbagħad quddiem qorti, fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-preżentata ta’ l-appell, inkluż appell quddiem qorti, ma jkollux effett sospensiv. KAPITOLU IVIs-simplifikazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva Artikolu 15Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali 60. Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 10, 11, 12, 13 u 26, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali ta’ l-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. It-trattament tad-dejta li jkun hemm f'dan ir-reġistru għandu jsir taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità pubblika li tkun inħatret għal dan il-għan. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli elettronikament għall-awtoritajiet kollha kompetenti ta' dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 9. Jista' jkun aċċessibbli għal awtoritajiet oħra biss f'każi ta' awtoritajiet debitament vestiti b'setgħat biex jimmonitorjaw u jimponu sanzjonijiet fil-qasam tat-trasport bit-triq u li l-impjegati tagħhom ikunu ħadu ġurament fir-rigward. Ir-reġistru elettroniku nazzjonali ta' Stat Membru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem u l-forma ġuridika ta' l-impriża; (b) l-indirizz ta’ l-istabbiliment tagħha; (c) isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-kondotta tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, isem ir-rappreżentant ġuridiku; (d) it-tip ta' l-awtorizzazzjoni, l-għadd tal-vetturi li tkopri u, fejn applikabbli, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u dak tal-kopji attestati; (e) l-għadd, il-kategorija u t-tip tal-ksur gravi u l-ksur minuri ripetut, kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b), li rriżultaw f'sanzjonijiet tul l-aħħar sentejn; (f) isem kwalunkwe persuna ddikjarata inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet ta' trasport ta' impriża tul l-aħħar sentejn, u l-miżuri tar-rijabilitazzjoni applikabbli. 61. L-informazzjoni dwar impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża jew irtirata parzjalment jew temporanjament jew dwar kwalunkwe persuna ddikjarata inkompetenti għall-impjieg għandha tinżamm fir-reġistru għal sentejn. Tali informazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għas-sospensjoni jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew għad-dikjarazzjoni ta’ l-inkompetenza. 62. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha miżmuma fir-reġistru elettroniku tinżamm aġġornata u eżatta, partikolarment dik imsemmija fil-paragrafu 2(e) u (f). 63. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi madwar il-Komunità mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010. L-interkonnessjoni għandha tiġi implimentata b’mod li awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirreferu għar-reġistri elettroniki ta’ l-Istati Membri kollha. 64. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, ir-regoli komuni dwar il-format ta' l-informazzjoni skambjata, u dwar il-proċeduri tekniċi għall-użu awtomatiku tar-reġistri elettroniċi ta' l-Istati Membri l-oħra, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2). 65. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe inizjattiva neċessarja sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 4. Tista' tiddeċiedi li testendi l-limitu taż-żmien imsemmi f'dak il-paragrafu. Billi deċiżjoni ta' posponiment tkun maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, din għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 25(4). Artikolu 16Il-protezzjoni tad-dejta personali F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod partikolari: (a) li kull persuna tkun infurmata meta tkun irreġistrata xi dejta marbuta magħha, jew meta din id-dejta tkun ittrasferita lil partijiet terzi. L-informazzjoni għandha tispeċifika l-awtorità responsabbli għat-trattament tad-dejta, it-tip tad-dejta u r-raġunijiet; (b) li kull persuna jkollha d-dritt għall-aċċess tad-dejta marbuta magħha mingħand l-awtorità responsabbli għat-trattament tagħha. Dan id-dritt għandu jkun żgurat, b'intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien jew spejjeż eċċessivi għall-awtorità responsabbli għat-trattament ta' din id-dejta, u lanqas għal min jitlobha; (c) li kull persuna jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-ibblokkjar tad-dejta marbuta magħha li ma tkunx kompleta jew eżatta; (d) li kull persuna jkollha d-dritt li topponi ruħha għat-trattament tad-dejta marbuta magħha għal raġunijiet leġittimi jew ta' forza maġġuri. F'każ ta' oġġezzjoni ġġustifikata, din id-dejta ma tistax tkun ittrattata. Artikolu 17 Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri 66. Meta Stat Membru jinnota ksur imwettaq minn impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun inħarġet minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, u l-gravità tal-ksur tkun tista’ twassal għas-sospensjoni jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Istat Membru l-ieħor l-informazzjoni kollha fil-pussess tiegħu dwar il-ksur u kwalunkwe sanzjonijiet li jkun impona. 