Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni ta' l-ekonomija Ewropea: Rapport preparatorju dwar il-linji gwida wesgħin għall-politika ekonomika għall-2007 (2006/2272(INI))
Official Journal 287 E , 29/11/2007 P. 0535 - 0542
P6_TA(2007)0051 Il-linji gwida għall-politika ekonomika għall-2007 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni ta' l-ekonomija Ewropea: Rapport preparatorju dwar il-linji gwida wesgħin għall-politika ekonomika għall-2007 (2006/2272(INI)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-Linji Gwida Integrati tal-Kummissjoni għat-Tkabbir u għax-Xogħol (2005-2008) (COM(2005)0141) (il-Linji Gwida Integrati), - wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/600/KE tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar il-linji gwida għallpolitiki ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg [1], - wara li kkunsidra t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni [2], - wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Ekonomika ta' l-UE għall-2006, tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Novembru 2006, "Dinamiki ta' aġġustament fiż-żona ta' l-Euro — Esperjenzi u sfidi", - wara li kkunsidra r-rapporti ta' l-Istati Membri ppreżentati fil-ħarifa ta' l-2006 fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Liżbona dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom ta' riforma nazzjonali [3], - wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni, ippreżentat fit- 12 ta' Diċembru 2006, dwar ilprogress ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, "l-Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona għat-tkebbir u l-impjiegi — sena ta' riżultati" - wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, bit-titolu "Issostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi fl-UE" (COM(2006)0574), - wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, "Il-ġejjieni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità" (COM(2006)0571), - wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ċentrali Ewropew, "Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona ta' l-Euro" (COM(2006)0392), - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas- 26 ta' Mejju 2005 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida wesgħin għall-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u l-Komunità fil-qafas tallinji gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol (2005-2008) [4], - wara li kkunsidra d-Dokument dwar il-Punti Ewlenin imħejji mill-Presidenza tal-Kunsill tas- 7 ta' Frar 2006 għall-Kunsill ta' l-Ecofin bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2007, - wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat- 23 sa' l- 24 ta' Marzu 2000, tal-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal- 15 sas- 16 ta' Ġunju 2001, u tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat- 22 sat- 23 ta' Marzu 2005, - wara li kkunsidra l-Artikolu 99 (2) tat-Trattat KE, - wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0012/2007), A. billi l-Linji Gwida Integrati huma strument ewlieni tal-politka ta' l-UE dwar l-ekonomija u l-impjiegi li jiffukaw fuq żmien medju ta' tliet snin; billi dan l-istrument għandu jiġi evalwat bir-reqqa u żviluppat aktar fl-interess ta' implimentazzjoni aħjar tiegħu, fuq il-bażi tal-verżjoni ta' l-2005 u r-reviżjoni li se ssir dalwaqt, B. billi l-Linji Gwida Integrati, il-Patt ta' Stabilità u ta' Tkabbir irriformat u l-Qafas Finanzjarju għall-2007- 2013 se jikkontribwixxu flimkien sabiex tinħoloq koerenza akbar fil-proċess ta' tfassil ta' politika u sabiex tittejjeb il-governanza ekonomika ta' l-UE, C. billi l-Linji Gwida Integrati m'għandhomx jitqiesu biss bħala l-għoti ta' isem ġdid lill-politika eżistenti iżda għandhom isiru pakkett integrat b'mod ġenwin ta' linji politiċi li jinkludu u jgħaqqdu d-dimensjonijiet makroekonomiċi, mikroekonomiċi u ta' l-impjiegi, D. billi l-Linji Gwida Integrati huma komponent essenzjali