52007DC0340




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.6.2007

KUMM(2007) 340 finali

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU. 5 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2007

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL

(preżentata mill-Kummissjoni)

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU. 5GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2007

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 272 tiegħu,

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 177 tiegħu,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda Nru 5 għall-baġit ta' l-2007 għar-raġunijiet ippreżentati fil-memorandum ta' spjegazzjoni.

Werrej

1. Introduzzjoni 4

2. Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tat-TOR, il-VAT u d-DGN 6

3. Il-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 u dik għall-2006 7

3.1. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet 8

3.1.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 9

3.1.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 10

3.2. Id-dħul fil-PDAB 5/2007 ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 11

3.2.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 (kapitolu 15) 11

3.2.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 (kapitolu 35) 11

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL

Ir-rendikont ġenerali tad-dħul qiegħed jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tar-rendikont ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

1. INTRODUZZJONI

L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda Nru 5 għall-Baġit ta' l-2007 (PDAB 5/2007) jkopri dawn il-punti li ġejjin:

- Ir-reviżjoni tal-previżjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali (TOR, jiġifieri dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti taz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u d-DGN u l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit flimkien ma' l-iffinanzjar tagħhom, li rriżultat f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tar-riżorsi proprji għall-baġit ta' l-UE.

- Il-ħlas lura ta’ l-eċċess mill-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) 2000/597 jgħid li " …eċċess mill-Fond ta' Garanzija li jitqanqal minn miżuri esterni, ittrasferit għall-kont tad-dħul fil-budget, għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi riżorsi tagħhom". Għalhekk, minbarra r-reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji, il-PDAB 5/2007 jirreġistra ammont ta' EUR 260 940 125 bħala riżultat tal-ħlas lura msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004[3].

Ir-raġuni għal dan l-eċċess huwa li l-operazzjonijiet kollha mwettqa għall-benefiċċju ta' pajjiż terz jew għall-iskop ta' l-iffinanzjar ta' proġetti f'pajjiż terz għandhom jaqgħu barra mill-firxa ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni, b'effett mid-data li fiha dak il-pajjiż ikun daħal fl-UE. L-ammont ta' hawn fuq jirriżulta mill-ħlas lura lill-baġit ġenerali ta' l-ammont li jikkorrispondi mall-proviżjoni ta' l-obbligazzjonijiet kapitali pendenti għall-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007.

- L-impatt tal-bidliet fir-Regolament Finanzjarju fuq in-naħa tad-dħul.

L-emendi kollha riċenti għar-Regolament Finanzjarju daħlu fis-seħħ sa l-1 ta' Mejju 2007[4]. Minbarra dan, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġie wkoll emendat[5]. Għaldaqstant iridu jsiru bidliet xierqa fil-PDAB 5/2007.

Tliet linji ġodda tal-baġit (6330, 6331 u 6332) ġew maħluqa sabiex jakkomodaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi donaturi oħra, inklużi fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti jew programmi ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-Komunità u ġestiti mill-Kummissjoni f'isimhom, skond l-att bażiku relevanti. Din hija konsegwenza tal-punt ġdid (aa) li ddaħħal fl-Artikolu 18 (1) tar-Regolament Finanzjarju.

Xi rimarki tal-baġit fir-rendikont tad-dħul fihom referenza għal artikoli tar-Regolament Finanzjarju li ġew modifikati u għalhekk jeħtieġ li jiġu aġġustati. Dan huwa aġġornament purament tekniku u jirrigwarda l-artikoli/partiti li ġejjin: 5000, 5001, 522, 6113, 6701, 6702, 6703, 6711, 6712 u 6802.

It-tabella mqassra li jmiss turi d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri kif ibbaġittjati fil-Baġit 2007, fil-Baġit ta' Emenda (AB) 1/2007 (li jimmodifika l-baġit ta' l-2007 sabiex jintegra l-aġġustamenti tekniċi neċessarji bħala riżultat ta' l-ittra ta' emenda Nru 2/2007, li ma setgħux jiġu integrati fl-aħħar fażi tal-proċedura tal-baġit ta' l-2007), fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda (PDAB) 2/2007 (li jimmodifika l-AB 1/2007 sabiex jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għall-għargħar li laqtu l-Ungerija u l-Greċja f'Marzu u April 2006 u li jimmodifika l-istruttura tal-baġit għar-Riċerka wara l-adozzjoni tas-7 Programm ta' Qafas), fil-PDAB 3/2007 (li jimmodifika l-PDAB 2/2007 safejn huma kkonċernati l-aġenziji), fil-PDAB 4/2007 (li jimmodifika l-PDAB 3/2007 sabiex jiġi bbaġittjat l-eċċess mis-sena ta' qabel ta' EUR 1 847.6 miljun) u fil-PDAB 5/2007 preżenti.