67. L-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-punt ta' kuntatt nazzjonali tagħhom mhux aktar tard mi[nn] ... . Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kollha, u tibgħatha lill-Istati Membri. 68. L-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandhom jużaw il-punti ta' kuntatt nazzjonali nnominati kif imsemmija fil-paragrafu 2. 69. L-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6(2) jew dwar il-maniġers tat-trasport iddikjarati inkompetenti għandhom jikkonformaw mal-proċedura u l-limitu taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru .../... jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru .../.... Stat Membru li jirċievi notifika ta’ ksur minn Stat Membru ieħor għandu jirreġistra dak il-ksur fir-reġistru elettroniku nazzjonali. KAPITOLU VIr-rikonoxximent reċiproku ta' l-attestazzjonijiet u dokumenti formali oħra Artikolu 18L-attestazzjonijiet u dokumenti oħra rigward il-kondotta tajba 70. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(4), l-Istat Membru ta' stabbiliment il-ġdid għandu, jaċċetta, bħala prova suffiċjenti tal-kondotta tajba għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq, il-produzzjoni ta' estratt tar-rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas tiegħu, dokument ekwivalenti, maħruġ minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva ta' l-Istat(i) Memrbu/i ta' l-oriġini tat-trasportatur, li juri li dan ir-rekwiżit huwa sodisfatt. 71. Meta Stat Membru jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti rekwiżiti marbutin mal-kondotta tajba, iżda l-prova li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti ma jistax jipprovdiha d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1, dan l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra, attestazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattivi ta' l-Istat(i) Membru/i ta' l-oriġini, li turi li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti. Din l-attestazzjoni għandha tirreferi għall-fatti konkreti meqjusa fl-Istat Membru l-ġdid ta' stabbiliment. 72. Jekk id-dokument mitlub skond il-paragrafi 1 u 2 ma jkunx inħareġ mill-pajjiż jew pajjiżi ta' l-oriġini, tista' teħodlu postu dikjarazzjoni b'ġurament jew dikjarazzjoni solenni mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva, jew fejn applikabbli, quddiem nutar fl-Istat Membru ta' l-oriġini, li jipprovdi ċertifikat li jikkonferma din id-dikjarazzjoni b'ġurament jew dikjarazzjoni solenni. 73. Id-dokumenti maħruġa skond il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jiġu aċċettati jekk jitressqu aktar minn tliet xhur wara li jkunu nħarġu. Din il-kundizzjoni għandha tapplika wkoll għad-dikjarazzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 3. Artikolu 19L-attestazzjo nijiet tal-kapaċità finanzjarja Meta Stat Membru jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti kundizzjonijiet marbutin mal-kapaċità finanzjarja minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 7, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti, għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra, attestazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, li turi li dawn il-kundizzjonijiet ikunu ntlaħqu. Dawn l-attestazzjonijiet għandhom jirreferu għall-fatti konkreti meqjusa fl-Istat Membru l-ġdid ta' stabbiliment. Artikolu 20L-attestazzjoniji et tal-kompetenza professjonali 74. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw, bħala prova suffiċjenti tal-kompetenza professjonali, l-attestazzjonijiet li huma konformi mal-mudell ta' ċertifikat mogħti fl-Anness II, maħruġin mill-awtoritajiet jew mill-korpi maħtura għal dan il-għan. 75. L-attestazzjonijiet li jkunu nħarġu qabel il-..., bħala prova tal-kompetenza professjonali skond id-dispożizzjonijiet li sa dik id-data kienu fis-seħħ, jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jingħata fl-Anness II, u għandhom ikunu aċċettati bħala prova tal-kompetenza professjonali fl-Istati Membri kollha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu dokument komplimentari bħala prova ta' l-iżvolġiment effettiv ta' l-attività kkonċernata fi Stat Membru għal perjodu ta' tliet snin. Din l-attività m'għandhiex tkun waqfet aktar minn ħames snin qabel id-data tat-tressiq taċ-ċertifikat. KAPITOLU VIDispożizzjonijiet finali Artikolu 21Is-sanzjonijiet 76. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-reġim tas-sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn is-sanzjonijiet ikunu applikati. Is-sanzjonijiet stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mi[nn]..., kif ukoll b'kull emenda sussegwenti. 77. Is-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari, is-sospensjoni provviżorja jew parzjali ta' l-awtorizzazzjoni għad-dħul għall-impjieg, l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni, u d-dikjarazzjoni ta' inkompetenza tal-maniġers tat-trasport involuti. Is-sanzjonijiet għandhom jinkludu wkoll il-konfiska ta' kull vettura użata minn impriża li twettaq operazzjonijiet ta' trasport mingħajr l-awtorizzazzjoni pprovduta minn dan ir-Regolament. 78. Il-Kummissjoni għandha tfassal il-lista tal-ksur massimu ta' dan ir-Regolament li jwassal talanqas għas-sospensjoni parzjali jew provviżorja ta' l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tal-professjoni, għall-irtirar tagħha jew għad-dikjarazzjoni ta' inkompetenza tal-maniġers tat-trasport involuti. Billi l-għan ta' din il-miżura huwa li temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u tissupplimentahom, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). 79. Għall-finijiet ta' l-applikazzjonijiet tas-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tipi ta' ksur imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament. Artikolu 22Id-drittijiet preċedenti L-impriżi li jiġġustifikaw li, qabel ċerti dati, ikunu ġew awtorizzati fi Stat Membru, skond ir-regoli nazzjonali tiegħu, biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportur tal-merkanzija jew tal-passiġġeri bit-triq fil-qasam tat-trasport nazzjonali jew internazzjonali, għandhom ikunu eżenti milli jagħtu l-prova tal-kompetenza professjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(d) sa l-1 ta' Jannar 2012. Id-dati huma dawn li ġejjin: (a) l-1 ta' Jannar 1975 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda,l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit; (b) l-1 ta' Jannar 1981 għall-Greċja; (c) l-1 ta' Jannar 1983 għal Spanja u l-Portugall; (d) it-3 ta' Ottubru 1989 għat-territorju ta' l-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja; (e) l-1 ta' Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja. Artikolu 23Dispożizzjonijiet tranżitorji L-impriżi li jgawdu minn awtorizzazzjoni biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom isiru konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data. Artikolu 24 L-assistenza reċiproka 80. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib, u jipprovdu assistenza 'l xulxin għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni li jaqsmu. 81. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-kundanni penali serji, il-ksur serju u l-fatti speċifiċi li jista' jkollhom konsegwenzi fl-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, skond id-dispożizzjonjiet li japplikaw fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali. Artikolu 25Il-proċeduri tal-Kumitat 82. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 3821/85[16]. 83. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 84. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1-4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 85. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikawl-Artikolu 5a(1-4), l-Artikolu 5b u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodi msemmija fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom ikunu stabbiliti għal xahar. Artikolu 26Rapporti dwar l-eżerċizzju tal-professjoni 86. Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet kompetenti u jibagħtuh lill-Kummissjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi: (a) analiżi tas-settur f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja u l-kompetenza professjonali; (b) imqassmin skond it-tip u s-sena, l-għadd ta' l-awtorizzazzjonijiet li nħarġu, li ġew sospiżi, li ġew irtirati, l-għadd ta' twissijiet, l-għadd tad-dikjarazzjonijiet ta' inkompetenza u r-raġunijiet korrispondenti; (c) l-għadd taċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali li nħarġu kull sena; (d) statistiċi dwar l-aġġornamenti tar-reġistri elettroniċi nazzjonali; (e) analiżi ta' l-skambji ta' informazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra, li tinkludi partikolarment l-għadd annwali ta' każijiet ta' ksur li ġew innotifikati lil Stat Membru ieħor u r-risposti irċevuti skond l-Artikolu 17(3), u l-għadd annwali tat-talbiet u tar-risposti rċevuti skond l-Artikolu 17(4). 