Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. /* KUMM/2007/0143 finali - CNS 2007/0050 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.3.2007 KUMM(2007) 143 finali 2007/0050 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-11 ta' Ottubru 2004 għadu ma daħalx fis-seħħ. Billi kien iffirmat qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jinkludi lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Rumanija, jinħtieġ li jitfassal Protokoll għall-PCA sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jkunu fil-Ftehim meta dan jidħol fis-seħħ. Kif awtorizzata mill-Kunsill fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni innegozjat, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mar-Repubblika tat-Taġikistan bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Taġikistan tlestew u t-test tal-protokoll negozjat jinsab mehmuż. Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu: - jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha; - jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. 2007/0050 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, Billi: (1) Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fi [ GĦANDHA TIDDAĦĦAL ID-DATA ] skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru….. (2) Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Taġikistan. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri. It-test tal-Protokoll jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu […] tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. Magħmul fi Brussell, Għall-Kummissjoni Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (PCA), dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-PCA. IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ minn hawn ’il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri tal-KE', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u L-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIMKA, minn hawn ’il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, min-naħa waħda, u r- REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN min-naħa l oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Partijiet' għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta' l-Użbekistan u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika tat-Taġikistan u l-Unjoni Ewropea, FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-PCA; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet fil-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-11 ta' Ottubru 2004 (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim') u għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta' Ittri u d-Dikjarazzjoni mir-Repubblika tat-Taġikistan annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tat-Taġikistan skond il-proċeduri tagħhom stess. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħall-Ftehim, bil-kundizzjoni li l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew iddepożitati sa dik id-data. 2. Meta ma jkunux ġew depożitati l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll sa dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni. 3. Fejn ma jkunux ġew depożitati l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Artikolu 5 1. It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen. 2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi indaqs mat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu. Artikolu 6 Dan il-Protokoll huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Slovakka, Spanjola, Żvediża u Taġika, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku. Magħmul fi......... fi .................... tas-sena 2007. GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN [1] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiddaħħal [2] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiddaħħal