Rapport mill-Kummissjoni - Il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport fit-triq fl-Unjoni Ewropea: Ir-raba' Rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2005) /* KUMM/2007/0617 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.10.2007 KUMM(2007) 617 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport fit-triq fl-Unjoni Ewropea: Ir-raba' rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2005) 1. Sommarju Eżekuttiv Id-Direttiva 98/70/KE[1] tistipula speċifikazzjonijiet minimi rigward is-saħħa u l-ambjent għal karburanti li se jintużaw għall-vetturi mgħammra b'magni b' positive-ignition u magni li jaqbdu bil-kompressjoni. Il-kwalità tal-karburant hija importanti għall-ambjent għax taffettwa l-emissjonijiet ta’ tniġġis li jirriżultaw mill-magni u b'hekk il-kwalità ta' l-arja. Taffettwa wkoll l-kumdità u l-ispiża li bihom il-produtturi jistgħu jiksbu l-limiti mixtieqa ta' l-emissjonijiet ta' sustanzi ta' tniġġis u gassijiet b’effett ta’ serra. Id-Direttiva 2003/17/KE[2], li temenda d-Direttiva 98/70/KE, tesiġi iktar tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit fil-petrol u fid-diżil. Jekk ma tiġix rispettata l-ispeċifikazzjoni tal-karburant jista' jkun hemm żieda fl-emissjonijiet (pereżempju ossiġenati żejda jistgħu jżidu l-emissjonijiet ta' NOx) u tista' ssir ħsara lill-magna u lis-sistemi tat-trattament ulterjuri ta’ l-egżost (pereżempju kubrit żejjed li jagħmel ħsara lill-katalizzaturi) u jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet li jniġġsu l-arja. Sabiex tkun żgurata konformità ma' l-istandards tal-kwalità tal-karburant obbligatorji skond din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' sorveljanza tal-kwalità tal-karburant.Article 8 of Directive 98/70/EC requires the Commission to publish annually, a report on fuel quality in the Member States. Dan ir-raba' Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fil-qosor is-sottomissjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-kwalità tal-petrol u d-diżil kif ukoll il-volumi mibjugħa għas-sena 2005. L-Istati Membri kollha, minbarra Franza, ressqu r-rapporti nazzjonali għall-2005. Is-sorveljanza tal-kwalità tal-karburant fl-2005 turi li, ġeneralment, l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma mħarsa u għal darb' oħra ftit kienu l-każijiet ta il-qbiż ta' l-ispeċifikazzjonijiet li ġew identifikati. Għall-petrol il-parametri ewlenin fejn ġie identifikat qbiż ta' l-ispeċifikazzjonijiet, kienu n-numru ottan ta’ riċerka (RON)[3], il-pressjoni tal-fwar fis-Sajf[4] u d-distillazzjoni/evaporazzjoni mal-100/150°C[5]. Għad-diżil, il-parametri ewlenin fejn ġie identifikat qbiż ta' l-ispeċifikazzjonijiet, kienu l-kontenut ta’ kubrit, il-punt 95% ta’ distillazzjoni, in-numru ketan ( cetane ) u d-densità. Għalkemm bosta Stati Membri rrapurtaw kampjuni mhux konformi, ġeneralment kienu ħafna inqas il-kampjuni li qabżu l-valuri tal-limitu (u l-limiti ta’ tolleranza għall-metodi ta’ ttestjar) meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Madankollu, diversi Stati Membri mill-UE-10 irrappurtaw għadd sinifikanti ta' kampjuni li mhumiex konformi mal-limiti tal-valuri. Il-Belġju rrapporta proporzjon ogħla (~3.5%) minn Stati Membri oħra ta' kampjuni li mhumiex konformi, iżda mqabbel mas-snin ta' qabel, tejjeb il-livelli ta' konformità. Fl-2005 l-kontenut tal-kubrit fid-diżil irriżulta li kien problema partikolari (l-aktar fl-UE-10), minħabba l-livell obbligatorju ta' <50 ppm mill-bidu ta' l-2005. Kmieni fis-sena diversi Stati Membri ta' l-UE-10 kellhom problemi bil-bejgħ minħabba livelli ogħla ta' kubrit , u kien jidher li kien hemm għadd akbar ta' kampjuni mniġġsa b'diżil jew żejt użat bħala fjuwil li kellhom livell ta' kubrit ogħla mis-snin ta' qabel. Il-Kummissjoni mhijiex konxja minn xi riperkussjonijiet negattivi fuq l-emissjonijiet tal-vetturi jew fuq it-tħaddim tal-magna relatati ma’ dan il-qbiż, iżda tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaġixxu sabiex jiżguraw konformità sħiħa . Bosta diġà qed jaġixxu, u d-dettalji ta’ l-azzjoni li ttieħdet fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità huma inklużi, fejn ipprovduti, fil-kapitli dwar il-pajjiżi individwali tar-rapport iddettaljat għall-2005[6]. Il-Kummissjoni se tkompli l-monitoraġġ tal-konformità mall-ħtiġijiet dwar il-kwalità tal-karburant stipulati fid-Direttiva u għandha l-għan li mis-sena ta' rappurtar 2006 'l quddiem, ittejjeb l-analiżi tagħha tad-dejta pprovduta. Huwa importanti, għat-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-arja u għall-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida tal-magni, li wieħed jinnota li mill-2001 sa l-2005, għall-UE15, kien hemm żieda sinifikanti fil-proporzjoni ta’ <10 ppm u <50 ppm ta' karburanti bil-kubrit. Mill-2005, kien obbligatorju biex il-karburanti kollha jilħqu l-livell ta' kubrit ta' <50 ppm, u li jiġu introdotti l-karburanti b'<10 ppm ta' kubrit fl-Istati Membri kollha. Il-kontenut medju tal-kubrit fl-2005 huwa sostanzjalment aktar baxx minn dak irrappurtat fl-2004 kif jintwera f'Tabella 1. Tabella 1: Xejra annwali fil-kontenut medju ta’ kubrit fil-petrol u d-diżil għall-UE Il-Kontenut Medju tal-Kubrit, ppm | UE15 | UE10 | Karburant/Sena | 2001 | 2002 | 2003* | 2004* | 2005* | 2005* | 2005 | Petrol | 68 | 51 | 37 | 38 | 19 | 19 | 23 | Diżil | 223 | 169 | 125 | 113 | 25 | 24 | 37 | Tinkludi d-dejta tal-pajjiżi UE-10 mill-2004. *Teskludi lil Franza, li ma rrapurtatx fl-2003 u fl-2005. Għad hemm differenzi sostanzjali bejn is-sistemi nazzjonali ta' montoraġġ dwar il-kwalità tal-karburant; madankollu, ir-rekwiżiti tad-Direttiva mistennija li jippromwovu aktar omoġeneità u jtejbu l-kwalità tar-rappurtar. 2. Introduzzjoni L-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil mibjugħin fl-Unjoni Ewropea huma stipulati fl-annessi għad-Direttiva 98/70/KE, u mill-1 ta' Jannar 2005, japplika biss sett wieħed ta' speċifikazzjonijiet tal-karburant. Id-Direttiva teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jirrapurtaw sommarji tal-kwalità tal-karburanti mibjugħa fit-territorji tagħhom. Mill-2004 ‘l hemm, l-Istati Membri għandhom l-obbligu jirrapurtaw dwar is-sorveljanza tagħhom skond l-Istandard Ewropew EN 14274[7], jew skond sistemi ta’ kunfidenza ekwivalenti. L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE, kif emendat bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2003/17/KE, jirrikjedi li l-Kummissjoni tressaq ir-riżultati tar-rappurtar ta' l-Istati Membri dwar il-kwalità tal-karburant. F’konformità ma din it-talba, dan ir-raba' Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fih il-kwalità tal-petrol u tad-diżil, kif ukoll il-volumi mibjugħa, fil-Komunità għas-sena 2005. Ir-rapporti tas-snin ta' qabel huma disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-Kummissjoni[8]. 