ta' l-Istateġija ta' Liżbona u għandhom, bħala strument ċentrali ta' l-implimentazzjoni tagħha, bl-għajnuna ta' approċċ bilanċjat ta' "policy-mix", isegwu riformi li jispiraw lil xulxin reċiprokament fl-oqsma ta' l-ekonomija, l-impjiegi, l-ambjent u ssigurtà soċjali, E. billi t-tkabbir ekonomiku mhuwiex għan fih innifsu iżda kundizzjoni meħtieġa u parti minn approċċ integrat biex ikunu żgurati l-benesseri u l-istandards ta' l-għajxien taċ-ċittadini; billi l-isforz biex jinkiseb it-tkabbir ekonomiku sostenibbli jrid ikun ibbażat fuq politika għall-ekonomija, is-sigurtà soċjali, l-impjiegi, l-ambjent u l-baġit li hija xierqa fir-rigward tar-responsabiltà tagħha lejn ġenerazzjonijiet futuri, L-użu tajjeb tat-titjib fl-ekonomija u fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea 1. Jinnota li wara sitt snin ta' tkabbir ekonomiku baxx, staġnar jew anki riċessjoni f'ħafna Stati Membri, lekonomija Ewropea qed tikseb riżultati aħjar b'rata ta' tkabbir li hija aktar minn dik tas-snin ta' qabel, jiġifieri rata ta' tkabbir ta' 2.8 % tal-GDP fl-Unjoni Ewropea u ta' 2.6% fiż-żona ta' l-euro fl-2006, madankollu r-rata niżlet għal 2.4 % fl-Uunjoni Ewropea u għal 2.1 % fiż-żona ta' l-euro fl-2007; jistaqsi sa liema punt it-tkabbir Ewropew jista' jkun ċikliku u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir ta' l-Ewropa sabiex ikun jista' jiġi ġġenerat l-impjieg; 2. Juri li hemm differenzi kbar bejn ir-rati ta' tkabbir ta' l-Istati Membri u huwa inkwetat dwar ir-rata ta' tkabbir relattivament baxxa f'numru mill-Istati Membri l-kbar, u dan qiegħed jiġri l-aktar minħabba ddomanda interna staġnata; jinnota f'dan ir-rigward ir-rata ta' tkabbir ogħla mill-medja li għandhom il-pajjiżi Skandinavi flimkien ma' tnaqqis sostanzjali riċenti fil-qgħad; 3. Jenfasizza t-titjib tal-finanzi pubbliċi bi tnaqqis tad-defiċit baġitarju medju ta' 2% tal-GDP fl-2006; jistenna aktar titjib fil-kwalità tal-finanzi pubbliċi li ma jirriflettux biss fatturi ċikliċi; 4. Jinnota l-iżvilupp pożittiv fis-suq ta' l-impjiegi, b'irduppjar tar-rata ta' tkabbir annwali tal-produttività tax-xogħol minn 0.6 għal 1.2% u bi tnaqqis fil-qgħad għal 8% kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fiż-żona ta' l-euro fl-2006, u l-qgħad imbassar ta' 7.3% fl-UE u ta' 7.4% fiż-żona ta' l-euro sa l-2008, tkabbir flimpjiegi ta' madwar 1.4 %, li jirrappreżenta 2.9 miljun impjieg ġdid fl-2006 bil-prospett ta' 7 miljun impjieg ġdid ieħor fil-perjodu 2007-2008, li jkun ifisser żieda fir-rata ta' l-impjiegi minn 63.7 % fl-2005 għal 65.5 % sa l-2008; madankollu, jinnota li r-rati ta' qgħad, b'mod partikulari fost in-nisa, għadhom għoljin u 'l bogħod milli jilħqu l-Objettivi ta' Liżbona; jitlob, għalhekk, biex isiru aktar sforzi biex jintlaħaq suq taxxogħol Ewropew effettiv u inklużiv, li jgħaqqad il-flessibiltà mas-sigurtà u jkun kapaċi jikseb rata ta' parteċipazzjoni ferm ogħla; jisħaq, f'dan ir-rigward, li r-riformi meħtieġa għandhom ikunu mfassla u implimentati b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-imsieħba soċjali; 5. Huwa inkwetat dwar il-livell għoli u kostanti tal-faqar fl-Unjoni Ewropea li, wara li naqas minn 17 għal 15 % f'nofs id-disgħinijiet, reġa' żdied riċentement għal 17 % fl-2005; iqis li m'huwiex aċċettabbli f'dan ir-rigward li, fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir, madwar 80 miljun ruħ għandhom dħul nett inqas minn 60 % tad-dħul medju ekwivalenti nazzjonali; 6. Juri li fl-2006 l-UE kabbret l-irwol prominenti tagħha bħala l-akbar esportatur dinji, b'żieda ta' 8% flesportazzjoni, iżda jenfasizza l-fatt li l-bilanċ favorevoli fl-esportazzjoni jikkontribwixxi biss għal 0.3% tattkabbir preżenti fil-GDP fiż-żona ta' l-euro u jenfasizza l-fattur ta' riskju li ġġib ir-rata tal-kambju għolja bejn l-euro u d-dollaru; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-titjib ekonomiku preżenti qed iseħħ l-aktar minħabba domanda domestika li qiegħda tirkupra u dan huwa l-aktar minħabba investiment għal żmien