|
16.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 120/96 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona: sitwazzjoni attwali u prospettivi futuri
(2008/C 120/20)
Nhar is-27 ta' Settembru 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni dwar:
L-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona: sitwazzjoni attwali u prospettivi futuri.
Il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lill-Grupp ad hoc tal-Bureau “Il-Grupp ta' Lisbona” sabiex iħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett. Ir-rapporteurs kienu s-Sur van Iersel u s-Sur Barabás.
Billi l-ħidma kienet urġenti, matul l-440 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2007 (seduta tat-13 ta' Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur van Iersel bħala rapporteur ġenerali u s-Sur Barabás bħala ko-rapporteur ġenerali u adotta din l-opinjoni b'122 vot favur, vot kontra u 3-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jqis li tkun ħaġa rakkomandabbli li s-soċjetà ċivili organizzata fl-Istati Membri, b'mod partikulari l-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali (KES) nazzjonali, fejn jeżistu (1), ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' Lisbona bħala msieħba. Għal dan il-għan il-KESE jipproponi dan li ġej: |
|
1.1.1 |
Apparti mill-gvernijiet, il-gruppi tas-soċjetà għandhom irawmu approċċi kreattivi u jieħdu miżuri attivi, prattiċi u konkreti fil-kuntest tal-bidla. Hemm bżonn ta' sħubijiet addizzjonali u alleanzi ġodda sabiex il-proċess ta' Lisbona jkun ta' suċċess u sabiex tiġi approvata l-implimentazzjoni tiegħu (2). Għal dan il-għan din l-opinjoni tittratta primarjament dwar il-kontribut tal-KES nazzjonali u s-soċjetà ċivili organizzata. |
|
1.1.2 |
B'segwitu tal-prattiki tajbin f'bosta Stati Membri, l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u t-trasparenza huma meħtieġa kullimkien għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), u l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż. |
|
1.1.3 |
Huwa importanti wkoll li s-soċjetà ċivili organizzata tkun involuta fi stadju bikri fit-tfassil tal-prospetti futuri għaċ-ċiklu li jmiss wara l-2010 li għandu jissejjes fuq it-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
1.1.4 |
Il-KESE jenfasizza li implimentazzjoni effettiva ttejjeb il-viżibilità mixtieqa u l-konsistenza ta' l-aġenda ta' Lisbona fuq perijodu fit-tul. |
|
1.1.5 |
L-iskambji tal-fehmiet u l-prattiki bejn il-KESE u l-KES nazzjonali fir-rigward tal-PNR u l-aġenda ta' Lisbona jistgħu jkunu utli ferm. Il-KESE jista' jkun ta' appoġġ f'dan il-proċess. |
|
1.1.6 |
Il-KES nazzjonali kollha għandhom jiġu inklużi fil-konsultazzjonijiet annwali tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna mill-KES nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiddiskutu ideat u approċċi rakkomandabbli fil-kuntest nazzjonali. |
|
1.1.7 |
Fir-rigward tal-ħidma fil-Kunsill, il-KESE huwa interessat li jieħu sehem fil-Grupp ta' Ħidma għall-Metodoloġija ta' Lisbona, taħt l-awspiċi tal-Kumitat għall-Politika Ekonomika tal-Kunsill. |
|
1.1.8 |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kunsill Ewropew jagħti mandat lill-KESE sabiex kull sena jippubblika rapport li jinkludi informazzjoni, kif tkun disponibbli, dwar il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata, u tal-KES nazzjonali fejn jeżistu, fil-progress ta' l-istrateġija ta' Lisbona, li jinkludi suġġerimenti konkreti u titjib rakkomandabbli (3). |
|
1.1.9 |