87. Kull sentejn, abbażi ta' dawn ir-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fuq l-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tal-funzjonament ta' l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun ippubblikat fl-istess ħin mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006[17]. Artikolu 27 Il-listi ta' l-awtoritajiet kompetenti Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkun ħatar biex jawtorizzaw l-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, kif ukoll il-lista ta' l-awtoritajiet jew ta' l-entitajiet akkreditati biex jorganizzaw l-eżamijiet. Il-lista kkonsolidata ta' dawn l-awtoritajiet jew entitajiet tal-Komunità kollha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Artikolu 28In-notifika tal-miżuri nazzjonali L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun, it-test tad-dispożizzjonijet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi ta' liġi interna li jadottaw fil-qasam irregolat minn dan ir-Regolament. Artikolu 29Tħassir Id-Direttiva 96/26 KEE hija mħassra. Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 30Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Japplika mi[nn] Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ANNESS I I. ELENKU TAS-SUĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8 L-GħARFIEN LI GħANDU JITQIES GħAR-RIKONOXXIMENT UFFIċJALI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMPETENZA PROFESSJONALI GħANDU JKOPRI TALANQAS IS-SUġġETTI ELENKATI HAWN ISFEL GħAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ U T-TRASPORT TAL-PASSIġġIERI BIT-TRIQ RISPETTIVAMENT. FIR-RIGWARD TA' DAWN IS-SUġġETTI, IT-TRASPORTATURI BIT-TRIQ APPLIKANTI GħANDU JILħQU L-LIVELL MEħTIEġ TA' GħARFIEN U TA' KAPAċITÀ PRATTIKA GħAT-TMEXXIJA TA' IMPRIżA TAT-TRASPORT. Il-livell minimu ta' għarfien, kif indikat hawn isfel, ma jistax ikun taħt il-livell 3 skond l-istruttura ta' klassifikazzjoni ta' taħriġ stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE[18], li huwa l-livell li jkun inkiseb fit-taħriġ matul l-edukazzjoni obbligatorja supplimentata jew bit-taħriġ vokazzjonali jew bit-taħriġ tekniku supplimentari jew bl-edukazzjoni sekondarja jew b'xi taħriġ tekniku ieħor. A. Dritt ċivili It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mat-tipi prinċipali ta' kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u l-obbligi li jkun hemm fihom; (2) ikun kapaċi li jinnegozja kuntratt tat-trasport legalment validu, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-ġarr. It-trasport tal-merkanzija bit-triq (3) ikun kapaċi jqis pretenzjoni mill-prinċipal tiegħu fir-rigward ta' kumpens għat-telf ta' jew ħsara lill-oġġetti matul it-trasportazzjoni jew għall-kunsinna tard tagħhom, u kapaċi jifhem kif pretenzjoni bħal din tolqotx ir-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu; (4) ikun familjari mar-regoli u l-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjoni CMR dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti bit-Triq. It-trasport bit-triq tal-passiġġieri (5) ikun kapaċi jqis pretenzjoni mill-prinċipal tiegħu fir-rigward ta' kumpens għal korriment ta' passiġġieri jew għal ħsara lill-bagalji tagħhom ikkawżati minn inċident matul it-trasportazzjoni, jew fir-rigward ta' kumpens għal dewmien, u kapaċi jifhem kif pretenzjoni bħal din tolqotx ir-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu; B. Dritt kummerċjali It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti biex jitħaddem il-kummerċ, l-obbligi ġenerali li jaqgħu fuq operaturi tat-trasport (ir-reġistrazzjoni, iż-żamma ta' dokumenti, eċċ.) u l-konsegwenzi ta' falliment; (2) ikollu għarfien xieraq tad-diversi tipi ta' kumpaniji kummerċjali u r-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom. C. Dritt soċjali It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni ta' l-istituzzjonijiet soċjali li għandhom x'jaqsmu mat-trasport bit-triq (it-tredjunjons, il-kunsilli tax-xogħol, ir-rappreżentanti tal-persunal, l-ispetturi tax-xogħol, eċċ.); (2) ikun familjari ma' l-obbligi tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem; (3) ikun familjari