3. Is-Sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza Intużaw strateġiji differenti biex jiġu implimentati s-Sistemi ta' Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant (FQMS) madwar l-UE kollha. Dawn ivarjaw minn dawk ibbażati fuq l-Istandard Ewropew EN 14274, bi ġbir ta’ kampjuni minn firxa ta’ stazzjonijiet għall-bejgħ tal-karburant, sas-sistemi nazzjonali. Pereżempju, sistemi fl-Iżvezja u fir-Renju Unit jintegraw il-ġbir ta’ kampjuni u l-analiżi ta' kull raffinerija jew lottijiet importati fir-rekwiżiti għad-distribuzzjoni tal-karburanti fil-pajjiż. Hemm ukoll il-ġbir aleatorju ta’ kampjuni fil-katina ta’ distribuzzjoni matul is-sena kollha. Oriġinarjament, is-sistemi li huma attivi f’bosta Stati Membri kienu mfassla għal għanijiet oħra, u dan jispjega ftit mill-varjazzjonijiet f’xi jkopru u l-applikazzjoni tagħhom fl-UE. Wieħed kien jistenna iktar omoġeneità mill-2004, meta d-Direttiva emendata tirrikjedi li l- Istati Membri għandhom: “jistabbilixxu sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-karburant skond ir-rekwiżiti ta' l-istandard rilevanti Ewropew” (EN 14274 & EN 14275[9]) mill-1 ta’ Jannar 2004. Mill-2001 fis-Sistemi ta’ Sorveljanza saru għadd ta’ tibdiliet. Mill-Istati Membri ta' l-UE-15, 6 issa ċaqilqu s-sistemi tagħhom għal uħud ibbażati fuq l-EN 14274 kif kienu 6 mill-Istati Membri ta' l-UE-10. Il-Portugall iddikjara li għadu għaddej bil-proċess li jibdel is-sistema biex jikkonforma ma’ l-EN 14274. Id-Direttiva tista’ tippermetti sistemi ta’ sorveljanza alternattivi sakemm tali sistemi jkunu jiżguraw li r-riżultati jkunu ta’ kunfidenza ekwivalenti. S’issa, Ċipru, id-Danimarka u Malta biss ipprovdew informazzjoni li tiġġustifika l-użu tagħhom ta’ Sistemi Nazzjonali b'inqas ġbir ta' kampjuni. Ir-Renju Unit ukoll ipprovda informazzjoni dwar il-kunfidenza statistika tas-sistema tiegħu. Il-Grafika 2 tiġbor fiha r-rata ta' ġbir ta' kampjuni fl-UE fl-2005. 4. Ir-Rappurtar ta’ l-2005 4.1 Il-Kwalitajiet u l-Volumi tal-Karburant Filwaqt li fl-2005 kien hemm varjetà wiesgħa ta’ petrol bi gradi ta’ ottan u ta’ kubrit differenti disponibbli fl-UE, il-maġġoranza tal-bejgħ kienet magħmula minn RON95 (84% mit-total, b’66% b’kubrit baxx, u 34% mingħajr kubrit[10]), ara l-Grafika 1 u t-Tabella fl-Anness għad-dettalji kollha skond l-Istat Membru (Franza ma pprovdiet l-ebda sottomissjoni għas-sorveljanza tal-kwalità tal-karburant għall-2003 u l-2005). Mill-petrol kollu mibjugħ, 61% kien ta’ grad ta’ kubrit baxx (<50 ppm) u 39% kien mingħajr kubrit (<10 ppm). Mid-diżil kollu mibjugħ, it-tqassim ekwivalenti kien ta’ 67% u 33%. Imqabbel ma' l-2001 il-kwantitajiet ta' <50 ppm and <10 għall-karburanti bil-kubrit, żdiedu b'mod sinifikanti għax waqt li dik is-sena kienu jammontaw għal madwar 20% mill-bejgħ kollu tal-petrol u d-diżil kollu fl-UE, issa jammontaw għal prattikament il-bejgħ kollu tal-petrol u d-diżil. Il-bejgħ ta’ l-UE10 kien jikkonsisti minn 10.5% u 11.3% mill-bejgħ totali tal-petrol u d-diżil fl-UE rispettivament (żieda żgħira mill-2004). Imqabbel ma' l-UE-15, inbiegħu proporzjonijiet ħafna aktar baxxi ta' gradi