L-approċċ tal-KESE jikkorrispondi ma' l-azzjoni li ttieħdet mill-Parlament Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali u r-reġjuni. Il-KESE huwa favur it-tisħiħ addizzjonali tal-kooperazzjoni. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Mill-2005 'l hawn, il-proċess ta' Lisbona għamel progress kemm fil-kontenut kif ukoll mil-lat istituzzjonali. Hemm unanimità dejjem tikber fost l-Istati Membri dwar il-fatt li jinħtieġu aġġustamenti strutturali fil-kompetittività — soċjetà bbażata fuq l-għarfien — it-tkabbir u l-impjieg sostenibbli. |
|
2.2 |
Mil-lat istituzzjonali, il-metodoloġija ta' l-istrateġija mġedda ta' Lisbona għaddiet minn bidliet benefiċjali. Dawn jinkludu:
|
|
2.3 |
L-evidenza prattika turi li l-għaqda ta' aġenda Ewropea ddefinita sew u miftiehma flimkien ma' qawmien mill-ġdid ta' metodu siewi ta' koordinazzjoni miftuħ li jirrispetta s-sussidjarjetà, bdiet tagħti l-frott. Fost l-Istati Membri hemm ftuħ dejjem jikber għall-fehim reċiproku u l-iskambji essenzjali tal-fehmiet dwar l-aġġustamenti. Bħala riżultat tal-metodoloġija ġdida, numru jiżdied ta' Stati Membri huma iktar ħerqana li jħarsu lilhinn mill-fruntieri nazzjonali u janalizzaw l-aħjar prattiki. |
|
2.4 |
Madankollu, hemm differenza bejn ir-rettorika u r-realtà. Il-kwistjoni ġenwina hija l-implimentazzjoni, li ħafna drabi ma tkunx kompluta jew preċiża. F'ħafna mill-każijiet hemm nuqqas ta' għanijiet konkreti, objettivi li jistgħu jitkejlu u skedi. |
|
2.5 |
Barraminhekk, hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri. Mhux l-Istati Membri kollha jaċċettaw malajr il-kummenti ta' kritika minn pajjiżi msieħba jew mill-Kummissjoni. Bħalissa, fil-kuntest ta' l-eżerċizzju tas-Sorveljanza Multilaterali li qiegħda titwettaq attwalment, hemm ċertu livell ta' analiżi reċiproka tal-PNR mill-Istati Membri. |
|
2.6 |
Fil-biċċa l-kbira tal-gvernijiet inħatar/inħatret is-Sur jew is-Sinjura Lisbona bħala ko-ordinatur. Din id-dispożizzjoni għandha tkun ta' benefiċċju għas-semplifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet, u għat-trasparenza. Madankollu, fil-maġġoranza tal-każijiet, dan il-Ministru/Segretarju ta' l-Istat għad irid jiddefinixxi r-rwol tiegħu kemm fi ħdan il-gvern kif ukoll fir-rigward tal-Parlament u s-soċjetà. |
|
2.7 |
Hemm għajdut li l-istrateġija ta' Lisbona hija l-iktar sigriet imħares ta' l-Ewropa billi ma tantx tintuża l-espressjoni “Strateġija ta' Lisbona”. Madankollu, wara t-tnedija mill-ġdid tagħha fl-2005, minħabba l-aġġustamenti fil-metodoloġija, ir-riformi bbażati fuq linji miftiehma qegħdin jitwettqu b'mod gradwali fl-Istati Membri. |
|
2.8 |
Il-proċess issa qabad sew, iżda s-sentejn li ġejjin ser ikunu kruċjali fir-rigward tal-kontinwità u l-profondità. L-ewwel u qabel kollox, huwa kruċjali li l-proċess ta' Lisbona jkollu struttura ċara u aċċettata, li hija magħrufa bħala strateġija pan-Ewropea, inkluż minn atturi mhux governattivi, u li twassal għal aġġustamenti u konverġenza fil-politiki tal-gvern. |
3. Il-ko-responsabilità tal-KESE, il-KES nazzjonali u s-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess ta' Lisbona
|
3.1 |
L-aġenda ta' Lisbona tittratta dwar l-iffaċilitar tas-soċjetà Ewropea sabiex tkun tista' tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 u sabiex tassigura l-pożizzjoni u r-rwol tagħha fir-rigward ta' numru dejjem jiżdied fl-għadd ta' atturi dinjin. Hija tittratta wkoll dwar spirtu u attitudni. |
|
3.2 |
Dan il-proċess ma jistax sempliċement ikun ristrett għall-politiċi, il-leġislaturi u l-gruppi ta' livell għoli. Għandu jkun proċess għal kulħadd, ma' kulħadd u minn kulħadd, għal żewġ raġunijiet:
|
|
3.3 |
Il-ko-responsabilità u l-impenn attiv ta' l-imsieħba soċjali u gruppi oħrajn tas-soċjetà ċivili jsaħħu l-proċess, billi jgħaqqdu l-approċċ mill-ogħla livell sa l-inqas livell ma' l-approċċ mill-inqas livell sa l-ogħla wieħed. Dawn iqanqlu wkoll appoġġ pubbliku ta' kwalità għolja li huwa indispensabbli. |
|
3.4 |
S'issa, f'bosta Stati Membri, il-KES nazzjonali u s-soċjetà ċivili, fejn kellhom, kellhom biss aċċess limitat għall-proċess ta' Lisbona. Hemm bżonn li jittieħdu passi addizzjonali sabiex titkattar il-ko-responsabilità. Fl-Istati Membri fejn ma jeżistux il-KES nazzjonali għandhom jiġu żviluppati mezzi istituzzjonali oħrajn ta' parteċipazzjoni. |
|
3.5 |
L-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili għandhom jieħdu sehem fl-istadji kollha tal-proċess ta' Lisbona matul is-sena. Dawn l-istadji huma: l-evalwazzjoni (taċ-ċiklu għaddej), it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-azzjonijiet ta' segwitu tal-PNR u r-rakkomandazzjonijiet skond il-pajjiż fuq il-perijodu iktar fit-tul. |
|
3.6 |
Il-KESE jikkunsidra bħala rakkomandabbli li l-KES nazzjonali jimpenjaw ruħhom għall-aġenda ta' Lisbona f'erba' modi:
|
|
3.7 |
F'pajjiżi mingħajr KES nazzjonali jew Kummissjonijiet Tripartitiċi, iridu jinstabu mezzi oħra sabiex l-imsieħba soċjali jiġu impenjati fil-proċess ta' konsultazzjoni. Dan jgħodd ukoll għas-soċjetà ċivili organizzata (4). |
|
3.8 |
Għandu jiġi enfasizzat li l-istess metodu għandu jiġi segwit fil-livell reġjonali u lokali, li huma ta' sikwit deċiżivi għall-implimentazzjoni ġenwina. Barraminhekk, fil-livell reġjonali, l-isħubijiet ma' l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili għandhom jitħeġġu fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali u soċjali. |
|
3.9 |
Barraminhekk, sabiex il-pjanijiet ta' azzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona jsiru realtà fil-livell reġjonali u lokali, iridu jkunu appoġġjati minn ġestjoni u implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi Strutturali. |
|
3.10 |
Safejn huwa kkonċernat il-KESE nnifsu, ir-rwol tiegħu għandu erba' aspetti:
|
4. Ħidma fuq it-temi ta' prijorità deċiżi fil-Kunsill tar-Rebbiegħa 2006
|
4.1 |
Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta' Lulju 2007, il-KESE adotta, kif kien mitlub, erba' opinjonijiet fuq inizjattiva proprja:
Il-KES nazzjonali ħadu sehem fit-tħejjija ta' dawn l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja u l-kontributi tagħhom huma mehmuża ma' l-opinjonijiet. Sussegwentement, il-KESE adotta opinjoni addizzjonali dwar l-integrazzjoni aħjar ta' l-istrateġija dwar il-bidla fil-klima fl-istrateġija ta' Lisbona. |
|
4.2 |
Dawn l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jippreżentaw ukoll kontributi tematiċi mill-KES nazzjonali dwar kwistjonijiet ewlenin skond l-identifikar mill-Kunsilli, ipprovdew kontribut konkret għar-rapport tal-Kummissjoni, u ser iservu sabiex jitniehed dibattitu usa' fil-kuntest tas-Summit ta' Lisbona ta' Marzu 2008. |
|
4.3 |
Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja hija, l-ewwelnett, kontribut għad-dibattitu fil-Kunsill. L-għan tagħha huwa li tisspeċifika r-rwol ta' l-imsieħba soċjali u ta' organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-proċess. |
|
4.4 |
Fil-proċess ta' tħejjija ta' l-opinjoni tiegħu, il-KESE gawda wkoll mill-kontribut tal-“Grupp ta' Kuntatt ma' l-Organizzazzjonijiet u n-Netwerks tas-Soċjetà Ċivili Ewropew” tiegħu. Dan il-kontribut huwa mehmuż ukoll ma' din l-opinjoni. |
5. Il-parteċipazzjoni ta' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata
|
5.1 |
Huwa importanti ħafna li l-aġenda ta' Lisbona tiġi diskussa pubblikament fil-livelli kollha tas-soċjetà bħala aġenda Ewropea rakkomandabbli li tkun adattata skond iċ-ċirkostanzi, il-proċeduri u l-ħtiġijiet legali nazzjonali. |
|
5.2 |
Id-dokumenti tal-Kummissjoni għandhom ikunu ffokati sew sabiex jitqanqal dibattitu usa' fis-soċjetà. It-tfittxija ta' sħubijiet ġodda produttivi minn banda teħtieġ fokus u identifikar u mill-banda l-oħra teħtieġ informazzjoni u komunikazzjoni. |
|
5.3 |
Iktar dibattitu u trasparenza jfissru iktar għarfien pubbliku. Tista' wkoll tkattar il-kreattività u l-ftuħ għal proposti u soluzzjonijiet mhux tas-soltu. F'bosta pajjiżi, miżuri ta' ġid u prattiki u/jew negozjati bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tas-settur jew tal-kumpanija sikwit jirriżultaw fi żviluppi mikro-ekonomiċi interessanti. |
|
5.4 |
L-iktar ħaġa importanti hija l-mod li bih l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili li għandhom il-kompetenzi sabiex jieħdu sehem fil-proċess, ikunu involuti fil-PNR u fit-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-UE. |
|
5.5 |
L-involviment ta' dawn l-atturi kollha jista' jwassal ukoll għal iktar konverġenza bejn l-aġendi nazzjonali li hija rakkomandabbli minħabba l-interdipendenza ekonomika dejjem tiżdied fl-Ewropa u l-effetti korrispondenti ta' riperkussjoni. |
|
5.6 |
Teżisti evidenza prattika li f'każijiet fejn l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili jassumu ko-responsabilità b'mod attiv, il-proċess ta' Lisbona jiffunzjona aħjar. Dan il-proċess jassumi kultura ta' kooperazzjoni non-antagonistika. Hemm sinjali li qiegħda titwettaq kooperazzjoni ta' dan it-tip fl-Istati Membri. |
|
5.7 |
Il-livell li fih jiġu involuti l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili jvarja bejn l-Istati Membri (10), parzjalment minħabba r-regolamenti statutorji differenti tal-KES u organizzazzjonijiet simili u parzjalment minħabba l-livell ta' informazzjoni u konsultazzjoni, li huwa saħansitra inqas żviluppat. |
|
5.8 |
Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jinkludu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u f'dawk il-pajjiżi fejn jeżistu, il-KES nazzjonali, fil-konsultazzjonijiet nazzjonali. |
|
5.9 |
Matul il-konsultazzjonijiet ma' ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni tiltaqa' wkoll ma' l-imsieħba soċjali. Din il-prattika għandha tiġi estiża b'mod gradwali. Din tista' tippermetti l-Kummissjoni taqdi rwol ta' monitoraġġ iktar intensiv. Barraminhekk, f'dawk il-pajjiżi fejn il-gvern jagħmel parti mill-KES jew il-kummissjoni Tripartitika, ikun rakkomandabbli għall-Kummissjoni li tiltaqa' ma' l-imsieħba soċjali b'mod separat. |
|
5.10 |
Ikun utli għall-KES nazzjonali li jagħmlu skambju ta' l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-konsultazzjoni u l-involviment (11). Dawn jistgħu jinkludu:
|
|
5.11 |
Sabiex jippromovu l-prattiki konverġenti fost il-KES nazzjonali, jistgħu jkunu utli wkoll laqgħat bilaterali jew trilaterali (forums, round tables). |
|
5.12 |
Il-KESE jista' jagħti kontribut billi jiġbor eżempji ta' prattika tajba fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni madwar l-Ewropa u billi jfassal lista ta' prattiki u miżuri interessanti li jkunu promossi mill-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri. |
|
5.13 |
Fir-rigward tal-kontributi mill-Istati Membri mingħajr KES, il-KESE jista' jikkoopera direttament ma' l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-soċjetà ċivili permezz tal-Membri tiegħu li jużaw forom diversi ta' missjonijiet ta' tfittxija, per eżempju billi jżommu seduti fil-livell nazzjonali. |
6. L-iskambji ta' l-aħjar prattiki
|
6.1 |
Ċertament hemm valur miżjud fil-preżentazzjoni ta' eżempji mikro-ekonomiċi konkreti ta' meta l-objettivi nazzjonali jintlaħqu jew huma mistennija li jinkisbu bil-parteċipazzjoni ta' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata fl-Istati Membri. |
|
6.2 |
L-eżempji jinkludu: ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Għarfien
L-Intraprenditorija u l-Kompetittività
Is-suq tax-xogħol u l-impjieg
B'żieda ma' dan, għandhom jiġu diskussi miżuri effettivi u konkreti, inklużi l-iskedi, relatati ma' l-enerġija u l-bidla fil-klima. F'kull każ, bdew id-diskussjonijiet fost il-partijiet interessati fi Stat Membru wieħed jew iktar. Il-KES nazzjonali u s-soċjetà ċivili organizzata għandhom il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjonijiet prattiċi. Id-diskussjonijiet fost l-uffiċjali tal-gvern u l-politiċi ċertament li jittejbu bis-saħħa ta' proposti mmexxijin tajjeb mill-inqas livell sa l-ogħla wieħed, li juri l-ħafna potenzjalitajiet fis-soċjetà Ewropea. |
|
6.3 |
Diskussjoni usa' li tinvolvi lill-partijiet interessati tista' tgħin fit-twaqqif ta' objettivi konkreti ġodda għall-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni. Din tista' tinkludi sistema ta' benchmarking, indikaturi u peer reviews sabiex jitkejjel il-livell ta' impenn tas-soċjetà ċivili organizzata. |
|
6.4 |
Ikun interessanti wkoll għall-Kummissjoni u l-Kunsill li jkunu jafu liema huma l-kwistjonijiet li l-KES nazzjonali qegħdin jiddiskutu bejniethom. Il-KESE jista' jelenka dawk li għandhom importanza orizzontali Ewropea. Iktar ma dawn id-diskussjonijiet jikkonċernaw approċċi u miżuri konkreti li jippromovu l-objettivi ta' Lisbona, iktar ser jattiraw attenzjoni fis-sezzjonijiet tal-gvern. |
|
6.5 |
L-implimentazzjoni u kif din tiġi assigurata permezz ta' għanijiet konkreti, objettivi li jistgħu jitkejlu u skedi, hija essenzjali. Is-soċjetà ċivili organizzata kollha kemm hi u speċjalment il-KES nazzjonali jistgħu jaqdu rwol effettiv fl-identifikar tan-nuqqasijiet u billi jgħinu fit-tfittxija tas-soluzzjonijiet. |
Brussell, it-13 ta' Diċembru 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) F'dan ir-rigward, il-qafas istituzzjonali fl-UE huwa eteroġenu: il-KES huma preżenti f'għadd sinifikanti ta' Stati Membri, fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri 'l-ġodda' hemm l-hekk imsejħa Kummissjonijiet Tripartitiċi (l-imsieħba soċjali flimkien mal-gvern), f'numru żgħir ta' l-Istati Membri m'hemm l-ebda KES. Il-KESE qiegħed jipprova jiġbor kemm jista' jkun kontributi minn korpi rappreżentattivi, ara l-Appendiċi 2.
(2) Ara r-riżoluzzjoni tal-KESE dwar L-Implimentazzjoni ta' l-istrateġija Mġedda ta' Lisbona, ĠU C 97, 27.4.2007.
(3) Il-KESE jinnota li bl-ebda mod mhu qiegħed jintervjeni fl-Istati Membri, u b'mod partikulari fi Spanja, fil-proċedura eżistenti tal-konsultazzjoni, il-kompetenzi u l-leġittimità ta' l-imsieħba soċjali.
(4) L-Isvezja tista' sservi ta' eżempju tajjeb, fejn il-Gvern qiegħed jikkonsulta ma' l-imsieħba soċjali ħafna drabi fis-sena (bħala tħejjija tal-PNR) kif ukoll, f'laqgħat separati, mas-soċjetà ċivili organizzata.
(5) F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-Parlament Ewropew dan l-aħħar waqqaf ukoll struttura ta' koordinazzjoni flimkien mal-parlamenti nazzjonali.
(6) L-impjieg tal-kategoriji ta' prijorità (l-istrateġija ta' Lisbona), ĠU C 256, 27.10.2007, p. 93
(http://www.eesc.europa.eu/lisbon_strategy/eesc_documents/index_mt.asp)
(7) L-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni (l-istrateġija ta' Lisbona), ĠU C 256, 27.10.2007, p. 17
(http://www.eesc.europa.eu/lisbon_strategy/eesc_documents/index_mt.asp)
(8) Il-potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-SMEs (l-istrateġija ta' Lisbona), ĠU C 256, 27.10.2007, p. 8
(http://www.eesc.europa.eu/lisbon_strategy/eesc_documents/index_mt.asp).
(9) Id-definizzjoni ta' Politika Ewropea għall-Enerġija (l-istrateġija ta' Lisbona), ĠU C 256, 27.10.2007, p. 31
(http://www.eesc.europa.eu/lisbon_strategy/eesc_documents/index_mt.asp).
(10) Ara n-Nota 3.
(11) Eżempju prattiku tal-monitoraġġ tal-PNR nazzjonali huwa l-KES Grieg li waqqaf osservatorju ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Dan joħloq għodda viżibbli li jsegwi l-progress jew in-nuqqas ta' progress. Hemm KES oħrajn li huma interessati li jsegwu dan l-eżempju.