52007DC0689

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna qabel l-adeżjoni (IPA) - Qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2009-2011 /* KUMM/2007/0689 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.11.2007

KUMM(2007) 689 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA QABEL L-ADEŻJONI (IPA) QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2009-2011

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA QABEL L-ADEŻJONI (IPA)QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2009-2011

Introduzzjoni

Il-Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali (MIFF) għall-Istrument għal Għajnuna Qabel l-Adeżjoni (IPA) huwa mfassal biex jipprovdi informazzjoni dwar analiżi indikattiva tal-pakkett IPA globali propost mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament IPA (KE) 1085/2006. Dan jaġixxi bħala l-ħolqa bejn il-qafas politiku fi ħdan il-pakkett tat-tkabbir u l-proċess baġitarju. Id-Dokumenti ta’ Ippjanar Indikattiv Multiannwali (MIPD) imwaqqfin għal kull pajjiż benefiċjarju u għal programmi multi-benefiċjarji, li permezz tagħhom tingħata l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni għal dak il-pajjiż, ser jikkunsidraw l-analiżi indikattiva proposta mill-MIFF.

L-MIFF huwa bbażat fuq ċiklu ta’ pprogrammar li jdur kull tliet snin. F’ċirkostanzi normali, MIFF għas-snin N, N+1 u N+2 jiġi ppreżentat fl-aħħar tliet xhur tas-sena N-2 bħala parti mill-pakkett tat-tkabbir, li jirrappreżenta bidla finanzjarja proposta tal-prijoritajiet politiċi stipulati fi ħdan il-pakkett innifsu, billi jitqies il-Qafas Finanzjarju. L-ewwel MIFF, li kopra l-2008-2010 (u jinkludi ċ-ċifri għall-2007), kien adottat fit-8 ta’ Novembru 2006. It-tieni MIFF hu għas-snin 2009-2011. Jindika l-allokazzjoni tal-pakkett għall-għajnuna għal qabel l-adeżjoni skond il-pajjiż u skond kull fattur, u jagħti wkoll indikazzjoni tal-pakkett għall-programmi reġjonali u orizzontali u l-ammonti allokati biex jappoġġjaw in-nefqa.

Id-deskrizzjoni tal-prijoritajiet politiċi għal qabel l-adeżjoni huma mfissra fil-Partenarjati Ewropej u dawk ta’ Adeżjoni, fir-rapporti annwali tal-pajjiż u d-dokument strateġiku dwar it-tkabbir inkluż fil-pakkett tat-tkabbir ippreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull sena.

Programmar Finanzjarju Strateġiku

1. Allokazzjoni ta’ fondi bejn il-pajjiżi

Il-punt tat-tluq għall-allokazzjonijiet fl-2007 kien impenn mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ebda pajjiż benefiċjarju ma jirċievi anqas mill-2007 kif ġralhom fl-2006 u barra minn hekk li l-Bożnja u l-Herzegovina u l-Albanija ma għandhomx jieħdu anqas mill-medja annwali tal-finanzjament li jrċevew lkoll fl-2004 u l-2006. Dan l-aħħar punt irrifletta l-fatt li l-finanzjament f’dawn is-snin kien ikkonċentrat fil-bidu ta’ l-2004.

Iċ-ċifri għall-2008 ’il quddiem kienu kkalkulati fuq il-bażi ta’ l-allokazzjoni per-capita li kienet ikkwotata fil-passat bħala prokura għal ħtiġiet u l-impatt. Kontra din il-miżura, il-Balkani tal-Punent għandhom itejbu l-pożizzjoni tagħom matul il-kors tal-qafas finanzjarju attwali għal aktar mill-medja għall-2004-2006 ta’ 23 Euro (fi prezzijiet għall-2004) rċevuti taħt il-CARDS. Skond l-MIFF għall-2008-2010, dan għandu jintlaħaq mill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent mhux aktar tard mill-2010. Iċ-ċifri għall-Balkani tal-Punent fl-2011 iżommu dan il-livell għal kull pajjiż.

Għall-Kroazja u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, bħala pajjiżi kandidati, huma previsti aktar minn 30 € per capita (bil-prezzijiet ta’ l-2004) sa l-2008. Dan il-livell qed jinżamm fl-2009-2011 għall-Kroazja. Għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ikompli jiżdied il-finanzjament f’termini per capita , li jirrifletti livell minimu ta’ finanzjament meħtieġ għall-bini tal-kapaċità adegwata amministrattiva, irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż.

