52007PC0204

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija /* KUMM/2007/0204 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.4.2007

KUMM(2007) 204 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jistipula li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għall-konvenzjonijiet u l-protokolli li ġew konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I tiegħu.

Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, il-Konvenzjoni ta' l-10 ta' April 1984 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika fil-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, l-ewwel Protokoll tad-19 ta' Diċembru 1988 dwar l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, it-tieni Protokoll tad-19 ta' Diċembru 1988 li jikkonferixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ċerti setgħat li tinterpreta l-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, il-Konvenzjoni tat-18 ta' Mejju 1992 dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, il-Konvenzjoni tad-29 ta' Novembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja fil-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u fl-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fl-4 ta' April 2005 l-Istati Membri ffirmaw Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, fil-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u fl-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Għalhekk jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, kif emendata bil-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005, u għal dak l-għan, din il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 3(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 jistipula li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għall-konvenzjonijiet u l-protokolli li ġew konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I tiegħu.

(2) Fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fl-4 ta' April 2005 l-Istati Membri ffirmaw Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, fil-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u fl-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej[2].

(3) Jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali tad-19 ta' Ġunju 1980, u ta' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendata bil-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005. Għal dan il-għan, dik il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 huwa emendat kif ġej:

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 1:

" - Il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fil-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980. u fl-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 169, 08.07.2005, p. 1). "

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il–President

[…]

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C 169, 08.07.2005, p. 1.