fil-karburant mingħar kubrit fl-UE-10 (15.5%), iżda inbiegħet proporzjon kemmxejn aktar għolja (36%) ta' diżil mingħajr kubrit. Grafika 1: Il-proporzjonijiet ta’ bejgħ ta’ karburant fl-UE skond it-tip ta’ karburant (%) Il-Bejgħ tal-Petrol | 2005 | Il-Bejgħ tad-Diżil | 2005 | [pic] | [pic] | Fuel TypTip | % | Fuel TypTip | % | 1 | Il-petrol bla ċomb min. RON=91 | 0.0% | 13 | Id-diżil | 0.1% | 2 | Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) | 0.3% | 14 | Id-diżil (<50 ppm kubrit) | 66.5% | 3 | Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) | 7.7% | 15 | Diżil (<10 ppm kubrit) | 33.5% | 4 | Il-petrol bla ċomb min. RON=95 | 0.0% | 5 | Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) | 55.4% | 6 | Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) | 28.0% | 7 | Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 | 0.0% | 8 | Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) | 4.1% | 9 | Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) | 0.00% | 10 | Il-Petrol bla ċomb RON>=98 | 0.0% | 11 | Il-Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) | 0.9% | 12 | Il-Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) | 3.5% | Bl-istess mod għas-snin 2001–2004, l-ikbar bejgħ totali ta' karburanti (tas-sottomissjonijiet milqugħa) fl-2005 sar fil-Ġermanja, fl-Italja, fi Spanja u fir-Renju Unit (Grafika 3). Il-bejgħ tad-diżil jiddomina f'ħafna Stati Membri; madankollu l-proporzjonijiet relattivi tal-petrol u tad-diżil ivarjaw. Mill-2001 'il quddiem kien hemm żieda fl-omoġenità fl-għadd ta' gradi ta' karburant li ġie rrappurtat li kien disponibbli fl-UE kollha (Grafika 4). Fl-2005 ġeneralment kien hemm 2-3 gradi ta' petrol disponibbli, l-aktar bħala riżultat ta' livelli differenti ta' ottan (il-kategorija RON), madankollu l-gradi separati mingħajr kubrit qed jidhru f'xi kazi (pereżempju l-Estonja, li għandha verżjoni mingħajr kubrit għal kull tip ta' karburant). Fl-2005 f'10 mill-UE-15 (fl-2001 kien hemm 1 biss) u 4 Stati Membri ta' l-UE-10, kien hemm nazzjonalment disponibbli gradi separati ta' karburant (immarkati) mingħajr kubrit (<10 ppm) (f'oħrajn huwa disponibbli l-karburant li jissodisfa l-limiti tal-kubrit, iżda mhux immarkat meta jinbiegħ). Grafika 2: Ir-rata ta’ ġbir ta’ kampjuni għas-Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant fl-UE fl-2005 (għadd medju ta’ kampjuni għal kull grad ta’ karburant) Numru Medju ta’ Kampjuni / Grad tal-Karburant | [pic] | Il-petrol | Id-diżil | Il-petrol | Id-diżil | L-Awstrija | 4 / 205 | 3 / 100 | Il-Belġju | 232 / 4957 | 232 / 3748 | 1 / 18 | <6 xhur | (3) | Ċipru | 19 / 155 | 7 / 18 | <xahar | (4) | Ir-Repubblika Ċeka | 45 / 1381 | 64 / 1653 | Id-Danimarka | L-Estonja | 10 / 300 | 1 / 114 | <4 xhur | (7) | Il-Finlandja | 2 / 257 | Il-Greċja | 1 / 289 | 6 / 18 | <xahrejn | (4) | L-Ungerija | 7 / 120 | L-Irlanda | 3 / 118 | 6 / 18 | <xahrejn | (5) | L-Italja | 3 / 318 | 6 / 309 | Il-Latvja | 1 / 251 | 9 / 438 | <xahar | (8) | Il-Litwanja | 8 / 192 | 20 / 268 | Il-Lussemburgu | <6 xhur | Malta | 13 / 51 | 23 / 31 | 1 / 5 | <5 xhur | (9) | L-Olanda | 1 / 106 | Il-Polonja | 16 / 392 | 15 / 204 | Il-Portugall | 7 / 18 | (4) (6) | Is-Slovakkja | 7 / 236 | 1 / 102 | Is-Slovenja | 22 / 136 | 25 / 152 | Spanja | <xahar | L-Iżvezja | 6 / 18 | (4) | Ir-Renju Unit | <3 xhur | L-Għadd ta' Pajjiżi | 17 | 13 | 6 | 1 | 12 | Noti: Fejn id-data tar-rappurtar mhijiex kompluta, mhux possibbli tingħata konferma li l-valuri tal-limitu ġew irrispettati fil-kampjuni kollha. Fejn ma kienx possibbli jkun stabbilit, mis-sottomissjonijiet, l-għadd ta’ kampjuni li qabżu l-valur tal-limitu, is-simbolu '>' jindika li l-għadd ta' kampjuni li jaqbżu l-limiti huwa minimu u jista' jkun ikbar. | Id-Direttiva 98/70/KE tiddikkjara li kull sena sat-30 ta' Ġunju l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti ta' sorveljanza. | Il-kontenut ta’ l-ossiġenu ma ġiex irrapurtat. | Ma ġewx irrapurtati ossiġenati (għajr l-eteri b’iktar minn 5 atomi tal-karbonju kull molekula). Madankollu, fil-prinċipju, is-sustanzi kollha fuq il-lista huma mkejla f’daqqa bl-użu tal-metodi ta’ ttestjar ta’ l-ossiġenati Madankollu, is-sistema għandha tiġi kkalibrata permezz ta' l-użu tal-kampjun ta' kalibrazzjoni, li jkun fih l-istess ossiġenati fi proporzjonijiet simili għal dawk preżenti fil-kampjun li jkun qed jiġi ttestjat. Fil-maġġoranza tal-każijiet, mhux ċar jekk dan sarx, madankollu l-Portugall iddikkjara li l-ebda ossiġenati oħra ma ġew miżjuda mal-karburant. It-total ta’ l-ossiġenu organiku huwa kkalkulat mill-peċentwali skond il-massa tal-komponenti individwi wara l-identifikazzjoni. | Ma ġewx irrapurtati ossiġenati (għajr l-eteri b’iktar minn 5 atomi tal-karbonju kull molekula) (ara n-nota 4 għal aktar dettalji). | Din is-sena anke l-Portugall ma wettaq l-ebda kejl tal-kontenut taċ-ċomb. | L-Estonja rrappurtat ukoll 5 kampjuni ta' petrol mingħajr kubrit u 4 kampjuni ta' diżil mingħajr kubrit li qabżu l-limit ta' tolleranza tal-kubrit ta' 10 ppm għal din il-klassi ta' karburant fl-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali. Dawn il-kampjuni li mhumiex konformi, ma ġewx inklużi fit-total għax huma fi ħdan il-valur ta' limitu ta' <50 ppm għall-petrol u d-diżil. | Fil-Latvja, kmieni fl-2005, jidhru li nbiegħu kwantitajiet tad-diżil regolari <350 ppm, b'nuqqas ta' konformità mal-valur ta' limitu ta' <50 ppm mill-bidu ta' l-2005. | L-indiċi ketan tkejjel minflok in-numru ketan | 1. 5. Konklużjonijiet Il-kwalità tal-karburant hija ambjentalment importanti għax teffettwa l-emissjonijiet ta’ tniġġis li jirriżultaw mill-magni u għalhekk il-kwalità ta' l-arja, kif ukoll il-kumdità u l-ispiża li bihom il-produtturi jistgħu jiksbu l-limiti mixtieqa ta' l-emissjonijiet minn sustanzi ta tniġġis u gassijiet b’effett ta’ serra. Is-sorveljanza tal-kwalità tal-karburant fl-2005 turi li, ġeneralment, l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma mħarsa u ftit ħafna kienu l-każijiet ta' qbiż ta' l-ispeċifikazzjonijiet li ġew identifikati. Il-Kummissjoni mhijiex konxja li hemm xi riperkussjonijiet negattivi fuq l-emissjonijiet tal-vetturi jew il-funzjonament tal-magni minħabba dan il-qbiż. Il-Kummissjoni tibqa’ mħassba dwar il-qbiż ta' l-ispeċifikazzjonijiet u se tkompli l-monitoraġġ tal-konformità mall-ħtiġijiet dwar il-kwalità tal-karburant stabbiliti fid-Direttiva. Biex tappoġġja dan, mir-rappurtar ta' l-2006, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li twettaq analiżi statistika aktar dettaljata tad-dejta rrappurtata. Il-proporzjon ta’ karburanti <10 u <50 ppm kien qed jiżdied mill-2001 sa