52007PC0236

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0236 finali - COD 2007/0081 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.5.2007

KUMM(2007) 236 finali

2007/0081 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 74/346/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

74/346/KEE (adattat)

2007/0081 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

Billi:

(1) Id-Direttiva 74/346/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija[7] ġiet emendata kemm –il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2) Id-Direttiva 74/346/KE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x'jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE[9] u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward il-mirja li juru wara. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

74/346/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. «Trattur ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija» ifisser kull vettura bir-roti jew bi tracks mingħajr tarf li jkollha mill-anqas żewġ fwies, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikament biex tiġbed, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet maħsubin għall- agrikoltura jew għall-foresterija. Din tista' tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

82/890/KEE Art. 1(1)

97/54/KE Art. 1

2. Din id-Direttiva tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tajers pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa .

74/346/KEE (adattat)

Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet relatati mal-mirja li juru wara, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness I .

Artikolu 3

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet relatati mal-mirja li juru wara, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I .

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa għall-adattament tal-ħtiġiet ta' l-Anness I, sabiex jitqies il-progress tekniku għar-rekwiżiti ta’ l-Anness I għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva Nru 2003/37/KE .

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 74/346/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika minn […]

74/346/KEE Art. 6

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

74/346/KEE

98/40/KE Art. 1 pt. 1

ANNESS I

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. «Mera li turi wara» tfisser kull apparat li hu maħsub biex jagħti, fil-medda tal-viżjoni li hija ġeometrikament definita fil-punt 2.5 hawn taħt, vista ċara ta’ wara li, f’limiti raġonevoli, mhiex ostakolata b’xi partijiet ta’ komponenti tat-trattur jew mill-okkupanti tat-trattur innifsu. Il-mirja addizzjonali u l-mirja li juru wara maħsubin biex jikkontrollaw l-inġenji waqt li jkun qed isir xogħol fl-għelieqi m’għandhomx neċessarjament ikunu miftuħa għall-approvazzjoni tat-tip li tingħata lill-komponenti imma għandhom jiġu lokalizzati skond ir-rekwiżiti ta’ l-issettjar li jinstabu fl-punti 2.3.3. sa 2.3.5.

1.2. «Mera ta’ ġewwa li turi wara» tfisser apparat kif definit fil-punt 1.1 li qiegħda mwaħħla ġewwa l-kabina jew il-qafas ta’ trattur.

1.3. «Mera fuq barra li turi wara» tfisser apparat kif definit fil-punt 1.1 li qiegħda mwaħħla fuq kull parti mill-wiċċ ta’ barra ta’ trattur.

1.4. «Klassi ta’ mirja li juru wara» ifissru l-mirja kollha li juru wara li għandhom waħda jew iżjed karatteristika jew funzjoni komuni. Mirja ta’ ġewwa li juru wara jaqgħu taħt klassi I, mirja ta’ barra li juru wara taħt klassi II.

2. ĦTIĠIJIET GĦAT-TWAĦĦIL

2.1. Ġenerali

74/346/KEE (adattat)

2.1.1. Tratturi jistgħu jitwaħħlu b’mirja li juru wara tal-klassijiet I u II biss li jkollhom il-marka ta’ l-aprovazzjoni tat-tip tal-KE msemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/97/KE[10] .

74/346/KEE

98/40/KE Art. 1 pt. 2

2.1.2. Mirja li juru wara għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jibqgħu sodi taħt kondizzjonijiet normali tas-sewqan.

2.2. In-numru

Kull trattur għandu jkun mgħammar b’mill-anqas mera ta’ barra waħda li turi wara mwaħħla man-naħa tax-xellug tat-trattur fl-Istati Membri li fihom il-karozzi jsuqu fuq il-lemin u man-naħa tal-lemin tat-trattur fl-Istati Membri li fihom il-karozzi jsuqu fuq ix-xellug.

2.3. Il-pożizzjoni

2.3.1. Il-mera ta’ barra li turi wara għandha titwaħħal b’mod li x-xufier, meta jkun qiegħed bil-qiegħda fis-sedil tax-xufier f’pożizzjoni normali tas-sewqan, ikollu vista ċara ta’ dik il-parti tat-triq definita fil-punt 2.5.

2.3.2. Il-mera ta’ barra li turu wara trid tkun tidher mill-parti tal-windscreen li tintmesaħ mill- wiper tal- windscreen jew mit-twieqi tal-ġenb jekk il-trattur għandu mera ta’ barra.

2.3.3. Il-mera li turi wara ma tridx toħroġ ’il barra mill-parti ewlenija tat-trattur jew il-kombinazzjoni tat-trattur u l-karru ħafna aktar milli hemm bżonn biex tilħaq l-meded ta’ viżjoni msemmija fil-punt 2.5.

2.3.4. Fejn it-tarf ta’ isfel tal-mera ta’ barra li turi wara huwa anqas minn 2 m ’il fuq mill-art meta t-trattur huwa mgħobbi, din il-mera li turi wara ma tridx tipproġetta aktar minn 0.20 m barra l-wisa’ kollu tat-trattur jew il-kombinazzjoni tat-trattur u l-karru imkejla mingħajr il-mirja li juru wara.

2.3.5. Suġġetta għall-ħtiġijiet tal- punti 2.3.3 u 2.3.4, mirja li juru wara jistgħu jipproġettaw barra l-wisa’ massimu permess tat-trattur.

2.4. Aġġustament

2.4.1. Kull mera ta’ ġewwa li turi wara għandha tkun tista’ tiġi aġġustata mix-xufier mill-pożizzjoni tiegħu tas-sewqan.

2.4.2. Is-sewwieq għandu jkun jista’ jirranġa l-mera esterna li turi wara bla ma jiċċaqlaq mill-post tas-sewwieq. Il-mera tista’, iżda, tissakkar fil-pożizzjoni minn barra.

2.4.3. Il-ħtiġijiet tal- punti 2.4.2 ma japplikawx għall-mirja ta’ barra li juru wara li, wara li jkunu mċaqilqa, jmorru lura lejn il-pożizzjoni oriġinali tagħhom awtomatikament jew jistgħu jitqiegħdu lura għall-pożizzjoni oriġinali tagħhom mingħajr l-użu ta’ għodda.

2.5. Meded ta’ viżjoni

2.5.1. Stati Membri li fihom il-karozzi jsuqu fuq il-lemin

Il-medda ta’ viżjoni tal-mera ta’ barra li turi wara tax-xellug għandha tkun tali li x-xufier jista’ jara fuq wara għall-anqas dik il-parti livell tat-triq, ’il bogħod sa l-orizzont, li hija fuq ix-xellug tal-pjan parallell mal-pjan lonġitudinali medjan vertikali u li tgħaddi mill-aktar punt fuq ix-xellug tal-wisa’ kollu tat-trattur jew il-kombinazzjoni tat-trattur u l-karru.

2.5.2. Stati Membri li fihom il-karozzi jsuqu fuq ix-xellug

Il-medda ta’ viżjoni tal-mera ta’ barra li turi wara tal-lemin għandha tkun tali li x-xufier jista’ jara fuq wara għall-inqas dik il-parti livell tat-triq, ’il bogħod sa l-orizzont, li hija fuq il-lemin tal-pjan parallell mal-pjan lonġitudinali medjan vertikali u li tgħaddi mill-aktar punt fuq il-lemin tal-wisa’ kollu tat-trattur jew il-kombinazzjoni tat-trattur u l-karru

_____________

ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE (ĠU L 191, 15.7.1974, p. 1) |

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) għad-Direttiva 74/346/KEE |

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1 għad-Direttiva 74/346/KEE |

Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE (ĠU L 171, 17.6.1998, p. 28) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 6)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

74/346/KEE 82/890/KEE 97/54/KE 98/40/KE | 2 ta’ Jannar 1976 22 ta’Ġunju 1984 22 ta’ Settembru 1998 30 ta’ April 1999 | __ __ 23 ta’ Settembru 1998 1 ta’ Mejju 1999(1) |

(1) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/40/KE:

„1. Mill-1 ta’ Mejju, 1999, l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta fir-rigward ta’ xi tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħroġ dokument li jkun imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew biex jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,

jekk dawk it-tratturi jilħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru, 1999, l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għat-tip tat-trattur li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/347/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tip ta’ trattur li ma jilħaqx ir-rikweżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva.”

_____________

ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 74/346/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1 sa 4 | Artikoli 1 sa 4 |

Artikolu 5(1) | __ |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5 |

__ | Artikolu 6 |

__ | Artikolu 7 |

Artikolu 6 | Artikolu 8 |

Anness | Anness I |

__ | Anness II |

__ | Anness III |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 191, 15.7.1974, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE (ĠU L 171, 17.6.1998, p. 28).

[8] Ara l-Anness II, Parti A.

[9] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/96/KE tal-Kunsill. (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

[10] ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1.