mar-regoli li jirregolaw il-kuntratti tax-xogħol għall-kategoriji varji ta' ħaddiema impjegati ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq (il-forom ta' kuntratti, l-obbligi tal-partijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol, il-liv imħallas, ir-remunerazzjoni, il-ksur tal-kuntratt, eċċ.); (4) ikun familjari mar-regoli applikabbli għall-ħinijiet tas-sewqan, il-ħinijiet tal-mistrieħ u l-ħinijiet tax-xogħol u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006[19], ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85/KEE[20], id-Direttiva 2002/15/KE u d-Direttiva 2006/22/KE, u l-miżuri prattiċi għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet. (5) ikun familjari mar-regoli applikabbli għall-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera, u b'mod partikolari dawk li jitnisslu mid-Direttiva 2003/59/KE. D. Dritt fiskali It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu jkun familjari mar-regoli li jirregolaw: (1) il-VAT fuq is-servizzi tat-trasport; (2) it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur; (3) it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u ħlasijiet għall-użu tat-toroq u għall-utenti ta' l-infrastruttura; (4) it-taxxa fuq id-dħul. E. Il-ġestjoni kummerċjali u finanzjarja ta' l-impriża It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiċi fir-rigward ta' l-użu taċ-ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta' kreditu u mezzi jew metodi oħrajn ta' ħlas; (2) ikun familjari mal-forom varji ta' kreditu (kreditu tal-bank, kreditu dokumentarju, depożiti ta' garanzija, ipoteki, kuntratti ta' kera, kiri, factoring eċċ.) u mal-ħlasijiet u l-obbligi li joħorġu minnhom; (3) ikun jaf x’inhi karta ta' bilanċ, kif inhi mqassma u kif għandha tkun interpretata; (4) ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta' qligħ u telf; (5) ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ proporzjonijiet finanzjarji; (6) ikun kapaċi jipprepara baġit; (7) ikun familjari ma' l-elementi ta' spejjeż ta' l-impriża tiegħu (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-ispejjeż ta’ kull vettura, ta’ kull kilometru, ta’ kull vjaġġ jew ta’ kull tunnellata; (8) ikun kapaċi jfassal organigramma dwar il-persunal ta' l-impriża fit-totalità tagħha u jorganizza pjanijiet ta' xogħol, eċċ.; (9) ikun familjari mal-prinċipji tal- marketing , tar-reklamar u tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tat-trasport, il-promozzjoni tal-bejgħ u l-preparazzjoni ta’ fajls tal-klijenti, eċċ.; (10) ikun familjari mat-tipi differenti ta' assigurazzjoni ta' trasport bit-triq (responsabbiltà, korriment minn inċident/assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u fuq bagalji) u mal-garanziji u l-obbligi li joħorġu minnhom; (11) ikun familjari ma' l-applikazzjonijiet ta' trasmissjoni ta' dejta elettronika fit-trasport bit-triq. It-trasport tal-merkanzija bit-triq (12) ikun kapaċi japplika r-regoli dwar il-ħruġ ta’ fatturi għal servizzi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet ta’ l-Incoterms; (13) ikun familjari mal-kategoriji differenti ta' awżiljari tat-trasport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom. It-trasport bit-triq tal-passiġġieri (14) ikun kapaċi japplika r-regoli dwar it-tariffi u prezzijiet fit-trasport pubbliku u privat tal-passiġġieri; (15) ikun kapaċi japplika r-regoli dwar il-ħruġ ta’ fatturi għas-servizzi ta' trasport bit-triq tal-passiġġieri. F. L-aċċess għas-suq It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mar-regolamenti tax-xogħol li jirregolaw it-trasport bit-triq għal kiri jew benefiċċju, mal-kiri ta' vetturi industrijali u l-għoti ta' sottokuntratti, u b’mod partikolari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni uffiċjali ta' l-impjieg, id-dħul għall-impjieg, l-awtorizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta' trasport bit-triq intra- jew extra-Komunitarju, spezzjonijiet u sanzjonijiet; (2) ikun famijari mar-regoli għall-istabbiliment ta' impriża tat-trasport bit-triq; (3) ikun familjari mad-dokumenti varji rekwiżiti għall-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport bit-triq u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri ta' kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b'mod partikolari dawk dwar il-vettura, ix-xufier, l-oġġetti u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura u kemm fil-bini ta’ l-impriża. It-trasport tal-merkanzija bit-triq (4) ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, dwar il-ġestjoni u