l-2004. Għall-2005, il-proporzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti, bil-limitu tal-kubrit ta' <50 ppm isir obbligatorju, u r-rekwiżit li jiġu introdotti l-karburanti bil-kubrit ta' <10 ppm fl-UE kollha. Il-karbunati mingħajr ebda kubrit kienu disponibbli fil-maġġoranza ta' l-Istati Membri fl-2005 (ir-Renju Unit, Malta u Ċipru għad iridu jintroduċu dawn il-karburanti). Madankollu, mill-indikazzjonijiet li hemm bħalissa, f'ċerti Stati Membri għad hemm każijiet fejn il-gradi ma jidhrux li qed jiġu ttikkettjati. Dan in-nuqqas jista' jfixkel li vetturi li jużaw teknoloġija li tirrikjedi karburanti mingħajr kubrit jiġu introdotti qabel d-dħul sħiħ obbligatorja fl-2009, għax mingħajr it-tikkettjar il-konsumaturi ma jingħataw l-ebda possibbiltà biex jagħżlu dawn il-karburanti. Dan huwa importanti speċjalment għas-sidien ta' vetturi li jużaw it-teknoloġija li tirrikjedi karburant mingħajr kubrit u jfixkel b'mod sinifikanti l-valur li karburanti li jilħqu dan il-kriterju, jkunu disponibbli. Bħala riżultat ma setax jitwettaq il-potenzjal sħiħ offrut mit-tnaqqis fis-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq. Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu u s-Slovenja huma pajjiżi fejn ma setgħetx tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li fis-snin li ġejjin, il-karburanti mingħajr l-ebda kubrit jiġu ttikkettjati. Ir-rappurtar dwar dan it-tikkettjar jista' jgħin lill-industrija tal-karozzi tikseb kunfidenza fid-disponibilità tal-karburant sabiex il-vetturi li jisfruttaw il-kontenut mingħajr kubrit jiġu introdotti fuq firxa usa' u jwasslu għal gwandann ambjentali permezz ta' emissjonijiet aktar baxxi minn pollutanti u gassijiet b’effett ta’ serra. Ġeneralment ġiet ipprovduta informazzjoni limitata ħafna mill-Istati Membri dwar id-disponibilità ġeoGrafika tal-karburanti mingħajr l-ebda kubrit. Ħafna mill-Istati Membri ddikjaraw li kien hemm disponibbiltà wiesgħa, iżda ma pprovdew l-ebda informazzjoni supplimentari biex jipprovdu miżura tad-disponibilità ġeografika tagħhom. Is-sistemi ta’ sorveljanza ta’ kwalità stabbiliti fuq livell nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli u jeħtieġu iktar uniformità sabiex jipprovdu riżultati trasparenti u komparabbli. L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/17/KE wasslet għal titjib fil-kwalità ta’ rappurtar peress li tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapurtaw dwar is-sorveljanza skond l-Istandard Ewoprew il-ġdid, EN 14274, jew b’sistemi ta’ kunfidenza ekwivalenti. Fejn l-Istati Membri ma jirrapurtawx skond il-format ta’ EN 14274, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan. ANNESS: Il-bejgħ tal-karburant skond it-tip ta’ karburant fl-UE (f'miljuni ta' litri) Nru ta’ identifikazzjoni | Miljun ta' litri | L-Awstrija | Il-Belġju | Id-Danimarka | Il-Finlandja | Franza | Il-Ġermanja | Il-Greċja | L-Irlanda | L-Italja | Il-Lussemburgu | L-Olanda | Il-Portugall | Spanja | L-Iżvezja | Ir-Renju Unit | L-UE-15 | L-UE-15 | | |Il-grad tal-karburant | AU | BE | DK | FI | FR | DE | EL | IE | IT | LU | NL | PT | ES | SE | UK | L-UE-15 | % Total | |1 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |2 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |3 |- |- |- |- |- |3 |0.0% | |3 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |738 |- |525 |- |- |8,884 