qasir; juri li l-problema fundamentali li l-ekonomija Ewropea kienet qiegħda tiffaċċja fl-aħħar għaxar snin kienet in-nuqqas ta' domanda domestika minħabba nuqqas ta' fiduċja kkawżat mill-qgħad; huwa mħasseb dwar kemm żieda kontinwa fl-investiment u n-nefqa tal-konsumatur, flimkien ma' titjib kontinwu fis-sitwazzjoni ta' limpjiegi, jistgħu jinkisbu sabiex ikun żgurat li t-titjib li jseħħ l-aktar b'mod ċikliku jinbidel f'tendenza strutturali pożittiva; 7. Iqis li l-ekonomija Ewropea ssaħħet permezz tal-kisbiet ewlenin ta' l-unjoni ekonomika u monetarja u tas-suq uniku; iħeġġeġ sabiex is-suq intern ikun komplut b'mod sħiħ, b'mod partikulari fir-rigward tas-servizzi finanzjarji u fil-qasam ta' l-enerġija permezz ta' l-implimentazzjoni sħiħa minnufih tad-direttivi dwar lelettriku u l-gass; jisħaq għalhekk dwar l-importanza ta' l-investiment fl-infrastrutturi meħtieġa sabiex jinkiseb dan l-għan; jistenna stimuli ekonomiċi oħra minn suq Ewropew tas-servizzi li jiggarantixxi kemm laċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-fornituri ta' servizzi kif ukoll il-ħarsien ta' normi tax-xogħol u sigurtà soċjali fil-post fejn jingħata s-servizz; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fir-rigward tat-tkabbir ta' l-aħħar, biex iżommu suq miftuħ u ħieles li jappoġġja t-tkabbir ekonomiku; 8. Juri li żieda iktar permanenti fit-tkabbir tal-potenzjal ekonomiku fl-UE fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Liżbona teħtieġ l-implimentazzjoni kostanti ta' riformi bilanċjati, inklużi miżuri bil-għan li jsaħħu l-innovazzjoni, l-avvanz teknoloġiku u l-akkumulazzjoni tal-kapital uman, filwaqt li jitneħħew l-ostakoli li jfixklu loperat tas-suq intern, u filwaqt li jinħoloq ambjent li jwassal aktar għal attivitajiet ta' negozju fl-Istati Membri; 9. Jiġbed l-attenzjoni, fl-isfond tat-tnaqqis mistenni fit-tkabbir fl-Istati Uniti u għalhekk fin-negozju dinji, ta' effetti esterni potenzjali, bħall-aġġustament f'daqqa waħda ta' żbilanċji globali b'effetti enormi fuq rati talkambju u swieq finanzjarji, u li jerġa' jiżdied aktar il-prezz taż-żejt, għall-ħtieġa li jkun appoġġjat u li jissaħħaħ it-titjib ekonomiku permezz ta' politika ekonomika li ttejjeb l-effettività tas-suq fir-rigward ta' prodotti, servizzi, xogħol u kapital, li tippromwovi t-tkabbir u li tkun immirata bl-istess mod għall-esportazzjoni u d-domanda domestika; 10. Huwa mħasseb dwar rata tal-kambju ta' l-euro li tista' tkun ta' ħsara għall-kompetittività ta' l-Ewropa meta mqabbla ma' l-Istati Uniti; jistenna li l-Bank Ċentrali Ewropew jimmonitorja l-iżviluppi mill-qrib u li jieħu miżuri xierqa sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi ekonomiċi ta' l-Ewropa fis-sistema finanzjarja internazzjonali; It-tħeġġiġ ta' l-Istati Membri biex jipproduċu riżultati benchmark 11. Jinnota li t-tkabbir ekonomiku veru fl-Unjoni Ewropea huwa karatterizzat minn diverġenzi antiki u ġodda, bir-rati ta' tkabbir l-iktar baxxi fil-Portugall (1.2% tal-GDP) u fl-Italja (1.7 %), u rati ta' tkabbir għoljin fost l-UE-15 fi Spanja (3.8 %), fil-Greċja (3.8 %) u b'mod partikulari fl-Iżvezja (4 %), fil-Finlandja (4.9 %) u fil-Lussemburgu (5.5 %); jinnota li l-Istati Membri ġodda qed jirreġistraw rati ta' tkabbir partikolarment għoljin fis-Slovakkja (6.7 %), fil-Litwanja (7.8 %), fl-Estonja (10.5 %) u fil-Latvja (11 %); jenfasizza li dawn id-diverġenzi jirriflettu wkoll differenzi strutturali importanti, politiki domestiċi ekonomiċi u demografiċi differenti kif ukoll impatti asimmetriċi tal-politika komuni, li juru li jeżistu riskji għall-koeżjoni interna ta' l-Unjoni; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa ta' politika li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u għalhekk trawwem is-suq intern u l-unjoni monetarja; 12. Jenfasizza li fir-rigward ta' l-isforzi ta' modernizzazzjoni u t-twettiq ekonomiku, l-Istati Membri li kellhom l-akbar suċċess huma dawk li jgħaqqdu riformi strutturali li jħarsu 'l quddiem u li huma bbilanċjati