l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija; (5) ikun familjari mal-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-ambitu tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li joħorġu mill-użu tagħhom. It-trasport bit-triq tal-passiġġieri (6) ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fit-trasport tal-passiġġieri; (7) ikun familjari mar-regoli għall-introduzzjoni ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u jkun kapaċi jfassal pjanijiet għat-trasport. G. L-istandards tekniċi u aspetti tekniċi ta' l-operazzjoni It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fl-Istati Membri u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta' tagħbijiet eċċezzjonali li jikkostitwixxu deroga għal dawn ir-regoli; (2) ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (ix-xażi, il-magna, is-sistema ta' trasmissjoni, is-sistema ta’ brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġijiet ta’ l-impriża; (3) ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta' approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta' dawn il-vetturi; (4) ikun jifhem x'miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u għall-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja mid-dħaħen ta' l- exhaust ta' vetturi bil-mutur; (5) ikun kapaċi jfassal pjanijiet ta' manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tagħmir tagħhom. It-trasport tal-merkanzija bit-triq (6) ikun familjari mat-tipi differenti ta' tmexxija ta' tagħbija u ta' għodda ta' tagħbija ( tailboards , kontenituri, paletti, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ istruzzjonijiet għat-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti (tqassim tat-tagħbija, stacking , stivar, blocking u chocking , eċċ.); (7) ikun familjari ma' tekniċi varji ta' " piggy-back (fuq id-dahar/spallejn)" u trasport ikkombinat ta’ roll-on roll-off ; (8) ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta' oġġetti u skart perikolużi, partikolarment dawk li jirriżultaw mid-Direttiva 94/55/KE[21], id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE[22], u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93[23]; (9) ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta' oġġetti ta' l-ikel li jitħassru, partikolarment dawk li joħorġu mill-Ftehim dwar il-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għall-trasport bħal dan (ATP); (10) ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta’ annimali ħajjin. H. Is-sikurezza fit-toroq It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq B'mod partikolari, l-applikant għandu: (1) ikun jaf xi kwalifiki huma meħtieġa għax-xufiera (liċenzja tas-sewqan, ċertifikati mediċi, ċertifikati ta’ kundizzjoni ta' saħħa tajba, eċċ.); (2) ikun kapaċi li jieħu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat li x-xufiera jikkonformaw mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati Membri differenti (limiti ta’ velocità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta’ stennija u pparkjar, użu tad-dwal, sinjali tat-triq, eċċ.); (3) ikun kapaċi jikteb struzzjonijiet lix-xufiera għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sikurezza dwar il-kundizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu; (4) ikun kapaċi jistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ inċident u biex jiġu implimentati proċeduri xierqa biex jimpedixxu ir-rikorrenza ta’ inċidenti jew ksur serju tat-traffiku; (5) ikun kapaċi jimplimenta proċeduri għall-irbit tajjeb ta' l-oġġetti u jkun familjari mat-teknika korrispondenti. It-trasport bit-triq tal-passiġġieri (6) ikollu għarfien bażiku tal-pjan tan-netwerk tat-toroq fl-Istati Membri. II. L-ORGANIZZAZZJONI TA' L-EŻAMI 1. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw eżami bil-miktub obbligatorju li huma jistgħu jissupplementaw b'eżami orali fakultattiv biex jistabbilixxu jekk operaturi applikanti tat-trasport bit-triq kisbux il-livell ta' għarfien fis-suġġetti elenkati fil-parti I, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw strumenti u tekniċi li għandhom x’jaqsmu magħhom u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta’ koordinament. (a) L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jkun fih żewġ testijiet, li huma: - mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqsijiet multipli (kull waħda b’erba’ tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrekjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi; - eżerċizzji bil-miktub/studji ta' każijiet. It-tul ta' żmien minimu ta' kull eżami huwa ta' sagħtejn. (b) F'każ li jiġi organizzat eżami orali, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni tkun suġġetta għall-kompletar b'suċċess ta' l-eżami bil-miktub. 