Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropewu u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju /* KUMM/2007/0205 finali - COD 2006/0018 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.4.2007 KUMM(2007) 205 finali 2006/0018 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropewu u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju 2006/0018 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. SFOND Data ta’ trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2006) 0069 finali – 2006/0018 (COD): | 21 ta' Frar 2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 13.9.2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 14 ta' Novembru 2006 | Data tal-ftehim politiku (Kunsill għall-Kompetittività): | 13 ta' Diċembru 2006 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 19.4.2007 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Id-Direttiva timponi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju biex tippreserva s-suq intern filwaqt li tipprovdi livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Din il-proposta hija l-ewwel waħda minn sensiela ta' azzjonijiet leġiżlattivi ppjanati biex jimplimentaw l-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju adottata f'Jannar 2005. Ir-restrizzjonijiet jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' termometri tad-deni bil-merkurju (li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali u lil utenti professjonali) u tat-tagħmir l-ieħor kollu li fih il-merkurju li jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali. Tagħmir għall-kejl fil-qasam tal-kura tas-saħħa ħlief termometri tad-deni huma esklużi mill-projbizzoni għal raġunijiet ta' sigurtà tal-pazjent peress li m'għad hemm l-ebda ċertezza li hemm alternattivi affidabbli u ta' l-istess rendiment disponibbli. Użi professjonali u xjentifiċi oħra huma limitati ħafna u m'humiex inklużi fir-restrizzjoni għal raġunijiet ta' proporzjonalità. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1 IL-KUMMENTI ġENERALI DWAR IL-POżIZZJONI KOMUNI Il-Kummissjoni tista' tappoġġja l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. Il-pożizzjoni komuni hija konformi mal-kompromess li ntlaħaq f'diskussjonijiet informali bejn il-Kunsill, ir-Relatur tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, li, madankollu, ma sabitx l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Parlament Ewropew. Il-pożizzjoni komuni kienet appoġġata mill-Istati Membri kollha ħlief DK u SE li opponew il-proposta minħabba li l-bejgħ ta' sfigmomanometri (arloġġi għall-kejl tal-pressjoni tad-demm) għall-użu fis-settur tal-kura tas-saħħa ma jkunux ipprojbiti. 3.2 Emendi tal-Parlament Ewropew inklużi fil-proposta modifikata u l-pożizzjoni komuni Il-pożizzjoni komuni tinkludi l-emendi kollha tal-Parlament Ewropew li setgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni. Dawn huma: (i) l-emendi 12, 16, 17 li ġew aċċettati għal kollox mill-Kummissjoni peress li jtejbu ċ-ċarezza tal-premessi, (ii) l-emendi 18 (il-parti finali) u 15 li jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-disponibilità ta' alternattivi għal sfigmomanometri tal-merkurju u tagħmir ta' kejl oħra f'użi industrijali u professjonali bi ħsieb li jiġu estiżi r-restrizzjonijiet u (iii) l-emendi 13 u 19 (l-ewwel parti) li jippermettu t-tkomplija tal-kummerċ f'tagħmir tal-kejl "antik" li fih il-merkurju għax kummerċ bħal dan huwa limitat fil-kwantità u ma joħloqx riskju lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent. 3.3 Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux inkorporati fil-pożizzjoni komuni Għadd ta' emendi ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni u ma ġewx inklużi fil-pożizzjoni komuni. Dawn huma: (i) l-emenda 6 għax ma hemm l-ebda bażi xjentifika biex ir-restrizzjonijiet jiġu estiżi għal tagħmir li fih il-merkurju ħlief dak deskritt fil-proposta, (ii) l-emenda 8 peress li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta projbizzjoni fuq l-isfigmomanometri fis-settur tal-kura tas-saħħa li, skond il-maġġoranza ta' l-esperti mediċi, huma essenzjali għal finijiet ta' kalibrazzjoni kif ukoll għad-djanjożi u t-trattament ta' ċerti kondizzjonijiet tal-pazjent, (iii) l-emenda (9) peress li ma tibdilx it-tifsira tat-test oriġinali imma jagħmlu inqas ċar, u (iv) l-emenda 19 (il-parti finali) peress li l-Kummissjoni ma tistax tappoġġa deroga permanenti għall-barometri maħsuba biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali minħabba li alternattivi mingħajr merkurju huma diġà mifruxa u disponibbli bi prezzijiet komparabbli. 3.4 Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq id-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti mill-Kunsill Il-pożizzjoni komuni tinkorpora t-tibdil għall-proposta oriġinali li jistgħu jiġu appoġġati mill-Kummissjoni. Neħħi ċerti kjarifikazzjonijiet fil-premessi, il-bidliet ewlenin jikkonċernaw iż-żidiet li ġejjin: (i) deroga permanenti għal tagħmir tal-kejl antik (ii) deroga temporanja għall-bejgħ ta' barometri lill-pubbliku ġenerali bi ħsieb li jinqatgħu gradwalment fi żmien sentejn (iii) reviżjoni mill-Kummissjoni sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva li tikkonċerna d-disponibilità ta' alternattivi iżjed sikuri għall-isfigmomanometri u tagħmir tal-kejl ieħor. 3.5 Problemi ewlenin li ħarġu waqt l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni L-Iżvezja u d-Danimarka vvutaw kontra l-pożizzjoni komuni peress li jqisu li hemm alternattivi adegwati għall-isfigmomanometri li fihom il-merkurju disponibbli fis-settur tal-kura tas-saħħa u t-tqegħid tagħhom fis-suq għandu jkun ipprojbit. 4. KONKLUŻJONIJIET IL-KUMMISSJONI TAPPOġġA L-POżIZZJONI KOMUNI. 5. STQARRIJIET MILL-KUMMISSJONI L-ebda.