tajjeb ma' investiment ogħla mill-medja fit-trasport, fit-teknoloġija ta' l-informatika, fir-riċerka u fl-iżvilupp (R&D), kif ukoll fl-innovazzjoni, fl-edukazzjoni, fit-tagħlim tul il-ħajja u fil-faċilitajiet tal-kura, u fit-tiġdid ta' netwerks soċjali b'saħħithom; jinnota li l-istess Stati Membri l-biċċa l-kbira għandhom amministrazzjoni effiċjenti ħafna u trasparenti, ambjent innovattiv ta' intraprenditorja, bilanċ pożittiv fil-baġit, rati ta' dejn aktar baxxi mill-medja u kwalità għolja ta' nfiq pubbliku, filwaqt li juru sinjali ta' kontribut permezz talprogress tekniku għar-riżultat tat-tkabbir nazzjonali li huwa kważi d-doppju tal-medja ta' l-UE; jikkonkludi li l-politika ta' dawk l-Istati Membri li qed jippruvaw jiksbu rati għolja ta' impjieg, inkluż l-impjieg tan-nisa u ta' ħaddiema ta' età akbar, se tagħti ċ-ċans lill-Unjoni Ewropea li tiffaċċja b'kunfidenza akbar l-isfidi ta' issa u tal-ġejjieni, fosthom il-popolazzjoni li qed tixjieħ u kompetizzjoni akbar minħabba l-globalizzazzjoni; 13. Jenfasizza li, f'dan ir-rigward, L-Istati Membri bl-akbar suċċess f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrateġiji tagħhom ta' tiġdid ekonomiku u soċjali jistgħu jitqiesu li qed jagħtu eżempju biex l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona tkun suċċess, u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra biex jimxu fuq dawn l-eżempji pożittivi, anki jekk il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona jridu jiġu żviluppati biex ikunu adattati għas-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri konċernati u jekk għandhom jibqgħu r-responsabilità ta' dawk l-Istati Membri; 14. Jinnota, fir-rigward tal-programmi ta' riforma nazzjonali ta' l-Istati Membri, li hemm ħafna sinjali ta' armonizzazzjoni akbar kif ukoll ta' impenn ġdid biex il-politika titfassal skond objettivi miftiehma ma' l-Ewropa kollha; jenfasizza, madankollu, li l-Istati Membri għandhom punti ta' tluq differenti u juru varjazzjonijiet konsiderevoli fil-kuntenut, fil-pass u fl-intensità tar-riformi fl-oqsma tal-politika kollha; huwa talfehma li r-riformi huma tweġiba limitata għas-sitwazzjoni ekonomika u ta' l-impjiegi preżenti, u li f'ħafna każijiet tali xogħlijiet ewlenin bħall-innovazzjoni, il-ħolqien ta' l-impjiegi, il-forniment ta' l-enerġija, ambjent sostenibbli u tfassil ta' politika aħjar għadhom m'humiex qed jiġu inkorporati kif xieraq f'aġenda ta' riforma integrata; jiddispjaċih li anki fl-oqsma tat-tkabbir tar-rata ta' l-impjiegi u tal-politika ta' l-impjiegi attiva, sforzi ta' progress u riforma qed jimxu aktar bil-mod milli f'oqsma oħra; jilqa', madankollu, l-isforzi biex jissaħħu r-responsabiltà fil-livell nazzjonali u reġjonali ("sjieda") u l-involviment tal-parlamenti u l-imsieħba soċjali u jitlob li jsiru aktar sforzi bħal dawn; Tisħiħ tal-potenzjal — Tkattir tas-suċċess: x'fadal isir 15. Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw bl-aħjar mod is-sitwazzjoni ekonomika ġdida u l-marġni konsegwenti fejn wieħed jista' jimmanuvra biex tkun promossa għamla ta' tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli, u waħda li hija orjentata aktar lejn objettivi ta' kwalità; jenfasizza li ambjent makroekonomiku b'saħħtu u stabbli jeħtieġ titjib fil-kwalità tal-finanzi pubbliċi b'baġits li huma aktar ikkonsolidati, u politika intelliġenti ta' investiment privat u pubbliku, li tipprovdi infrastruttura li tħares 'il quddiem u tiftaħ llum is-swieq ta' għada; 16. Jisħaq li sabiex wieħed jibbenefika bis-sħiħ mill-potenzjal tas-suq intern u sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' l-Ewropa fis-suq globali, jeħtieġ li jitrażżnu tendenzi protezzjonisti u antikompetittivi li hemm bħalissa; 17. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-irwol ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-ħolqien ta' l-impjiegi; jisħaq għalhekk dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita klima favorevoli għalihom permezz ta' arranġamenti fiskali aktar favorevoli, tnaqqis tar-regolamenti u tal-piż amministrattiv, aċċess aħjar għall-finanzjament, titjib fissitwazzjoni rigward l-ispejjeż tan-negozju marbuta ma' l-enerġija, mat-trasport, mal-komunikazzjoni u masservizzi, titjib fl-aċċess għat-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni u investiment akbar fl-R&D; 18. Jisħaq fuq l-importanza għall-ekonomija Ewropea ta' kompetittività eċċellenti kif ukoll il-ħtieġa li jinżamm il-potenzjal ta' domanda, u jistenna li min jikkontribwixxi għall-politika ekonomika jimpenja ruħu aktar biex tinkiseb rata ogħla ta' tkabbir għal żmien twil f'kundizzjonijiet ta' stabiltà ekonomika u ta' żvilupp sostenibbli, ukoll permezz tal-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi; 19. Jisħaq f'dan il-kuntest l-importanza ta' l-edukazzjoni, speċjalment l-edukazzjoni terzjarja, sabiex jissaħħaħ il-potenzjal għat-tkabbir tal-ġejjieni u sabiex jiżdiedu l-livelli tal-ħiliet, il-mobilità u l-adattabilità taċċittadini Ewropej; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom bil-għan li s-sistemi ta' l-edukazzjoni Ewropej isiru aktar attraenti, aċċessibbli u kompetittivi; 20. Ifakkar li biex jintlaħqu l-Objettivi ta' Liżbona jinħtieġu riżorsi finanzjarji biżżejjed mill-baġit tal-Komunità; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li m'hemmx riżorsi finanzjarji biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi msemmija; 21. Huwa tal-fehma li strateġija simultanja u koordinata min-naħa ta' l-Istati Membri għall-infiq li għandu x'jaqsam mill-qrib mat-tkabbir, l-istimolu ta' investiment privat u inizjattivi konġunti fil-qasam tal-koperazzjoni privata u pubblika tista' twassal għal sinerġiji sostanzjali, ittejjeb il-kapaċità ta' l-Ewropa biex tiffaċċja lisfidi eżistenti fl-oqsma tax-xjenza u tar-riċerka, tat-trasport u tal-komunikazzjoni, ta' l-enerġija u tas-sostenibiltà ambjentali u tappoġġja l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorisi ma' l-Ewropa kollha; Jinnota f'dan irrigward l-importanza ta' qafas fiskali koordinat, inklużi arranġamenti tat-taxxa tal-kumpaniji li għandhom jiffavorixxu lill-SMEs u jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi; iqis li l-Istati Membri għandhom itejbu l-effiċjenza ta' l-arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet fiskali u soċjali bil-għan li l-ħolqien ta' l-impjiegi jsir aktar faċli, b'mod partikulari għal gruppi soċjali speċifiċi bħal ma huma n-nisa, persuni qegħda għal żmien twil u nies ta' età akbar; iqis li sistemi tat-taxxa kompetittivi għandhom iħeġġu t-twaqqif ta' negozji ġodda bla ma jfixklu l-kapaċità ta' finanzjament nazzjonali u għandhom ineħħu l-piż minn fuq it-taxxa fuq ix-xogħol u jitfgħuh fuq it-taxxa ambjentali, inklużi inċentivi fiskali bil-għan li jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp u l-użu ta' riżorsi li jiġġeddu; 22. Jerġa' jitlob, fid-dawl tar-reviżjoni li jmiss tal-Qafas Finanzjarja ta' l-UE, li l-baġit ta' l-UE jkun modifikat aktar fid-dawl ta' l-Objettivi ta' Liżbona u b'dan il-mod biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-Istrateġija ta' Liżbona kollha kemm hi; 23. Jirrikonoxxi li sar ħafna progress rigward l-għajnuna mill-istat, li issa qiegħda tingħata aktar għal objettivi orizzontali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu din it-tendenza u wkoll biex jallinjaw l-għajnuna mill-Istat ma' l-Objettivi ta' Liżbona bħall-impjiegi, l-innovazzjoni u s-sostenibilità; 24. Jenfasizza l-ħtieġa li fil-ġejjieni l-kompetittività ta' l-ekonomiji Ewropej tkun iffukata iktar fuq proċess ekonomiku intelliġenti u sostenibbli, biex tkun konformi ma' l-użu iktar effiċjenti tar-riżorsi; jirrakkomanda b'mod partikulari li jitqiesu l-miżuri li ġejjin fil-livell nazzjonali, li għandhom l-għan mhux biss li jimmodernizzaw l-ekonomija, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u jsaħħu l-kompetittività, iżda wkoll li jkun hemm kompatibilità ambjentali u li jinfetħu oqsma ġodda ta' impjieg: a) fil-qasam ta' l-R&D, il-promozzjoni ta': - inċentivi biex ikunu estiżi attivitajiet R&D privati; - investiment pubbliku fil-kuntest ta' l-R&D, b'mod partikulari sħubijiet pubbliċi-privati; - netwerks u koperazzjoni bejn universitajiet, istituti ta' riċerka u kumpaniji; - uffiċċji ta' koordinazzjoni nazzjonali jew reġjonali fil-qasam ta' l-R&D - innovazzjoni u żvilupp ta' teknoloġiji ta' ġodda mill-SMEs u fornituri tas-servizzi żgħar b'aċċess imtejjeb għas-sorsi kollha ta' kapital, b'mod partikulari għall-kapital ta' riskju; u - taħriġ u taħriġ mill-ġdid fl-interess ta' politika ta' l-impjiegi attiva fil-qasam tat-teknoloġiji moderni; b) fl-oqsma ta' l-enerġija u l-ambjent: - implimentazzjoni tad-direttivi dwar l-elettriku u l-gass fl-interess ta' suq ta' l-enerġija Ewropew ġust, kompetittiv, li jaħdem u li m'huwiex diskriminatorju; - garanzija ta' fornimenti ta' enerġija għall-ekonomiji Ewropej permezz tad-diversifikazzjoni ta' sorsi u rotot ta' tranżitu ta' importazzjonijiet ta' enerġija; - introduzzjoni ta' inċentivi fiskali, inċentivi ta' rendiment u investiment biex ikunu promossi miżuri effiċjenti f'sens ta' enerġija, inkluża l-implimentazzjoni ta' objettivi għall-iffrankar ta' l-enerġija; - introduzzjoni ta' inċentivi fiskali, inċentivi ta' rendiment u investiment biex ikunu promossi enerġiji li jiġġeddu u teknoloġiji effiċjenti f'sens ta' enerġija u l-innovazzjoni; - garanzija ta' indipendenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-koordinazzjoni tagħhom fil-livell ta' l-UE; - espansjoni u netwerking ta' ġenerazzjoni ta' enerġija reġjonali; - żieda fit-trasparenza tas-suq ta' l-enerġija u distinzjoni ċara tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u lkummerċjalizzazzjoni ta' l-enerġija ("unbundling") u - l-istabbiliment ta' "ċertifikati ambjentali" aktar b'saħħithom; 25. Iqis bħala prijorità li jingħataw possibilitajiet u opportunitajiet ġodda ta' xogħol lill-oqsma kollha tassoċjetà f'ekonomija li qiegħda tinbidel b'mod mgħaġġel; jenfasizza li l-membri tas-soċjetà l-aktar vulnerabbli huma l-aktar fir-riskju f'dan il-kuntest u li għandha tingħata prijorità lill-promozzjoni ta' "inklużjoni attiva" u l-ħolqien ta' impjiegi aħjar, b'mod aktar wiesgħa; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu bbilanċjati ħtiġijiet ġodda għallflessibiltà tal-ħaddiema u d-disponibbiltà għal taħriġ mill-ġdid ma' prospetti ġodda ta' impjiegi u jenfasizza lħtieġa li jkunu salvagwardjati għamliet ta' sigurtà ġodda ("flexicurity"), sabiex ikunu promossi wkoll opportunitajiet biex wieħed jibbilanċja aħjar il-ħajja professjonali u l-ħajja privata; jitlob, f'dan ir-rigward, titjib floppurtunità għal parteċipazzjoni fis-suq ta' l-impjiegi tan-nisa, ħaddiema anzjani, żgħażagħ, dawk li ilhom qiegħda żmien twil u immigranti, li għalihom il-miżuri li ġejjin, fost l-oħrajn, għandhom jiddaħħlu fil-livell nazzjonali fl-oqsma ta' l-impjiegi u l-edukazzjoni: - garanzija li kull student li jispiċċa l-iskola jkun offrut impjieg, taħriġ jew miżuri ekwivalenti oħra fi żmien sitt xhur; - introduzzjoni ta' jedd legali għat-taħriġ mill-ġdid u għall-parteċipazzjoni f'tagħlim tul il-ħajja; - l-għoti ta' inċentivi u investiment biex ikunu promossi t-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-tagħlim matul ilħajja, u mudelli li jirnexxu biex wieħed isib bilanċ bejn il-familja u l-karriera u l-edukazzjoni u t-taħriġ; - promozzjoni ta' mudelli flessibbli għat-tranżizzjoni mix-xogħol għall-pensjoni fuq bażi volontarja, bilgħan ukoll li jkun iffaċilitat l-aċċess għas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ; - promozzjoni ta' l-istabbiliment ta' negozji ġodda u l-iżgurar li negozji eżistenti jiġu mgħoddija fuq ilbażi ta' l-età; - aktar tnaqqis fil-piż ġenerali tat-tassazzjoni u kontribuzzjonijiet soċjali fuq dħul baxx u medju; - garanzija ta' livell xieraq ta' kwalifika u ta' aċċess għall-ewwel impjieg għaż-żgħażagħ permezz ta' inizjattivi pubbliċi u privati xierqa; - żieda fid-disponibilità u fl-aċċessibbiltà finanzjarja ta' kura tat-tfal ta' kwalità għolja; - żgurar ta' perjodu għall-bidu ta' negozji ġodda ta' mhux aktar minn ġimgħa, kif ukoll ħlas tal-bidu u spejjeż amministrattivi baxxi; - inklużjoni ta' l-edukazzjoni dwar l-intraprenditorija f'kurrikuli għal tagħlim tul il-ħajja; - żgurar ta' politika xierqa dwar l-immigrazzjoni legali skond il-proposta għal sistema Ewropea ta' Karta Ħadra; 26. Juri li fl-interess ta' stabiltà makroekonomika ż-żieda fil-produttività trid timxi id f'id mad-distribuzzjoni aktar ġusta tal-frott tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali; jiġbed l-attenzjoni f'dan ir-rigward għassejħa biex iż-żieda fil-pagi żżomm il-pass maż-żieda tal-produttività fi żmien medju; jenfasizza l-bżonn urġenti li l-kultura ta' inkoraġġiment u involviment tissaħħaħ bħala parti mill-kunċetti ta' governanza korporattiva u responsabilità soċjali korporattiva; 27. Jenfasizza l-ħtieġa għal koperazzjoni msaħħa u strutturata fl-UE u speċjalment fiż-żona ta' l-euro, biex jissaħħu l-governanza u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, billi dan huwa l-uniku mod kif iridu jiġu ffaċċjati l-isfidi ekonomiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li d-dikjarazzjoni annwali dwar iż-żona ta' l-euro tagħti numru ta' strumenti iktar prattiċi fil-futur, sabiex ikun possibbli li jkun hemm djalogu iktar dettaljat bejn l-organizzazzjonijiet varji ta' l-UE li huma involuti fit-tisħiħ talgovernanza ekonomika ta' l-Unjoni; huwa wkoll tal-fehma li l-Grupp ta' l-Euro għandu jiffoka fuq il-garanzija li meta jitfasslu u jkunu implimentati pjanijiet ta' baġit nazzjonali dawn ikunu bbilanċjati u armonizzati aħjar, kemm fil-kontenut kif ukoll fir-rigward iż-żmien opportun, billi dan jagħti kontribut kbir għall-approvazzjoni ta' l-aġenda ta' riformi ekonomiċi; jipproponi fil-qafas ta' koperazzjoni mtejba u strutturata aktar fi ħdan iż-żona ta' l-euro li jkunu mistiedna l-formazzjonijiet l-oħra ikkonċernati tal-Kunsill biex jieħdu sehem f'kooperazzjoni bħal din; Stimolu għal riformi istituzzjonali neċessarji 28. Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni li ssegwi l-evalwazzjoni tal-programmi ta' riforma nazzjonali billi tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż biex jiggwidaw lill-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kunsill biex japprovahom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa urġenti li jissaħħaħ lapproċċ ta' tisħiħ reċiproku tal-Linji Gwida Integrati li għandu jkun rifless fil-politiki ta' riforma nazzjonali; jerġa' jitlob li jkun hemm skambju trasparenti ta' l-aħjar prattika u li l-Kummissjoni tippubblika "klassifika" annwali ta' Stati Membri bl-aħjar u l-agħar riżultati fir-rigward riformi fl-interess li wieħed jitgħallem kemm mis-suċċessi u kemm mill-fallimenti; jenfasizza madankollu f'dan il-kuntest li hawnhekk huwa neċessarju ammont xieraq ta' indikaturi integrati li jkopru l-oqsma kollha tal-politika ta' l-Istrateġija ta' Liżbona; 29. Jiddispjaċih li l-viżibilità ta' l-Istrateġija ta' Liżbona fil-politiki nazzjonali ta' bosta Stati Membri għadha dgħajfa; huwa tal-fehma li l-mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati ekonomiċi kollha hija essenzjali biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha; jemmen, b'mod partikulari, li aktar involviment ta' limsieħba soċjali, tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili jtejjeb il-viżibiltà ta' l-Istrateġija ta' Liżbona u lkwalità tad-dibattitu pubbliku dwar ir-riformi ekonomiċi, isaħħaħ ir-responsabiltà u jkabbar l-għarfien talpubbliku dwar il-ħtieġa li l-politiki ekonomiċi jkunu kordinati mill-qrib biex ikunu indirizzati l-isfidi ewlenin mill-proċess ta' globalizzazzjoni li qiegħed iseħħ u biex tkun adottata pożizzjoni kollettiva sabiex tittejjeb ilgovernanza ekonomika fl-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'impenn il-Linji Gwida Integrati u l-programmi ta' riforma nazzjonali (NRPs) fl-ispirtu ta' "sjieda", b'involviment aħjar tal-parlamenti nazzjonali u persuni interessati oħra bħall-imsieħba soċjali; jitlob li ssir reviżjoni regolari tar-relevanza ta' l-NRPs skond il-prinċipju tal-"benchmarking", inkluż proċess ta' konsultazzjoni aktar wiesgħa f'dawk l-Istati Membri fejn din għadha mhijiex in-norma; jistenna li l-prijoritajiet ta' dawn l-NRPs ikunu riflessi aħjar fil-kalendarju u fil-kontenut tad-deċiżjonijiet dwar il-baġit nazzjonali; 30. Jilqa' b'sodisfazzjon il-konsolidazzjoni u l-integrazzjoni tal-linji gwida għal miżuri ta' politika ekonomika, strutturali u ta' l-impjiegi; jtenni f'dan ir-rigward li l-linji gwida għal politika ekonomika u strutturali għandu jkollhom l-istess stejtus leġiżlattiv tal-linji gwida għal miżuri ta' politika ta' l-impjiegi u li għandha titfassal ftehima interistituzzjonali sabiex tkun iċċarata l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'dan il-kuntest; 31. Jistenna, minħabba x-xogħol li jrid isir fuq ir-reviżjoni tal-Linji Gwida Integrati, li jara proċess ta' riflessjoni konġunt bejn l-istituzzjonijiet ta' l-UE konċernati u jipproponi grupp ta' ħidma interistituzzjonali wara l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007; jirrakkomanda l-aspetti li ġejjin biex tittejjeb l-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' riforma ta' l-UE għad-diskussjoni u r-riflessjoni: - preżentazzjoni ta' analiżi dettaljata tar-riformi strutturali u l-effetti diretti tagħhom fuq il-produttività u d-domanda tas-suq intern bil-ħsieb tar-reviżjoni tal-Linji Gwida Integrati; - żvilupp ta' linji gwida Integrati iktar ċari u ffukati filwaqt li jiżdied in-numru ta' oqsma ta' riforma li jridu jkunu koperti fir-rigward eż. l-aġenda ta' riforma komprensiva għal politika ta' sostenibiltà ekoloġika iktar attiva, li ma tkunx limitata biss għall-qasam tal-politika ta' l-enerġija, u għal politika iktar impenjata biex tippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja; - żvilupp ta' struttura ta' rappurtaġġ iktar standardizzata fil-kuntest tal-programmi ta' riforma nazzjonali, mingħajr ma jkun kompromess id-dritt ta' l-Istati Membri li jfasslu prijoritajiet ta' riforma nazzjonali; - żvilupp ta' linji gwida u benchmarks għal konsultazzjonijiet nazzjonali, inklużi rakkomandazzjonijiet għall-involviment u l-parteċipazzjoni attiva ta' parlamenti nazzjonali kemm fit-tfassil kif ukoll fir-reviżjoni tal-programmi ta' riforma nazzjonali; - żvilupp u skambju ta' mudelli li jirnexxu għal strateġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni; - żieda ta' l-effettività ta' l-aġenda ta' riforma ta' l-UE billi jkunu kkonsolidati l-kontenut u ż-żmien opportun ta' strumenti ta' politika ekonomika li għadhom jintużaw separatament, bil-għan ta' "strateġija ta' tkabbir intelliġenti" li ssaħħaħ aktar ix-xogħol ta' rappurtaġġ u evalwazzjoni fil-qasam tal-programmi ta' riforma nazzjonali, iżda li fl-istess ħin tinvolvi wkoll il-programmi ta' stabilità nazzjonali u ta' konverġenza u l-inizjattivi sistematiċi biex ikun inkorporat il-prinċipju ta' sostenibilità ekoloġika; 32. Jiddispjaċih għal darb'oħra li għadu ma ġie miftiehem l-ebda pjan ta' żmien ċar u lanqas kodiċi ta' prattika bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, li jistgħu jiggarantixxu kooperazzjoni xierqa u involviment komprensiv tat-tliet organi ta' l-UE konċernati fil-kontinwazzjoni tat-tħaddim tal-Linji Gwida Integrati bħala strument ewlieni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw minnufih proposti għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn it-tliet istituzzjonijiet ta' l-UE kkonċernatibil- ħsieb li ssir reviżjoni tal-Linji Gwida Integrati; * * * 33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill- Kummissjoni. [1] ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21. [2] Ħarifa 2006, Nru 5/2006. [3] http://ec.europa.eu/growthandjobs/key/nrp2006_en.htm [4] ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 248. --------------------------------------------------