2. Meta l-Istati Membri jorganizzaw ukoll eżami orali, huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta' kull wieħed mit-tliet eżamijiet, għal piż ta' punti ta' minimu ta' 25% u massimu ta' 40% tan-numru totali tal-punti li se jingħataw. Fejn l-Istati Membri jorganizzaw biss eżami bil-miktub huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta' kull eżami, għal piż ta' punti ta' minimu ta’ 40% u massimu ta’ 60% tan-numru totali tal-punti li se jingħataw. 3. Fir-rigward ta' l-eżamijiet kollha, l-applikanti għandhom jiksbu medja ta' mill-inqas 60% tan-numru totali tal-punti li se jingħataw, filwaqt li jiksbu f’kull test speċifiku mhux inqas minn 50% tan-numru totali ta' punti possibbli. F'eżami wieħed biss, Stat Membru jista' jnaqqas dak il-punt minn 50% għal 40%. ANNESS II IL-KOMUNITÀ EWROPEA (Karta stout fawn – Format DIN A4 karta sintetika 150g/m2 jew iżjed) (Test fil-lingwa/i uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat) Simbolu distintiv ta' l-Istat Membru konċernat[24] | In-nomina ta' l-awtoritajiet jew tal-korp akkreditat[25] | ĊERTIFIKAT TA' KOMPETENZA PROFESSJONALI FIT-TRASPORT BIT-TRIQ TAL-MERKANZIJA [TAL- PASSIĠĠIERI] [26] Nru ................ | Aħna ………………………………………………………………………………………............................................................. b'dan niċċertifikaw[27] li ……………………………………………………………………………..………………………….. imwieled/imwielda …………………………………………fi………………………………………………………………. wara t-taħriġ u s-suċċess fl-eżamijiet (sena:……….; sessjoni:…………..)[28] meħtieġa għall-għotja taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali fit-trasport tal-merkanzija bit-triq [it-trasport tal-passiġġieri][29] skond ir-Regolament (KE) Nru ………/……….ta'………………………………… Dan iċ-ċertifikat jikkostitwixxi prova suffiċjenti ta' kompetenza professjonali li jirriferi għaliha l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru ………/………. ta' ……………li jistabbillixxi regoli komuni li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportur bit-triq. | Maħruġ fi ………………………………………………, ………………………………………………. ………………..…………………………………………..[30] ___________[pic][pic][pic] [1] Ir-Regolament (KEE) Nru 881/92, ir-Regolament (KEE) Nru 3118/93, ir-Regolament (KEE) Nru 684/92, u r-Regolament (KE) Nru 12/98. [2] Referenza 2006/TREN/01. [3] Ara fuq. [4] COM(2007) 23 finali. [5] Total għall-UE27. [6] Kawża C-176/03. F'din is-sentenza, il-Qorti tispjega li l-leġiżlatur Komunitarju jista' jieħu miżuri b'rabta mal-liġi penali ta' l-Istati Membri fejn l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet penali tikkostitwixxi miżura indispensabbli biex tiġġieled il-ħsara serja għall-ambjent. [7] Ir-raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25.7.1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji. [8] ĠU C [...], ta' [...], p. [...]. [9] ĠU C [...], ta' [...], p. [...]. [10] ĠU C [...], ta' [...], p. [...]. [11] ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344). [12] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [14] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.) [15] ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35. [16] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.) [17] ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1. [18] ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56. [19] ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1. [20] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. [21] ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. [22] ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10. [23] ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. [24] Is-simbolu distintiv ta' l-Istat: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja,(EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja,(L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (NL) l-Olanda, (A) l-Awstrija, (PL), il-Polonja (P), il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit. [25] Awtorità jew korp innominat minn qabel għal dan il-għan minn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea biex toħroġ/joħroġ dan iċ-ċertifikat. [26] Ħassar kif xieraq. [27] Kunjom u isem, il-post u d-data tat-twelid. [28] L-identifikazzjoni ta' l-eżami. [29] Ħassar kif xieraq. [30] Timbru u firma ta' l-awtorità jew tal-korp akkreditat responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat.