Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri (2006/2200(INI))
Official Journal 287 E , 29/11/2007 P. 0309 - 0333
P6_TA(2007)0032 It-Trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri (2006/2200(INI)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 15 ta' Diċembru 2005 dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri [1], - wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat- 18 ta' Jannar 2006 sabiex jitwaqqaf Kumitat Temporanju dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri [2], - wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tas- 6 ta' Lulju 2006 dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri, wara r-rapport intermedju tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju [3], - wara li kkunsidra d-delegazzjonijiet li l-Kumitat Temporanju bagħat fir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Istati Uniti, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fir-Rumanija, fil-Polonja u fil-Portugal, - wara li kkunsidra mhux inqas minn mija u tletin seduta ta' smigħ li wettaq il-Kumitat Temporanju matul il-laqgħat delegazzjonijiet u intervisti kunfidenzjali tiegħu, - wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet kollha li rċieva l-Kumitat Temporanju bil-miktub jew li għalihom kellu aċċess, u b'mod partikulari d-dokumenti kunfidenzjali li ntbagħtu lilu (b'mod partikulari mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol) u mill-Gvern Ġermaniż) jew li kiseb minn diversi sorsi, - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 30 ta' Novembru 2006 dwar il-progress magħmul fl-UE lejn iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (AFSJ) (L-Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE) [4], u l-aktar il-paragrafu 3 tiegħu, - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 13 ta' Ġunju 2006 dwar il-qagħda tal-priġunieri f'Guantánamo [5], - having regard to Rule 175 of its Rules of Procedure, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Temporanju dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għattrasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri (A6-0020/2007), A. billi bir-riżoluzzjoni tiegħu tas- 6 ta' Lulju 2006, il-Parlament iddeċieda li l-Kumitat Temporanju għandu jissokta bil-ħidma tiegħu għaż-żmien li baqa' tal-mandat stabbilit ta' tnax-il xaħar, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 175 tar-Regolament tiegħu dwar tiġdid eventwali, B. billi meta adotta r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 22 ta' Novembru 1990 dwar il-każ Gladio [6], il-Parlament kien diġà ġibed l-attenzjoni, aktar minn sittax il-sena ilu, dwar l-eżistenza ta' attivitajiet klandestini li jinvolvu s-servizzi sigrieti u organizzazzjonijiet militari 'l barra minn ebda kontroll demokratiku xieraq, C. billi l-Istati Membri ma jistgħux jevitaw ir-rekwiżiti imposti fuqhom mil-liġi kommunitarja Ewropea (KE) u l-liġi internazzjonali billi jippermettu s-servizzi sigrieti ta' pajjiżi oħra, li jkunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali anqas rigorużi, li joperaw fit-territorju tagħhom; barra minn hekk, billi l-operazzjonijiet tas-servizzi sigrieti huma konsistenti mad-drittijiet fundamentali biss jekk ikunu jeżistu arranġamenti adegwati biex dan ikunu immoniterjati, D. billi l-prinċipju ta' l-invjolabilità tad-dinjità tal-bniedem huwa mħaddan fil-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-aktar fil-preambolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-preambolu u l-Artikolu 10 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u billi dan il-prinċipju huwa ggarantit mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi dan il-prinċipju ġie mtenni f'ħafna mill-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri, kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea [7], u billi dan il-prinċipju m'għandux ikun imdgħajjef, ukoll jekk għal skopijiet ta' sigurtà fi żminijiet kemm ta' paċi u kemm ta' gwerra E. billi l-prinċipju ta' l-invjolabilità tad-dinjità tal-bniedem huwa l-bażi ta' kull dritt fundamentali ieħor li huwa ggarantit minn strumenti tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, Ewropej u nazzjonali, b'mod partikolari d-dritt għall-ħajja, id-dritt għall-ħelsien minn torturi u trattamenti jew kastigi li huma inumani jew degradanti, id-dritt għall-libertà u s-sigurtà, id-dritt għall-protezzjoni fil-każ ta' tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġuridiku ġust, F. billi l-konsenja straordinarja u d-detenzjoni sigrieta jinvolvu diversi vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-vjolazzjonijiet tad-dritt għall-libertà u għas-sigurtà, il-ħelsien mit-tortura u ttrattament kiefer, inuman jew degradanti, id-dritt għal rimedju effettiv, u, f'każi estremi, id-dritt għal ħajja; billi, f'xi każi, fejn il-konsenja twassal għad-detenzjoni sigrieta, tirriżulta f'każ ta' għajbien sfurzat, G. billi l-projbizzjoni tat-tortura hija regola perentorja tad-dritt internazzjonali (jus cogens) li minnha ma jista' jkun hemm ebda deroga u l-obbligu ta' protezzjoni minn tortura, u li din tkun investigata u sanzjonata huwa obbligu ta' l-istati kollha (erga omnes), kif ipprovdut mill-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-ġurisprudenza relatata, l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta'l-Unjoni Ewropea, u l-kostituzzjonijiet u l-liġijiet nazzjonali; billi konvenzjonijiet u protokolli speċifiċi dwar ittortura u l-mekkaniżmi tal-monitoraġġ adottati fuq livell Ewropew u internazzjonali juru l-importanza mogħtija mill-komunità internazzjonali lil din ir-regola invjolabbli; whereas the use of diplomatic assurances is incompatible with this obligation, H. billi fid-demokraziji fejn ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa inerenti, il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tintrebaħ billi jiġu sagrifikati jew limitati l-istess prinċipji li t-terroriżmu jfittex li jeqred, jiġifieri, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu titsa' u għandha ssir b'mezzi legali u billi dan irid jintrebaħ bir-rispett lejn il-liġi internazzjonali u nazzjonali, I. billi jeħtieġ li jinħolqu strumenti legali effiċjenti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fi ħdan il-qafas tal-liġi internazzjonali u nazzjonali, J. billi l-istrateġija tal-gvern ta' l-Istati Uniti sabiex tiġġieled it-terroriżmu għamlet użu minn strumenti invażivi sabiex timmoniterja data sensittiva dwar ċittadini Ewropej, bħalma huwa l-ftehim tar-Rekord ta' Isem il-Passiġġier (PNR), u sabiex timmoniterja informazzjoni bankarja permezz tan-networks SWIFT (Soċjetà tat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija), K. billi dan ir-rapport mhux maħsub sabiex ikun attakk fuq in-natura sigrieta tas-servizzi sigrieti, iżda huwa aktar maħsub sabiex jiddenunzja l-illegalità ta' dawk l-attivitajiet sigrieti li, fiċ-ċirkustanzi li qed jiġu investigati, wasslu għal ksur tal-liġi nazzjonali u internazzjonali fin-nuqqas ta' kontroll demokratiku xieraq, L. billi fis- 6 ta' Settembru 2006 l-President ta' l-Istati Uniti George W. Bush ikkonferma li s-Central Intelligence Agency (CIA) kienet qed tħaddem programm ta' detenzjoni sigrieta barra l-Istati Uniti, M. billi l-President George W. Bush iddikjara li l-informazzjoni vitali li nkisbet mill-programm tal-konsenja straordinarja u tad-detenzjoni sigrieta kienet maqsuma ma' pajjiżi oħra u li l-programm kellu jissokta, li tqajjem il-possibilità kbira li xi pajjiżi Ewropej setgħu, konxjament jew le, rċevew informazzjoni miksuba permezz ta' mezzi ta' tortura, N. billi l-Kumitat Temporanju kiseb, minn sors kunfidenzjali, rekords tal-laqgħa transatlantika informali tas- 7 ta' Diċembru 2005 bejn ministri ta' l-affarijiet barranin ta' l-Unjoni Ewropea (UE) u tan-NATO, li għaliha attendiet ukoll is-Segretarju ta' l-Istat Amerikan Condoleezza Rice, li jikkonfermaw li l-Istati Membri kellhom għarfien dwar il-programm ta' konsenja straordinarja, filwaqt li l-interlokuturi uffiċjali kollha tal-Kumitat Temporanju taw informazzjoni mhux preċiża dwar din il-kwistjoni, billi l-fatt li dawk il-laqgħat kienu saru ġie miżmum mill-Parlament u nżammet segretezza assoluta dwar il-proċedimenti, O. billi l-Kumitat Temporanju kiseb, minn sors kunfidenzjali, rekords ta' laqgħat bejn il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) u l-Grupp ta' Ħidma dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi (COTRA) ma' rappreżentanti għolja tad-Dipartiment ta' l-Istat ta'l-Istati Uniti matul lewwel nofs ta' l-2006 (eżattament fit- 8 ta' Frar u t- 3 ta' Mejju 2006), filwaqt li l-Presidenza tal-Kunsill tah biss verżjoni fil-qosor ta' dawn id-dokumenti, billi d-dokumenti dwar dawn il-laqgħat mibgħuta mill-Kunsill lill-Parlament, fuq talba speċifika tal-Parlament, kienu sommarji mhux sħaħ ta' dak li ġara fil-laqgħat u b'partijiet essenzjali neqsin, P. billi l-informazzjoni dwar dawn il-laqgħat ma ġietx mgħoddija lill-Parlament Ewropew u nżammet segretezza assoluta fir-rigward ta' x'ġara fihom, Q. billi, f'din ir-riżoluzzjoni, bil-kliem "pajjiżi Ewropej" wieħed għandu jifhem li jfissru Stati Membri u pajjiżi kandidati u assoċjati, kif indikat fil-mandat tal-Kumitat Temporanju adottat fit- 18 ta' Jannar 2006, 1. Ifakkar li t-terroriżmu jirrappreżenta waħda mit-theddidiet prinċipali għas-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea u li jrid jiġi miġġieled bi sforzi legali u kkoordinati min-naħa tal-gvernijiet Ewropej kollha, b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' imsieħba internazzjonali u l-aktar ma' l-Istati Uniti, skond l-istrateġija ddefinita fil-livell tan- Nazzjonijiet Uniti (NU); jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq fuq bażi tal-valuri komuni tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u wkoll sabiex nipproteġu 'l dawn; barra minn dan jagħmel enfasi li x-xogħol kollu li twettaq mill-Kumitat Temporanju huwa maħsub li jkun ta' kontribut għall-iżvilupp ta' miżuri ċari u ffukati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, li huma komunement aċċettati u li jirrispettaw il-liġi nazzjonali u internazzjonali; 2. Jikkunsidra li wara l-inċidenti tal- 11 ta' Settembru 2001, l-hekk imsejħa "gwerra kontra t-terrur" — bleċċessi tagħha — wasslet biex b'mod serju u perikoluż ittieklu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif semma s-Segretarju Ġenerali tan-NU li għadu kif spiċċa mill-kariga, Kofi Annan; 3. Huwa konvint li d-drittijiet ta' l-individwu u r-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem jikkontribwixxu għas-sigurtà; Jikkunsidra li huwa neċessarju li fir-relazzjoni bejn il-bżonn tas-sigurtà u d-drittijiet ta' l-individwi, id-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem irrispettatti bis-sħiħ, u jkun żgurat li terroristi suspettati jittellgħu il-qorti u jiġu kkastigati filwaqt li jkun osservat proċess xieraq; 4. Jenfasizza li l-obbligu pożittiv li jiġu rrispettati, imħarsa u promossi d-drittijiet tal-bniedem jorbot dejjem, indipendentement mill-istatus legali ta' l-individwu kkonċernat, u li trid tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' l-UE, residenti ta' l-Istati Membri, u kwalunkwe persuna oħra li għandha dritt ta' protezzjoni ta' l-Istati Membri, jew soġġetta għall-ġuridizzjoni ta' l-Istati Membri; 5. Ifakkar li l-għan ta' din ir-riżoluzzjoni, ibbażata fuq ir-rapport tal-Kumitat Temporanju, huwa kemm li jkunu stabbiliti r-responsabbiltajiet għal dawk il-fatti li kien kapaċi jistudja, kif ukoll biex jiġu kkunsidrati lmezzi biex jiġi evitat li jerġgħu jitwettqu l-abbużi u l-vjolazzjonijiet li twettqu fil-qafas tal-ġlieda kontra tterroriżmu; 6. Jinnota li d-dikjarazzjoni tal-President Amerikan George W. Bush tas- 6 ta' Settembru 2006, fejn skond hu, "numru żgħir ta' mexxejja ta' terroristi u operattivi suspettati maqbuda waqt il-gwerra inżammu u ġew interrogati barra mill-Istati Uniti, f'programm separat mħaddem mis-CIA", li ħafna mill-persuni li nżammu fihom, ġew eventwalment ittrasferiti għal Guantánamo u li hemm suspett qawwi li priġunieri oħra għadhom jinżammu fi nħawi sigrieti ta' detenzjoni; jinnota r-rapport tal-Federal Bureau of Investigation (FBI) tat- 2 ta' Jannar 2007 li jsemmi 26 xhieda ta' trattament ħażin fi Guantánamo mill- 11 ta' Settembru 2001; 7. Jiddeplora, f'dan ir-rigward, in-nuqqas ta' ħila tal-Kunsill, minħabba l-oppożizzjoni ta' xi Stati Membri, li jadotta konklużjonijiet bħala risposta għal din id-dikjarazzjoni fil-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u r- Relazzjonijiet Esterni tal- 15 ta' Settembru 2006, u jitlob li l-Kunsill jadottahom b'mod urġenti sabiex ixejjen kull dubju dwar il-koperazzjoni u l-kompliċità tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-programm tal-konsenja straordinarja u tal-ħabsijiet sigrieti fil-passat, fil-preżent u fil-futur; 8. Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu dikjarazzjoni ċara u b'saħħitha li fiha jappellaw lill-Gvern ta' l-Istati Uniti sabiex ittemm il-prattika ta' l-arresti u l-konsenji straordinarji, b'konformità malpożizzjoni tal-Parlament; 9. Jiddeplora l-fatt li l-gvernijiet tal-pajjiżi Ewropej ma ħassewx il-ħtieġa li jistaqsu lill-Gvern ta' l-Istati Uniti għal kjarifiki dwar l-eżistenza ta' ħabsijiet sigrieti barra t-territorju ta' l-Istati Uniti; 10. Jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-konsulent legali tad-Dipartiment ta' l-Istat ta'l-Istati Uniti waqt il-laqgħa tiegħu fil-Kunsill, nhar it- 3 ta' Mejju 2006, mar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, li skond dawn id-dikjarazzjonijiet, fit-twettiq tal-programm ta' konsenji straordinarji, li tiegħu kkonferma l-eżistenza, dejjem kien hemm rispett sħiħ għas-sovranità tal-pajjiżi kkonċernati; jinnota li ir-rimarka tiegħu kienet eventwalment ikkonfermata waqt il-laqgħa mad-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju li żaret Washington; 11. Jirringrazzja l-ex-aġenti tas-CIA li offrew il-koperazzjoni tagħhom lill-Kumitat Temporanju, b'mod partikulari fl-okkażjoni ta' ċerti laqgħat konfidenzjali li matulhom dawn ta' l-aħħar ikkonfermaw li l-programm ta' konsenji kien diġà beda matul is-snin 90; 12. Jilqa' b'sodisfazzjon l-aħbar mogħtija mill-maġġoranza l-ġdida stabbilita bl-elezzjoni għas-Senat ta' l-Istati Uniti li se tinvestiga l-programm ta' konsenji straordinarji tas-CIA; jinnota b'enfasi li dan jikkonferma iżjed ir-rilevanza tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju; 13. Jikkundanna n-nuqqas ta' koperazzjoni ta' ħafna Stati Membri, u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Temporanju; jenfasizza li l-imġiba ta' l-Istati Membri u, b'mod partikulari, tal-Kunsill u l-Presidenzi tiegħu, waqgħet ferm taħt l-istandard li l-Parlament għandu d-dritt jistenna; 14. Jemmen li n-nuqqas serju ta' tweġibiet konkreti għall-mistoqsijiet imressqa mill-vittmi, minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), mill-media u minn membri parlamentari, kompla jsaħħaħ il-validità ta' l-allegazzjonijiet li diġà huma ddokumentati sewwa; 15. Jagħmel enfasi fuq il-ħidma serja u rigoruża li wettqu l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, Ġermaniżi, Spanjoli u Portuġiżi dwar l-allegazzjonijiet relatati mal-mandat tal-Kumitat Temporanju, u jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji fi Stati Membri oħra sabiex jaġixxu bl-istess mod fuq il-bażi ta' l-informazzjoni sostanzjali li l-Kumitat Temporanju għamel disponibbli; 16. Iħeġġeġ lill-Parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi Ewropej biex jissoktaw bl-investigazzjonijiet fil-fond jew biex iniedu investigazzjonijiet fil-fond, bil-mod li jaħsbu l-aktar xieraq u effiċjenti, dwar dawn l-allegazzjonijiet, inkluż billi jitwaqqfu kumitati parlamentari ta' inkjesta; 17. Ifaħħar lill-istampa dinjija, b'mod partikulari lill-ġurnalisti ta' l-Istati Uniti li kienu l-ewwel nies li kixfu l-abbużi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-konsenja straordinarja, b'hekk urew it-tradizzjoni demokratika kbira ta' l-istampa Amerikana; jirrikonoxxi wkoll l-isforzi u x-xogħol siewi mwettaq minn diversi NGOs rigward dawn il-kwistjonijiet, b'mod partikulari l-Istatewatch, l-Amnesty International u l-Human Rights Watch; 18. Jirrikonoxxi li xi informazzjoni fir-rapport tal-Kumitat Temporanju, inkluża l-eżistenza ta' ħabsijiet sigrieti tas-CIA, ġejja minn sorsi uffiċjali jew mhux uffiċjali mill-Istati Uniti, li juri l-vitalità u l-awto-sorveljanza li jagħmlu parti mid-demokrazija ta' l-Istati Uniti; 19. Jesprimi l-gratitudni profonda tiegħu lejn il-vittmi kollha li kellhom il-kuraġġ li jaqsmu mal-Kumitat Temporanju l-esperjenzi trawmatiċi ħafna tagħhom; 20. Jitlob lill-pajjiżi Ewropej kollha biex ma jiħdux passi kontra uffiċjali, ex-uffiċjali, ġurnalisti u oħrajn li, bix-xhieda jew bl-informazzjoni oħra tagħhom, jew lill-kumitat temporanju jew lill-korpi oħra ta' investigazzjoni, għenu biex jintefa' dawl fuq is-sistema ta' konsenja straordinarja, id-detenzjoni illegali u t-trasportazzjoni ta' terroristi suspettati; 21. Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill, kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tiegħu tas- 6 ta' Lulju 2006, biex tiġi adottata pożizzjoni komuni li teskludi l-aċċetazzjoni sempliċement ta' garanziji diplomatiċi minn pajjiżi terzi bħala bażi għal kwalunkwe dispożizzjoni ta' estradizzjoni legali, fejn ikun hemm raġunijiet sostanzjali li wieħed jemmen li individwi jkunu fil-periklu li jisfaw torturati jew trattati ħażin; Koperazzjoni ma' istituzzjonijiet ta' l-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali 22. Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill u l-Presidenza tiegħu naqsu mill-obbligu tagħhom li jżommu l-Parlament Ewropew informat kompletament dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fondamentali tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni (CFSP) u dwar il-ħidma li twettqet fil-qasam ta' koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, skond l-Artikoli 21 u 39 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea; 23. Jagħmel enfasi, f'dan ir-rigward, li mhux aċċettabbli, għall-ebda raġuni, li l-Kunsill kellu l-ewwel jaħbi, u wara, fuq talba tal-Parlament, ta biss tagħrif frammentarju dwar id-diskussjonijiet li kellu regolarment ma' uffiċjali għolja tal-Gvern ta' l-Istati Uniti, waqt li sostna li din kienet l-unika verżjoni disponibbli; barra minn hekk jikkundanna l-fatt li l-Kunsill irrefera wkoll għat-talba ta' gvern ta' pajjiż terz li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali; 24. Jinnota li dawn in-nuqqasijiet tal-Kunsill jimplikaw lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri kollha peress li huma għandhom responsabilità kollettiva bħala membri tal-Kunsill; 25. Jinsab offiż mill-proposta li jidher li kellha titressaq mill-Presidenza tal-Kunsill ta' dakinhar sabiex jitwaqqaf qafas konġunt mal-Gvern ta'l-Istati Uniti dwar standards għall-konsenja ta' terroristi suspettati, kif konfermat minn dawk li ħadu sehem fil-laqgħa tal-COJUR u l-COTRA ma' rappreżentanti għolja tad-Dipartiment ta' l-Istat Amerikan li saret fi Brussell fit- 3 ta' Mejju 2006; 26. Jappella sabiex ikunu magħrufa r-riżultati tad-diskussjonijiet li saru ma' l-Istati Uniti, skond il-Koordinatur tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ta' l-UE Gijs de Vries, dwar id-definizzjonijiet ta' "konsenja" u ta' "konsenja straodinarja"; 27. Jinnota l-fatt li s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, (u r-rappreżentant għoli għas-CFSP, Javier Solana, afferma mill-ġdid li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżuri li jieħdu sabiex jiġġieldu t-terroriżmu jkunu konformi ma' l-obbligi tagħhom skond il-liġi internazzjonali; jesprimi ttħassib tiegħu rigward in-nuqqasijiet li jirriżultaw mid-dikjarazzjonijiet magħmula quddiem il-Kumitat Temporanju mill-Kunsill u mis-Segretarju Ġenerali tiegħu dwar id-diskussjonijiet u l-għarfien tal-Kunsill rigward il-metodi użati mill-Istati Uniti fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu; jiddeplora l-fatt li dan ma setgħax iżid ma' l-evidenza li diġà kellu fil-pussess tiegħu l-Kumitat Temporanju; lill-Kunsill jitlobu sabiex jikxef l-fatti u d-diskussjonijiet kollha dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tal-Kumitat Temporanju u sabiex jippromwovi politika barranija Ewropea u strateġija internazzjonali kontra t-terroriżmu li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; 28. Jesprimi dubju dwar f'hix tikkonsisti verament il-kariga ta' Koordinatur tal-Ġlieda kontra t-terroriżmu ta' l-UE, li qed jokkupa Gijs de Vries, peress li dan ma setgħax jagħti tweġibiet sodisfaċenti għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kumitat Temporanju; hu ta' l-opinjoni li fil-futur qarib għandhom isiru reviżjoni u tisħiħ talkompetenzi u tas-setgħat tiegħu kif ukoll jiżdiedu t-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tiegħu mill-Parlament, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; 29. Jiddeplora ċ-caħda min-naħa tad-Direttur ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Ewropea (Europol), Max-Peter Ratzel li jidher quddiem il-Kumitat Temporanju, l-aktar bmod partikolari minħabba li rriżulta li xi uffiċjali ta' koordinazzjoni (liaison), b'mod partikolari għas-servizzi sigrieti ta intelliġenza ta' l-Istati Uniti, ġew issekondati fl-Europol; jitlob li d-Direttur jipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni komprensiva dwar lirwol ta' dawn l-uffiċjali ta' koordinazzjoni, il-ħidmiet tagħhom, id-data li kellhom aċċess għaliha u l-kundizzjonijiet għal dan l-aċċess; 30. Jagħti ħajr lill-Viċi President tal-Kummissjoni Franco Frattini għall-kooperazzjoni tiegħu mal-ħidma tal-Kumitat Temporanju u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-ħidma tagħha fil-kuntest ta'l-isforzi kontinwi biex tiġi żgurata il-verità u tiġi prevenuta kwalunkwe repetizzjoni tal-fatti analizzati mill-Kumitat Temporanju; Jieħu nota tal-fatt li d-Direttur tal-Europol, Max-Peter; 31. Partikularment jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn muri mill-Viċi-president Frattini sabiex iniedi qafas ta' koperazzjoni Ewro-Atlantiku fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, b'regoli armonizzati dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; 32. Jirringrazzja lill-Eurocontrol, speċjalment lid-Direttur tagħha, għall-koperazzjoni eċċellenti u għallinformazzjoni utli ħafna li qasmet mal-Kumitat Temporanju; 33. Japprezza l-kollaborazzjoni mill-qrib li l-Kumitat Temporanju żamm mal-Kunsill ta' l-Ewropa, b'mod partikulari ma' l-Assemblea Parlamentari u s-Segretarju Ġenerali, u jħeġġeġ lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem — u liċ-Chairman tiegħu, is-Senatur Dick Marty — biex jissokta f'xogħlu; jagħmel enfasi fuq il-qbil bejn ir-riżultati li s'issa kisbu ż-żewġ kumitatti; jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-Segretarju-Ġenerali Terry Davis lill-Kumitat tal-Ministri; 34. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar iċ-ċaħdiet tas-Segretarju Ġenerali u ta' l-ex-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Lord Robertson u Jaap de Hoop Scheffer, li jidhru quddiem il-Kumitat Temporanju, u dwar ir-rifjut ta' din l-Organizzazzjoni għat-talba tiegħu għall-aċċess għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kunsill tan-Nord Atlantiku fl- 4 ta' Ottubru 2001 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat tan-Nord Atlantiku wara lattakki tal- 11 ta' Settembru 2001 kontra l-Istati Uniti; itenni t-talba tiegħu biex id-deċiżjoni isir pubbliku u sabiex talanqas tingħata informazzjoni dwar il-kontenut tiegħu, l-implimentazzjoni tiegħu fil-passat u filpreżent, dwar jekk għadux fis-seħħ u dwar jekk kinux mħaddma titjiriet tas-CIA f'dan il-qafas; 35. Jirringrazzja lir-rapporteurs speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, Manfred Nowak (dwar torturi) u Martin Scheinin (dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'rabta ma' miżuri kontra t-terroriżmu) għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-ħidma tal-Kumitat Temporanju, filwaqt li jiddispjaċih li ma kienx possibbli għall-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, Louise Arbour, li tiltaqa'mal-Kumitat Temporanju; jirringrazzja wkoll lin-Networks Ewropew ta' l-Esperti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u b'mod partikulari lill-Koordinatur tiegħu, Olivier De Schutter, għall-kontribuzzjoni tagħhom għax-xogħol tal-Kumitat Temporanju; Informazzjoni analizzata mill-kumitat temporanju Konsenja straordinarja u l-użu ħażin ta' l-ispazju ta' l-ajru u ta' l-ajruporti 36. Ifakkar li l-programm tal-konsenja straordinarja huwa prattika extraġudizzjarja li tikser l-istandards internazzjonali stabbiliti tad-drittijiet tal-bniedem u li permezz tagħha individwu suspettat li jkun involut fitterroriżmu jiġi maħtuf illegalment, arrestat u/jew trasferit għall-kustodja ta' uffiċjali ta' l-Istati Uniti u/jew trasportat lejn pajjiż ieħor biex jiġi interrogat li, fil-parti l-kbira tal-każi, tinvolvi detenzjoni "incommunicado" u tortura; 37. Jiddeplora l-fatt li l-familji tal-vittmi mhux qed jingħataw l-ebda informazzjoni dwar id-destin ta' qrabathom; 38. Jenfasizza, minkejja konfużjoni intenzjonata maħluqa minn xi rappreżentanti ta' l-Istati Uniti f'diskors fil-privat u fil-pubbliku, li l-konsenja straordinarja hija prattika kompletament differenti minn dik li intużat minn xi pajjiżi Ewropej biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali għall-aħħar, l-aktar id-detenzjoni jew it-teħid fil-kustodja f'pajjiżi terzi ta' individwi akkużati b'mod formali b'reati serji ħafna, sabiex ikunu ttrasferiti f'art Ewropea sabiex jiffaċċjaw akkużi kriminali quddiem qorti bil-garanziji legali kollha ta' sistema ġudizzjarja; 39. Jikkundanna l-konsenja straordinarja bħala strument illegali użat mill-Istati Uniti fil-ġlieda kontra tterroriżmu; jikkundanna, barra dan, il-fatt li s-servizzi sigrieti u l-awtoritajiet governattivi ta' ċerti pajjiżi Ewropej aċċettaw u ħbew din il-prattika f'diversi okkażjonijiet; 40. Jikkundanna kwalunkwe parteċipazzjoni fl-interrogazzjoni ta' individwi li huma vittmi ta' konsenja straordinarja, għaliex din tirrappreżenta leġittimizzazzjoni deplorevoli ta' dik it-tip ta' proċedura illegali, ukoll fejn dawk li jipparteċipaw fl-interrogazzjoni ma jkollhomx responsabbiltà diretta fil-ħtif, żamma, tortura jew trattament ħażin tal-vittmi; 41. Jikkunsidra li l-prattika ta' konsenja straordinarja ntweriet li hija kontroproduttiva fil-ġlieda kontra tterroriżmu u li l-konsenja straordinarja fil-fatt tagħmel ħsara u ddgħajjef il-proċeduri regolari tal-pulizija u dawk ġudizzjarji kontra terroristi suspettati; 42. Jenfasizza li ta' lanqas 1245 titjira operati mis-CIA taru fl-ispazju ta' l-ajru Ewropew jew waqfu f'ajruporti Ewropej bejn l-aħħar ta' l-2001 u l-aħħar ta' l-2005, u li ma' dawn għandu jiżdied numru mhux speċifikat ta' titjiriet militari għall-istess skop; ifakkar li, minn naħa, seta' kien hemm aktar titjiriet tas-CIA minn dawk ikkonfermati mill-investigazzjonijiet li saru mill-Kumitat Temporanju, waqt li, minn naħa l-oħra, mhux dawk it-titjiriet kollha kienu użati għall-konsenja straordinarja; 43. Jiddispjaċih li pajjiżi Ewropej kienu qed jerħu l-kontroll tagħhom fuq l-ispazju ta' l-ajru u l-ajruporti tagħhom billi jagħmlu ta' bir-ruħhom li ma jindunawx jew jippermettu titjiriet imħaddma mis-CIA li, f'ċerti okkażjonijiet, kienu qed jintużaw għal konsenji straordinarji jew għat-trasportazzjoni illegali ta' persuni detenuti, u jfakkar fl-obbligi pożittivi tagħhom li joriġinaw mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR), kif imtenni mill-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (Kummissjoni ta' Venezja); 44. Huwa mħasseb, b'mod partikulari li l-permessi wiesgħa bla kontroll għal titjiriet fl-ispazju ta' l-ajru u għal waqfiet mit-titjira mogħtija lill-ajruplani operati mis-CIA setgħu kienu bbażati, fost l-oħrajn, fuq il-Ftehima tan-NATO dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5 tan-North Atlantic Treaty, adottata fl- 4 ta' Ottubru 2001; 45. Jinnota li s-sentenza tal-Qorti Suprema ta' l-Istati Uniti, li titlob l-għeluq tal-ħabs ta' Guantánamo, tgħid li l-maġġoranza tal-persuni miżmuma fil-bażi Kubana ġew mill-Afganistan u għalhekk dawn bilfors għaddew mill-Ewropa; 46. Ifakkar li l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Il-Konvenzjoni ta' Chicago) jistabbilixxi l-prinċipju li l-Istati kontraenti għandhom sovranità kompleta u esklussiva fuq l-ispazju ta' l-ajru fuq it-territorju tagħhom, u għaldaqstant dan ma jwassal għall-ebda esklużjoni mir-responsabilità sħiħa ta' l-Istati għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorju tagħhom inkluż l-ispazju ta' l-ajru fuqhom; 47. Jenfasizza li s-CIA kienet qed tuża r-regoli ta' l-avjazzjoni ċivili biex tevita l-obbligi legali għall-ajruplani ta' l-istat, inklużi dawk operati mill-militar u mill-pulizija, kif ipprovdut fil-Konvenzjoni ta' Chicago; ifakkar li l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jistipula li: "Kull Stat firmatarju jaqbel li ma jużax l-avjazzjoni ċivili għall-ebda skop li mhux konsistenti ma' l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni"; 48. Jikkonferma, fuq il-bażi ta' informazzjoni komplimentari li waslet matul it-tieni parti ta' ħidma tal-Kumitat Temporanju, li mhux probabbli li ċerti gvernijiet Ewropej ma kellhomx għarfien dwar attivitajiet marbuta ma' konsenji straordinarji li ġraw fit-territorji tagħhom; 49. Jenfasizza li d-dokumenti ta' ħidma Nru 7 u Nru 8 [8] tal-Kumitat Temporanju jipprovdu informazzjoni addizzjonali tal-konsenji straordinarji analizzati mill-kumitat, kif ukoll tal-kumpaniji marbuta mas-CIA, ta' l-inġenji ta' l-ajru użati mis-CIA u tal-pajjiżi Ewropej li fihom l-ajruplani tas-CIA għamlu l-waqfiet; L-ITALJA 50. Jiddeplora l-fatt li r-rappreżentanti tal-Gvern Taljan preżenti u dak ta' qabel, li huma jew kienu responsabbli għas-servizzi sigrieti Taljani, naqsu milli jaċċettaw l-istedina biex jidhru quddiem il-Kumitat Temporanju; 51. Jikkundanna l-konsenja straordinarja mis-CIA tal-klierku Eġizzjan Abu Omar, li kien ingħata kenn fl-Italja u li nħataf f'Milan fis- 17 ta' Frar 2003, ġie trasferit minn Milan għall-bażi militari tan-Nato ta' Aviano b'karrozza, u wara bl-ajru għall-Eġittu vija l-bażi militari tan-Nato ta' Ramstein fil-Ġermanja, fejn inżamm "incommunicado" u ġie ttorturat; 52. Jikkundanna l-irwol attiv li ħa marixxal tal-carabinieri u ċerti uffiċjali tas-servizzi militari tas-sigurtà u sigrieti Taljani (SISMI) fil-ħtif ta' Abu Omar, kif ħareġ mill-investigazzjoni ġudizzjarja u mill-evidenza miġbura mill-Prosekutur Pubbliku għal Milan Armando Spataro; 53. Jikkonkludi, u jiddeplora l-fatt, li l-Ġeneral Nicolò Pollari, ex-Direttur ta' SISMI, ħeba l-verità meta deher quddiem il-Kumitat Temporanju fis- 6 ta' Marzu 2006, meta ddikjara li l-aġenti Taljani ma ħadu sehem fl-ebda ħtif tas-CIA u li SISMI ma kenitx taf dwar il-pjan għall-ħtif ta' Abu Omar; 54. Jikkunsidra bħala probabbli ħafna, peress li kienu involuti s-servizzi sigrieti tiegħu, li l-Gvern Taljan ta' dak iż-żmien kien jaf bil-konsenja straordinarja ta' Abu Omar min ġewwa t-territorju tiegħu; 55. Jirringrazzja lill-Prosekutur Pubbliku Spataro għax-xhieda tiegħu lill-Kumitat Temporanju, ifaħħar linvestigazzjonijiet effiċjenti u indipendenti li wettaq sabiex jitfa' dawl fuq il-konsenja straordinarja ta' Abu Omar u japprova kompletament il-konklużjonijiet tiegħu u d-deċiżjoni tal-GUP (Giudice dell'Udienza Preliminare) biex jitressqu quddiem qorti 26 ċittadin Amerikan, aġenti tas-CIA, seba' uffiċjali għolja ta' SISMI, carabiniere tar-Raggruppamento Operativo Speċjale (ROS, Ġrupp għall-Operazzjonijiet Speċjali) u l-assistent editur tal-gazzetta ta' kuljum "Libero"; jilqa' l-ftuħ tal-proċedimenti fil-Qorti ta' Milan; 56. Jiddispjaċih li l-ħtif ta' Abu Omar poġġa fil-periklu l-investigazzjoni tal-Prosekutur Pubbliku Spataro dwar in-network terroristiku li miegħu kien marbut Abu Omar; ifakkar li kieku Abu Omar ma nħatafx illegalment u ma ġiex trasportat f'pajjiż ieħor, kien ikollu proċess regolari u ġust fl-Italja; 57. Jinnota li x-xhieda li ngħatat mill-Ġeneral Pollari hija inkonsistenti ma' numru ta' dokumenti li nstabu fil-bini ta' SISMI u li ġew ikkonfiskati mill-prosekuturi Milaniżi; huwa ta' l-opinjoni li dawn id-dokumenti juru li SISMI kien jirċievi informazzjoni regolarment mis-CIA dwar iż-żamma ta' Abu Omar fl-Eġittu; 58. Jiddispjaċih ħafna li, fost l-oħrajn, il-prosekuturi ta' Milan kienu mqarrqa sistematikament mill-bord ta' SISMI bl-iskop li jagħmlu ħsara lill-investigazzjoni dwar il-konsenja straordinarja ta' Abu Omar; huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li l-bord ta' SISMI apparentement kellu skopijiet paralleli u dwar in-nuqqas ta' kontrolli xierqa interni u min-naħa tal-gvern; jitlob lill-gvern Taljan jirrimedja din is-sitwazzjoni b'urġenza billi jistabbilixxi kontrolli parlamentari u governattivi msaħħa; 59. Jikkundanna l-insegwiment illegali tal-ġurnalisti Taljani li kienu qed jinvestigaw il-konsenja straordinarja ta' Abu Omar u l-interċettazzjonijiet tal-konversazzjonijiet telefoniċi tagħhom kif ukoll il-konfiska talkompjuters tagħhom; jenfasizza li d-dikjarazzjonijiet maħlufa ta' dawn il-ġurnalisti kienu ta' benefiċċju immens għall-ħidma tal-Kumitat Temporanju; 60. Jikkritika ż-żmien twil li ħa l-Gvern Taljan biex jiddeċiedi li jneħħi lill-Ġeneral Pollari u jpoġġi lil ħaddieħor fil-kariga tiegħu; 61. Jiddispjaċih li dokument dwar il-koperazzjoni bejn l-Italja u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, li kien jgħin l-investigazzjoni dwar il-konsenja straordinarja ta' Abu Omar, ġie kklassifikat bħala sigriet mill-Gvern Taljan ta' qabel u li l-gvern preżenti ikkonferma l-istatus tal-klassifika ta' dan iddokumenti; 62. Iħeġġeġ lill-Ministru għal-Ġustizzja Taljan biex jipproċessa, kemm jista' jkun malajr, it-talbiet għallestradizzjoni tas-26 cittadin Amerikani li saret referenza għalihom, sabiex jidhru quddiem il-qorti l-Italja; 63. Jikkundanna l-konsenja straordinarja taċ-ċittadin Taljan Abou Elkassim Britel, li kien arrestat fil-Pakistan f'Marzu ta' l-2002 mill-pulizija tal-Pakistan u interrogat minn uffiċjali Amerikani u Pakistani, u wara dan ikkonsenjat lill-awtoritajiet Marokkini u mitfuħ il-ħabs fil-faċilità tad-detenzjoni "Tamara", fejn għadu jinsab miżmum; jenfasizza li l-investigazzjonijiet kriminali fl-Italja kontra Abou Ekassim Britel ingħalqu mingħajr ma tressqu ebda akkużi; 64. Jiddispjacih li, skond id-dokumentazzjoni pprovduta lill-Kumitat Temporanju mill-avukat ta' Abou Ekassim Britel, il-Ministeru Taljan għall-Intern kien f''koperazzjoni kostanti' ma' servizzi sigrieti barranin dwar il-każ ta' Abou Ekassim Britel wara li ġie arrestat fil-Pakistan; 65. Iħeġġeġ lill-Gvern Taljan biex jieħu passi konkreti biex jikseb il-ħelsien immedjat ta' Abou Elkassim Britel u biez jiżgura li proċeduri ġudizzjarji kontra Abu Omar jistgħu jsiru quddiem il-Qorti ta' Milan; 66. Jiddispjaċih ħafna li territorju Taljan ġie użat mis-CIA biex issir waqfa, waqt it-titjira mill-Istati Uniti għas-Sirja vija Ruma, li permezz tagħha twettqet il-konsenja straordinarja ta' Maher Arar, li xehed quddiem il-kumitat temporanju; 67. Jinnota s-46 waqfa mit-titjira li għamlu l-ajruplani operati mis-CIA fl-ajruporti Taljani u jesprimi ttħassib serju tiegħu dwar ir-raġuni ta' dawn it-titjiriet li ġew minn pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' persuni detenuti, jew kienu sejrin fihom; IR-RENJU UNIT 68. Jilqa' b'sodisfazzjon il-laqgħa f'Londra mal-Ministru tar-Renju Unit għall-Ewropa u l-fatt li l-Gvern tar-Renju Unit ipprovda dokumenti u spjegazzjonijiet; jinnota li l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma setgħux jirrispondu l-mistoqsijiet kollha li qajmet id-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju għal Londra; 69. Jinnota d-dikjarazzjonijiet li għamlet is-Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin u għall-Commonwealth tar-Renju Unit, Margaret Beckett, f'risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li fiha ammettiet li l-Gvern tar-Renju Unit kien konxju minn network sigriet ta' ħabsijiet tas-CIA qabel il-President Bush irrikonoxxa l-eżistenza tagħhom f'Settembru 2006; jitlob lill-Gvern tar-Renju Unit biex jiddikjara jekk qajjimx il-kwistjoni ma' l-Awtoritajiet ta' l-Istati Uniti u jekk, u, jekk għamel dan, meta għarraf jew iddiskuta lkwistjoni ma' gvernijiet Ewropej oħra; 70. Jirringrazzja lill-Grupp Parlamentari mill-Partiti Kollha tar-Renju Unit dwar il-Konsenji Straordinarji (APPG), li jikkomprendi membri mill-House of Commons u mill-House of Lords, għall-ħidma tiegħu u talli pprovda lid-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju f'Londra numru ta' dokumenti ta' siwi kbir; 71. Jikkundanna l-konsenja straordinarja ta' Bisher Al-Rawi, ċittadin Iraqi u residenti fir-Renju Unit, u Jamil El-Banna, ċittadin mill-Ġordan u residenti fir-Renju Unit, li kienu arrestati mill-awtoritajiet tal-Gambja fil-Gambja f'Novembru ta' l-2002, ġew mgħoddija lill-agenti Amerikani u ttajru lejn l-Afganistan u wara għal Guantánamo, fejn għadhom miżmuma mingħajr proċess jew ebda forma ta' assistenza ġudizzjarja; 72. Jiġbed l-attenzjoni li t-telegrammi mis-servizz tas-sigurtà tar-Renju Unit, l-MI5, lil gvern barrani mhux speċifikat, li ngħataw liċ-Chairman ta' l-APPG, Andrew Tyrie, jissuġġerixxu li l-ħtif ta' Bisher Al-Rawi u ta' Jamil El-Banna ġie iffaċilitat minn informazzjoni sa ċertu punt żbaljata mogħtija mill-MI5; 73. Jikkritika ċ-ċaħda tal-Gvern tar-Renju Unit li jipprovdi assistenza konsulari lil Bisher Al-Rawi u lil Jamil El-Banna peress li mhumiex ċittadini tar-Renju Unit; 74. Jikkundanna l-konsenja straordinarja ta' Binyam Mohammed, ċittadin Etjopiku u residenti fir-Renju Unit; jinnota li Binyam Moħammed inżamm talanqas f'żewġ faċilitajiet sigrieti ta' dentenzjoni, minnbarra f'ħabsijiet militari; 75. Jinsab imqanqal ħafna bix-xhieda ta' l-avukat ta' Binyam Mohammed, li ddeskriva t-torturi mill-aktar orribbli li sofra l-klijent tiegħu, lid-delegazzjoni uffiċjali tal-Kumitat Temporanju għar-Renju Unit; 76. Jenfasizza li l-ex-Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit, Jack Straw, ammetta f'Diċembru ta' l-2005 li uffiċjali ta' l-intelliġenza tar-Renju Unit iltaqgħu ma' Binyam Mohammed meta kien arrestat fil-Pakistan; jirrimarka f'dan ir-rigward li xi wħud mid-domandi li l-uffiċjali Marokkini għamlu lil Binyam Mohammed, jidher li kienu ispirati minn informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit; 77. Jikkundanna l-konsenja straordinarja taċ-cittadin Britanniku Martin Mubanga, li ltaqgħet mad-delegazzjoni uffiċjali tal-Kumitat Temporanju għar-Renju Unit, u li ġiet arrestata fiż-Żambja f'Marzu ta' l-2002 u wara meħuda bl-ajru lejn Guantánamo; jiddispjaċiħ għal fatt li Martin Mubanga kien interrogat minn uffiċjali Britanniċi fi Guantánamo fejn ġie miżmum u ttorturat għal erba' snin mingħajr proċess jew xi forma ta' assistenza ġudizzjarja, u wara ġie meħlus mingħajr akkuża; 78. Jinnota x-xhieda mogħtija lill-Kumitat Temporanju minn Craig Murray, ex-Ambaxxatur tar-Renju Unit għall-Uzbekistan, dwar l-iskambju ta' intelliġenza miksuba taħt torturi u l-opinjoni legali ta' Michael Wood, ex-konsulent legali għall-Foreign and Commonwealth Office tar-Renju Unit; 79. Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-opinjoni legali ta' Michael Wood, li skond dan "li wieħed jirċievi jew li jippossedi" informazzjoni miksuba b'forza taħt tortura, sakemm ma jkunx hemm parteċipazzjoni diretta fit-tortura, mhux fih innifsu pprojbit mill-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi oħra li huma Ħorox, Inumani jew Degradanti; jikkundana kwalunkwe tentattiv li tinkiseb informazzjoni permezz ta' tortura, irrelevanti minn min ikun involut; 80. Jinnota l-170 waqfa mit-titjira li għamlu l-ajruplani operati mis-CIA fl-ajruporti tar-Renju Unit u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' cirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' persuni detenuti; jiddeplora l-waqfiet mit-titjira fl-ajruporti tar-Renju Unit ta' ajruplani li rriżultaw li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għallkonsenji straordinarji ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed, Abu Omar u Maher Arar u għall-espulsjoni ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El-Zari; IL-ĠERMANJA 81. Jirrikonoxxi l-koperazzjoni tajba min-naħa tal-Gvern Ġermaniż billi pprovda dokumenti riservati liċ- Chairman u lir-rapporteur tal-Kumitat Temporanju; jiddispjaċih, min-naħa l-oħra, li l-ebda rappreżentant tal-Gvern Ġermaniż ma seta' jidher quddiem il-Kumitat Temporanju; 82. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma eċċellenti tal-kumitat ta' l-inkjesta tal-Parlament Ġermaniż u jesprimi lappoġġ sħiħ tiegħu għat-tkomplija tal-ħidma ta' dak il-kumitat; 83. Jirringrazzja lil Martin Hofman, Prosekutur Pubbliku għal Munich, għax-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat Temporanju u jfaħħar l-inkjesti ġudizzjarji kollha li qed isiru fil-Ġermanja; jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti Distrettwali ta' Munich ħarġet 13-il mandat ta' arrest għal 13-il aġent tas-CIA suspettat li għandhom rabta mal-ħtif illegali u l-priġunerija bla ħtija ta' Khaled el-Masri, u jistenna li Gvern Ġermaniż jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex iġiegħel lill-Istati Uniti ta' l-Amerika testradixxihom; 84. Jirringrazzja l-kumitat ta' inkjesta tal-Parlament Ġermaniż talli eżamina l-każ ta' Khaled El-Masri; jinnota li, sa issa, l-inkjesti tal-kumitat urew li ma kienx hemm involviment ta' l-awtoritajiet Ġermaniżi filħtif illegali; jistenna bil-ħerqa l-konklużjonijiet finali tal-kumitat ta' inkjesta tal-Parlament Ġermaniż dwar din il-kwistjoni; 85. Jikkundanna l-konsenja straordinarja ta' Murat Kurnaz, ċittadin Tork residenti fil-Ġermanja, li xehed quddiem il-Kumitat Temporanju, u li ġie arrestat fil-Pakistan f'Novembru ta' l-2001, ġie trasferit għall-unitajiet Amerikani mill-pulizija Pakistana għan-naħa l-oħra tal-fruntiera fl-Afganistan fuq l-ebda bażi legali u mingħajr assistenza ġudizzjarja, u fl-aħħar ittieħed bl-ajru għal Guantánamo fl-aħħar ta' Jannar ta' l-2002, minn fejn inħeles fl- 24 ta' Awwissu 2006 mingħajr akkuża, u li sofra torturi fil-postijiet kollha fejn kien miżmum; 86. 86 Jiġbed l-attenzjoni li, skond informazzjoni mogħtija mill-avukat ta' Murat Kurnaz, u skond informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi, kien hemm prospett li Murat Kurnaz jinħeles minn Guantanamo fl-2002 iżda dan ma ġiex aċċettat mill-awtoritajiet Ġermaniżi; jinnota li f'ħafna okkażjonijiet mill-2002 'l hawn, il-Gvern Ġermaniż qal lill-avukat ta' Murat Kurnaz li kien impossibli li jinfetħu negozjati mal- Gvern Amerikan dwar il-ħelsien tiegħu għaliex Murat Kurnaz kien ċittadin Tork; jinnota li skond informazzjoni f'idejn il-kmitat, sa minn l-aħħar ta' Ottubru 2002, Murat Kurnaz ma kien ta' ebda theddida terroristika; jistenna kjarifikazzjoni sħiħa, mingħand il-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament Ġermaniż, dwar l-azzjonijiet kollha rilevanti, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' azzjoni, min-naħa ta' l-awtoritajiet Ġermaniżi, u jilqa' l-fatt li dawn l-inkjesti diġà nbdew; 87. Jiddispjaciħ għall-fatt li Murat Kurnaz kien interrogat darbtejn, fl-2002 u fl-2004, minn uffiċjali Ġermaniżi fi Guantánamo fejn kien detenut mingħajr ebda akkuża formali jew proċess u mingħajr assistenza ġudizzjarja; jiddispjaċih għall-fatt li l-uffiċjali Ġermaniżi ċaħdulu kull assistenza u l-interess tagħhom kien biss li jinterrogawh; 88. Jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjoni li nieda l-prosekutur pubbliku f'Potsdam, trasferita lill-Prosekutur Pubbliku f'Tübingen/Karlsruhe fil- 25 ta' Ottubru 2006, dwar nies mhux magħrufa responsabbli għal reati biex jiġi stabbilit jekk Murat Kurnaz kienx trattat ħażin fl-Afganistan minn suldati Ġermaniżi membri tal-Kommando Spezialkräfte (KSK), il-forzi operattivi speċjali ta' l-armata Ġermaniża, qabel ma ntbagħat Guantánamo; 89. Jinnota li waqt l-interrogazzjonijiet tiegħu Murat Kurnaz kien ikkonfrontat b'dettalji mill-ħajja personali tiegħu; jinnota li dan iqajjem is-suspett li anke qabel ħalla l-Ġermanja, huwa kien suġġett għal sorveljanza stretta li s-soltu tkun tista' titwettaq biss minn servizzi ta' intelliġenza domestiċi; 90. Japprezza l-inizjattiva tal-Gvern Ġermaniż f'Jannar ta' l-2006 li wasslet għall-ħelsien ta' Murat Kurnaz; 91. Jikkundanna l-konsenja straordinarja taċ-ċittadin Ġermaniz Moħammed Zammar, li ġie arrestat mingħajr akkuża formali fit- 8 ta' Diċembru 2001 fl-ajruport ta' Casablanca fil-Marokk, u li nżamm u ġie torturat fil-Marokk u fis-Sirja; 92. Jinnota li skond sors istituzzjonali kunfidenzjali, fis- 26 ta' Novembru 2001 l-Uffiċċju tal-Pulizija Kriminali Federali tal-Ġermanja kienet ipprovdiet dettalji lill-FBI dwar fejn kien jinstab Mohammed Zammar, u li dan iffaċilita l-arrest ta' Mohammed Zammar; 93. Jirrimarka li, wara laqgħa bejn l-uffiċjali tal-Kanċellerija Federali tal-Ġermanja u uffiċjali ta' l-intelliġenza Sirjani f'Lulju ta' l-2002, il-prosekuturi Ġermaniżi waqqfu l-akkużi kontra diversi ċittadini Sirjani filĠermanja filwaqt li l-awtoritajiet Sirjani ppermettew lill-uffiċjali Ġermaniżi li jinterrogaw lil Mohammed Zammar fil-ħabs Sirjan Far' Falastin, li ġie ikkonfermat ukoll minn sors istituzzjonali kunfidenzjali; jiddspjacih li Mohammed Zammar ġie interrogat mill-aġenti Ġermaniżi f'dak il-ħabs; 94. Jistieden lill-Ewwel Kumitat ta' Inkjesta tal-Bundestag Ġermaniż, fid-dawl ta' l-estensjoni tal-mandat tiegħu, biex jinvestiga l-każ li ħareġ fil-beraħ dan l-aħħar li jinvolvi l-konsenja illegali taċ-ċittadin Eġizzjan Abdel-Halim Khafagy, li kien ilu residenti fil-Ġermanja għal żmien twil; Abdel-Halim Khafagy x'aktarx li kien arrestat fil-Bożnja Ħerżegovina f'Settembru 2001 wara suspett li kien terrorist, u nħataf u ttieħed f'ħabs filbażi militari ta' l-Istati Uniti "Eagle Base" f'Tuzla, fejn kien ittrattat ħażin ħafna u nżamm f'kundizzjonijiet inumani; 95. Huwa mħasseb ħafna dwar informazzjoni li hemm f'dokument mhux klassifikat li tpogga għad-dispożizzjoni tal-Kumitat Temporanju li juri li l-konsenja illegali ta' minn ta' l-inqas sitt Alġerini minn Tuzla vija Incirlik għal Guantánamo kienet ippjanata fil-bażi militari ta' l-Istati Uniti USEUCOM (US European Command) qrib Stuttgart; jistieden lill-Bundestag Ġermaniż biex jinvestiga mingħajr dewmien jekk dawn lallegati konsenji involvewx ksur tal-Ftehima ta' l-Istatus tal-Forzi jew ta' ftehimiet jew trattati oħrajn konklużi ma' forzi militari Amerikani fuq territorju Ġermaniż, jekk kienx hemm iżjed konsenji illegali ppjanati mill-USEUCOM u jekk uffiċjali ta' koordinazzjoni Ġermaniżi kinux b'xi mod jew ieħor involuti; 96. Jesprimi tħassib serju dwar it-336 waqfa li għamlu ajruplani mtajra mis-CIA f'ajruporti Ġermaniżi u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment tad-detenuti, jew kienu sejrin lejhom; jikkundanna l-waqfiet fil-Ġermanja ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenji straordinarji ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed, Abu Omar u Maher Arar u għat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El Zari; huwa mħasseb b'mod partikulari għax waħda mit-titjiriet imsemmija kienet destinata għal Guantánamo; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jissoktaw jinvestigaw dwar din it-titjira; 97. Jinnota l-allegazzjonijiet rigward id-detenzjoni temporanja u t-trattament ħażin ta' terroristi ssuspettati fil-ħabs militari ta' l-Istati Uniti f'Mannheim-Blumenau, jilqa' l-investigazzjonijiet mibdijin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Federali u jittama li l-Bundestag Ġermaniż u/jew il-kumitat ta' inkjesta kompetenti se jinvestiga dan il-każ iżjed mill-qrib; L-IŻVEZJA 98. Jinnota l-pożizzjoni tal-Gvern Żvediż mistqarra fl-ittra trażmessa lill-Kumitat Temporanju mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tiegħu Carl Bildt; jiddispjaċih li l-ebda rappreżentant tal-gvern ma seta' jidher quddiem il-Kumitat Temporanju sabiex isir skambju ta' fehmiet dwar il-pożizzjoni tiegħu; 99. Jikkundanna l-fatt li t-tkeċċija mill-Iżvezja f'Diċembru ta' l-2001 ta' Mohammed El-Zari u ta' Ahmed Agiza, ċittadini Eġizzjani li kienu qed ifittxu ażil fl-Iżvezja, kienet bażata fuq assigurazzjonijiet diplomatiċi mill-Gvern Eġizzjan, li ma pprovdiex salvagwardji effettivi kontra t-tortura; jirrikonoxxi wkoll li l-Gvern Żvediż fixkel lil dawn l-irġiel milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond tal-ECHR, billi baqa' ma infurmax lill-avukati sakemm ma waslux l-Kajr; jikkundanna l-fatt li l-awtoritajiet Żvediżi aċċettaw offerta ta' l-Istati Uniti li tpoġġi għad-dispożizzjoni tagħhom ajruplan li kien igawdi minn awtorizzazzjoni speċjali ta' titjir flispazju ta' l-ajru tagħha biex jittrasportaw liż-żewġ irġiel lejn l-Eġittu; 100. Jikkundanna l-fatt li l-pulizija tas-sigurtà Żvediża tilfet il-kontroll fuq l-infurzar tat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u Mohammed El-Zari għall-Eġittu, barra l-istat tad-dritt, billi baqgħet passiva waqt it-trattament degradanti ta' l-irġiel mill-aġenti ta' l-Istati Uniti fl-ajruport ta' Bromma; 101. Jenfasizza li d-deċiżjoni tat-tkeċċija ta'l-irġiel ittieħdet fl-ogħla livell eżekuttiv, li minnha l-ebda appell ma kien possibbli; 102. Japprova kompletament id-deċiżjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas- 6 ta' Novembru 2006 li fiha ddikjara li l-Iżvezja kienet kisret il-projbizzjoni assoluta fuq it-tortura; japprova blistess mod il-verdett separat tal-Kumitat kontra t-Tortura tan-NU ta' l- 20 ta' Mejju 2005, li kkonkluda li l-Iżvezja kienet kisret il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament u li ddikjara li "l-kisba ta' assigurazzjonijiet diplomatiċi (mill-Eġittu), li, fuq kollox, ma pprovda l-ebda mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tagħhom, ma kinitx ta' protezzjoni biżżejjed kontra dan il-periklu ċar"; 103. Jirringrazzja lil Mats Melin, l-Ombudsman Parlamentari Għoli Żvediż, għax-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat Temporanju u jfaħħar l-investigazzjoni tiegħu li kkonkludiet li s-servizzi tas-sigurtà u l-pulizija ta' l-ajruport Żvediżi "kienu sottomessi b'mod eċċezzjonali għall-uffiċjali Amerikani" u "tilfu l-kontroll ta' linfurzar", u dan wassal għat-trattament ħażin ta' Ahmed Agiza u Mohammed El-Zari, inklużi l-abbuż fiżiku u umiljazzjonijiet oħra, fl-ajruport eżatt qabel ma ġew trasportati għall-Kajr; L-AWSTRIJA 104. Jinnota l-ispjegazzjonijiet bil-miktub mogħtijin f'isem il-Gvern Awstrijak iżda jiddispjaċih li l-Gvern Awstrijak ma qiesx li kien xieraq li jidher quddiem il-Kumitat Temporanju sabiex isir skambju ta' fehmiet dwar il-pożizzjoni tiegħu; 105. Jinnota li skond dawn l-ispjegazzjonijiet mogħtija bil-miktub l-irġiel msemmija fil-paragrafi li ġejjin, Massad Omer Behari u Gamal Menshawi kienu residenti fl-Awstrija u ma kellhomx iċ-ċittadinanza Awstrijaka u li l-libertà tal-moviment tagħhom ma kinitx ristretta; jinnota li ż-żewġ irġiel telqu mill-Awstrija b'mod volontarju u mingħajr ma saru kontrolli mill-awtoritajiet Awstrijaċi, u li kienu arrestati minn aġenziji barranin, barra t-territorju Awstrijak u barra z-zona ta' influwenza ta' l-awtoritajiet Awstrijaċi, mingħajr involviment Awstrijak; għaldaqstant, jidher ċar li dawn m'humiex każi ta' konsenja ta' persuni lil awtoritajiet barranin; 106. Ifakkar, madankollu, li skond l-ECHR l-Istati kontraenti għandhom ġurisdizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' persuni residenti fit-territorju tagħhom, u, bħala konsegwenza, għandhom id-dmir li jħarsuhom u li jinvestigaw kwalunkwe vjolazzjoni tad-drittijiet umani kontrihom; 107. Jikkundanna l-fatt li Masaad Omer Behari, ċittadin Sudaniż u residenti fl-Awstrija mill-1989, li ta xxhieda tiegħu lill-Kumitat Temporanju, inħataf fl-ajruport ta' Amman fit- 12 ta' Jannar 2003 fi triqtu lura lejn Vjenna mis-Sudan; 108. Jiddeplora l-fatt li aktar tard, Masaad Omer Behari kien miżmum illegalment u segretament f'ħabs viċin Amman immexxi mid-Dipartiment Ġenerali għall-Intelliġenza tal-Ġordan, mingħajr proċess jew assistenza legali, u kien ittorturat u ttrattat ħażin sat- 8 ta' April 2003, meta nħeles mingħajr akkuża; 109. Jikkundanna l-ħtif ta' Gamal Menshawi, ċittadin Eġizzjan u residenti fl-Awstrija, li ġie arrestat fi triqtu lejn Mekka fl-ajruport ta' Amman fi Frar 2003, u aktar tard ittieħed l-Eġittu fejn inżamm segretament sa l-2005 mingħajr proċess jew assistenza legali; 110. Jiddispjaċih li, wara li tqiesu l-paragrafi msemmija hawn fuq, la saret inkjesta speċjali u lanqas inkjesta parlamentari fl-Awstrija dwar l-involviment possibbli ta' l-awtoritajiet Awstrijaċi fiż-żewġ każijiet imsemmija; iħeġġeġ lill-Parlament Awstrijak sabiex jibda inkjesti xierqa mill-aktar fis possibbli; SPANJA 111. Jilqa' d-dikjarazzjoni ta' koperazzjoni tajba mal-Kumitat Temporanju tal-Gvern Spanjol, b'mod partikulari, ix-xhieda li ngħatat lill-Kumitat Temporanju mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tiegħu; madankollu, jiddispjaċih li l-Gvern Spanjol fl-aħħar ma ħalliex lid-Direttur tas-Servizzi ta' Tagħrif Sigriet Spanjoli jidher quddiem il-Kumitat Temporanju tiegħu bosta xhur wara li kien intalab jagħmel hekk; 112. Jirringrazzja lill-Kap Prosekutur Javier Zaragoza u l-Prosekutur Vicente González Mota ta' l-Audiencia Nacional għax-xhieda tagħhom lill-Kumitat Temporanju u jfaħħar l-investigazzjonijiet tagħhom dwar l-użu ta' ajruporti Spanjoli għat-tranżitu ta' ajruplani tas-CIA fil-kuntest tal-programm ta' konsenja straordinarja; iħeġġeġ lill-prosekuturi sabiex jinvestigaw aktar il-waqfiet ta' l-ajruplani involuti fil-konsenja straordinarja ta' Khaled El-Masri; jinnota d-deċiżjoni fuq it-talba ta' l-imħallef ta' l-Audiencia Nacional, ta' l-Awtoritajiet Spanjoli li jiddeklassifikaw dokumenti sigrieti miżmuma mis-servizzi ta' intelligenza dwar l-użu ta' ajruporti Spanjoli minn inġenji ta' l-ajru operati mis-CIA; 113. Ifaħħar il-ġurnaliżmu investigattiv ta' Diario de Mallorca, li kellu rwol importanti fil-kxif tat-tranżitu ta' l-ajruplani tas-CIA fl-ajruporti tal-gżejjer Baleariċi u fl-identifikazzjoni ta' l-ekwipaġġi tagħhom; 114. Ifakkar il-kliem tal-Kap Prosekutur Zaragoza li "ma kienx hemm ostakolu, oġġezzjoni jew inkwiet min-naħa tal-Gvern Spanjol fl-investigazzjonijiet mill-Audiencia Nacional"; 115. 115 Jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli biex jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jippermettu li Mustafa Setmariam Nasar-who, ċittadin Spanjol, maħtuf fis-Sirja f'Ottubru 2005 u mogħti lill-aġenti Amerikani, ikollu proċess ġust quddiem awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti; 116. Jinnota t-68 waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Spanjoli u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment tad-detenuti; jikkundanna l-waqfiet ta' l-ajruplani fi Spanja li ntwera li ntużaw mis-CIA f'pajjiżi oħra għall-konsenja straordinarja ta' Ahmed Agiza, Mohammed El-Zari, Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed, Abu Omar u Maher Arar, skond l-investigazzjonijiet legali li qed isiru fi Spanja u fl-Italja; huwa mħasseb b'mod partikulari li, mit-titjiriet imsemmija hawn fuq, tlieta oriġinaw minn Guantánamo jew kienu sejrin lejn Guantánamo; jinkuraġġixxi bis-sħiħ lill-prosekuturi Spanjoli biex jinvestigaw aktar dawn it-titjiriet; IL-PORTUGALL 117. Jilqa' b'sodisfazzjon il-laqgħa f'Liżbona mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Portugiż u l-fatt li l-Gvern Portugiż forna dokumenti u spjegazzjonijiet; jiddispjaċih li l-awtoritajiet Portugiżi ma setgħux iwieġbu l-mistoqsijiet kollha li qajmet id-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju fil-Portugall; 118. Jilqa' l-inkjesta ġudizzjarja fl-użu possibbli tat-territorju Portugiż għat-trasferiment ta' priġunieri suspettati b'terroriżmu u li sfaw torturati u trattati b'moħrija u b'mod inuman jew degradanti, li infetħet fil- 5 ta' Frar 2007, mill-awtoritajiet kompetenti fil-Portugall; 119. Jinnota, b'mod partikulari, illi il-każ ta' Abdurahman Khadr, li x'aktarx seħħ abbord il-Gulfstream IV N85VM minn Guantánamo għal Tuzla fil-Bożnja Ħerżegovina fis- 6 ta' Novembru 2003, b'waqfa f'ajruport Portugiż fis- 7 ta' Novembru 2003; jistieden ukoll lill-awtoritajiet sabiex jeżaminaw każijiet oħra possibbli ta' persuni miżmuma trasportati vija l-Portugall; 120. Jilqa' l-istabbiliment tal-grupp ta' ħidma interministerjali fis- 26 ta' Settembru 2006 u d-dħul fisseħħ, fit- 13 ta' Ottubru 2006, ta' regolament li jistipula li listi ta' ismijiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ u ta' passiġġieri fuq titjiriet privati għandhom jitressqu lill-awtoritajiet tal-fruntiera Portugiżi; 121. Jinnota l-91 il-waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Portugiżi u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment tad-detenuti; huwa mħasseb b'mod partikulari li minn dawk it-titjiriet, ta' lanqas tlieta oriġinaw minn Guantánamo jew kienu sejrin lejn Guantánamo; jinnota li lajruplani involuti fil-konsenji ta' Maher Arar u ta' Abou Elkassim Britel għamlu waqfiet fil-Portugall fittitjiriet lura tagħhom; 122. Jesprimi tħassib dwar il-lista addizzjonali li kiseb il-Kumitat Temporanju,, li tindika li, ajruplani ċivili u militari minn numru ta' pajjiżi, li kienu qegħdin jivvjaġġaw lejn jew minn Guantánamo, fi spazju ta' l-ajru Portugiż, bejn il- 11 ta' Jannar 2002 u l- 24 ta' Ġunju 2006, għamlu 14-il waqfa oħra fi ajruporti Portugiżi; Jinnota illi l-Gvern Portugiż ipprovda informazzjoni rigward 7 minn dawn il-waqfiet, li saru fi ħdan loperazzjoni "Enduring Freedonm"; L-IRLANDA 123. Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xhieda mogħtija lill-Kumitat Temporanju mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Irlandiż f'isem il-Gvern Irlandiż kif ukoll il-kritika ċara tiegħu tal-proċess ta' kunsinja straordinarja; jinnota l-fatt, madankollu, li naqas li jwieġeb il-mistoqsijiet kollha rigward it-tħassib li ajruporti Irlandiżi setgħu ntużaw mill-ajruplani tas-CIA li kienu qegħdin jivvjaġġaw lejn jew minn destinazzjonijiet ta' kunsinja straordinarja (bħal fil-każ ta' Abu Omar); 124. Jirringrazzja lill-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem (IHRC), għax-xhieda tagħha lill-Kumitat Temporanju u jħaddan il-fehma tagħha li tqis li l-aċċettazzjoni mill-Gvern Irlandiż ta' garanziji diplomatiċi ma tissodisfax l-obbligi ta' l-Irlanda dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jobbligaw lill-gvern biex b'mod attiv ifittex li jiġu evitati kwalunkwe azzjonijiet li jistgħu b'xi mod jiffaċilitaw it-tortura jew it-trattament ħażin fl-Irlanda jew f'xi pajjiż ieħor; jiddispjaċih li d-deċiżjoni tal-Gvern Irlandiż hi li għalissa ma jiħux il-parir ta' l-IHRC dwar din il-kwistjoni; jinnota li hemm djalogu kontinwu bejn l-IHRC u l-Gvern Irlandiż; 125. Jinnota l-147 waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Irlandiżi u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li t ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' detenuti; jikkundanna l-waqfiet fl-Irlanda ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenja straordinarja ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed, Abu Omar u Maher Arar u għattkeċċija ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El-Zari; 126. Jinnota l-assenza ta' skrutinju parlamentari Irlandiż tas-servizzi ta' intelligenza kemm Irlandiżi kif ukoll barranin u l-potenzjal għall-abbuż li dan joħloq; 127. Iqis li, fin-nuqqas ta' sistema ta' tiftix għall-għarrieda, għandha tkun imposta projbizzjoni għallajruplani kollha tas-CIA li jinżlu fl-Irlanda; 128. Iħeġġeġ lill-Gvern Irlandiż, minħabba s-sejbiet tal-Kumitat Temporanju, sabiex jaqbel li jniedi inkjesta parlamentari dwar l-użu tat-territorju Irlandiż bħala parti miċ-ċirkwiti ta' konsenja tas-CIA; IL-GREĊJA 129. Jinnota l-64 waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Griegi u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' detenuti; jiddeplora l-waqfiet fil-Greċja ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenja straordinarja ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed, u Maher Arar u għat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El Zari; ĊIPRU 130. Jinnota is-57 waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Ċiprijotti u jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' detenuti; jiddeplora l-waqfiet f'Ċipru ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenja straordinarja, Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed u Abu Omar u għat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El Zari; ID-DANIMARKA 131. Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni mill-awtoritajiet Daniżi, filwaqt li jiddispjaċih li ebda rappreżentant tal-gvern ma qies li kien xieraq li jidher qudiem il-Kumitat Temporanju; IL-BELĠJU 132. Jistieden lill-Gvern Belġjan sabiex jiżvela r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-użu ta' ajruporti Belġjani u ta' l-ispazju ta' l-ajru Belġjan minn ajruplani involuti fil-programm ta' konsenja straordinarja jew fit-trasport ta' detenuti; 133. Jinnota d-dikjarazzjonijiet ta' Anne-Marie Lizin, il-Presidenta tas-Senat Belġjan, li tilmenta min-nuqqas ta' koperazzjoni mis-servizzi ta' intelliġenza Belġjani u mill-awtoritajiet Belġjani fil-bidu ta' l-inkjesta; iżda jirreferi għall-konklużjonijiet finali tar-rapport tas-Senat Belġjan li jagħtu xhieda tar-rieda tal-Belġju li tegħleb il-problemi ffaċċjati; IT-TURKIJA 134. Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-awtoritajiet Torok ma rnexxielhomx jestendu l-protezzjoni diplomatika liċ-ċittadin Tork Murat Kurnaz u rigward in-nuqqas ta' passi sabiex jiġi żgurat il-ħelsien tiegħu mill-ħabs ta' Guantánamo; 135. Jiddispjaċih li, għall-kuntrarju, l-istess awtoritajiet użaw id-detenzjoni illegali ta' Murat Kurnaz biex jinterrogawh f'Guantánamo; 136. Jiddeplora s-silenzju ta' l-awtoritajiet Torok dwar l-użu tat-territorju tagħhom għall-waqfa ta' ajruplan li kien wassal sa Guantánamo lis-sitt ċittadini tal-Bożnja Ħerżegovina, ta' oriġini Albaniża, li kienu arrestati illegalment fil-Bożnja Ħerżegovina; L-EX-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA 137. Jenfasizza li delegazzjoni mill-Kumitat Temporanju ntlaqgħet fi Skopje f'April 2006 mill-President tar-Repubblika, membri tal-gvern u diversi uffiċjali u jirringrazzjahom tal-merħba li taw lid-delegazzjoni; madanakollu jinnota, nuqqas ta' investigazzjoni bir-reqqa mill-awtoritajiet ta' l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fil-każ ta' Khaled El-Masri; 138. Jikkundanna l-konsenja straordinarja taċ-ċittadin Ġermaniż Khaled El-Masri, maħtuf fil-qsim talfruntieri ta' Tabanovce fl-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fil- 31 ta' Diċembru 2003, miżmum illegalment fi Skopje mill- 31 ta' Diċembru 2003 sat- 23 ta' Jannar 2004 u mbagħad ġie ttrasportat lejn l-Afganistan fit- 23 sa l' 24 ta' Jannar 2004, fejn inżamm sa Mejju 2004 u kien suġġett għal trattament inuman u degradanti; 139. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tiegħu tas-CFSP biex juru biċ-ċar li l-missjoni tal-pulizija ta' l-UE (PROXIMA) kienet inkorporata fil-Ministeru ta' l-Intern ta' l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u kienet involuta fil-ħidma tas-Servizz Maċedoni ta' Sigurtà u Kontro Spjunaġġ (DBK) meta Khaled El-Masri ngħata lis-CIA; jixtieq ikun jaf jekk hux veru li l-Kunsill interroga persunal ta' l-UE involut fil-missjoni PROXIMA sabiex jiġi evalwat il-livell ta' informazzjoni li kellhom dwar il-każ ta' Khaled el Masri; isaqsi lill-Kunsill sabiex, jekk xieraq, jipprovdi lill-Parlament b'rapport sħiħ ta' l-investigazzjoni; 140. Japprova għal kollox ir-riżultati preliminari ta' Martin Hoffman, il-Prosekutur Pubbliku ta' Munich li m'hemm l-ebda evidenza li minħabba fiha tista' tiġi kkonfutata l-verżjoni ta' Khaled El-Masri; 141. Jiddispjaċih ħafna għall-fatt li l-awtoritajiet ta' l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja naqsu milli jsegwu r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat Temporanju fir-rapport interim tiegħu tas- 6 ta' Lulju 2006; 142. Jirrimarka għal darb'oħra li l-awtoritajiet ta' l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja huma mistennija jwettqu l-investigazzjonijiet; iħeġġeġ lill-parlament il-ġdid li ġie elett fl-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja sabiex iwaqqaf kumitat ta' inkjesta mill-aktar fis possibbli sabiex jittratta l-każ ta' Khaled El-Masri u jistabbilixxi koperazzjoni sħiħa ma' l-inkjesta li għaddejja tal-Parlament Ġermaniż; IL-BOŻNJA ĦERŻEGOVINA 143. Jilqa' l-fatt li l-gvern tal-Bożnja Ħerżegovina huwa l-uniku gvern Ewropew li ma jiċħadx il-parteċipazzjoni tiegħu fil-konsenja straordinarja ta' erba' ċittadini u żewġ residenti tal-Bożnja Ħerżegovina, li huma kollha ta' oriġini Alġerina, u jisħaq li l-Gvern tal-Bożnja Ħerżegovina huwa l-uniku gvern Ewropew li aċċetta responsabilità formali għall-azzjonijiet illegali tiegħu; madanakollu, jiddispjaċih, li l-passi li ttieħdu mill-gvern tal-Bożnja Ħerżegovina għadhom ma rriżultawx fil-ħelsien tas-sitt persuni minn Guantánamo; 144. Jikkundanna l-konsenja straordinarja tas-sitt persuni msemmija li nħatfu f'Sarajevo fis- 17 ta' Jannar 2002, mogħtija lis-suldati Amerikani u mbagħad ittrasportati lejn Guantánamo, fejn jibqgħu detenuti mingħajr proċess jew garanziji legali; 145. Jinnota x-xhieda mogħtija lill-Kumitat Temporanju minn Wolfgang Petritsch, ex-Rappreżentant Għoli tal-komunità internazzjonali fil-Bożnja Ħerżegovina u minn Michèle Picard, ex-President tal-Kamra tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Bożnja Ħerżegovina, li ddikkjaraw li rappreżentanti tal-komunità internazzjonali fil-Bożnja Ħerżegovina ngħataw avviż xieraq dwar t-trasferiment imminenti tas-sitt persuni msemmija lill-forzi Amerikani qabel ma żvolġew il-fatti; f'dan ir-rigward jikkundanna lill-Istati Membri għan-nuqqas ta' azzjoni tagħhom; 146. Jiddispjaċih li l-komunità internazzjonali kif rappreżentata fil-Bożnja Ħerżegovina għalqet għajnejha għan-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema u tal-Kamra tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Bożnja Ħerżegovina li ordnaw li l-irġiel miżmuma għandhom jinħelsu; 147. Jirrimarka li, skond l-informazzjoni li rċieva l-Kumitat Temporanju mill-avukati tas-sitt persuni, lawtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina kienu suġġetti għal pressjoni bla preċedent mill-Gvern ta' l-Istati Uniti, li hedded li jagħlaq l-ambaxxata tiegħu, ineħħi l-persunal kollu u jwaqqaf ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnja Ħerżegovina, sakemm il-Gvern tal-Bożnja Ħerżegovina ma jarrestax minnufih lis-sitt persuni fuq akkużi ta' terroriżmu; 148. Jinnota li Wolfgang Petritsch ikkonferma li l-Istati Uniti għamlet pressjoni konsiderevoli fuq l-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina u fuq il-kommunita' internazzjonali sabiex ma jindaħlux fil-konsenji u li lkmandant tal-Forza ta' Stabilizzazzjoni internazzjonali mmexxija min-NATO b'mod partikolari rrifjuta kull interrogazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu peress li kien aġixxa fil-kapaċità tieghu ta' uffiċjal militari ta' l-Istati Uniti; PAJJIŻI EWROPEJ OĦRA 149. Jinnota l-waqfiet li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti ta' pajjiżi Ewropej oħra u jesprimi ttħassib serju tiegħu dwar l-iskop ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' persuni detenuti; jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet ta' dawk il-pajjiżi Ewropej sabiex iniedu investigazzjonijiet xierqa dwar din il-kwistjoni; Faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti 150. Jilqa' b'sodisfazzjon l-investigazzjonijiet li saru dwar l-eżistenza ta' faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti fl-Ewropa mill-Human Rights Watch, mill-Washington Post u mill-Aħbarijiet tal-Kumpanija ta' Xandir Amerikana (ABC News); 151. Ifakkar li xi ġurnalisti fil-Washington Post u fl-ABC News, kif ikkonfermaw mal-Kumitat Temporanju, saritilhom pressjoni biex ma jsemmux il-pajjiżi Ewropej tal-Lvant, fosthom il-Polonja u r-Rumanija, fejn intqal li kien hemm faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti; 152. Jenfasizza li l-kunċett ta' "faċilità għad-detenzjoni sigrieta" mhux magħmul biss mill-ħabsijiet, iżda jinkludi l-postijiet kollha fejn persuni huma miżmuma incommunicado, bħalma huma l-appartamenti privati, għases tal-pulizija jew kmamar tal-lukandi, bħal fil-każ ta' Khaled El-Masri fi Skopje; 153. Huwa mħasseb ħafna li, f'xi każijiet, il-faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti u temporanji fil-pajjiżi Ewropej setgħu sabu posthom fil-bażijiet militari Amerikani; 154. Jitlob l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehimiet bilaterali, il-Ftehimiet dwar l-Istejtus ta' Forzi, u ftehimiet ta' bażijiet militari (bejn Stati Membri u pajjiżi terzi) sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tar-rispett għaddrittijiet tal-bniedem u, fejn xieraq, għal reviżjoni u negozjar mill-ġdid ta' dawk il-ftehimiet għal dan l-għan; jenfasizza li, skond il-Kummissjoni ta' Venezja, il-qafas legali ta' bażijiet militari barranin fit-territorju ta' l-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jgħinhom jeżerċitaw biżżejjed setgħat sabiex iwettqu l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; 155. Jirrimarka f'dan ir-rigward l-allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwartieri tas-suldati Amerikani Coleman f'Mannheim, il-Ġermanja, u jistieden kemm lill-ġudikatura kif ukoll lill-Kumitat ta' inkjesta tal-Bundestag Ġermaniż sabiex jinvestigaw aktar dan il-każ; 156. Jiddispjaċih li seta' kien hemm nuqqas ta' kontroll fuq il-bażijiet militari Amerikani mill-pajjiżi Ewropej li qed jilqgħuhom; ifakkar, madankollu, li l-ECHR tistipula li l-Istati Aderenti kollha huma obbligati li jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq it-territorju kollu tagħhom, inklużi l-bażijiet militari barranin; 157. Ifakkar li l-ECHR tistipula wkoll li kull każ ta' detenzjoni jrid ikun skond il-liġi u jrid ikun ir-riżultat ta' proċedimenti preskritti mil-liġi, kemm jekk hija nazzjonali kif ukoll internazzjonali; 158. Ifakkar li l-impożizzjoni, l-eżekuzzjoni jew l-awtorizzazzjoni diretta jew indiretta tad-detenzjoni sigrieta u illegali, li huma strumenti li jwasslu għall-'għajbien' ta' persuni jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem per se u li jekk pajjiż Ewropew ikun involut b'mod attiv jew passiv f'detenzjonijiet sigrieti u illegali bħal dawn, dak il-pajjiż ikun responsabbli taħt l-ECHR; IR-RUMANIJA 159. Jilqa' b'sodisfazzjon l-ospitalità eċċellenti u l-koperazzjoni tajba mill-awtoritajiet Rumeni lill-Kumitat Temporanju, inklużi laqgħat ma' membri tal-Gvern Rumen, kif ukoll it-twettiq ta' kumitat ta' inkjesta ad hoc tas-Senat Rumen; 160. Madanakollu, jinnota n-nuqqas ta' ħeġġa min-naħa ta' l-awtoritajiet kompetenti Rumeni sabiex jinvestigaw fil-fond l-eżistenza tal-faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti fit-territorju tagħhom; 161. Jiddispjaċih li r-rapport maħruġ mill-kumitat ta' inkjesta Rumen kien sigriet għall-kollox ħlief għallkonklużjonijiet tiegħu, inklużi fil-Kapitolu 7, li jiċħdu b'mod kategoriku l-possibiltà li faċilitajiet għad-detenzjoni sigrieti jistgħu jkunu ospitati fuq art Rumena; jiddispjaċih li l-kumitat ta' inkjesta Rumen ma sema' lebda xhieda minn ġurnalisti, NGOs, jew uffiċjali li jaħdmu f'ajruporti, u għadu ma forniex lill-Kumitat Temporanju tiegħu bir-rapport b'mod kuntrarju għall-impenn tiegħu li jagħmel hekk; jiddispjaċih li meta jitqiesu dawn l-elementi, il-konklużjonijiet miġbuda fir-rapport tal-kumitat ta' inkjesta Rumen jidhru prematuri u superfiċjali; madanakollu, jinnota l-intenzjoni, espressa miċ-Chairwoman tal-kumitat ta' inkjesta liddelegazzjoni tal-Kumitat Temporanju, li il-konklużjonijiet ikunu meqjusa bħala provviżorji; 162. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kontroll ta' l-ajruplan Gulfstream bin-Numru ta' Reġistrazzjoni N478GS li kellu inċident fis- 6 ta' Diċembru 2004 meta kien fil-proċess ta'nżul f'Bukarest; ifakkar li l-ajruplan telaq mill-Bażi ta' l-Ajru ta' Bagram fl-Afganistan, u li s-seba' passiġġieri sparixxew wara l-inċident; madanakollu japprezza l-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet Rumeni li taw ir-rapport dwar l-inċident lill-Kumitat Temporanju; 163. Huwa mħasseb ħafna li l-awtoritajiet Rumeni u ma fetaħx proċess uffiċjali ta' investigazzjoni dwar il-każ ta' passiġġier fuq l-ajruplan Gulfstream N478GS, li nstab iġorr pistola Beretta 9mm Parabellum blammunizzjon; 164. Jinnota l-21 waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Rumeni u jesprimi tħassib serju dwar il-għan ta' dawk it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment tad-detenuti; jikkundanna l-waqfiet fir-Rumanija ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenja straordinarja ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri, Binyam Mohammed u Abu Omar u għat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u ta' Mohammed El Zari; huwa mħasseb b'mod partikulari li, mit-titjiriet imsemmija, tnejn oriġinaw minn Guantánamo jew kienu ddestinati lejn Guantánamo; jinkuraġġixxi bis-sħiħ lill-awtoritajiet Rumeni biex jinvestigaw aktar dawn it-titjiriet; 165. Huwa mħasseb dwar id-dubji li nxteħtu dwar il-kontrolli eżerċitati mill-awtoritajiet Rumeni fuq lattivitajiet Amerikani fil-bażi militari ta' l-ajruport ta' Kogalniceanu; 166. Ma jistax jeskludi, skond id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Rumeni lid-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju għar-Rumanija, il-possibilità li s-servizzi sigrieti ta' l-Istati Uniti operaw fir-Rumanija fuq bażi klandestina u li ma ngħatatx evidenza definittiva li tikkontradixxi l-allegazzjonijiet dwar it-tmexxija ta' faċilità ta' detenzjoni sigrieta fuq art Rumena; IL-POLONJA 167. Jikkundanna n-nuqqas ta' koperazzjoni ovvju mill-Gvern Pollakk mal-Kumitat Temporanju, b'mod partikulari meta laqa' lid-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju f'livell mhux xieraq; jiddispjaċih ħafna li dawk ir-rappreżentanti kollha tal-Gvern Pollakk u tal-Parlament Pollakk li kienu mistiedna jiltaqgħu mill-Kumitat Temporanju ma aċċettawx l-istedina; 168. Jemmen li din l-attitudni tirrifletti rifjut ġenerali min-naħa tal-Gvern Pollakk tal-Kumitat Temporanju u l-objettiv tiegħu li jeżamina allegazzjonijiet u jistabbilixxi l-fatti; 169. Jiddispjaċih li ma twaqqaf l-ebda kumitat ta' inkjesta speċjali u li l-Parlament Pollakk ma għamel lebda investigazzjoni indipendenti; 170. Ifakkar li, fil- 21 ta' Diċembru 2005, il-Kumitat tas-Servizzi Speċjali kellu laqgħa privata mal-Ministru Koordinatur tas-Servizzi Speċjali u mal-kapijiet taż-żewġ servizzi ta' l-intelliġenza; jenfasizza li l-laqgħa tmexxiet malajr u fis-sigriet, mingħajr ebda seduta ta' smigħ jew xhieda u ma kienet soġġetta għall-ebda skrutinju; jisħaq li investigazzjoni bħal din ma tistax tiġi definita bħala indipendenti u jiddispjaċih li l-kumitat ma ta l-ebda dokumentazzjoni, ħlief għal dikjarazzjoni waħda finali f'dan ir-rigward; 171. Jinnota l -11-il waqfa li għamlu ajruplani operati mis-CIA f'ajruporti Pollakki u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-għan ta' dawn it-titjiriet li ġew minn jew kienu sejrin f'pajjiżi marbuta ma' ċirkwiti ta' konsenja straordinarja u mat-trasferiment ta' detenuti; jikkundanna l-waqfiet fil-Polonja ta' ajruplani li ntwera li ntużaw mis-CIA, f'okkażjonijiet oħra, għall-konsenja straordinarja ta' Bisher Al-Rawi, Jamil El-Banna, Abou Elkassim Britel, Khaled El-Masri u Binyam Mohammed u għat-tkeċċija ta' Ahmed Agiza u Mohammed El-Zar; 172. Jiddispjaċih li, wara s-seduti ta' smigħ mmexxija mid-delegazzjoni tal-Kumitat Temporanju fil-Polonja, kien hemm dikjarazzjonijiet kontradittorji u konfużjoni dwar il-pjanijiet tat-titjiriet rigward dawk it-titjiriet tas-CIA, li l-ewwel ntqal li ma nżammux, imbagħad intqal li probabilment ġew arkivjati fl-ajruport u finalment ġie ddikjarat li ntbagħtu mill-Gvern Pollakk lill-Kunsill ta' l-Ewropa; jagħraf il-fatt li f'Novembru 2006 t-tmexxija ta' l-Ajruport ta' Szymany provdiet lill-Kumitat Temporanju informazzjoni parzjali dwar ilpjanijiet tat-titjiriet; 173. Jirringrazzja lill-maniġer preċedenti ta' l-ajruport ta' Szymany, għax-xhieda siewja quddiem il-Kumitat Temporanju; jinnota l-fatt li matul l-2006 hu jew hi ġie/ġiet interrogata fil-qafas ta' inkjesta tardiva dwar it-titjiriet tas-CIA, immedjatament kif ix-xhieda tiegħu jew tagħha saret pubblika; 174. Jinnota li, skond sorsi differenti, diversi detenuti importanti li kienu miżmuma segretament fl-Afganistan fl-2003 ġew ittrasferiti 'l barra mill-pajjiż f'Settembru u f'Ottubru 2003; jisħaq bi tħassib li Boeing 737 bin-Numru ta' Reġistrazzjoni N313P, li ntuża mis-CIA għal konsenji li saru fiċ-ċert, tar minn Kabul għall-ajruport ta' Szymany fit- 22 ta' Settembru 2003 u mbagħad ġie dirett lejn Guantánamo; 175. Ifakkar li, rigward l-inżul ta' l-ajruplan imsemmi fl-ajruport ta' Szymany, mal-persunal ta' seba' minnies fuq it-titjira ngħaqdu ħames passiġġieri u li ma seħħ l-ebda kontroll tad-dwana fuq dawn il-passiġġieri; 176. Jinnota d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-impjegati ta' l-ajruport ta' Szymany, u b'mod partikolari mill-maniġer preċedenti tiegħu, li qalu li: - fl-2002, żewġ jetsGulfstream, u fl-2003, erba' jets Gulfstream bin-numri ta' reġistrazzjoni ċivili kienu pparkjati fit-tarf ta' l-ajruport u ma daħlux għar-rilaxx mid-dwana; - ingħataw ordnijiet direttament mill-gwardji reġjonali tal-fruntiera dwar il-wasla ta' l-ajruplani msemmija, b'enfasi li l-awtoritajiet ta' l-ajruport m'għandhomx jersqu lejn l-ajruplani u li l-persunal militari u sservizzi biss setgħu joperaw l-ajruplani u biex ikomplu l-arranġamenti tekniċi biss wara l-inżul; - skond uffiċjal għoli preċedenti ta' l-ajruport, l-ebda pajżan jew membru mill-persunal militari Pollakk ma tħalla jersaq lejn l-ajruplan; - l-imposti fuq l-inżul kienu eċċessivi u tħallsu fi flus kontanti — bejn EUR 2000 u EUR 4000; - vettura jew tnejn kienu jistennew il-wasla ta' l-ajruplani; - il-vetturi kellhom numri tar-reġistrazzjoni militari li jibdew bl-"H", li huma assoċjati mal-bażi militari ta' l-intelliġenza fi Stare Kiejkuty, li qiegħda fil-qrib; - f'każ minnhom, kienet involuta vettura għall-emerġenza medika, li hija jew ta' l-akkademja tal-pulizija jew tal-bażi militari; - membru tal-persunal ta'l-ajruport irrapporta li darba segwa l-vetturi u rahom sejrin fid-direzzjoni taċċentru ta' taħriġ ta' l-intelliġenza fi Stare Kiejkuty; 177. Jirrikonoxxi li ftit wara, u skond id-dikjarazzjonijiet tal-President George W. Bush fis- 6 ta' Settembru 2006, ġiet ippubblikata lista ta' 14-il detenut li kienu ġew trasferiti minn faċilità ta' detenzjoni sigrieta għal Guantánamo; jinnota li sebgħa mill-erbatax-il detenut kienu issemmew f'rapport mill-ABC News, ippubblikat 9 xhur qabel fil- 5 ta' Diċembru 2005 iżda kien irtirat ftit wara mill-webpage ta' l-ABC, b'lista ta' tnax-il suspettat ewlieni ta' l-Al Qaeda miżmuma fil-Polonja; 178. Iħeġġeġ lill-Parlament Pollakk sabiex jistabbilixxi kumitat ta' inkjesta xieraq, indipendenti mill-Gvern u li kapaċi jmexxi investigazzjonijiet serji u fil-fond; 179. Jiddispjaċih li l-NGOs Pollakki għad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti investigattivi ffaċċjaw nuqqas ta' koperazzjoni mill-gvern u rifjuti għad-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni; 180. Jinnota d-dikjarazzjonijiet li saru mll-ogħla rappreżentanti ta' l-awtoritajiet Pollakki li l-ebda ċentri ta' detenzjoni sigrieti ma kienu bbażati fil-Polonja; jikkonsidra madankollu illi fid-dawl tal-evidenza ċirkostanzjali ta' hawn fuq, mhux possibbli li jirrikonoxxi jew jiċħad li ċentri ta' detenzjoni sigrieti kienu bbażati fil-Polonja; 181. Jinnota bi tħassib li t-tweġiba uffiċjali ta' l- 10 ta' Marzu 2006 mis-Sotto Segretarju ta' l-Istat Witold Waszykowski lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa Terry Davis turi l-eżistenza ta' ftehimiet ta' koperazzjoni sigrieti, iffirmati mis-servizzi sigrieti taż-żewġ pajjiżi stess, li jeskludu l-attivitajiet ta' servizzi sigrieti barranin mill-ġurisdizzjoni ta' korpi ġudizzjarji Pollakki; IL-KOSOVO (SKOND IR-RIŻOLUZZJONI NRU 1244 (1999) TAL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAN-NU) 182. Jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li l-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew il-Kastig Inuman jew Degradanti (CPT) kiseb aċċess għall-faċilitajiet ta' detenzjoni mmexxija min-NATO fil-Kosovo biss f'Lulju 2006; 183. Jiddispjaċih għar-rifjut tan-NATO li tipprovdi evidenza dwar l-allegazzjonijiet ta' detenzjoni illegali ta' terroristi suspettati fil-ħabs immexxi mill-forza għaż-żamma tal-paċi tan-NATO (KFOR) f'Kamp Bondsteel, l-unika faċilità ta' detenzjoni fl-Ewropa fejn l-ispetturi tas-CPT ma ngħatawx permess għal aċċess illimitat ħlief reċentement; 184. Jirrimarka f'dan ir-rigward li x-xhieda mogħtija lill-Kumitat Temporanju mill-Ombudsman preċedenti tal-Kosovo, Marek Antoni Nowicki, tikkonferma li minn Lulju ta' l-1999, il-ħabsin kienu detenuti spiss f'Kamp Bondsteel, suġġetti biss għad-deċiżjoni tal-Kmandant tal-KFOR u ma kinux suġġetti għal xi deċiżjoni ġudizzjarja jew xi forma oħra ta' kontroll estern; ifakkar li mill-2000 sa l-2001, numru ta' persuni kienu wkoll detenuti wara deċiżjonijiet amministrattivi tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u li, skond data uffiċjali disponibbli, 23 persuna kienu impriġjunati f'Kamp Bondsteel għal perjodu qasir ta' żmien mill-Kmandant tal-KFOR b'konnessjoni ma' avvenimenti vjolenti fil-Kosova fir-rebbiegħa ta' l-2004; Informazzjoni oħra relevanti miġbura mill-Kumitat Temporanju 185. Jirrimarka li l-Kumitat Temporanju sab informazzjoni — inkluża x-xhieda diretta ta' Murat Kurnaz — dwar interrogazzjonijiet ta' detenuti ta' Guantánamo li saru minn aġenti ta' gvernijiet ta' l-Istati Membri; jenfasizza li dawn l-interrogazzjonijiet kienu mmirati biex jiġbru informazzjoni minghand persuni detenuti illegalment, li b'mod ċar jikkontradixxu l-kundanna pubblika ta' Guantánamo, kif espressa f'diversi okkażjonijiet kemm fil-livell ta' l-UE kif ukoll ta' l-Istati Membri; 186. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri involuti biex jiftħu investigazzjonijiet xierqa dwar din il-kwistjoni; Rakkomandazzjonijiet Rakkomandazzjonijiet politiċi 187. Iqis li jeħtieġ li dawk il-pajjiżi Ewropej li bdew l-inkjesti u l-investigazzjonijiet f'livell governattiv, parlamentari u/jew ġudizzjarju dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tal-Kumitat Temporanju għandhom jagħmlu xogħolhom mill-aktar fis possibbli u jippubblikaw ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet; 188. Iħeġġeġ lill-pajjiżi Ewropej li saru allegazzjonijiet serji fil-konfront tagħhom dwar koperazzjoni attiva jew passiva fir-rigward ta' konsenji straordinarji u li ma għamlux investigazzjonijiet governattivi, parlamentari u/jew ġudizzjarji, biex jibdew proċeduri bħal dawn mill-aktar fis possibbli; ifakkar li, skond ilkażistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, hemm obbligu pożittiv fuq l-Istati Membri sabiex jinvestigaw allegazzjonijiet u jissanzjonaw vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bi ksur ta' l-ECHR; 189. Jitlob li Guantánamo jiġi magħluq u lill-pajjiżi Ewropej sabiex ifittxu immedjatament ir-ritorn taċċittadini u tar-residenti tagħhom li qegħdin jinżammu illegalment mill-awtoritajiet Amerikani; 190. Jikkunsidra li l-pajjiżi Ewropej kollha li għadhom ma għamlux hekk, għandhom jibdew investigazzjonijiet indipendenti dwar il-waqfiet kollha li saru minn ajruplani ċivili operati mis-CIA, ta' lanqas mill-2001, inklużi dwar dawk il-każijiet diġà analizzati mill-Kumitat Temporanju; 191. Jistenna li jiġi infurmat kompletament bl-iżviluppi kollha li jikkonċernaw l-proċeduri kollha msemmija hawn fuq; 192. Jitlob lill-pajjiżi ta' l-Ewropa biex jikkumpensaw lill-vittmi innoċenti ta' konsenji straordinarji u biex jiżguraw li jkollhom aċċess għal kumpens effettiv u ta' malajr, inklużi aċċess għal programmi ta' rijabilitazzjoni, garanziji li dak li ġara mhux ser jirrepeti ruħu kif ukoll kumpens finanzjarju xieraq; 193. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha anti-terrorista fl-Istati Membri u ta' l-arranġamenti kemm formali kif ukoll informali bejn l-Istati Membri u s-servizzi ta' l-intelliġenza ta' pajjiżi terzi, minn perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tirrevedi leġiżlazzjoni li organi taddrittijiet tal-bniedem internazzjonali jew Ewropej jikkunsidraw li tista' twassal għall-ksur tad-drittijiet talbniedem, u sabiex jiġu ppreżentati proposti għal azzjonijiet sabiex tiġi evitata kull ripetizzjoni tal-kwistjonijiet fil-kompetenza tal-Kumitat Temporanju; 194. Jikkunsidra li huwa neċessarju li ssir reviżjoni billi tillimita u tiddefinixxi b'mod ristrett l-eċċezzjonijiet li joriġinaw mill-kunċett ta' "Sigriet ta' l-Istat", anke fil-qafas tar-reviżjoni li se ssir dalwaqt tar-Regolament (EC) Nru1049/2001 [9], kif ukoll fl-adozzjoni ta' prinċipji komuni mill-istituzzjonijiet ta' l-UE firrigward it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali, sabiex jiġu evitati abbużi u devjazzjonijiet li huma aktar u aktar inaċċettabli fi Stati moderni demokratiċi u li jikkontradixxu l-obbligi tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti mekkaniżmi speċifiċi li jippermettu aċċess għal informazzjoni sigrieta lill-parlamenti u lill-imħallfin, kif ukoll ir-rilaxx ta' informazzjoni wara ċertu perjodu ta' żmien; 195. Jinnota l-ħolqien reċenti tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u ta' rappreżentanti tal-Gvern ta'l-Istati Uniti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tas-Sigurtà Interna, li jikkostitwixxi l-qafas politiku tad-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, inklużi differenzi fl-approċċ rigward it-terroriżmu kif ukoll kwistjonijiet imqajma mill-Kumitat Temporanju; jikkunsidra li huwa meħtieġ li jassoċċja f'dan il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli lill-Parlament Ewropew u lill-Kungress Amerikan, kif ukoll li jiġu ppubblikati l-aġendi, il-minuti, id-dokumenti eżaminati u d-deċiżjonijiet meħuda tiegħu, sabiex ikun assigurati u tiżdied il-leġittimità demokratika u t-trasparenza; 196. Jinkuraġġixxi lill-pajjiżi Ewropej li meta jmexxu operazzjonijiet militari fil-pajjiżi terzi: - jiżguraw li kwalunkwe ċentru ta' detenzjoni stabbilit mill-forzi militari huwa suġġett għas-superviżjoni politika u ġudizzjarja u li d-detenzjoni incommunicado mhix permessa; - jieħdu passi sabiex jipprevjenu lil kwalunkwe awtorità milli joperaw ċentri ta' detenzjoni li m'humiex suġġetti għas-superviżjoni politika u ġudizzjarja jew fejn id-detenzjoni incommunicado hi permessa; Rakkomandazzjonijiet legali 197. Jikkunsidra li l-poteri tal-kumitati ta' inkjesta temporanji tal-Parlament għandhom jissaħħu u li ddeċiżjoni interistituzzjonali li tmexxi l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew għandha tiġi emendata f'dan is-sens; 198. Jikkunsidra li l-Parlament għandu jkun involut adegwatament meta l-Komunità jew l-Unjoni jaddottaw miżuri li jaffettwaw drittijiet u libertajiet ċivili; 199. 199 Jitlob għall-istabbiliment ta' sistema xierqa u strutturata ta' koperazzjoni bejn il-Parlament u lorgani kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill ta' l-Ewropa meta jitratta kwistjonijiet relatati massigurtà interna ta' l-Unjoni Ewropea; 200. Jitlob għal koperazzjoni msaħħa mal-parlamenti nazzjonali sabiex jaqsmu l-informazzjoni kollha li jinstabu fid-dominju pubbliku relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali; 201. Jenfasizza l-importanza ta' definizzjoni komuni ta' "terroriżmu" u jitlob li jiġu stabbiliti għodod legali effiċjenti biex jikkumbattu t-terroriżmu fi ħdan il-qafas tal-liġi internazzjonali; jemmen li n-Nazzjonijiet Uniti hija l-iktar organizzazzjoni adattata biex tiddefinixxi dan il-kunċett; IS-SERVIZZI SIGRIETI 202. Jaqbel bis-sħiħ mal-konklużjonijiet tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, Terry Davis, dwar in-nuqqas ta' superviżjoni u mekkaniżmi ta' kontroll ġuridiku fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà, kif espressi fis-"Segwitu tar-rapporti tas-Segretarju Ġenerali taħt l-Artikolu 52 ECHR" u jistenna li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu kkunsidrati; jitlob lill-Istati Membri biex jipprovdu monitoraġġ parlamentari xieraq u effettiv (billi jiġu stabbiliti kumitati ta' sorveljanza b'poteri adegwati biex ikollhom aċċess għal dokumenti u tagħrif baġitarju) u superviżjoni legali tas-servizzi sigrieti u s-servizzi ta' intelliġenza tagħhom u n-networks formali u informali li fihom huma jagħmlu parti; 203. Jikkunsidra li huwa neċessarju li tissaħħaħ il-Konferenza tal-Kumitati ta' Supervizjoni fuq l-korpi ta' l-Intelliġenza ta' l-Istati Membri, li fiha l-Parlament għandu jkun involut bis-sħiħ; 204. Jikkunsidra li l-pajjiżi Ewropej kollha għandu jkollhom liġijiet nazzjonali speċifiċi sabiex jirregolaw u jimmoniterjaw l-attivitajiet tas-servizzi sigrieti ta' pajjiżi terzi fit-territorji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw monitoraġġ u superviżjoni aħjar ta' l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll sabiex jissanzjonaw atti jew attivitajiet illegali, b'mod partikolari dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem; 205. Jikkunsidra bħala mixtieq ħafna t-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn is-servizzi sigrieti u s-servizzi ta' sigurtà ta' l-Istati Membri, jew fuq bażi multilaterali, preferibbilment fi ħdan qafas ta' l-UE, jew fuq bażi bilaterali, dejjem jekk jinħoloq qafas legali għalih li jassigura kontroll parlamentari demokratiku u ġudizzjarju sħiħ u li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rrispettati u mħarsa l-ħin kollu; 206. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu bħala kwistjoni ta' prijorità sistema ta' moniteraġġ u kontroll demokratiku fuq l-attivitajiet ta' l-intelliġenza konġunti u koordinati fuq livell ta' l- Unjoni Ewropea; jipproponi rwol importanti għall-Parlament f'din is-sistema ta' moniteraġġ u kontroll; IT-TRAFFIKU TA' L-AJRU 207. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, li jeskludi ajruplani statali mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni, huwa implimentat b'mod xieraq sabiex l-ajruplani militari u/jew l-ajruplani tal-pulizija kollha jistgħu jtiru fuq jew jinżlu fit-territorju ta' Stat ieħor biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni minn qabel u biex, skond l-istess Konvenzjoni, tiġi ntrodotta projbizzjoni jew issir sistema ta' ispezzjonijiet ta' ajruplani magħrufa jew issuspettati li jkunu involuti f'servizz mhux normali; 208. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-permessi għat-tijiriet ta' lajruplani militari u/jew tal-pulizija fuq it-territorju għandhom jingħataw biss jekk akkumpanjati minn garanziji li d-drittijiet tal-bniedem se jiġu rrispettati u ssorveljati; 209. Jikkunsidra li huwa neċessarju li tissaħħaħ b'mod effettiv, kemm f'livell ta' l-UE kif ukoll f'livell nazzjonali, il-Konvenzjoni ta' Tokjo dwar Reati u Ċerti Atti Oħra Mwettqa Abbord l-Ajruplani sabiex leżerċiżżju ta' ġurisdizzjoni jkun użat biex jiżgura l-osservanza ta' kwalunkwe obbligu skond il-ftehim multilaterali internazzjonali, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, u li, meta huwa xieraq, għandhom isiru kontrolli abbord; 210. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadotta proposti leġiżlattivi xierqa dwar is-sigurtà fit-trasport, kif stipulat fl-Artikolu 71 tat-Trattat KE, waqt li tikkunsidra ir-rakkomandazzjonjiet inklużi f'din ir-riżoluzzjoni; 211. Ifakkar fil-kompetenza tal-Komunità fil-qasam tat-trasport, b'mod partikulari fis-sigurtà fit-trasport; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tieħu azzjoni immedjata sabiex tassigura li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll mill-Parlament jiġu implimentati; 212. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tadotta regoli dwar l-użu, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew, dwar l-użu ta' l-ajruporti ta' l-UE u dwar il-monitoraġġ ta' l-avjazzjoni mhux kummerċjali; KONVENZJONIJIET U FTEHIMIET INTERNAZZJONALI 213. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jekk għadhom ma irratifikawx il-Ftehima ta' Estradizzjoni ta' l-2003 bejn l-UE u l-Istati Uniti, jagħmlu dan mill-aktar fis, filwaqt li jieħdu l-passi xierqa sabiex jevitaw li jinterpretaw ħażin l-Artikolu 12 tal-Ftehima, u għalhekk jiżguraw li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha ma jmurx lil hinn mill-estradizzjoni formali u ma jilleġittimiżżax il-konsenji straordinarji; 214. Jistieden lill-pajjiżi Ewropej biex jirrattifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għallĦarsien tal-Persuni Kollha Kontra l-Għajbien Infurzat, adottata fl- 20 ta' Diċembru 2006 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU; 215. Jemmen li, meta ssir provviżjoni għall-interpretazzjoni u l-infurzar xieraq tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura, il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom jassiguraw li d-definizzjoni tagħhom ta' tortura tkun skond l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni u li, barra minn hekk, l-obbligi fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tortura jitwettqu wkoll fir-rigward ta' atti oħra ta' trattament jew kasiġ krudili, inuman jew degradanti kif stipulat fl- Artikolu 16 tal-Konvenzjoni; jaħseb li l-pajjiżi kollha Ewropej għandhom jassiguraw li l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni jiġi infurzat kif xieraq, b'mod partikulari fir-rigward l-attivitajiet tas-servizzi sigrieti; 216. Jiddikjara li, jekk il-protezzjoni kontra r-refoulement hija aktar qawwija taħt l-ECHR milli taħt il- Konvenzjoni kontra t-Tortura tan-NU,, il-pajjiżi Ewropej għandhom f'kwalunkwe każ jiżguraw il-ħarsien mogħti mill-ECHR; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-prinċipju tan-non-refoulement huwa rikonoxxut ukoll mill- Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; 217. Jistieden lill-pajjiżi Ewropej sabiex jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura tan-NU u jistabbilixxu mekkaniżmi nazzjonali u indipendenti sabiex jimmoniterjaw postijiet ta' detenzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi assigurat li proċeduri bħal dawn użati mill-konvenzjonijiet internazzjonali differenti dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu kompatibbli; 218. Hu ta' l-opinjoni li s-CPT għandha tingħata aċċess mingħajr dewmien jew tfixkil għal kull post ta' detenzjoni fil-pajjiżi Ewropej, inklużi l-bażijiet militari barranin, u tkun ipprovduta bl-informazzjoni kollha relevanti rigward tali detenzjoni, u li, għal dan il-għan, kwalunkwe ftehim bilaterali li jirrestrinġi l-aċċess tas- CPT għandu jiġi rivedut; 219. Iħeġġeġ lill-pajjiżi Ewropej sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; 220. Jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tinkuraġġixxi lill-pajjiżi terzi kollha sabiex jingħaqdu fil-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura tan-NU u għall-Konvenzjoni tan-NU dwar l- Għajbien Infurzat; 221. Jitlob lill-pajjiżi Ewropej sabiex jistabbilixxu regoli ċari li jipprovdu l-possibilità tar-revoka ta' limmunità ta' l-Istat fejn azzjonijiet illegali jiksru d-drittijiet tal-bniedem; Rakkomandazzjonijiet Amministrattivi (fuq livell UE) 222. Hu ta' l-opinjoni li s-servizzi interni kollha fil-Kunsill (inter alia, l-Unità tal-Politika u ċ-Ċentru tas- Sitwazzjoni Konġunta) u l-Kummissjoni (l-Unità għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet u l-Ħarsien tal-Kunflitti fid- Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni u s-servizzi rilevanti fid-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà), għandhom jissaħħu fi ħdan il-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija tas-Sigurtà ta' l-UE u l-istrateġija kontra t-terroriżmu f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri kollha, u li l-koperazzjoni tagħhom ma' xulxin, kif ukoll ma' l-Istati Membri, tkun regolata b'mod ċar u jiġi assigurat il-ħarsien tad-data; jikkunsidra li l-Parlament għandu jkun involut bis-sħiħ f'dan ir-rigward billi jingħataw poteri ta' superviżjoni simili għal dawk tal-kumitati ta' superviżjoni tal-parlamenti nazzjonali, u li l-Qorti tal-Ġustizzja tingħata kompetenza f'dan il-qasam; jenfasizza li l-kompetenza ta' l-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha tissaħħaħ b'mod sinifikattiv; Ir-relazzjonijiet ta' l-UE mal-pajjiżi terzi 223. Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex fil-kuntatti tagħha mal-pajjiżi terzi tenfasizza li l-qafas legali xieraq fit-tmexxija tal-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu huwa l-liġi kriminali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; 224. Jenfasizza l-ħtieġa ta' djalogu politiku ma' l-Istati Uniti, kif ukoll ma' msieħba oħra strateġiċi ta' l- Unjoni Ewropea, dwar kwistjonijiet ta' sigurtà sabiex it-terroriżmu jkun miġġieled b'mod effettiv u b'mezzi legali; 225. Jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex tfakkar li l-applikazzjoni sħiħa tal-klawsola demokratika hija fundamentali fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, b'mod speċjali dawk li magħhom ikkonkludiet ftehimiet; jistieden lill-Eġittu, lill-Ġordan, lis-Sirja u lill-Marokk biex jikkjarifikaw l-irwol tagħhom fil-programm ta' konsenji straordinarji; 226. Jemmen bis-sħiħ li huwa neċessarju li jiġi promoss fi ħdan il-qafas tal-kodiċi ta' kondotta tan-NU għas-servizzi tas-sigurtà u s-servizzi militari bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi umanitarja u l-kontroll politiku demokratiku, simili għall-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-1994 dwar l-Aspetti Politiko- Militari tas-Sigurtà ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa; Konklużjonijiet finali 227. Jenfasizza, fid-dawl tal-poteri li ngħata u taż-żmien li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu, u n-natura sigrieta ta' l-azzjonijiet li ġew investigati, li l-Kumitat Temporanju ma tpoġġiex f'pożizzjoni li jinvestiga b'mod sħiħ il-każi kollha ta' abbużi u ksur li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu u li l-konklużjonijiet tiegħu għalhekk m'humiex eżawrjenti; 228. Ifakkar fil-prinċipji u l-valuri li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 6 tat- Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u jistieden lill-istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom fir-rigward ta' l-Artikolu 7 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet kollha l-oħra rilevanti tat- Trattati, u biex jieħdu l-miżuri xierqa kollha fid-dawl tal-konklużjonijiet tax-xogħol tal-Kumitat Temporanju, il-fatti li ġew żvelati waqt l-investigazzjoni tal-Kumitat Temporanju u kwalunkwe fatti oħrajn li jafu joħorġu fil-ġejjieni; jistenna li l-Kunsill jagħmel pressjoni fuq il-gvernijiet kollha biex jagħtu informazzjoni sħiħa u dettaljata lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u biex fejn ikun xieraq, jibda seduti ta' smigħ u jikkummissjona investigazzjoni indipendenti mingħajr dewmien, kif stipulat fl-Artikolu 7, u fejn meħtieġ jimponi sanzjonijiet fuq l-Istati Membri f'każ ta' ksur serju u persistenti ta' l-Artikolu 6, anke fejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġie ddikjarat minn organu internazzjonali iżda ma ttieħdet l-ebda miżura biex jiġi rimedjat il-ksur; 229. Jemmen li l-prinċipju tal-koperazzjoni leali stipulat fit-Trattati — li jesiġi lill-Istati Membri u lillistituzzjonijiet ta' l-UE jieħdu miżuri biex jassiguraw it-twettiq ta' l-obbligi tagħhom skond it-Trattati, bħarrispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li jirriżulta minn azzjoni meħuda mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, bħallaċċertament tal-verità dwar titjiriet u ħabsijiet allegati tas-CIA, u sabiex jiġi faċilitat it-twettiq tax-xogħol u l-objettivi ta' l-UE — ma ġiex rispettat; 230. Ifakkar li fid-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Stat firmatarju jkun responsabbli għall-ksur materjali tad-dispożizzjonijiet ta' l-ECHR, u għalhekk anke ta' l-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, mhux biss jekk ir-responsabilità diretta tiegħu tista' tiġi stabbilita lil hinn minn dubju raġjonevoli, iżda anke jekk naqas li jkun konformi ma' l-obbligu pożittiv tiegħu li jwettaq investigazzjoni indipendenti u imparzjali dwar allegazzjonijiet raġjonevoli dwar ksur bħal dan; 231. Jinnota r-rapporti mill-medja b'reputazzjoni tajba li l-konsenja straordinarja, id-detenzjoni illegali, u t-tortura sistematika li jinvolvu ħafna persuni, għadhom għaddejjin, u waqt li jikkunsidra d-dikjarazzjoni tal- Gvern ta' l-Istati Uniti attwali li se jitkompla l-użu tal-konsenja straordinarja u ta' postijiet sigrieti ta' detenzjoni; jitlob għalhekk li issir Laqgħa Għolja għal kontra t-terroriżmu bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex ifittex ittmiem għal prattiki inumani u illegali bħal dawn, u sabiex jinsisti li l-koperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu hija konsistenti ma' l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tat-trattat kontra t-tortura; 232. Jagħti struzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, fejn meħtieġ b'koperazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, notevolment is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu, biex isegwi b'mod politiku l-proċeduri tal-Kumitat Temporanju u biex jissorvelja l-iżviluppi li jsiru, u b'mod partikulari, fl-eventwalità li ma tkunx ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Kunsill u/jew il-Kummissjoni, biex jiddetermina jekk hemmx riskju ċar ta' ksur serju tal-prinċipji u tal-valuri li fuqhom hi bbażata l-Unjoni, u sabiex jirrakkomandalu kwalunkwe riżoluzzjoni li tista' tkun meħtieġa f'dan il-kuntest, bl-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea bħala bażi,; 233. Jistieden lis-Segretarju-Ġenerali biex jippubblika, għallinqas skond ir-Regolament (KE) Nru1049/ 2001, id-dokumenti kollha riċevuti, prodotti u eżaminati, kif ukoll r-rekords tal-proċeduri tal-Kumitat Temporanju fuq l-Internet kif ukoll fi kwalunkwe manjiera oħra xierqa u jistieden lis-Segretarju-Ġenerali biex jassigura li l-iżviluppi li jirriżultaw f'oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tal-Kumitat Temporanju wara li jispiċċa jibqgħu jiġu ssorveljati; * * * 234. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi assoċjati, u lill-Kunsill ta' l- Ewropa, lin-NATO, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u ż-żewġ Kmamar tal-Kungress ta' l-Istati Uniti, u sabiex jitlobhom iżommu lill-Parlament infurmat bi kwalunkwe żvilupp li jseħħ fl-oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tal-Kumitat Temporanju. [1] ĠU C 286 E, 23.11.2006, p.509. [2] ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.159. [3] Testi adottati f'din id-data, P6_TA(2006)0316. [4] Testi Adottati, P6_TA(2006)0525. [5] Testi Adottati, P6_TA(2006)0254. [6] ĠU C 324 ta' l-24.12.1990, p. 201. [7] ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1. [8] Numri ta' referenza: PE 380.593v04-00 u PE 380.984v02-00. [9] Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p.43). --------------------------------------------------