ammonti f'euro

Baġit 2007, AB 1/2007, PDAB 2/2007 & PDAB 3/2007 | PDAB 4/2007 | PDAB 5/2007 | PDAB 5/2007 vs. PDAB 4/2007 | PDAB 4/2007 vs. PDAB 3/2007 |

(1) | (2) | (3) | f'% | (4) = (3) – (2) | (4) = (2) – (1) |

BE | 4 498 323 986 | 4 446 910 910 | 4 390 488 352 | 3.91% | -56 422 558 | - 51 413 076 |

BG | 322 612 813 | 318 651 339 | 293 143 638 | 0.26% | -25 507 701 | - 3 961 474 |

CZ | 1 216 863 719 | 1 199 458 884 | 1 223 785 422 | 1.09% | +24 326 538 | - 17 404 835 |

DK | 2 344 743 747 | 2 309 042 179 | 2 266 698 313 | 2.02% | -42 343 866 | - 35 701 569 |

DE | 22 461 580 633 | 22 095 850 077 | 22 174 684 364 | 19.77% | +78 834 287 | - 365 730 557 |

EE | 138 567 103 | 136 596 493 | 168 181 465 | 0.15% | +31 584 972 | - 1 970 610 |

IE | 1 676 005 781 | 1 651 304 984 | 1 635 073 079 | 1.46% | -16 231 905 | - 24 700 796 |

EL | 2 104 756 564 | 2 072 642 795 | 2 012 841 276 | 1.79% | -59 801 519 | - 32 113 769 |

ES | 10 828 853 860 | 10 669 617 389 | 10 259 967 494 | 9.15% | -409 649 895 | - 159 236 471 |

FR | 18 338 461 530 | 18 047 137 597 | 17 558 049 732 | 15.65% | -489 087 865 | - 291 323 932 |

IT | 14 603 278 351 | 14 371 367 371 | 14 505 207 714 | 12.93% | +133 840 343 | - 231 910 980 |

CY | 178 627 328 | 176 289 632 | 172 731 514 | 0.15% | -3 558 118 | - 2 337 696 |

LV | 188 436 582 | 185 803 783 | 194 006 510 | 0.17% | +8 202 727 | - 2 632 799 |

LT | 270 700 006 | 266 837 405 | 270 938 730 | 0.24% | +4 101 325 | - 3 862 601 |

LU | 258 243 690 | 254 133 890 | 283 183 213 | 0.25% | +29 049 323 | - 4 109 800 |

HU | 928 912 076 | 915 038 321 | 916 214 240 | 0.82% | +1 175 919 | - 13 873 755 |

MT | 57 460 366 | 56 699 730 | 56 165 063 | 0.05% | -534 667 | - 760 636 |

NL | 6 378 649 329 | 6 294 174 245 | 6 282 581 555 | 5.60% | -11 592 690 | - 84 475 084 |

AT | 2 390 769 693 | 2 349 306 043 | 2 381 673 253 | 2.12% | +32 367 210 | - 41 463 650 |

PL | 2 747 200 785 | 2 705 502 259 | 2 810 883 270 | 2.51% | +105 381 011 | - 41 698 526 |

PT | 1 552 361 077 | 1 527 960 076 | 1 469 429 185 | 1.31% | -58 530 891 | - 24 401 001 |

RO | 1 067 905 902 | 1 051 655 237 | 1 134 803 437 | 1.01% | +83 148 200 | - 16 250 665 |

SI | 321 017 791 | 316 200 393 | 312 679 822 | 0.28% | -3 520 571 | - 4 817 397 |

SK | 461 026 947 | 453 852 073 | 512 062 631 | 0.46% | +58 210 558 | - 7 174 874 |

FI | 1 659 737 105 | 1 633 061 970 | 1 652 037 445 | 1.47% | +18 975 475 | - 26 675 135 |

SE | 3 022 806 250 | 2 973 502 645 | 3 073 512 103 | 2.74% | +100 009 458 | - 49 303 604 |

UK | 14 270 042 046 | 13 961 715 629 | 14 168 350 404 | 12.63% | +206 634 775 | - 308 326 417 |

UE | 114 287 945 060 | 112 440 313 349 | 112 179 373 224 | 100% | - 260 940 125 | - 1 847 631 711 |

2. REVIżJONI TAL-PREVIżJONI TAL-BAżIJIET TAT-TOR, IL-VAT U D-DGN

Skond il-prattika stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi revedut il-finanzjament tal-baġit fuq il-bażi ta' previżjonijiet aktar riċenti, adotatti f'laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (ACOR).

Ir-reviżjoni tikkonċerna l-previżjoni ta' l-RPT (dazji tad-dwana, dazji agrikoli u levies fuq iz-zokkor) li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2007 flimkien mal-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-2007. Il-previżjoni fil-Baġit 2007 (u fl-AB 1/2007, il-PDAB 2/2007, il-PDAB 3/2007 u l- PDAB 4/2007) ġiet stabbilita fil-136 laqgħa ta' l-ACOR fid-19 ta' Mejju 2006. Il-previżjoni riveduta li ttieħdet f'kunsiderazzjoni fil-PDAB 5/2007 kienet adottata fil-139 laqgħa ta' l-ACOR fis-16 ta' Mejju 2007. L-użu tal-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji jżid il-preċiżjoni tal-ħlasijiet li l-Istati Membri huma mitluba li jagħmlu matul is-sena baġitarja u jnaqqas l-iżbalji inevitabbli fit-tbassir mis-sena ta' qabel.

Meta mqabbla mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f'Mejju 2006, il-previżjoni maqbula f'Mejju 2007 ġiet riveduta kif ġej:

- Il-previżjoni totali tad-dazji agrikoli netti ta' l-2007 kważi mhix mibdula u tibqa' ta' EUR 1,486.8 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir). Ġie aġġornat biss it-tqassim bejn l-Istati Membri ta' dan it-tbassir totali, bl-użu ta' l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar id-dazji agrikoli netti li nġabru għall-2006.

- Il-previżjoni totali ta' l-imposti netti taz-zokkor għall-2007 tnaqqset b'mod drammatiku minn EUR 533.1 miljun għal EUR 37.7 miljun (wara tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir), partikolarment wara l-ħlas f'Ġunju 2006 ta' pagament akbar milli meħtieġ għall-bilanċ ta' l-imposti ta' l -2005/2006. Għaldaqstant, l-ammont residwu, li għandu jitħallas f'April 2007 għal dan il-bilanċ, kien eventwalment negattiv (jiġifieri rimbors għall-Istati Membri, sabiex ikun hemm aġġustament għall-pagament eċċessiv imħallas is-sena ta' qabel). Il-previżjoni totali reveduta u l- breakdown tagħha bejn l-Istati Membri ġew provvduti mid-DĠ AGRI.

- Id-dazji totali tad-dwana għall-2007 issa huwa previst li jkunu ta' EUR 15 083,8 miljun (wara tnaqqis ta' 25 % fi spejjeż tal-ġbir), li jirrappreżenta tnaqqis ta' – 1,3 % meta mqabbel mal-previżjoni ta' EUR 15,287.9 ta' Mejju 2006. Ir-raġuni prinċipali għal dan it-tnaqqis hija previżjoni mnaqqsa għat-tariffa medja b'piż differenzjat (1.54% meta mqabbla ma' 1.61% s-sena l-oħra). Il-previżjoni saret fuq il-bażi ta' l-Istati Membri, bl-użu tar-rati previsti ta' tkabbir tad-DĠ ECFIN għall-importazzjonijiet minn barra l-UE kif ippubblikati fil-previżjonijiet ekonomiċi tar-rebbiegħa 2007 fis-7 ta' Mejju 2007. Id-dazji totali tad-dwana għall-2007 issa huma previsti li jkunu ta' EUR 16,532.9 miljun (wara tnaqqis ta' 25 % fi spejjeż tal-ġbir), li jirrappreżentaw tnaqqis ta' – 4.5 % (jiġifieri b'EUR 774.8 miljun) meta mqabbla mal-previżjoni ta' EUR 17,307.7 miljun ta' Mejju 2006.

- Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata għall-2007 issa hija mbassra li tkun ta' EUR 5,713,353.3 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' + 3.4 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2006 ta' EUR 5,527,693.0 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata għall-2007[6] issa hija mbassra li tkun ta' EUR 5,519,105.65 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' + 3.2 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2006 ta' EUR 5,347,310.9 miljun.

- Il-bażi totali tad-DGN għall-2007 issa hija mbassra li tkun ta' EUR 12,040,588.0 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' + 3.0 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2006 ta' EUR 11,694,234.0 miljun.

Ir-rati tal-kambju tal-29 ta' Diċembru 2006 ntużaw biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DGN mill-munita nazzjonali għall-euro (għat-tlettax-il Stat Membru li m'humiex parti miż-żona ta' l-euro). Dan jevita t-tfixkil għaliex hija din ir-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-ħlasijiet tar-riżorsi proprji bbaġittjati minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000).

Il-previżjonijiet riveduti tat-TOR (dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti taz-zokkor), bażijiet tal-VAT mhux limitati u bażijiet tad-DGN għall-2007, kif adottati fil-139 laqgħa ta' l-ACOR fis-16 ta' Mejju 2007, huma ppreżentati fit-tabella li jmiss (ċifri mqarrba):

Previżjonijiet Riveduti tal-bażijiet tat-TOR, il-VAT u d-DGN għall-2007 (f'miljuni ta' EUR)

Dazji Agrikoli (75 %) | Imposti taz-zokkor (75 %) | Dazji tad-dwana (75 %) | Bażijiet tal-VAT mhux limitati | Bażijiet tad-DGN | Bażi tal-VAT limitata |

BE | 16.2 | - 4.9 | 1 580.9 | 138 293.6 | 328 116.5 | 138 293.6 |

BG | 8.9 | 0.0 | 40.7 | 16 206.6 | 27 560.3 | 13 780.2 |

CZ | 5.9 | 8.0 | 186.9 | 67 170.4 | 115 946.8 | 57 973.4 |

DK | 36.1 | - 2.6 | 286.7 | 93 824.1 | 229 315.4 | 93 824.1 |

DE | 195.6 | - 22.0 | 3 034.6 | 1 007 267.3 | 2 387 346.7 | 1 007 267.3 |

EE | 0.8 | 17.1 | 22.6 | 8 528.4 | 14 413.2 | 7 206.6 |

IE | 0.7 | - 0.5 | 216.8 | 84 338.8 | 160 630.4 | 80 315.2 |

EL | 9.7 | - 0.9 | 220.7 | 118 972.7 | 202 577.4 | 101 288.7 |

ES | 51.9 | - 1.3 | 1 247.4 | 634 969.3 | 1 015 698.4 | 507 849.2 |

FR | 111.3 | - 20.6 | 1 269.7 | 903 323.3 | 1 848 336.0 8 336.0 | 903 323.3 |

IT | 153.4 | - 7.1 | 1 505.6 | 595 885.9 | 1 512 833.5 | 595 885.9 |

CY | 3.8 | 7.5 | 30.5 | 12 177.1 | 14 864.9 | 7 432.5 |

LV | 1.1 | 1.6 | 24.2 | 10 511.5 | 18 811.4 | 9 405.7 |

LT | 2.2 | 0.0 | 41.3 | 12 060.4 | 26 044.3 | 12 060.4 |

LU | 0.6 | 0.0 | 20.3 | 16 734.5 | 29 823.1 | 14 911.6 |

HU | 4.3 | - 0.1 | 114.8 | 38 359.4 | 92 613.4 | 38 359.4 |

MT | 1.2 | 0.5 | 10.1 | 4 040.5 | 5 047.3 | 2 523.7 |

NL | 263.9 | - 5.0 | 1 506.6 | 268 580.2 | 550 059.7 | 268 580.2 |

AT | 3.9 | - 2.0 | 257.2 | 117 479.1 | 263 108.8 | 117 479.1 |

PL | 41.3 | - 2.8 | 266.3 | 145 342.9 | 283 485.7 | 141 742.9 |

PT | 24.7 | - 0.2 | 95.9 | 94 027.8 | 152 802.8 | 76 401.4 |

RO | 26.5 | 0.0 | 134.3 | 47 894.0 | 113 604.0 | 47 894.0 |

SI | 0.3 | - 0.2 | 37.8 | 17 654.8 | 31 193.6 | 15 596.8 |

SK | 1.3 | 2.5 | 65.7 | 22 616.8 | 50 867.4 | 22 616.8 |

FI | 6.6 | - 0.4 | 134.8 | 75 868.6 | 175 537.6 | 75 868.6 |

SE | 17.5 | - 1.0 | 406.1 | 143 333.1 | 332 202.6 | 143 333.1 |

UK | 497.1 | - 3.3 | 2 325.3 | 1 017 892.2 | 2 057 746.8 | 1 017 892.2 |

UE | 1 486.8 | - 37.7 | 15 083.8 | 5 713 353.3 | 12 040 588.0 | 5 519 105.7 |

3. IL-KORREZZJONI TAR-RENJU UNIT GħALL-2003 U DIK GħALL-2006

Il-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit) li għandha tkun ibbaġittjata fil-PDAB preżenti tikkonċerna sentejn: l-2003 u l-2006. Ladarba l-korrezzjoni tar-Renju Unit għal sena partikolari tiġi ffinanzjata fis-sena ta' wara, is-27 Stat Membru kollha jipparteċipaw fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006. L-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003, min-naħa l-oħra, jikkonċerna biss il-25-il pajjiż li kienu Stati Membri fl-2004.

Sew il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 u kif ukoll dik ta' l-2006 huma suġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2000/597 u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta' Kalkolu 2000[7].

Skond dawn ir-regoli, il-"gwadanji mhux ippjanati” netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda sa mill-2001 fil-perċentwal ta' l-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir huma newtralizzati fil-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, kif inhi wkoll in-nefqa ta' qabel is-sħubija (PAE) mħallsa taħt approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sena ta' qabel it-tkabbir. L-istess aġġustament għall-PAE se jkun segwit f'kull tkabbir futur ta' l-Unjoni.

Barra minn dan, is-sehem ta' l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Iżvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit hija mnaqqsa għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit. Dawn ir-regoli ta' finanzjament għandhom impatt fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT, ikkalkulata bħala d-differenza bejn ir-rata massima ta' ġbir (0.50% tal-bażi limitata tal-VAT) u r-rata ffriżata (li l-kalkolu tagħha huwa bbażat fuq il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006).

Id-differenza bejn il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 (l-ammont definittiv) u l-ammont ibbaġittjat qabel (fl-2004) kif ukoll ir-riżultat tal-ikkalkular sħiħ mill-ġdid tal-finanzjament ta' l-ammont kollu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 fuq il-bażi ta' l-aħħar data għall-2004 hija inkluża taħt il-kapitolu 35 tal-baġit, mingħajr l-ebda impatt fuq ir-rata uniformi tal-ġbir tal-VAT.

L-ammont ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006 huwa mdaħħal taħt il-kapitolu 15 tal-PDAB 5/2007, biex jieħu post l-ammont ta' l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006 inkluż taħt il-kapitolu 15 tal-Baġit 2007.

3.1. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet

Fil-PDAB preżenti, ġew inklużi l-kalkolu u l-finanzjament ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006, u kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003.

Fir-rigward tal-korrezzjonijiet tar-Renju Unit ta' l -2004 u l-2005, il-Kummissjoni għandha (skond il-Metodu ta' Kalkolu 2000) tipproponi li tibbaġittja aġġorament jekk ikunu sostanzjalment differenti mill-kalkolu relevanti bbaġittjat qabel. Skond il-kalkoli kurrenti tal-Kummissjoni, l-ammont tal-korrezzjonijiet tar-Renju Unit ta' l-2004 u l-2005 mhumiex sostanzjalment differenti rispettivament mit-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2004 u mill-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2005, it-tnejn inklużi fl-AB 4/2006. Għalhekk, mhux propost aġġornament għall-ibbaġitjar f'dan il-PDAB 5/2007.

3.1.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006

It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006 inkluża fil-baġit ta' l-2007 u l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006 li għandha tiġi inkluża fil-PDAB 5/2007.

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 | Baġit Provviżorju 2007 | L-1 aġġornament PDAB 5/2007 | Differenza |

(1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi totali teoretika tal-VAT mhux limitata | 17.5894% | 17.6888% | + 0.0994% |

(2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE | 8.6985% | 8.6868% | - 0.0117% |

(3) | = (1) - (2) | 8.8909% | 9.0020% | + 0.1111% |

(4) | Infiq totali allokat | 100 442 931 519 | 96 930 892 220 | - 3 512 039 299 |

(5) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (PAE) | 1 815 757 317 | 1 837 927 773 | + 22 170 456 |

(6) | Nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE = (4) - (5) | 98 627 174 202 | 95 092 964 446 | - 3 534 209 756 |

(7) | L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 | 5 787 446 312 | 5 649 772 605 | - 137 673 707 |

(8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 528 700 814 | 339 974 729 | - 188 726 085 |

(9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 5 258 745 498 | 5 309 797 876 | + 51 052 377 |

(10) | Dħul mhux mistenni TOR | 7 542 868 | - 21 571 097 | - 29 113 965 |

(11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 5 251 202 631 | 5 331 368 973 | + 80 166 342 |

L-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 huwa ta' EUR 80.2 iżjed meta mqabbel ma' l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 inkluż fil-baġit ta' l-2007.

3.1.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003

It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 fl-AB 8/2004 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 li għandha tiddaħħal fil-PDAB 5/2007.

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 | L-1 aġġornament AB 8/2004 | PDAB 5/2007 Definittiv | Differenza |

(1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi totali teoretika tal-VAT mhux limitata | 18.4963% | 18.4058% | - 0.0905% |

(2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE | 7.6761% | 7.5941% | - 0.0820% |

(3) | = (1) - (2) | 10.8202% | 10.8117% | - 0.0085% |

(4) | Infiq totali allokat | 82 025 811 437 | 81 204 065 722 | - 821 745 715 |

(5) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (PAE) | 0 | 0 | + 0 |

(6) | Nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE = (4) - (5) | 82 025 811 437 | 81 204 065 722 | - 821 745 715 |

(7) | L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 | 5 857 732 062 | 5 794 476 156 | - 63 255 907 |

(8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 447 826 886 | 489 158 724 | + 41 331 838 |

(9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 5 409 905 176 | 5 305 317 431 | - 104 587 745 |

(10) | Dħul mhux mistenni TOR | 18 346 139 | 20 223 422 | + 1 877 283 |

(11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 5 391 559 038 | 5 285 094 010 | - 106 465 028 |

L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 huwa ta' EUR 106.5 miljun anqas meta mqabbel ma' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 imniżżel fl-AB 8/2004. Id-differenza hija dovuta għall-effett konġunt ta' ħames fatturi, li jistgħu jiġu kkwantifikati kif ġej:

- It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit tal-bażi teoretika tal-VAT mhux limitata jnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 b'madwar 49.0 miljun.

- It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE jżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 b'madwar 44.4 miljun.

- It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit tan-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE jnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 b'madwar EUR 58.7 miljun.

- Iż-żieda fl-hekk imsejjaħ "vantaġġ tar-Renju Unit" tnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 b' EUR 41.3 miljun.

- Iż-żieda fl-hekk imsejħa “gwadanji mhux ippjanati tat-TOR” tnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 b'madwar EUR 1.9 miljun.

3.2. Id-dħul fil-PDAB 5/2007 ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003

3.2.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 (kapitolu 15)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandha tiġi bbaġittjata fil-kapitolu 15 ta' dan il-PDAB 5/2007 huwa l-ammont ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006 (jiġifieri EUR 5 331 368 973 minflok EUR 5 251 202 631 imdaħħla fil-baġit 2007).

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skond il-bażijiet tad-DGN riveduti ta' l-2007 tal-PDAB 5/2007 preżenti. L-ibbaġittjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 kapitolu 15 |

BE | 247 212 185 | LU | 22 469 561 |

BG | 20 764 704 | HU | 69 777 536 |

CZ | 87 357 575 | MT | 3 802 778 |

DK | 172 772 662 | NL | 73 440 295 |

DE | 318 742 577 | AT | 35 128 529 |

EE | 10 859 310 | PL | 213 586 087 |

IE | 121 023 454 | PT | 115 125 921 |

EL | 152 627 502 | RO | 85 592 444 |

ES | 765 255 697 | SI | 23 502 134 |

FR | 1 392 588 247 | SK | 38 324 928 |

IT | 1 139 811 242 | FI | 132 254 957 |

CY | 11 199 633 | SE | 44 353 471 |

LV | 14 173 037 | UK | -5 331 368 973 |

LT | 19 622 507 | Total | 0 |

3.2.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 (kapitolu 35)

L-iffinanzjar ta' l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 huwa mniżżel fil-kapitolu 35 ta' dan il-PDAB 5/2007 flimkien mal-bażijiet tad-DGN (u l-VAT) ta' l-2004[8] kif magħrufa fl-aħħar ta' l-2006. L-ammont ibbaġittjat fil-kapitolu 35 jinkludi:

- l-aġġustament fir-rigward ta' l-effett dirett, jiġifieri d-differenza bejn dak li kull Stat Membru għandu jħallas għall-ammont definittiv tal-korrezzjoni ta' l-2003 (flimkien mal-bażijiet tad-DGN ta' l-2004[9] kif magħrufa fi tmiem l-2006) u l-ammont li jikkorrispondu magħhom ibbaġittjati qabel (jiġifieri l-ħlasijiet għall-finanzjament ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 bbaġittjat fl-AB 8/2004),

- L-aġġustament fir-rigward ta' l-effett indirett, jiġifieri d-differenza bejn l-impatt impliċitu fuq il-ħlasijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-Istati Membri ta' l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u DGN ta' l-2004[10] kif magħrufa fi tmiem l-2006) u l-impatt impliċitu[11] fuq il-ħlasijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-Istati Membri ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2003 fl-Ab 8/2004 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-2004[12] fl-AB 8/2004).

L-iffinanzjar ta' l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2003 fil-kapitlu 35 ta' dan il-PDAB 5/2007 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Ammont definittiv (effett dirett fuq il-bażijiet tad-DGN għall-2004 kif magħrufa fl-aħħar ta' l-2006) | L-1 aġġornament (effett dirett ibbaġittjat fl-AB 8/2004, jiġifieri fuq il-bażijiet tad-DGN għall-2004 fl-AB 8/2004) | Aġġustament effett dirett | Ammont definittiv (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DGN għall-baġit ta' l-2004 kif ikkalkulat mill-ġdid fl-aħħar ta' l-2006) | L-1 aġġornament (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DGN fl-AB 8/2004) | Aġġustament effett indirett | TOTAL (li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitlu 35 tal-PDAB 5/2007) |

