52007DC0845

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-Ewwel Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku kisbiet u t-triq 'il quddiem /* KUMM/2007/0845 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.12.2007

KUMM(2007) 845 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

L-Ewwel Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku kisbiet u t-triq 'il quddiem

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

L-Ewwel Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Unikukisbiet u t-triq 'il quddiem

INTRODUZZJONI

L-inizjattiva Ajru Uniku tnediet fl-2000 wara ħafna dewmien serju matul l-1999. Ġie stabbilit Grupp ta’ Livell Għoli u, filwaqt li bniet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tiegħu, fi tmiem l-2001 il-Kummissjoni ressqet pakkett leġiżlattiv li ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'Marzu 2004 u li daħal fis-seħħ xahar wara.

Dan il-pakkett leġiżlattiv kien jikkonsisti minn erba' elementi: regolament li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas')[1]; regolament li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)[2]; regolament li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar 'l-Ispazju ta' l-Ajru')[3]; u regolament dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru ('ir-Regolament ta' interoperabilità')[4]

L-Artikolu 12§2 tar-Regolament Qafas jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ajru Uniku u tirrapporta perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandu jkun fihom stima tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar żviluppi fis-settur, fid-dawl ta' l-għanijiet oriġinali u fir-rigward tal-ħtiġijiet għall-ġejjieni.

Dan huwa l-ewwel rapport dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni u jistabbilixxi l-fehmiet tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' l-Ajru Uniku.

Jilqa' wkoll ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li saru mit-tieni Grupp ta' Livell Għoli (HLG) f'laqgħa li ssejħet mill-Viċi President Barrot biex tingħata ħarsa lill-Qafas Regolatorju tal-Ġejjieni ta' l-Avjazzjoni Ewropea u li rrapportat f'Lulju 2007.

Il-ħtieġa għal rwol Komunitarju fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-Ajru (ATM)

L-Isfond

Il-politika Komunitarja dwar l-avjazzjoni his storja ta' suċċess. Il-liberalizzazzjoni naqqset il-prezz tal-biljetti u wessgħet l-għażla tal-konsumatur. It-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u l-politika attiva dwar il-viċinat jestendu s-suq ta' l-avjazzjoni Ewropea għal sebgħa u tletin pajjiż b'500 miljun ċittadin. Iżda l-avjazzjoni għandha tilqa' wkoll il-pressjoni dejjem tikber minħabba l-ħtiġijiet tas-soċjetà li jitbiddlu u t-tħassib jikber dwar l-effett tagħha fuq l-ambjent. Industrija tat-trasport ta' l-ajru kompetittiva u sostenibbli teħtieġ sistema ta' l-Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ATM) bi prestazzjoni għolja.

ATM jipprovdi, flimkien ma' l-ajruporti, l-infrastruttura għall-avjazzjoni. Din l-infrastruttura ser tiffaċċja żieda konsiderevoli fit-traffiku sa l-2020. Hija inevitabbli li teknoloġiji u sistemi li qed jiqdiemu se jwasslu biex il-kapaċità tieħu tisbita u jġibu għall-agħar l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni jekk l-industrija ma tkunx tista' tagħmel qabża teknoloġika sinifikanti . It-tfixkil bħad-dewmien ta' l-ajruplani, inċidenti kkawżati minnħabba kundizzjoniiet ħżiena tat-temp jew aċċidenti diġà qed ikollhom effetti indiretti sinifikanti fuq is-sistema kollha u dan jenfasizza n-natura 'interkonnessa' tat-trasport ta' l-ajru fl-Ewropa.

It-tkabbir previst tat-traffiku ta' l-ajru jirrikjedi modernizzazzjoni strutturali u teknoloġika li għandu jifforma parti minnu s-settur kollu ta' l-ATM Ewropew. Id-dinamika ta' dan il-proċess flimkien mat-tkabbir sostnut fit-traffiku ta' l-ajru għandhom iżommu l-ATM bħala entità kbira u attraenti li toffri l-impjiegi.

Il-limitazzjonijiet ta' bħalissa ta' l-ATM

L-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru biss tista' tiżgura d-distakk sikur f'kull ħin bejn l-ajruplani li jtajru b'mod veloċi kif ukoll tiggarantixxi l-aċċess għan-netwerk ATM. Il-kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru jaf bil-punti ta' konġestjoni u l-qsim perikoluż fl-ispazju ta' l-ajru ta' l-Ewropa, u l-proċeduri korrispondenti li jtaffu u li huma meħtieġa f'netwerk kumpless ta' rotot.

L-ATM huwa monopolju naturali kif ukoll, b'mod ġenerali, intitolat li jġib lura l-ispejjeż kollha mill-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, tkun xi tkun il-kwalità tas-servizz li jingħata. Dan il-prinċipju ta' irkupru ta' spejjeż ma jipprovdix biżżejjed inċentivi għat-titjib fil-kwalità u l-effettività fl-ispejjeż tas-servizz u biex is-sistema tiġi modernizzata.

It-trasport ta' l-ajru 'immatura' u kiber b'mod rapidu matul il-Ħamsinijiet u s-Sittinijiet f'ambjent li kien purament ikkontrollat mill-Istat u kkunsidrat bħala simbolu ta' sovranità nazzjonali. Bħala tendenza ġenerali, mis-Sebgħinijiet 'il quddiem, l-Istati bdew jiddelegaw funzjonijiet ta' l-avjazzjoni mhux governattivi lill-industrija, iżda ħallew l-istrutturi regolatorji ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru taħt arranġamenti intergovernattivi.

Skond il-Grupp ta' Livell Għoli ta' l-2007 u l-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni (PRC) ta' l-Eurocontrol, approċċ intergovernattiv ma jistax jipproduċi ambjent ekwu meta l-implimentazzjoni tar-regoli tiddependi mir-rieda ta' l-Istati u ma tkunx infurzata b'mod uniformi. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati, l-awtoritajiet, il-linji ta' l-ajru u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru mhix ċara. It-teħid tad-deċiżjonijiet intergovernattivi jista' jkun ineffiċjenti u jimxi bil-mod u għandu diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-frammentazzjoni tas-sistema tul il-fruntieri nazzjonali. Konsegwentement hemm ħtieġa li l-Komunità tkun il-forza infuwenti fl-ATM.

L-ATM fl-Ewropa hija kkaratterizzata minn livell għoli ta' frammentazzjoni li tirriżulta fi spiża addizzjonali għall-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru; iżżid it-tul tat-titjira għalxejn u tirriżulta f'impatt ambjentali; tnaqqas l-introduzzjoni ta' teknoloġiji u proċeduri ġodda; u tnaqqas mit-titjib konsegwenti fl-effiċjenza. Il-frammentazzjoni żżomm ukoll lill-industrija ta' l-ATM milli tiżviluppa ekonomiji tal-kobor, twassal għal daqs subottimu ta' ċentri en route u għal duplikazzjoni bla bżonn ta' sistemi mhux standardizzati bl-ispejjeż assoċjati tagħhom ta' manutenzjoni. Huwa stmat li jista' jsir iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż billi titnaqqas il-frammentazzjoni b'madwar €2bn fis-sena[5].

In-netwerk tar-rotot Ewropej ta' bħalissa għadu amalgamazzjoni ta' rotot nazzjonali li jagħmel in-netwerk tar-rotot għal titjiriet intra-Ewropej xi 15% anqas effiċjenti minn dak għal titjiriet domestiċi u m'huwiex dejjem allinjat tajjeb mal-ħtiġijet tat-traffiku Ewropew. L-iqsar rotot disponibbli m'humiex qed jintużaw biżżejjed minħabba nuqqas ta' informazzjoni f’ħin reali u preċiża[6]. Dan iwassal għal piż finanzjarju addizzjonali u bla bżonn fuq il-linji ta' l-ajru ta' madwar €1.4bn u piż ambjentali ta' 4.8 miljun tunnellata ta' CO2 fis-sena.

Huwa ċar li s-suq tan-navigazzjoni ta' l-ajru ta' €8bn huwa maqsum tul il-fruntieri tiegħu. Filwaqt li fl-industriji l-oħra l-ostakli qed jitwarrbu, sebgħa u għoxrin fornitur tas-servizz nazzjonali jimplikaw għadd ugwali ta' proċeduri differenti, tagħmir, approċċi operattivi u spejjeż amministrattivi. Fis-sens operattiv, għaxar ċentri ta' kontroll taż-żona jistgħu jissostitwixxu l-ħamsin li hemm bħalissa. [7] L-integrazzjoni tad-dispożizzjoni tas-servizz fl-entitajiet akbar fil-qafas ta' blokki funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru jkun ta' kontribut sinifikanti għal infiq aktar effettiv.

Minkejja l-progress teknoloġiku ta' l-avjazzjoni in ġenerali, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (ATC) jibqa' primarjament sengħa. Filwaqt li l-kabini tal-bdot saru awtomatizzati, is-sistemi ta' l-ATC ma evolvewx u l-metodi ta' ħidma tal-kontrollur fundamentalment ma tbiddlux. Iż-żieda fit-traffiku tintlaqa' prinċipalment bil-ftuħ ta' 'setturi' ġodda b'żieda proporzjonali fir-riżorsi umani u għalhekk fl-ispiża. Peress li dan l-approċċ qed jilħaq il-quċċata tiegħu, fil-5 jew l-10 snin li ġejjin se jwassal għal nuqqas ta' kapaċità sakemm ma titteħidx azzjoni biex titħaffef l-innovazzjoni teknoloġika.

Valutazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew

L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew ġabet l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru taħt il-kompetenza Komunitarja u stabbiliet bażi ġuridika soda li tkopri firxa kbira ta' attivitajiet. Fit-tliet snin wara d-dħul tagħha fis-seħħ, inkiseb għadd ta' dawn l-attivitajiet, xi wħud minnhom li għadhom għaddejjin u oħrajn li wrew xi ftit titjib. Minbarra dan, matul il-proċess ta' l-implimentazzjoni u bħala riżultat ta' ambjent li jitbiddel, ġew identifikati għadd ta' nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni ta' bħalissa.

Il-kisbiet

a) Qafas legali u istituzzjonali għall-Ajru Uniku

L-ewwel prijorità għall-SES kienet l-istabbiliment ta' qafas istituzzjonali għall-azzjoni Komunitarja. Il-qafas jipprovdi struttura għal sħubija mal-partijiet interessati kollha:

- il-Kumitat għall-Ajru Uniku jipprovdi perċeżżjonijiet strateġiċi mill-Istati u jassisti lill-Kummissjoni fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni (ir-regoli ta' Implimentazzjoni) permezz tal-komitoloġija;

- il-Korp għall-Konsultazzjoni ma' l-Industrija jiffaċilita li l-partijiet interessati kollha ta' l-industrija jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni;

- l-isfruttament tas-sinerġija ma' l-Eurocontrol dwar appoġġ tekniku u żvilupp ta' regoli ta' implimentazzjoni għall-Komunità.

Il-Ministeri tad-Difiża huma wkoll rappreżentati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Komunità.

b) Separazzjoni tad-dispożizzjoni tas-servizz mir-regolazzjoni

Bħala l-ġebla tax-xewka fundamentali tas-sikurezza, inkisbet is-separazzjoni tal-forniment tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru mir-regolazzjoni, u kull Stat stabbilixxa Awtorità Superviżorja Nazzjonali (NSA)[8]. Sa mill-20 ta' Ġunju 2007, il-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru ġew soġġetti għal ċertifikazzjoni mill-NSAs skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi r-Rekwiżiti Komuni għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru[9].

c) Progress dwar kwistjonijiet ta' sikurezza

Permezz ta' l-adozzjoni ta' Regolament[10] li jistabbilixxi funzjoni ta' sorveljanza li għandha tiġi eżerċitata min-NSAs biex tikkomplementa r-Rekwiżiti Komuni, is-sikurezza ma ġietx injorata.

d) Armonizzazzjoni fil-liċenzjar tal-kontrolluri

Se jinkiseb livell armonizzat ta' kompetenza u mobilità mtejba tal-ħaddiema permezz ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/23/KE dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru [11], li tistabbilixxi rekwiżiti u taħriġ komuni .

e) It-trasparenza ta' l-imposti

Ġiet żgurata trasparenza sħiħa fl-istabbiliment ta' l-imposti tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru,[12] li tirrikjedi żvelar tal-bażi ta' l-ispiża tal-fornitur tas-servizz u konsultazzjoni ma' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru.

f) Avvanżi fl-użu effiċjenti ta' l-ispazju ta' l-ajru

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, ġew adottati r-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru għat-titjib ta' l-aċċess għall-ispazju ta' l-ajru militari (2150/2005)[13] u l-klassifikazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru ta' fuq (730/2006)[14].

g) Titħaffef l-innovazzjoni

Sadanittant, ittieħdu l-ewwel passi biex titħaffef l-innovazzjoni teknoloġika biex tiġi garantita l-kapaċità. Il-fażi tad-definizzjoni tas-SESAR ġiet stabbilita u qed tavvanza, filwaqt li l-fażi ta' żvilupp ta' l-Impriża Konġunta tas-SESAR[15] hija lesta biex timplimenta l-pjan Regolatorju, mistenni għar-Rebbiegħa ta' l-2008.

h) Lejn tagħmir interoperabbli

Mekkaniżmu effettiv ta' Interoperabilità ġie stabbilit għall-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji dwar sistemi tekniċi u l-użu operattiv tagħhom. Dan il-mekkaniżmu se jkun indispensabbli għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-produzzjoni tas-SESAR.

Sottożvilupp

a) Reviżjoni tal-prestazzjoni tal-fornituri tas-servizz

Ir-Regolament ta' Qafas jipprevedi reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-Fornituri tas-Servizz tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru (ANSP). Il-ġbir tad-dejta se jibda u l-istabbiliment ta' punti ta' referenza jiġi stabbilit fl-2008. Dan se jifforma bażi soda għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' l-inizjattiva ta' l-Ajru Uniku.

b) Reviżjoni bejn il-pari ta' l-awtoritajiet superviżorji

Biex jiġi żgurat livell uniformi ta' sikurezza u saħansitra applikazzjoni tar-Rekwiżiti Komuni, hija prevista Reviżjoni bejn il-Pari ta' l-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali. Bit-tkomplija ta' l-ewwel eżerċizzju ta' Ċertifikazzjoni mill-NSAs f'Lulju 2007, ir-Reviżjoni bejn il-Pari se jiġi stabbilit bl-ewwel żjarat fil-bidu ta' l-2008.

c) It-trasparenza ta' l-imposti

L-ewwel reviżjoni taħt ir-Regolament għall-Iskema Komuni ta' l-Imposti li jiggarantixxi trasparenza akbar għad-determinazzjoni, l-impożizzjoni u l-infurzar ta' l-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru se sseħħ wara l-konsenja ta' l-ewwel dejta finanzjarja f'Novembru 2007. Din it-trasparenza tidħol fl-impenn globali tal-Kummissjoni għal prinċipji ta' imposti ġusti fl-avjazzjoni kif intwerew fid-Direttiva proposta dwar l-Imposti fl-Ajruport[16]

d) Tfassil ta' l-ispazju ta' l-ajru

Il-proċess tal-mandat għall-Eurocontrol inbeda f'għadd ta' abbozzi ta' Regolamenti relatati ma' l-ispazju ta' l-ajru: l-istabbiliment ta' Reġjun Ewropew għall-Informazzjoni dwar it-Titjiriet ta' Fuq (EUIR); klassifikazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru dwar l-ispazju ta' l-ajru t'isfel; prinċipji komuni għat-tfassil tar-rotta u tas-settur; Il-progress fit-tliet oqsma kollha qed isir bil-mod u l-Kummissjoni qed tistudja l-mekkaniżmi alternattivi.

e) Blokki ta' l-Ispazju ta' l-Ajru Funzjonali

Element ewlieni ta' l-SES huwa l-istabbiliment tal-Blokki ta' l-Ispazju ta' l-Ajru Funzjonali (FAB), li kienu previsti bħala l-mekkaniżmi għall-iżgurar ta' kapaċità massima u ta' l-effiċjenza tan-netwerk ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Għadd ta' inizjattivi FAB huma għaddejja iżda qed jipproċedu bil-mod f'livelli differenti ta' ambizzjoni, b'livelli differenti ta' maturità u benefiċċji differenti. Il-biċċa l-kbira ta' l-inizjattivi għadhom fl-'istadju tal-fattibbiltà' u waħda minnhom biss qed titħejja biex tgħaddi għall-fażi ta' l-implimentazzjoni[17].

Progress insuffiċjenti f'oqsma ewlenin

L-SES ma wassalx ir-riżultati mistennija f'ċerti oqsma importanti. B'mod ġenerali, l-approċċ FAB mhux qed jipproduċi l-benefiċċji mistennija f'termini ta' effiċjenza mtejba fit-titjiriet, ta' tnaqqis fl-ispejjeż u 'deframmentazzjoni'.

Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-ħolqien ta' FABs huwa sfida ġdida u jbati minn diffikultajiet tekniċi u organizzattivi sinifikanti, is-sovranità, partikolarment fir-rigward tar-responsabbilitajiet ta' l-Istati Membri u r-responsabbiltà assoċjata għall-ispazju ta' l-ajru tagħhom u l-involviment tal-militar, għadha kwistjoni. Minflok ma jinkwadraw mekkaniżmi innovattivi biex tiġi eżerċitata s-sovranità, intuża bħala pretest negattiv minn dawk li jixtiequ jeżerċitaw kooperazzjoni transkonfinali mtejba u integrazzjoni. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni kurrenti għandha għodod qawwija għat-titjib tal-prestazzjoni permezz ta': ħatra ta' fornituri ta' servizz; separazzjoni ( unbundling ) ta' servizzi; użu ta' inċentivi ekonomiċi; stabbiliment ta' imposti għall-utent; tibdiliet fl-istruttura tar-rotta; l-istabbiliment ta' FABs; razzjonalizzazzjoni ta' infrastruttura[18] eċċ, l-Istati Membri għadhom ma għamlux użu suffiċjenti tagħhom biex itejbu l-ispiża jew l-effiċjenza operazzjonali tad-dispożizzjoni tas-servizz.

Gie osservat ftit progress fl-effiċjenza globali tat-tfassil u l-użu ta' l-istruttura tar-rotta Ewropea, u konsegwentement bl-ebda titjib fl-effiċjenza tat-titjiriet jew ta' l-impatt ambjentali.

Sfidi ġodda

L-ambjent : Ix-xjenza ta' llum tħares lejn l-attività umana bħala s-sors prinċipali tat-tibdil tal-klima. Filwaqt li l-avjazzjoni, bi 3%, hija kontributur modest għall-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra ta' l-UE, is-sehem tagħha qed jikber. Il-leġiżlazzjoni Ajru Uniku ta' bħalissa prattikament tinjora l-kontribuzzjoni li l-ATM tista' tagħmel għal dan. Titjib fl-arkitettura tan-netwerk, l-użu aktar effiċjenti tar-rotot u proċeduri operattivi ġodda għandhom inaqqsu b'mod sinifikanti it-tul ta' ħin tat-titjiriet, l-użu tal-fjuwil u l-spejjeż, bi tnaqqis konsegwenti fl-impatt fuq l-ambjent u fit-tibdil fil-klima. Dan it-tnaqqis huwa stmat għal 4.8M tunnellata ta' CO2 fis-sena. Minbarra l-emissjonijiet diretti, il-vetturi ta' l-ajru jaffettwaw ukoll il-livell ta' kopertura ta' sħab cirrus u jista' jkun hemm il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati miżuri ATM għall-mitigazzjoni. -.

Id- dewmien ma baqax daqstant l-ixprun ewlieni tal-bidla, wara tnaqqis fit-tkabbir ta' wara l-11 ta' Settembru 2001 u ż-żieda fil-kapaċità ta' l-ispazju ta' l-ajru 'en-route' bl-introduzzjoni ta' separazzjonijiet vertikali mnaqqsa, il-livell ta' dewmien fl-Ewropa bħalissa huwa baxx u minkejja traffiku rekord fl-aħħar snin baqa' baxx. Madankollu, bi tkabbir sostnut il-problema tad-dewmien se terġa’ titfaċċa, kif ġie indikat diġà fil-previżjoni dwar id-dewmien għall-2008.

L-ekonomija : L-impatt ta' l-instabbiltà globali fuq is-suq ta' l-enerġija rriżulta f'żieda kbira fl-ispejjeż tal-fjuwil; dan wassal biex l-industrija tal-linja ta' l-ajru b'mod partikolari tikkonċentra fuq kontroll akbar fuq l-ispejjeż tagħhom u fuq l-effiċjenza mtejba kemm ekonomika kif ukoll ta' titjiriet. Konsegwentement l-ineffiċjenza ekonomika għall-forniment tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru u l-ineffiċjenza tat-titjriet saru l-ispinti ewlenin tal-bidla.

L-aċċellerazzjoni ta' l-istrateġija ta' l-implimentazzjoni

Il-frammentazzjoni hija ostaklu ewlieni għat-titjib fil-prestazzjoni tas-sistema Ewropea ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Tista' tiġi ssuperata biss jekk il-qafas tal-prestazzjoni, l-istrutturi regolatorji u l-introduzzjoni f'waqtha ta' teknoloġiji ġodda, jiġu indirizzati fil-livell Komunitarju (Cf. HLG 1*) .

L-istrateġija għal progress qed tiffoka fuq approċċ xprunat mill-prestazzjoni li jindirizza l-ineffiċjenzi annwali ta' €3bn u l-ispiża ambjentali esterna tas-sistema kurrenti.

Konċentrazzjoni fuq prestazzjoni mtejba

Qafas li jħeġġeġ il-prestazzjoni

Biex jinkiseb it-titjib meħtieġ fis-sikurezza, fl-effiċjenza, fil-kapaċità u fl-iffrankar ta' l-ispejjeż, jeħtieġ li jiddaħħal approċċ xprunat mill-prestazzjoni (Cf. HLG 4*) flimkien ma' l-inċentivi u d-diżinċentivi xierqa li jmexxu l-proċess ta' bidla. Approċċ bħal dan jista' jiġi bbażat fuq l-istabbiliment tal-kriterji ta' konverġenza SES fil-livell Ewropew u t-tisħiħ ta' l-NSAs biex jaqblu u jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' miri speċifiċi ta' prestazzjoni. L-istabbiliment ta' kriterji ta' konverġenza għoljin, il-valutazzjoni tal-miri speċifiċi ta' prestazzjoni u s-sorveljanza ta' implimentazzjoni mill-NSAs ikun jirrikjedi 'Korp għar-Reviżjoni ta' Prestazzjoni' indipendenti fil-livell Komunitarju.

Ir-rapport HLG jissuġġerixxi li l-prestazzjoni tal-forniment tas-servizz jista' jittejjeb permezz ta' l-użu tal-mekkaniżmi tas-suq għas-servizzi mhux monopolji. Il-każ favur in-negozju għal servizzi bħal dawn u l-miżuri regolatorji assoċjati għas-sorveljanza għandhom jiġu analizzati.

Meta s-servizzi jiġu offruti taħt sitwazzjoni ta' monopolju naturali, il-Kummissjoni qed tissuġġerixxi l-użu sħiħ ta' l-approċċ immexxi mill-prestazzjoni bis-sorveljanza fil-livell Komunitarju.

Arkitettura Ewropea twassal għal gwadann fl-effiċjenza

Il-prestazzjoni tan-'Netwerk Transewropew ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru' jiddependi fuq kemm jiġu ġestiti b'mod tajjeb ir-riżorsi skarsi: runways , l-ispazju ta' l-ajru u l-ispektrum tal-frekwenza. L-isfida hija li jiġi stabbilit in-netwerk l-aktar effiċjenti u li jippermetti flussi effiċjenti ta' informazzjoni għat-titjib ta' l-operat tiegħu.

L-adozzjoni ta' approċċ veru lejn in-netwerk jagħti gwadann potenzjali ta' għallinqas 6% jew madwar 50 km kull titjira. Biex dawn il-gwadanni jseħħu, l-effiċjenza tan-netwerk għandha tiġi taħt monitoraġġ ta' prestazzjoni u ta' stabbiliment ta' miri fil-livell għoli minn korp ta' reviżjoni ta' prestazzjoni indipendenti fil-livell Komunitarju.

Maniġer ta’ netwerk , li jirrappreżenta l-partijiet interessati kollha fl-avjazzjoni, inkluż il-militar, għandu jkun responsabbli għat-titjib fit-tfassil tar-rotta u tas-settur mill-perspettiva ta' netwerk u għandu jkun is-sinsla għar-rinfurzar ta' l-ippjanar tal-kapaċità ċentrali u tas-servizzi ta' l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku u ta' l-użu ottimu tal-kapaċità ta' l-ajruport billi jipprovdi regoli ċari dwar l-aċċess għan-netwerk u l-użu effiċjenti tar-rotot. Imposti bbażati fuq l-iqsar distanza joħolqu inċentivi b'saħħithom biex jintlaħqu l-miri ta' l-effiċjenza, ta' l-effettività fl-ispejjeż u dawk ambjentali (Cf. HLG 9*) . It-tnaqqis potenzjali fl-emissjonijiet perikolużi permezz ta' routing ottimizzat huwa stmat minn 6 għal 12% ta' l-emissjonijiet ta' l-avjazzjoni totali.

Blokki ta' l-ispazju ta' l-ajru funzjonali

Approċċ xprunat mill-prestazzjoni biex titnaqqas il-frammentazzjoni u tiżdied l-effiċjenza fis-sistema għandu jaċċelera l-integrazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru fil-FABs, fejn dan ikun xieraq u ta' benefiċċju. Filwaqt li l-kumplessità ta' integrazzjoni bħal din hija rikonoxxuta, l-ostaklu veru huwa politiku. Il-Kummissjoni ser tirrifletti fuq l-idea tal-HLG ta' Koordinatur tas-Sistema ta' l-Avjazzjoni (Cf. HLG 5*) li l-missjoni tiegħu tkun il-promozzjoni ta' impenn aktar qawwi fost l-Istati Membri u l-partijiet interessati. L-Istati għandhom jimpenjaw ruħhom politikament għall-ħolqien tal-FABs fl-2010 bl-implimentazzjoni sa tmiem l-2012. Il-funzjonijiet proposti ta' maniġment tan-netwerk u tar-regolazzjoni tal-prestazzjoni jistgħu ukoll jassistu fil-valutazzjoni tal-funzjonalità u l-valur miżjud ta' l-inizjattivi tal-FAB minn perspettiva ta' netwerk. Il-possibbiltà ta' l-isfruttament eżistenti biex jitwettqu dawn iż-żewġ funzjonijiet se jiġi studjat.

SESAR – Tiġi ttrattata t-tisbita lill-kapaċità

It-tisbita lill-kapaċità tista' tiġi indirizzata permezz ta' innovazzjoni teknoloġika mill-programm SESAR, flimkien ma' miżuri għat-titjib fil-kapaċità ta' l-ajruport (Cf. HLG 7*) . L-innovazzjoni teknoloġika tista’ biss tikseb il-potenzjal sħiħa tagħha jekk tispiċċa l-frammentazzjoni tas-sistema. Għalhekk, is-sinkronizzazzjoni tat- tħaddim tat-teknoloġija u l-evitar ta’ rkib kontemporanju ta’ teknoloġija fuq oħra għas-sistema tal-ġejjieni huma essenzjali. L-effetti tar-razzjonalizzazzjoni tas-SESAR fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp għandhom jiġu estiżi għall-proċess sħiħ. Inizjattivi fil-qosor għat-titjib fil-kapaċità jistgħu jirrikjedu koordinament Komunitarju għall-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva.

Ambjent ċar regolatorju

Il-politika tas-suq waħdieni timplika leġiżlazzjoni unika. L-irkib ma' regolamenti li joriġinaw minn strutturi oħra għandu jiġi eliminat. Il-frammentazzjoni fir-regolazzjoni ċċajpar l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u tissarraf fi spejjeż bla bżonn għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.

L-użu effettiv ta' l- approċċ Komunitarju biex tingħata regolazzjoni aħjar (Cf. HLG 3*) jiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-Istati Membri u l-impenn ta' l-Istati (Cf. HLG 10*) , li huma responsabbli għall-ispazju ta' l-ajru, għall-proċess ta' bidla, flimkien ma' responsabbiltà akbar għall-Industrija (Cf. HLG 2*) . Din is-sħubija tkopri wkoll il-komunità militari[19] u l-parteċipazzjoni ta' Stati li m'humiex UE permezz ta' mekkaniżmi xierqa. Żona ta' avjazzjoni li tiffunzjona bla xkiel tirrikjedi li l-Istati Membri mhux UE jkunu involuti b'mod xieraq fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE.

Il-Kummissjoni qed tħejji l-estensjoni tal-kompetenza ta' l-EASA għall-ajruporti, is-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru biex ikopru l-ħoloq kollha fil-katina ta' sikurezza fl-avjazzjoni (Cf. HLG 8*) . Din il-kompetenza se tinkludi l-iżvilupp u l-appoġġ tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza kif ukoll il-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tagħha mill-Istati Membri. Se ssir ukoll il-pjattaforma naturali għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tas-sikurezza tas-servizzi madwar l-Ewropa kollha (per eżempju EGNOS/Galileo).

Regolazzjoni Ekonomika u ta' Prestazzjoni : Il-prestazzjoni mistennija li tiżdied jekk il-mekkaniżmu ta' l-istabbiliment tal-prezz ikollu involviment dirett ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru. Monopolji naturali għandhom ikunu soġġetti għal proċedura aktar eżawrijenti biex jiġġustifikaw il-politika tagħhom dwar l-investiment u l-bażi ta' l-ispejjeż tagħhom. Struttura ta’ governanza bħal din, stabbilita inizjalment fil-livell reġjonali, għandha tikkontribwixxi għal imposti ġusti. Fejn ikun hemm l-opportunità għal aktar minn fornitur ta' servizz wieħed, l-istrutturi ta’ governanza għandhom jippermettu kompetizzjoni ġusta.

Ir-regolazzjoni ta' approċċ xprunat mill-prestazzjoni se jiġi żgurat fil-livell Komunitarju. Din il-funzjoni se tikkonsisti minn: l-istabbiliment ta' miri ta' konverġenza SES; monitoraġġ biex il-miri speċifiċi ta' prestazzjoni miftiehma bejn il-fornituri tas-servizz u l-NSA jkunu konsistenti mal-miri ta' konverġenza ta' l-SES; u li jiġu implimentati b'mod tajjeb. Fil-każ li l-miri speċifiċi ta' prestazzjoni ma jiġux ikkunsidrati konsistenti, jew inkella ma jinkisbux, ikun hemm il-ħtieġa li jiġu previsti miżuri ta' infurzar fil-livell tal-KE.

It-Teknoloġija: Fir-rigward ta' l-innovazzjoni teknoloġika, huwa mistenni li fl-2008 il-Pjan ta' Direzzjoni jiġi iffirmat u l-Impriża Konġunta tas-SESAR tkun operattiva bis-sħiħ. Madankollu, it-tħaddim tas-sistema tas-SESAR se jirrikjedi organizzazzjoni differenti (Cf. HLG 5*) . Jekk is-sistema fframmentata tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru ta' bħalissa titħalla titkompla tista' tifga’ l-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema u għandha mnejn iżżid il-piż finanzjarju bla bżonn. Il-benefiċċji tas-separazzjoni ta' l-infrastruttura mid-dispożizzjoni tas-servizz se jiġu analizzati wkoll.

Eurocontrol : Il-Kummissjoni tappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport HLG dwar ir-riforma ta' l-Eurocontrol (Cf. HLG 6*) fir-rigward ta': separazzjoni ta' funzjonijiet magħżula; trasferiment ta' regolazzjoni dwar is-sikurezza lill-EASA; trasparenza akbar u reviżjoni tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet kollha ta' l-Eurocontrol u rwol rinfurzat għall-industrija fil-governanza. Ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-Eurocontrol riveduta għandha sseħħ biss wara li jinkisbu r-riformi interni meħtieġa ta' l-Eurocontrol u wara li jiġi stabbilit qafas istituzzjonali xieraq li jikkjarifika r-rwol tiegħu fl-arkittettura ta' l-SES, inkluż il-possibbiltà għall-Eurocontrol biex iwettaq ċerti kompiti għall-Komunità għall-ksib ta' l-SES.

Konklużjonijiet

It-trasport ta' l-ajru qed jaffaċċja sfidi sinifikanti u biex jinkiseb suċċess jeħtieġ l-isforzi kollha kollettivi ta' l-Industrija, l-Istati Membri, il-militar, il-pajjiżi terzi u s-sħab soċjali, permezz ta' l-użu sħiħ tal-mekkaniżmi eżistenti tal-konsultazzjoni SES. Il-Kummissjoni se jkollha rwol sħiħ f'dan il-proċess.

Abbażi ta' din ir-reviżjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-SES u f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni u l-HLG, il-Kummissjoni fit-tieni kwart ta' l-2008, se tressaq proposti konkreti għat-tieni pakkett ta' l-Ajru Uniku, l-estensjoni tal-kompetenzi ta' l-EASA u l-Pjan ta' Direzzjoni tas-SESAR.

* Ara l-Anness

ANNESS

Ir-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli

Sabiex ikun jista' jkun hemm referenza min-naħa għal oħra tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fit-Taqsima 4 (l-aċċellerazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-Implimentazzjoni) u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli, ġiet identifikata f'din il-Komunikazzjoni r-Rakkomandazzjoni HLG korrispondenti (HLG 1, 2 .. eċċ).

Rakkomandazzjoni HLG | Suġġett |

HLG 1 | L-UE bħala forza li tmexxi r-regolazzjoni dwar l-avjazzjoni fl-Ewropa |

HLG 2 | Responsabbiltajiet akbar għall-industrija |

HLG 3 | Regolazzjoni aħjar |

HLG4 | Tmexxija ta' prestazzjoni mtejba |

HLG5 | Twassil ta' l-Ajru Uniku Ewropew |

HLG 6 | Tisħih u ffokar ta' l-Eurocontrol |

HLG 7 | Tiġi indirizzata l-kapaċità ta' l-ajruport |

HLG 8 | Twassil ta' sikurezza li tittejjeb b'mod kontinwu |

HLG 9 | Twassil ta' benefiċċji ambjentali |

HLG 10 | Jinkiseb l-impenn ta' l-Istati Membri biex iwettqu |

Is-Sommarju Eżekuttiva (taħt) tar-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli jagħti aktar informazzjoni.

Sommarju Eżekuttiv

F'Novembru 2006 l-Viċi President Barrot ħatar il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Qafas tal-Ġejjieni ta' l-Avjazzjoni Ewropea bi tweġiba għal domanda qawwija mill-industrija, mill-Istati Membri ta' l-UE u minn partijiet interessati oħrajn biex tiġi ssimplifikata u tiżdied l-effettività tal-qafas regolatorju għall-avjazzjoni fl-Ewropa. Il-Viċi President Barrot staqsa lill-Grupp ta' Livell Għoli biex jippreżenta viżjoni għall-iżvilupp tal-qafas regolatorju dwar l-avjazzjoni – b'enfażi partikolari fuq l-Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru – biex ifassal pjan ta' direzzjoni bil-passi prattiċi li jmiss.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jisħaq dwar il-ħtieġa għal, u fil-fatt l-urġenza ta', bidla fil-qafas regolatorju għall-avjazzjoni fl-Ewropa. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat l-allinjament mas-sistema kollha ta' l-avjazzjoni għall-ksib ta' miri komuni.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli ffaċċja sensiela ta' miri kumplessi u xi kultant konfliġġenti meta ġie biex jikkunsidra l-miri għat-titjib tal-prestazzjoni:

- L-avjazzjoni għandha rwol ewlieni fil-ksib tal-miri ta' l-aġenda ta' Liżbona, f'termini ta' tnaqqis ta' l-ispiża interna u esterna ta' mobilità fi ħdan l-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Bħall-modi tat-trasport l-oħra, l-avjazzjoni hija faċilitatur importanti tat-tkabbir ekonomiku. Is-settur ta' l-avjazzjoni fih innifsu huwa sors sinifikanti ta' impjieg u innovazzjoni teknoloġika.

- Fl-istess ħin il-kapaċità fl-ajru u fuq l-art qed issir dejjem aktar skarsa, l-impatt ambjentali dejjem aktar ta' tħassib fil-livelli lokali u internazzjonali, filwaqt li t-titjib tas-sikurezza qiegħed isir dejjem aktar ta' sfida għaliex il-livelli ta' traffiku qegħdin dejjem jiżdiedu.

- Minbarra dan, l-avjazzjoni fl-Ewropa qed taffaċċja kompetizzjoni dejjem tikber minn partijiet oħra tad-dinja għas-suq fl-Ewropa u għas-suq ta' l-avjazzjoni globali. Dan jenfasizza l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet ta' ffrankar fl-ispejjeż.

Biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet għall-bidla, il-Grupp ta' Livell Għoli rreveda l-inizjattivi għaddejjin għat-titjib tas-sistema ta' l-avjazzjoni Ewropea bħall-inizjattiva ta' l-Ajru Uniku Ewropew (SES), l-inklużjoni ta' l-avjazzjoni fl-iskema ta' l-emissjonijiet, u l-programm tas-Sema Nadif. Ikkonkluda li l-isfida għall-Ewropa m'hijiex li tattwa tibdiliet ġodda ta' sistema ġdida iżda li tiffoka fuq l-aċċellerazzjoni tat-twassil efettiv ta' l-inizjattivi eżistenti u għat-tisħiħ tal-ħiliet ta' l-atturi ewlenin biex ikunu jistgħu jwassluhom. Il-Grupp ta’ Livell Għoli iffoka b'mod partikolari fuq l-inizjattiva ta' l-SES . L-ATM imtejjeb jista' jkollu rwol vitali fit-tisħiħ tal-kapaċità u fit-tnaqqis ta' l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni.

Il-Grupp ta' Livell Għoli għalhekk ikkonċentra fuq żewġ temi ewlenin: il-prestazzjoni u l-governanza . Dan iwassal għal proposti ta' rwoli ċari għall-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-Eurocontrol u l-organizzazzjonijiet ta' l-EASA, u proposti għal azzjonijiet konkreti biex jiġu indirizzati l-ostakli fil-prestazzjoni mistennija. Dan iwassal ukoll għal proposti biex il-governanza tibbilanċja mill-ġdid is-sistema ta' l-avjazzjoni fl-Ewropa sabiex l-industrija (il-linji ta' l-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru (l-ANSPs), l-ajruporti u l-manifatturi) jkollhom rwol xieraq li permezz tiegħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom. Din l-enfażi ġiet ivvalidata permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati (l-industrija, il-militar, l-assoċjazzjonijiet ta' l-istaff professjonali u l-Istati Membri li m'humiex fl-UE).

Il-Grupp ta’ Livell Għoli segwa l-Kummissjoni Ewropea billi ħa l-2020 bħala d-data għall-ikkompletar ta' tibdiliet diġà mibdija fi ħdan l-Ewropa, b'mod partikolari l-Ajru Uniku Ewropew. Madankollu, il-Grupp ta’ Livell Għoli stabbilixxa l-2014 bħala d-data sa meta l-proposti tiegħu għandhom jiġu implimentati sabiex jiġi żgurat li s-sistema ta' l-avjazzjoni Ewropea tibqa' sikura, kompetittiva u responsabbli ambjentalment. L-2013 hija d-data meta mistennija li tibda l-fażi tat-tħaddim tas-SESAR.

Biex jiġu ffaċilitati l-passi li jmiss, il-Grupp ta' Livell Għoli fassal pjan ta' direzzjoni għall-bidla. Il-pjan ta' direzzjoni jipprovdi għal azzjonijiet li jistgħu jinbdew minnufih u għat-tqegħid fil-post ta' proċess għal tibdil kontinwu li jirrispondi għal żviluppi fis-suq. Minħabba li l-2013 hija data kritika, il-Grupp ta’ Livell Għoli jipproponi valutazzjoni f'waqtha tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-2011 biex jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet addizzjonali meħtieġa.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jirrikonoxxi li l-proposti tiegħu jirrappreżentaw sfida ta' proċess kbir ta' tibdil. Din l-isfida tista' tintlaqa' biss jekk tkun tinvolvi bis-sħih in-nies li jaħdmu fl-organizzazzjonijiet involuti fil-proċess ta' bidla. Għalhekk il-Grupp ta’ Livell Għoli jħeġġeġ il-Kummissjoni Ewropea biex tkompli bil-proċess ta' konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li joħroġ mill-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli. B'mod partikolari, il-Grupp ta’ Livell Għoli jaċċenna lejn kontribut siewi li jista' jsir permezz ta' rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet ta' l-istaff professjonali u l-ħtieġa għad-djalogu soċjali inklussiv.

Il-proposti tal-Grupp ta’ Livell Għoli jistgħu jingħataw fil-qosor fl-10 rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

HLG 1 L-UE bħala forza li tmexxi r-regolazzjoni dwar l-avjazzjoni fl-Ewropa: Il-frammentazzjoni hija ostaklu kbir għat-titjib fil-prestazzjoni tas-sistema Ewropea ta' l-avjazzjoni. Peress li dan jista' jiġi indirizzat biss fil-livell Ewropew, jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-Komunità Ewropea u tal-metodu Komunitarju bħala l-uniku strument li jistabbilixxi l-aġenda tar-regolazzjoni għall-avjazzjoni Ewropea billi jiġi eliminat l-irkib bejn il-proċessi ta’ l-UE u l-proċessi regolatorji l-oħra, jiġu żgurati strutturi indipendenti għar-regolazzjoni u għall-forniment tas-servizz, u billi jiġi żgurat li l-attivitajiet regolatorji ta' sikurezza jitmexxew indipendentement minn forom oħra ta' regolazzjoni. Titmexxa l-bidla 'l quddiem fil-livell strateġiku permezz ta' laqgħat regolari tad-Diretturi Ġenerali Ewropej ta' l-Avjazzjoni Ċivili li jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, jikkoordinaw l-entitajiet governattivi ta' l-Eurocontrol, l-EASA u l-ECAC u joħolqu djalogu aktar strutturat bejn l-UE u l-Istati Membri li m'humiex fl-UE. Jinħatar uffiċjal għoli bħala ‘Koordinatur tas-Sistema ta' l-Avjazzjoni’ li jmexxi 'l quddiem l-azzjonijiet meħtieġa.

HLG 2 Responsabbiltajiet akbar għall-industrija: Tingħata aktar responsabbiltà lill-industrija f'konformità mal-liberalizzazzjoni tas-suq intern. L-industrija tiġi involuta b'mod aktar sistematiku fil-proċess tat-tfassil tar-regoli għas-sistema ta' l-avjazzjoni. Il-governanza tal-funzjonijiet tal-forniment tas-servizz tiġi allinjata mill-ġdid sabiex l-industrija tingħata responsabbiltajiet akbar fi ħdan qafas regolatorju armonizzat. Il-kompetizzjoni għal attivitajiet kontestabbli li jistgħu jiġu esegwiti mill-industrija issir possibbli.

HLG 3 Regolamentazzjoni aħjar: Il-prinċipji ta' Regolazzjoni Aħjar jiġu applikati, ir-regolazzjoni żejda tiġi evitata, u jitwettqu bis-sħiħ valutazzjonijiet ta' l-impatt u konsultazzjonijiet. Definizjonijiet konsistenti jiġu applikati u l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi razzjonalizzata.

HLG 4 Tmexxija ta' prestazzjoni mtejba: Kull intervent regolatorju għandu jimmira għal titjib fil-prestazzjoni fi ħdan miri ta' sikurezza preċedenti. Bħal fil-prinċipji ġenerali, jiġu stabbiliti l-miri għat-titjib fil-prestazzjoni, jiġi massimizzat l-użu ta' inċentivi ta' prestazzjoni u jkun jenħtieġ rappurtar ta' prestazzjoni indipendenti. Fir-rigward ta' l-ATM, jiġu adattati l-qafas regolatorju u l-istrutturi ta' governanza biex il-ġestjoni tiġi stimolata b'tali mod li tagħti prestazzjoni mtejba. Fejn possibbli, l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-suq tiġi ffaċilitata permezz tas-separazzjoni u l-liberalizzazzjon tas-servizzi ta' l-ANSP. Tiddaħħal ir-regolazzjoni ekonomika biex tingħata spinta għat-titjib fil-prestazzjoni ta' l-elementi monopolistiċi ta' l-attivitajiet ta' l-ANSP.

HLG 5 It-twassil ta' l-Ajru Uniku Ewropew: Jitħaffef it-twassil ta' l-Ajru Uniku Ewropew (SES) u s-SESAR permezz ta' ġestjoni proattiva u ta' sorveljanza tal-progress u r-rappurtar annwali tal-Kummissjoni Ewropea. L-ambizzjonijiet ta' l-SES jissarrfu fi strateġija u pjan ta' implimentazzjoni. Tiddaħħal regolazzjoni ekonomika għas-servizzi ta' l-ATM biex jiġi żgurat li l-ANSPs jkollom l-inċentiv li jiskbu l-miri ta' konverġenza fl-Ewropa u biex jirregolaw l-elementi monopolistiċi ta' l-attivitajiet ta' l-ANSP. Jiġu indirizzati l-ostakli għall-implimentazzjoni tal-FABs u l-Koordinatur tas-Sistema ta' l-Avjazzjoni jingħata l-kompitu li jiffaċilita l-progress tagħhom. Tissaħħaħ l-orjentazzjoni tal-programm tas-SESAR dwar ir-riżultati, inkluż rebħiet ta' malajr, u jiġu żviluppati proposti għall-istruttura ta' governanza panEwropea ta' l-ATM wara s-SESAR JU fl-2013. Jissaħħaħ l-appoġġ politiku għall-SES u s-SESAR, inkluż il-partijiet interessati militari fl-ATM Ewropew.

HLG 6 It-tisħih u l-iffokar ta' l-Eurocontrol: Il-Eurocontrol jissaħħaħ biex ikollu rwol ewlieni fit-twassil ta' l-Ajru Uniku Ewropew u l-miri tas-SESAR fi ħdan il-qafas strateġiku u regolatorju stabbilit mill-UE. Jiffoka l-attivitajiet tiegħu fuq funzjonijiet pan-Ewropej eċċellenti u fuq it-tfassil tan-netwerk ta' l-ATM, u l-appoġġ għar-regolazzjoni kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri. Ir-responsabbiltà għal attivitajiet ta' regolatazzjoni ta' sikurezza tiġi ttrasferita lill-EASA. L-entitajiet governattivi ta' l-Eurocontrol jiġu mistiedna jagħtu lill-industrija rwol adegwat fil-governanza tal-funzjonijiet pan-Ewropej u jiffaċilitaw is-separazzjoni ta' l-attivitajiet permezz ta' strutturi korporattivi jew impriżi kif xieraq li jippermettu l-organizzazzjoni ta' l-Eurocontrol biex jevolvu f'linja ma' l-iżviluppi ta' l-industrija filwaqt li jiġi żgurat li l-interessi ta' l-impjegati jiġu kkunsidrati. Issir thejjija għall-governanza adegwata ta' l-ATM pan-Ewropew u l-istrutturi operattivi għall-fażi ta' wara t-tħaddim tas-SESAR 2013.

HLG 7 L-indirizzar tal-kapaċità ta' l-ajruport: It-tisbita fil-kapaċità ta' l-ajruport tiġi indirizzata billi l-Kummissjoni Ewropea tintalab tgħolli l-profil ta' dan l-ostaklu emerġenti fis-sistema ta' l-avjazzjoni Ewropea u tindika t-triq 'il quddiem f'termini tar-rikonċiljazzjoni tat-tkabbir ekonomiku u tal-miri ambjentali. L-Istati Membri jintalbu jipprovdu strateġiji biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kapaċità fl-ajruport filwaqt li jeżiġu li l-ajruporti infushom jieħdu responsabbiltà akbar għall-ksib tal-‘liċenzja lokali għat-tkabbir’. Il-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-progress permezz tal-‘Koordinatur tas-Sistema ta' l-Avjazzjoni’. L-ajruporti jiġu integrati b'mod aktar sistematiku fl-approċċ tas-sistema totali.

HLG 8 Twassil ta' sikurezza li tittejjeb b'mod kontinwu: L-istati jintalbu japplikaw il-prinċipji tal-ġestjoni tas-sikurezza b'mod konsistenti u, b'mod partikolari, jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi ta' prinċipji ta' ‘kultura ġusta.’ L-EASA tissaħħaħ bħala l-istrument uniku ta' l-UE għar-regolazzjoni tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni inkluż l-ajruporti u l-ATM, u jiġi żgurat li l-EASA tiġi ffinanzjata u appoġġata skond dan. Issir thejjija għall-isfida tas-SESAR bi proċessi ta' ċertifikazzjoni f'waqthom. Jiġi żgurat li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' l-istati tiġi armonizzata u li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tiġi stimolata sabiex jinkisbu livelli ogħla ta' prestazzjoni.

HLG 9 Twassil ta' benefiċċji ambjentali: Filwaqt li jinbnew it-tliet pilastri ta' l-ATM gate-to-gate imtejjeb, ta' inġenji ta' l-ajru aktar nodfa u aktar siekta, u ta' soluzzjonijiet orjentati lejn is-suq, il-Kummissjoni Ewropea tintalab tiżviluppa strateġija ambjentali integrata. L-ambizzjonijiet mill-perspettivi tat-trasport u ta' l-ambjent jiġu inkorporati, sabiex l-Ewropa tkun tista' tattwa rwol mexxej fl-ibbilanċjar ta' l-impatti ekonomiċi, ambjentali, soċjali u ta' sikurezza.

HLG 10 Jinkiseb l-impenn ta' l-Istati Membri biex iwasslu: Tiġi rikjesta implimentazzjoni aktar sistematika ta' l-impenji eżistenti mill-Istati Membri ta' l-UE, b'mod partikolari d-deframmentazzjoni mmirata bl-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew. L-Istati għandhom jindirizzaw il-linji gwida inkonsistenti għall-ANSPs, in-nuqqasijiet ta' prestazzjoni fis-sorveljanza, l-ostakli għall-kapaċità ta' l-ajruport u fil-ġestjoni ta' sikurezza, u l-isfidi ġodda tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-awtoritajiet għandhom jiġu mħeġġa biex jiskambjaw bejniethom l-aħjar prassi u jiżviluppaw approċċi komuni.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jirringrazzja lill-Viċi President Barrot ta’ l-opportunità għall-iżvilupp ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jispera li jiġu attwati mingħajr dewmien.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli jirrakkomanda r-rapport tiegħu lill-Viċi President, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Provviżorju ta' l-Eurocontrol u lill-Istati Membri.

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 96 tal-31.3.2004, p 1

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 96 tal-31.3.2004, p 10

[3] Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 96 tal-31.3.2004, p 20

[4] Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru, ĠU L 96 tal-31.3.2004, p 26

[5] Il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni (PRC), Diċembru 2006, Valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-SES dwar il-Prestazzjoni ta' l-ATM, p. 24

[6] PRC, 2007, Valutazzjoni ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku ta' l-Ajru fl-Ewropa fl-2006, Eurocontrol, p. 51 u segwitu.

[7] L-Istati Uniti qed tamministra d-doppju tat-traffiku b'20 ċentru en route, li jqed jippjanaw li jnaqqsu.

[8] Stat Membru wieħed qed ilesti t-tqegħid fil-post ta' l-NSA tiegħu.

[9] ĠU L 335, 21.12.2005, p 13

[10] ĠU L 291, 9.11.2007, p 16

[11] ĠU L 114, 27.4.2006, p 22

[12] ĠU L 341, 7.12.2006, p.3

[13] ĠU L 128, 16.5.2006, p 3

[14] ĠU L 342, 24.12.2005, p 20

[15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema għall-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew (SESAR) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1

[16] COM(2006) 820 finali ta' l-24.01.2007.

[17] Il-bini ta' l-SES permezz ta' blokki ta' l-ispazju ta' l-ajru funzjonali: Rapport dwar l-istatus ta' nofs it-terminu COM(2007) 101 finali

[18] PRC, 2006, Evalwazzjoni ta' l-Impatt ta' l-inizjattiva SES dwar il-prestazzjoni ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru, Brussell, p. iii

[19] Il-kumitat ta' l-Ajru Uniku jikkonsisti minn żewġ rappreżentanti għal kull SM, 1 ċivil, 1militari.