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |10,147 |8.6% | |4 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |5 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |- |1,055 |- |- |- |- |4,229 |1,646 |16,461 |524 |7,089 |- |8,066 |- |24,082 |63,151 |53.4% | |6 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |1,986 |659 |1,951 |2,232 |- |21,849 |- |669 |979 |- |- |- |- |5,104 |- |35,429 |30.0% | |7 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |8 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |735 |- |- |- |- |1,919 |575 |- |1,273 |4,502 |3.8% | |9 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |1 |- |- |- |- |- |- |- |1 |0.0% | |10 |Il-petrol bla ċomb RON>=98 |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |11 |Il-petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |- |276 |- |- |- |- |136 |- |- |131 |310 |- |- |- |- |854 |0.7% | |12 |Il-petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |83 |395 |16 |269 |- |992 |268 |- |- |- |1 |495 |1,190 |384 |- |4,094 |3.5% | | | Il-petrol (regolari) | 0 |0 | 0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 | 0 |0 |0 |0 |0 |0 | 0.0% | | | Il-petrol (<50 ppm kubrit) | 0 |1,331 | 0 |0 |0 |0 |5,100 |1,646 |16,461 |659 | 7,399 |1,919 |8,641 |0 |25,355 |68,510 | 58.0% | | | Il-petrol (<10 ppm kubrit) | 2,807 |1,055 | 2,492 |2,501 |0 |31,725 |268 |670 |979 |0 | 1 |495 |1,190 |5,488 |0 |49,671 | 42.0% | | | Total ta’ Petrol | 2,807 |2,386 | 2,492 |2,501 |0 |31,725 |5,369 |2,315 |17,440 |659 | 7,400 |2,413 |9,831 |5,488 |25,355 |118,181 | 100.0% | | 13 | Id-diżil |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |14 | Id-diżil (<50 ppm kubrit) |976 |7,269 |- |- |- |- |2,446 |1,801 |27,081 |2,139 |9,000 |5,476 |27,840 |- |23,389 |107,418 |66.9% | |15 | Id-diżil (<10 ppm kubrit) |6,535 |168 |2,782 |2,383 |- |34,206 |9 |890 |1,467 |- |- |403 |0 |4,270 |- |53,113 |33.1% | | |Total ta’ Diżil | 7,511 |7,437 | 2,782 |2,383 |0 |34,206 |2,455 |2,691 |28,549 |2,139 | 9,000 |5,879 |27,840 |4,270 |23,389 |160,530 | 100.0% | | Nru ta’ identifikazzjoni | Miljun ta' litri | Ċipru | Ir-Repubblika Ċeka | L-Estonja | L-Ungerija | Il-Latvja | Il-Litwanja | Malta | Il-Polonja | Is-Slovakkja | Is-Slovenja | L-UE-10 | L-UE-10 | | L-Unjoni Ewropea | L-Unjoni Ewropea | | |Il-grad tal-karburant | CY | CZ | EE | HU | LV | LT | MT | PL | SK | SI | L-UE-10 | % Total | |L-UE | % Total | |1 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |2 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |- |280 |14 |- |21 |80 |- |- |28 |- |423 |3.0% | |426 |0.3% | |3 |Il-petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |- |- |5 |- |- |- |- |- |73 |- |78 |0.6% | |10,225 |7.7% | |4 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 |- |- |- |- |- |- |- |9 |5 |- |14 |0.1% | |14 |0.0% | |5 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |355 |2,762 |176 |1,801 |350 |355 |66 |4,130 |94 |- |10,088 |72.4% | |73,239 |55.4% | |6 |Il-petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |- |- |121 |- |- |2 |- |912 |562 |- |1,596 |11.5% | |37,025 |28.0% | |7 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |8 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |24 |- |- |833 |857 |6.2% | |5,359 |4.1% | |9 |Il-petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |1 |0.0% | |10 |Il-Petrol bla ċomb RON>=98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |11 |Il-petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |55 |27 |43 |175 |36 |1 |- |- |2 |53 |393 |2.8% | |1,246 |0.9% | |12 |Il-petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |- |- |36 |4 |10 |7 |- |404 |18 |- |478 |3.4% | |4,572 |3.5% | | | Il-petrol (regolari) | 0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |9 |5 |0 |14 |0.1% | |14 | 0.0% | | | Il-petrol (<50 ppm kubrit) | 410 |3,069 |233 |1,976 |408 |436 |90 |4,130 |124 |886 |11,760 |84.4% | |80,270 | 60.8% | | | Il-petrol (<10 ppm kubrit) | 0 |0 |162 |4 |10 |9 |0 |1,316 |652 |0 |2,152 |15.5% | |51,823 | 39.2% | | | Total ta’ Petrol | 410 |3,069 |394 |1,980 |418 |444 |90 |5,455 |781 |886 |13,927 |100.0% | |132,108 | 100.0% | | 13 | Id-diżil |- |- |- |- |49 |- |- |45 |45 |- |139 |0.7% | |139 |0.1% | |14 | Id-diżil (<50 ppm kubrit) |414 |5,003 |118 |2,901 |716 |888 |116 |1,273 |443 |1,010 |12,882 |63.0% | |120,299 |66.5% | |15 | Id-diżil (<10 ppm kubrit) |- |- |227 |59 |0 |65 |- |6,875 |215 |- |7,441 |36.4% | |60,553 |33.5% | | |Total ta’ Diżil | 414 |5,003 |345 |2,960 |765 |953 |116 |8,193 |703 |1,010 |20,461 |100.0% | |180,991 | 100.0% | | [1] Id-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE ĠU. L 350, 28.12.1998, p. 58 [2] Id-Direttiva 2003/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil ĠU. L 76, 22.3.2003, p. 10 [3] In-Numru Ottan ta’ Riċerka (RON) huwa l-miżura kwantitattiva ta' proporzjon tal-kompressjoni massima li fih il-petrol jista' jintuża f'magna mingħar ma jseħħ qbid spontanju tat-taħlita fil-magna. Il-qbid spontanju jwassal għal konsum eċċessiv tal-karburant u żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili u tal-Monossidu tal-Karbonju. [4] Il-pressjoni tal-fwar hija miżura tat-tendenza tal-karburant li jevapora. Fis-Sajf tiġi rregolata għax f'dak iż-żmien tas-sena, it-temperaturi jistgħu jwasslu għal emissjonijiet għoljin tal-Komposti Organiċi Volatili, li huma l-prekursur ta' l-ożonu fil-livell ta’ wiċċ l-art. Jekk jinqabżu l-ispeċifikazzjonijiet ikun hemm żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili. [5] Il-parametru tad-distillazzjoni jistabbilixxi l-100˚C u l-150˚C bħala l-proporzjon biex jevapora l-karburant . Jillimita l-firxa tal-komponenti eħfef li jistgħu jitħalltu fil-petrol. Jekk jinqabżu l-ispeċifikazzjonijiet jista' jkun hemm blukkaġġ ikkawżat minn bżieżaq ta' l-arja meta l-karburant minn likwidu jsir gass u problemi fis-sewqan. [6] Ara http://ec.europa.eu/environment/air/pdf/fqm_summary_2005.pdf [7] EN 14274:2003 – Karburanti awtomotivi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Sistema ta’ Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant (SSKK). [8] http://europa.eu.int/comm/environment/air/fuel_quality_monitoring.htm [9] EN 14275:2003 – Karburanti awtomotivi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Ġbir ta’ kampjuni mill-pompi ta’ l-istazzjonijiet ta’ bejgħ tal-karburant u minn dispensers kummerċjali tal-karburant. [10] It-terminu “kubrit baxx” jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ 50 ppm; it-terminu “mingħajr kubrit” jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ 10 ppm [11] Ara http://europa.eu.int/comm/environment/air/fuel_quality_monitoring.htm 114 ppm