(1) | (2) | (3) = (1) - (2) | (4) | (5) | (6) = (4) - (5) | (7) = (3) + (6) |

BE | 265 454 902 | 271 066 206 | - 5 611 304 | + 25 838 240 | + 34 980 590 | - 9 142 350 | - 14 753 654 |

BG | --- | --- | --- | --- | --- | --- | --- |

CZ | 49 540 058 | 50 571 316 | - 1 031 258 | - 5 048 512 | - 4 471 649 | - 576 863 | - 1 608 121 |

DK | 177 715 503 | 185 072 230 | - 7 356 727 | + 25 800 355 | + 28 450 374 | - 2 650 019 | - 10 006 747 |

DE | 341 499 660 | 355 741 366 | - 14 241 706 | + 100 090 843 | + 110 399 264 | - 10 308 421 | - 24 550 127 |

EE | 5 355 013 | 4 929 651 | + 425 362 | - 545 717 | - 435 893 | - 109 824 | + 315 538 |

IE | 113 359 419 | 113 194 720 | + 164 699 | - 11 552 196 | - 10 008 976 | - 1 543 220 | - 1 378 521 |

EL | 152 756 186 | 157 940 375 | - 5 184 189 | - 15 567 029 | - 13 965 504 | - 1 601 525 | - 6 785 714 |

ES | 748 626 345 | 752 373 534 | - 3 747 189 | - 76 290 776 | - 66 526 851 | - 9 763 925 | - 13 511 113 |

FR | 1 510 366 341 | 1 545 977 063 | - 35 610 722 | - 65 397 186 | - 35 300 335 | - 30 096 851 | - 65 707 572 |

IT | 1 249 116 533 | 1 279 773 409 | - 30 656 876 | + 184 976 832 | + 130 952 957 | + 54 023 874 | + 23 366 998 |

CY | 7 336 503 | 7 695 268 | - 358 765 | - 747 646 | - 680 436 | - 67 210 | - 425 975 |

LV | 6 624 206 | 6 101 026 | + 523 180 | + 639 662 | + 288 078 | + 351 584 | + 874 764 |

LT | 10 740 845 | 10 884 455 | - 143 611 | + 866 191 | + 204 186 | + 662 005 | + 518 395 |

LU | 20 091 572 | 21 172 445 | - 1 080 873 | - 2 047 486 | - 1 872 123 | - 175 362 | - 1 256 235 |

HU | 46 474 216 | 46 817 389 | - 343 173 | + 1 679 807 | - 4 139 717 | + 5 819 524 | + 5 476 350 |

MT | 2 598 322 | 2 819 539 | - 221 217 | - 264 789 | - 249 311 | - 15 478 | - 236 695 |

NL | 78 108 086 | 75 423 495 | + 2 684 591 | - 6 046 763 | - 22 329 988 | + 16 283 225 | + 18 967 817 |

AT | 36 285 794 | 37 537 166 | - 1 251 372 | + 6 430 954 | - 2 694 754 | + 9 125 708 | + 7 874 336 |

PL | 117 499 649 | 116 389 760 | + 1 109 889 | - 10 411 978 | - 10 291 490 | - 120 489 | + 989 400 |

PT | 127 114 878 | 126 607 709 | + 507 169 | - 12 953 983 | - 11 194 987 | - 1 758 995 | - 1 251 826 |

RO | --- | --- | --- | --- | --- | --- | --- |

SI | 15 618 800 | 16 342 578 | - 723 778 | - 1 591 676 | - 1 445 054 | - 146 622 | - 870 400 |

SK | 20 363 761 | 20 235 562 | + 128 198 | + 2 696 545 | + 313 878 | + 2 382 667 | + 2 510 865 |

FI | 138 679 572 | 141 167 543 | - 2 487 971 | + 9 591 269 | + 7 322 207 | + 2 269 061 | - 218 910 |

SE | 43 767 846 | 45 725 232 | - 1 957 386 | + 14 611 995 | + 15 008 514 | - 396 520 | - 2 353 906 |

UK | -5 285 094 010 | -5 391 559 038 | + 106 465 028 | - 164 756 955 | - 142 312 980 | - 22 443 975 | + 84 021 053 |

Total | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

[1] ĠU L 248, 16.09.2002, p.1.

[2] ĠU L 390, 30.12.2006, p.1.

[3] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004 tat- 22 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2728/94 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni ( ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28–29).

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1–26).

[5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta' April 2007 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13-45).

[6] Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2000/597; jekk il-bażi tal-VAT ta' Stat Membru taqbeż il-50 % tad-DGN tiegħu hija tiġi limitata għal dawn il-50%. Għall-PDAB 5/2007, 13-il Stat Membru se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50 % tad-DGN: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall u s-Slovenja.

[7] Deċiżjoni tal-Kunsill (EC, Euratom) nru 2000/597 tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-UE, disponibbli fuq:http://europa.eu.int/eur-lex/pri/en/oj/dat/2000/l_253/l_25320001007en00420046.pdfDokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2000 "Kalkolu, finanzjament, ħlas u reġistrazzjoni fil-baġit tal-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi baġitarji skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [2000/597] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-UE” msejħa Metodu ta' Kalkolu 2000 u disponibbli fuq:http://ec.europa.eu/budget/library/documents/revenue_expenditure/own_resources/calc_own_res_en.pdf

[8] Imnaqqsa b'1/3 għall-10 Stati Membri li daħlu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004.

[9] Imnaqqsa b'1/3 għall-10 Stati Membri li daħlu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004.

[10] Imnaqqsa b'1/3 għall-10 Stati Membri li daħlu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004.

[11] Minħabba l-effett tal-korrezzjoni tar-Renju Unit fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT (imnaqqsa bir-'rata ffriżata') u għalhekk ukoll ir-rata uniformi ta' ġbir tad-DGN (miżjuda sabiex tikkumpensa għall-ħlasijiet imnaqqsa tal-VAT).

[12] Imnaqqsa b'1/3 għall-10 Stati Membri li daħlu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004.