Għat-Turkija, meta jitqies il-kobor u l-kapaċità ta’ assorbiment tal-pajjiż, hemm żieda gradwali fil-livelli ta’għajnuna per capita matul il-perjodu 2007-2011.

Il-ħtiġiet u l-kapaċitajiet ta’ assorbiment ta’ kull pajjiż individwali ġew ikkunsidrati fil-proċess ta’ allokazzjoni.

2. Allokazzjonijiet bejn il-komponenti

Fid-determinazzjoni ta’ l-allokazzjoni bejn il-komponenti, kien ikkunsidrat sew li jkunu lesti s-sistemi ta’ ġestjoni deċentralizzata neċessarji għall-implimentazzjoni tal-komponenti III, IV u V fil-pajjiżi kandidati preżenti kif ukoll il-ħtieġa għall-finanzjament tal-komponent II peress li dan għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri min-naħa għall-oħra tal-fruntieri biex ikunu bħall-finanzjament ekwivalenti ta’ l-ERDF ta’ l-intestatura 1b.

Preżentazzjoni taċ-ċifri

It-tabella li ġejja tagħti ċ-ċifri ta’ hawn fuq fi prezzijiet attwali u f’miljuni ta’ euro s. Turi l-allokazzjonijiet skond kull pajjiż u kull komponent, kif ukoll il-programm reġjonali u multistatali u n-nefqa ta’ appoġġ. Skond il-prassi attwali, il-finanzjament għall-Kosovo[1] jintwera separatament u ser ikun ikkonċentrat f’MIPD separat. Iċ-ċifri għal-2007 u l-2008 huma inklużi biex tiffaċilita r-riferenza.

Nefqa ta’ appoġġ

Il-pakkett ikopri l-ispejjez amministrattivi marbuta direttament ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-IPA. Fl-2007 u l-2008 kienet tinkludi wkoll l-ispejjeż amministrattivi biex jintemm għal kollox il-finanzjament ta’ qabel l-adeżjoni, inklużi għall-Bulgarija u r-Rumanija.

Programmi reġjonali u orizzontali

Ir-regolament ta’ l-IPA jipprovdi għall-koordinazzjoni tad-donaturi, inklużi ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) biex jimmassimizzaw l-effett għas-sostenn ta’ l-għotja. Il-faċilità ta’ enerġija effiċjenti eżistenti ser tkun estiża aktar għall-Balkani tal-Punent. Il-kooperazzjoni mal-Fond Ewropew tax-Xlokk ta’ l-Ewropa ser ikompli jippromwovi investiment privat (mikro-intrapriżi u SMEs) u faċilità ġdida ta’ infrastruttura ser tkun żviluppata b’kooperazzjoni ma’l-BIE u ma’ l-IFIs l-oħra biex jippromwovu investimenti fis-setturi soċjali tat-trasport, ta’ l-enerġija u ta’ l-ambjent. Faċilità ta’ soċjetà ċivili ta’ finanzjament ser tkun iffinanzjata permezz ta’ programm kemm reġjonali kif ukoll nazzjonali.

Il-finanzjament ta’ l-amministrazzjonijiet temporanji ċivili ser ikomplu fl-2008, l-aktar għall-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u fl-Uffiċċju tar-Rappreżentat Għoli (OHR) fil-Bożnja u Herzegovina.

Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali: Elenku tal-Pakkett ta’ Għajnuna għall-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-2009-2011 f’allokazzjonijiet skond il-pajjiżi u l-komponenti

Pajjiż | Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 |

IL-KROAZJA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 49,611,775 | 45,374,274 | 45,601,430 | 39,483,458 | 39,959,128 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 9,688,225 | 14,725,726 | 15,898,570 | 16,216,542 | 16,540,872 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 45,050,000 | 47,600,000 | 49,700,000 | 56,800,000 | 58,200,000 |

Żvilupp tar-Riżorsi Umani | 11,377,000 | 12,700,000 | 14,200,000 | 15,700,000 | 16,000,000 |

Żvilupp Rurali | 25,500,000 | 25,600,000 | 25,800,000 | 26,000,000 | 26,500,000 |

Total | 141,227,000 | 146,000,000 | 151,200,000 | 154,200,000 | 157,200,000 |

L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 41,641,613 | 39,922,001 | 38,128,499 | 36,317,068 | 34,503,410 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 4,158,387 | 5,277,999 | 5,571,501 | 5,682,932 | 5,796,590 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 7,400,000 | 12,300,000 | 20,800,000 | 29,400,000 | 35,000,000 |

Żvilupp tar-Riżorsi Umani | 3,200,000 | 6,000,000 | 7,100,000 | 8,400,000 | 9,400,000 |

Żvilupp Rurali | 2,100,000 | 6,700,000 | 10,200,000 | 12,500,000 | 14,000,000 |

Total | 58,500,000 | 70,200,000 | 81,800,000 | 92,300,000 | 98,700,000 |

IT-TURKIJA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 256,702,720 | 250,165,819 | 233,200,653 | 211,312,664 | 230,620,919 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 2,097,280 | 8,834181 | 9,399,347 | 9,587,336 | 9,779,081 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 167,500,000 | 173,800,000 | 182,700,000 | 238,100,000 | 291,400,000 |

Żvilupp tar-Riżorsi Umani | 50,200,000 | 52,900,000 | 55,600,000 | 63,400,000 | 77,600,000 |

Żvilupp Rurali | 20,700,000 | 53,000,000 | 85,500,000 | 131,300,000 | 172,500,000 |

Total | 497,200,000 | 538,700,000 | 566,400,000 | 653,700,000 | 781,900,000 |

L-ALBANIJA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 54,318,790 | 61,111,756 | 70,917,079 | 82,711,421 | 84,301,650 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 6,681,210 | 9,588,244 | 10,282,921 | 10,488,579 | 10,698,350 |

Total | 61,000,000 | 70,700,000 | 81,200,000 | 93,200,000 | 95,000,000 |

BOŻNJA U ĦERŻEGOVINA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 58,136,394 | 69,854,783 | 83,892,254 | 100,688,099 | 102,681,861 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 3,963,606 | 4,945,217 | 5,207,746 | 5,311,901 | 5,418,139 |

Total | 62,100,000 | 74,800,000 | 89,100,000 | 106,000,000 | 108,100,000 |

MONTENEGRO | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 27,490,504 | 28,112,552 | 28,632,179 | 29,238,823 | 29,843,599 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 3,909,496 | 4,487,448 | 4,667,821 | 4,761,177 | 4,856,401 |

Total | 31,400,000 | 32,600,000 | 33,300,000 | 34,000,000 | 34,700,000 |

IS-SERBJA | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 181,496,352 | 179,441,314 | 182,551,643 | 186,206,679 | 189,956,810 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 8,203,648 | 11,458,686 | 12,248,357 | 12,493,321 | 12,743,190 |

Total | 189,700,000 | 190,900,000 | 194,800,000 | 198,700,000 | 202,700,000 |

KOSOVO[2][3] | Għajnuna għat-Tranżizzjoni u Ħolqien ta’ Istituzzjonijiet | 68,300,000 | 121,993,920 | 63,339,798 | 64,484,594 | 65,828,286 |

Kooperazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri | 0 | 2,706,080 | 2,760,202 | 2,815,406 | 2,871,714 |

Total | 68,300,000 | 124,700,000 | 66,100,000 | 67,300,000 | 68,700,000 |

Programmi Totali tal-Pajjiżi | 1,109,427,000 | 1,248,600,000 | 1,263,900,000 | 1,399,400,000 | 1,547,000,000 |

Programmi Totali tal-Pajjiżi | 1,109,427,000 | 1,248,600,000 | 1,263,900,000 | 1,399,400,000 | 1,547,000,000 |

Programmi Reġjonali u Orizzontali | 108,980,000 | 140,700,000 | 160,000,000 | 157,700,000 | 160,800,000 |

SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI | 44,793,000 | 54,000,000 | 56,500,000 | 64,600,000 | 75,000,000 |

TOTAL GLOBALI | 1,263,200,000 | 1,433,300,000 | 1,480,400,000 | 1,621,700,000 | 1,782,800,000 |

Iċ-ċifri huma f’miljuni ta’ euros, prezzijiet attwali

[1] Taħt UNSCR 1244

[2] Taħt UNSCR 1244

[3] Il-Kummissjoni tipproponi, fl-Ittra tagħha ta’ Emenda Nru 1 għall-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008, bħala parti minn mobilizzazzjoni akbar ta’ fondi ġodda li jsostnu l-istabbilità u l-iżvilupp tal-Kosovo, biex iżid il-finanzjament ta’ l-IPA b’€ 60 miljon fl-2008. Dan hu inkluż hawn fl-allokażzzjoni għall-2008 għall-Kosovo