52007PC0198

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika l-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja skond il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' parti tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2007/0198 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.4.2007

KUMM(2007) 198 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li timmodifika l-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja skond il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' parti tat-Trattat tal-KE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja skond il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' parti tat-Trattat tal-KE (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala l-"Ftehim Intern") ġie ffirmat fis-17 ta' Lulju 2006.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2006[1]. Skond l-Artikolu 6 (11) ta' l-"Att dwar il-kundizzjonjiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u l-adattamenti tat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea',[2], ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija aderixxew awtomatikament għall-Ftehim Intern mid-data ta' l-adeżjoni.

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta' l-Istati Membri lill-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala l-'EDF'), l-Artikolu 1 (2)a tal-Ftehim Intern jinkludi biss il-kontribuzzjoni stmata u l-medda ta' kontribuzzjoni għall-Bulgarija u r-Rumanija. Huwa ddikjarat fl-Artikolu 1 (7) tal-Ftehim Intern li l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha tiġi emendata b'deċiżjoni unanima tal-Kunsill, jekk Stat ġdid jissieħeb ma' l-UE.

Fir-rigward tal-piż tal-voti fil-kumitat ta' l-EDF, l-Artikolu 8 (2) tal-Ftehim Intern jinkludi biss il-voti stmati għall-Bulgarija u r-Rumanija. Huwa ddikjarat fl-Artikolu 8 (4) tal-Ftehim Intern li l-piż tal-voti għandhom jiġu emendati b'deċiżjoni unanima tal-Kunsill, jekk Stat ġdid jissieħeb ma' l-UE.

Skond il-bażi msemmija l-kontribuzzjonijiet u l-voti stmati għall-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiġu kkonfermati mill-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jinsab mehmuż.

Il-Kummissjoni għalhekk tissuġġerixxi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni mehmuża.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li timmodifika l-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja skond il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' parti tat-Trattat tal-KE

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi, fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou, fit-23 ta' Ġunju 2000[3] kif rivedut u ffirmat fil-Lussemburgu, fit-23 ta' Ġunju 2005[4] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut”),

Wara li kkunsidra il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' parti tat-Trattat tal-KE (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala l-"Ftehim Intern")[5], u partikolarment l-Artikoli 1 (7) u l-Artikolu 8 (4) tiegħu,.

Wara li kkunsidra l-Artikolu 6 (11) ta' l-"Att dwar il-kundizzjonjiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u l-adattamenti tat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea',[6], ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija awtomatikament issieħbu mal-Ftehim Intern mid-data ta' l-adeżjoni.

Wara li kkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007[7].

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 1 (7) tal-Ftehim Intern, l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a) tiegħu, li attwalment huma biss ammonti stmati għall-Bulgarija u r-Rumanija, għandhom jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill jekk jidħol Stat ġdid fl-UE.

(2) Skond l-Artikolu 8 (4) tal-Ftehim Intern, il-piżijiet tal-voti stipulati fil-paragrafu 2a) tiegħu, li attwalment huma biss voti stmati għall-Bulgarija u r-Rumanija, għandhom jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill jekk jissieħeb Stat ġdid ma' l-UE.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

Il-medda tal-kontribuzzjoni u l-kontribuzzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 1 (2)a) tal-Ftehim Intern kif ukoll il-voti tagħhom fil-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 8 (2) tal-Ftehim Intern huma b'dan ikkonfermati.

Artikolu 2

Abbażi ta' l-Artikolu 1, il-modifiki li ġejjin huma meħtieġa:

1. Fl-Artikolu 1 (2)a) tal-Ftehim Intern l-"asterix" kif ukoll it-terminu " (*) ammont stmat" ser jitħassar.

2. Fl-Artikolu 8 (2) tal-Ftehim Intern dan li ġej għandu jitħassar:

3. l-"asterix";

4. it-terminu "(*) vot stmat";

5. ir-ringiela "Totali UE-25", 999";

6. il-parenteżi fir-ringiela "Totali UE-27".

7. L-Artikolu 8(3) tal-Ftehim Intern għandu jiġi aġġornat kif ġej:

"Il-Kumitat ta' l-EDF għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata ta' 724 vot minn 1004, bl-espressjoni ta' vot favur minn mill-anqas erbatax-il Stat Membru. Il-minoranza li timpedixxi għandha tikkonsisti f'281 vot."

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] Ara t-Trattat bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ĠU L 157, 2.6.2005, p.11

[2] ĠU L 157, 21.6.2005, p.203.

[3] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

[4] ĠU L 209, 11.08.2005, p. 26.

[5] ĠU L 247,9.9.2006, p. 32.

[6] ĠU L 157, 21.6.2005, p.203.

[7] Ara t-Trattat bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ĠU L 157, 2.6.2005, p.11