52007DC0240




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.4.2007

KUMM(2007)240 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-QORTI EWROPEA TA' L-AWDITURI

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni Finanzjarja tas-Sitt sad-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDFs) fl-2006

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Ġrajjiet Ewlenin u Sinifikanti fl-2006, l-Isfidi ewlenin għall-2007 3

3. Sitwazzjoni finanzjarja tas-sitt sad-disa' EDFs, fi tmiem is-sena 2006 4

4. It-Twettiq ta' programmi ACP b'mod effettiv u mingħajr dewmien: Riżultati mqabbla ma' l-Għanijiet fl-2006 4

4.1. Żieda fil-kwalità, fl-impatt u s-sostenibbiltà tal-programmi 5

4.2. It-twassil ta' l-għajnuna aktar malajr 8

4.3. Il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' operazzjonijiet ma' donaturi oħrajn 11

4.4. Garanzija ta' ambjent ta' kontroll effettiv, u tal-kontabilità 12

4.5. L-implimentazzjoni ta' politika attiva dwar ir-riżorsi umani u t-titjib ta' proċessi interni 12

5. Segwitu wara l-kummenti mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri 14

5.1. Ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri (QA) 14

5.2. Rapporti Speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri 15

Anness 1: Evoluzzjoni ta' impenji EDF mhux minfuqa ("RAL", 2001-06 (€m) 16

Anness 2: Impenji globali ta' l-EDF għall-appoġġ ġenerali tal-baġit, 2002-06 (€m) 17

Anness 3: Impenji ġodda globali ta' l-EDF, GBS u SPSP, 2006 (€m) 18

Anness 4: Impenji u pagamenti nett, 2006 (€m) 19

Anness 5: Kontribuzzjonijiet ta' l-EDF lin-NU u lill-Grupp tal-Bank Dinji, 2005-06 (€m) 19

Anness 6: Impenji globali tal-EDF skond l-istrument ta' programmar u ta' iffinanzjar, tmiem l-2006 (€m) 20

Anness 7: Stabex – sitwazzjoni pajjiż pajjiż, fi tmiem is-sena 2006 (€) 21

INTRODUZZJONI

Dan ir-rapport jissodisfa l-Artikoli 96 u 102 tar-Regolament Finanzjarju tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF). Dawn jobbligaw lill-Kummissjon biex tħejji rapport kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' l-EDF. Il-Kummissjoni ssottomettiet abbozz preliminari tar-rapport biex ikun rivedut mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mill-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew. Il-verżjoni finali tieħu kont tal-kummenti tagħhom.

Ġrajjiet EWLENIN U SINIFIKANTI FL-2006, L-ISFIDI EWLENIN GħALL-2007

- L-għanijiet finanzjarji ta' l-2006 – il-Kummissjoni laħqet l-għanijiet kollha tagħha, u ssuperat il-miri tagħha dwar kuntratt u pagamenti, li kien l-ogħla li qatt kienu. Hija stabbiliet ukoll fondi approvati iżda mhux minfuqa, bi tnaqqis sinifikanti fejn jidħlu impenji "qodma" u "rieqda". B'żieda ma' dan, hija għalqet is-Sitt EDF billi ttrasferiet il-fondi kollha li kien fadal għad-Disa' EDF.

- Reviżjoni ta' tmiem il-perjodu tad-Disa' EDF - din kienet saret fl-2006, u bħala riżultat tagħha saru xi aġġustamenti finali fl-allokazzjoni ta' fondi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u dan jitlob li jitlestew sa l-aħħar l-impenji korrispondenti tal-kumplament tal-fondi tad-Disa' EDF fl-2007, l-aħħar sena tad-Disa' EDF.

- Kontrolli interni u proċeduri - il-Kummissjoni ħadet aktar miżuri biex issaħħaħ il-kontrolli (ara s-sezzjoni 4.4 aktar 'l isfel), iżda l-integrazzjoni ta' l-EDF fis-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS) ġiet posposta għall-2008 sabiex tingħata prijorità lis-sistema ta' Kontabilità ibbażatta fuq id-dovuti (ABAC), tal-Kummissjoni.

- Persunal – il-moviment ta' impjegati minn u lejn ċerti Delegazzjonijet, għadd kbir ta' postijiet battala fihom, u livelli ta' impjegati dejjem jonqsu meta wieħed iqis il-kontijiet li huma ġestiti, għadhom jaffettwaw xi prijoritajiet. Fl-2006, il-Kummissjoni kompliet taħdem fi ħdan dawn ir-restrizzjonijiet billi poġġiet fuq nett fil-lista ta' prijoritajiet tagħha l-ġestjoni soda finanzjarja u l-kwalità tagħha.

- L-Għaxar EDF – ir-riskju ewlieni għal appoġġ tal-KE lil stati ta' l-ACP hija r-ratifika ta' l-Għaxar EDF minn stati ta' l-UE fil-ħin biex jibdew jiġu impenjati fondi mill-Għaxar EDF sa minn Jannar 2008, meta ma jibqgħux aktar disponibbli l-fondi mid-Disa' EDF.

- Għajnuna għall-kummerċ – il-Kummissjoni kompliet tagħti appoġġ sostanzjali; ara l-kaxxa:

Għajnuna għall-kummerċ: Kif il-Kummissjoni qed topera biex isseddaq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fil-pajjiżi ACP |

Biex il-pajjiżi ta' l-ACP jintrefgħu għal dejjem mill-faqar, dawn ikunu jridu jkabbru l-ekonomiji tagħhom, kif ukoll il-kummerċ Huwa għal dan il-għan li sa mill-2001 il-Kummissjoni pprovdiet: aktar minn €850m biex reġjuni ta' l-ACP jingħataw għajnuna biex jintegra, jissaħħaħ il-kummerċ u jkollhom sehem akbar fis-swieq dinjija; dan jinkludi n-negozjar tal-Ftehimiet Ekonomiċi ta' Partenarjat (EPAs) | Aktar minn €35m biex l-istati ta' l-ACP jiġu mgħejuna jinnegozjaw aħjar ma' l-UE u mad-WTO; €60m oħra biex l-istati ta' l-ACP ikunu jistgħu jfasslu politika dwar il-kummerċ aktar effettiva. Il-Kummissjoni qed tipprovdi wkoll aktar minn €160m fi programmi biex ikun aktar faċli biex jitwaqqaf u biex jitkabbar in-negozju f'pajjiżi ta' l-ACP |

Sitwazzjoni finanzjarja tas-sitt sad-disa' EDFs, fi tmiem is-sena 2006 [1]

IT-TABELLA TA' HAWN TAħT TURI S-SITWAZZJONI FINANZJARJA GLOBALI GħAS-SITT SAD-DISA' EDF FI TMIEM L-2006. AMMONT TA' €3.16 BILJUN MA KIENX IMPENJAT. DAN, FLIMKIEN MA' FONDI DIżIMPENJATI SE JKUN KOLLU IMPENJAT QABEL TMIEM L-2007.

Tabella 1: Sitwazzjoni finanzjarja tas-sitt sad-disa' EDFs, fi tmiem is-sena 2006(€m) |

Fondi allokati lil stati ta' l-ACP (bl-EDF)[2] | Fondi impenjati | Fondi minfuqa | Fondi/impenji pendenti |

Is-6-It-8 | Id-9 | Total, Is-6-Id-9 | Fondi mhux impenjati | Impenji mhux minfuqa (RAL) | Total ta' fondi mhux minfuqa |

A | b | c(a+b) | D | E | f(c-d) | G(d-e) | h(f+g) |

29 044 | 15 565 | 44 609 | 41 446 | 31 165 | 3 163 | 10 281 | 13 444 |

IT-TWETTIQ TA' PROGRAMMI ACP B'MOD EFFETTIV U MINGħAJR DEWMIEN: RIżULTATI MQABBLA MA' L-GħANIJIET FL-2006

Din is-sezzjoni turi sa fejn il-Kummissjoni rnexxielha tilħaq kull wieħed mill-għanijiet tagħha għall-EDFs. Hija telenka u tagħti informazzjoni dwar:

- L-għanijiet fis-sezzjoni ta' l-ACP tal-Pjan ta' Ġestjoni Annwali ta' EuropeAid, kif ukoll

- Indikaturi relevanti ċentrali tar-riżultati definiti mill-Bord ta' EuropeAid.

Iċ-ċifri użati biex jiġu stabbiliti l-miri għar-riżultati li għandhom jinkisbu minn EuropeAid, u l-informazzjoni OECD-DAC, jeskludu d-diżimpenji u l-ordnijiet ta' rkupru, għalhekk huma gross mhux netti. Bl-istess mod, ċifri f'din is-sezzjoni u fl-anness huma gross, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

Żieda fil-kwalità, fl-impatt u s-sostenibbiltà tal-programmi

- Ħarsa mill-ġdid lejn il-programmi kollha fl-istadju ta' l-identifikazzjon u l-formolazzjoni

Il-Gruppi ta' Għajnuna għall-Kwalità ta' EuropeAid (QSGs) jevalwaw l-operazzjonijiet qabel ma dawn ikunu implimentati (ex-ante). Il-kopertura tal-QSG żdiedet bis-sħiħ fl-2006:

Tabella 2 Evalwazzjoni mill-QSG ta' proposti ta' iffinanzjar mill-EDF, 2006 |

Proġett Stadju ċikliku | Indikatur | 2005 | 2006 | % ta' bidla, minn sena għall-oħra |

Identifikazzjoni | Fiches ta' identifikazzjoni evalwati | Numru | 84 | 156 | +86% |

Valur (€m) | 1270 | 2276 | +79% |

Formulazzjoni | Proposti ta' iffinanzjar riveduti | Numru | 127 | 181 | +43% |

Valur (€m) | 3185 | 3094 | -3% |

EuropeAid tkejjel l-impatt tal-QSGs billi tuża proporzjon ta' kwalità. Dan huwa l-proporzjon ta' riżultati pożittivi u negattivi (A/B u C/D) mogħtija fl-istadju ta' l-identifikazzjoni u wara fl-istadju ta' formulazzjoni. L-għan ta' EuropeAid huwa dak li tiżgura li l-proporzjon ta' riżultati pożittivi jiżdied, u l-proporzjon ta' riżultati negattivi jonqos.

It-tabella ta' hawn taħt turi li r-reviżjonijiet QSG għenew biex tittejjeb il-kwalità tal-proposti għall-proġetti, sew fl-2006 kif ukoll minn sena għall-oħra:

- fl-2006, fl-istadju tal-formulazzjoni, imqabbel ma' l-istadju ta' identifikazzjoni ta' qabel;

- minn sena għall-oħra, fiż-żewġ stadji.

Tabella 3 Impatt tal-QSG fuq il-kwalità tal-proposti ta' proġetti EDF, 2005-06 -% ta' riżultati pożittivi u negattivi mogħtija f'kull stadju ta' reviżjoni |

Tip ta' riżultat | 2005 | 2006 |

Identifikazzjoni | Formulazzjoni | Identifikazzjoni | Formulazzjoni |

Riżultati pożittivi (A/B) | 88 | 93 | 90 | 95 |

Riżultati negattivi (C/D) | 12 | 7 | 10 | 5 |

Wara l-istadju ta' formulazzjoni, il-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-proposti, billi twettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-QSG qabel ma tibda l-implimentazzjoni.

- Tkompli tinvesti f'appoġġ mill-baġit u għas-settur fejn ikun xieraq

Ir-rapport ta' l-2005 kien qal li l-appoġġ ġenerali mill-baġit (GBS) u appoġġ lejn politika tas-settur (SPSs) kienet laħqet il-massimu dik is-sena. L-impenji globali laħqu l-€1,120 miljun.

Fl-2006, il-biċċa l-kbira tal-programmi ta' appoġġ mill-baġit tad-9 EDF kienu diġà għaddejjin. Għalhekk impenji ġodda ġew użati l-aktar biex jiġu indirizzati programmi li kien baqa' jew biex jitkompla l-iffinanzjar ta' programmi li għaddejjin, u dawn naqsu meta wieħed iqis ir-riżultat minn sena għall-oħra. Il-Kummissjoni approvat GBS fi tmien pajjiżi, li laħqu €198 miljun, u SPSPs f'16-il pajjiż, b'kollox €421 miljun.

L-appoġġ mill-baġit iżda baqa' sinifikanti: il-pagamenti fl-2006 kienu €431 miljun (ara t-tabella hawn taħt). Barra minn dan, il-Kummissjoni għadha qed tiddiskuti elementi ta' politika biex jitjieb l-appoġġ mill-baġit, sew ma' pajjiżi benefiċjarji kif ukoll f'fora konġunti ta' donaturi, bħal ma hu l-Proġett bi Sħab ta' l-OECD-DAC dwar il-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika.

Tabella 4 GBS u SPSPs ġodda fl-2006 (€m) |

Tip ta' programm | Impenji | Pagamenti |

2005 | 2006 | % ta' bidla | 2005 | 2006 | % ta' bidla |

Appoġġ ġenerali mill-baġit | 705 | 198 | -72% | 500 | 431 | -14% |

Programmi ta' appoġġ għall-politika tas-settur | 416 | 421 | 1% | 162 | 207 | 28% |

Total | 1 120 | 620 | -45% | 662 | 638 | -4% |

Fl-2006 il-Kummissjon ukoll:

- Mexxiet kważi nofs l-evalwazzjonijiet tal-Kontabbilità Finanzjarja dwar il-Finanzi Pubbliċi (PEFA) li saru f'24 pajjiż ta' l-ACP;

- irrevediet il-Gwida Metodoloġika għall-Appoġġ mill-Baġit – dan jipprovdi kriterji aktar ċari biex ikun jista' jiġi identifikat jekk pajjiż ikunx konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà qabel ma jiġu mħallsa l-fondi;

- kienet qed tħejji qafas biex tkun tista' tipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet supremi ta' verifika lil dawk il-pajjiżi li jkunu qed jibbenefikaw minn Appoġġ mill-Baġit.

- Partċipazzjoni attiva fir-Reviżjonijiet ta' tmiem il-perjodu u fl-ipprogrammar tad-9 EDF

Id-9 reviżjoni ta' tmiem il-perjodu ta' l-EDF wasslet għal aġġustamenti finali għal allokazzjonijiet bejn pajjiżi, reġjuni u setturi. EuropeAid, bid-Delegazzjonijiet, għandha issa tiżgura li l-fondi kollha tad-9 EDF ikunu impenjati sa qabel tmiem l-2007. Fl-istess ħin, beda l-ippjanar minn qabel għat-tnedija ta' l-10 EDF.

Barra minn dan, il-Kummissjoni rat kif tagħmel biex daħħlet indikaturi ta' prestazzjoni konkreti sa mill-bidu tal-proċess ta' pprogrammar ta' l-10 EDF. Hija għamlet dan billi rreferiet b'mod speċifiku għal indikaturi bħal dawn fil-:

1. linji-gwida tagħha dwar l-ipprogrammar – dawn jirreferu wkoll għal:

2. il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ħila tal-pajjiżi sħab li jiġbru l-istatistika; kif ukoll

3. l-għoti ta' għajnuna online biex delegazzjonijiet tal-KE ikunu jistgħu jidentifikaw indikaturi li huma l-aktar relevanti għalihom;

4. Regolament ta' Implimentazzjoni tagħha (li qed tkun negozjata bħalissa) – dan jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm allineament ma' pajjiżi sħab ta' l-indikaturi PRSP;

5. dokumenti ta' strateġija tagħha– dawn jinkludu:

6. indikaturi ta' prestazzjoni li jkunu speċifiċi għas-settur

7. l-impenn ta' l-istati ta' l-ACP biex titjieb il-governanza.

Dawn l-indikaturi jiddeterminaw id-daqs tal-partijiet ta' inċentiv u l-evalwazzjonijiet li jsiru f'nofs u fi tmiem il-perjodu se jevalwaw xi progress ikun sar.

- Monitoraġġ

Kull proġett iffinanzjat mill-EDF li jkun jiswa aktar minn €1 miljun jiġi evalwat minn uffiċjali esterni indipendenti. Dawn jagħtu marki lill-proġetti skond ħames kriterji: relevanza, effiċjenza, effettività, impatt u sostenibbiltà.

Sa tmiem is-sena 2006, kienu saru evalwazzjonijiet ta' 1,000 proġett bħal dan. Fl-2006 sabu li, bħala medja, il-programmi ta' l-ACP evalwati kienu sejrin kif ippjanat, jew aħjar (pereż.: laħqu marka ta' 2.5 jew aktar). Abbozz tar-riżultati juri li mill-2003, il-marki żdiedu.

Barra minn dan, il-Kummmissjoni talbet lill-uffiċjali biex jidentifikaw:

- ix-xejriet fir-riżultati mill-2003 skond is-sotto-reġjun ta' l-ACP u s-settur, bħal pereżempju l-infrastruttura;

- ir-raġunijiet li minħabba fihom proġetti b'konnessjonijiet mal-kummerċ naqsu minn sena għall-oħra bejn l-2005 u l-2006.

Il-programmi tal-futur tagħha se jkunu influwenzati minn dawn it-tendenzi.

- L-Evalwazzjoni

Fl-2006 il-Kummissjoni lestiet 13-il evalwazzjoni li jkopru għajnuna mill-KE lil pajjiżi ta' l-ACP. Il-proċess ta' l-ipprogrammar u t-tfassil ta' programmi fil-futur se jkunu influwenzati minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Tabella 5 L-evalwazzjonijiet fl-2006 ta' għajnujna mill-KE lil pajjiżi u reġjuni ta' l-ACP |

Tip ta' strateġija | Pajjiż /reġjun | Tip ta' strateġija | Pajjiżi/reġjun | Settur |

Reġjonali | Afrika Ċentrali | Settorjali | Stati ta' l-ACP | Mikrofinanzi |

Pajjiż | Il-Komoros | Tiswir ta' ħiliet fil-kummerċ |

Il-Mali | Stati ta' l-ACP u mhux ta' l-ACP | Koordinament bejn pajjiżi donaturi u sħab |

Il-Mawriżju | Ilma u ħarsien tas-saħħa |

L-Irwanda | Governanza tajba |

Is-Seychelles | Appoġġ ġenerali mill-baġit |

Tabella 6 Rakkomandazzjonijiet ċentrali ta' l-evalwazzjonijiet fl-2006 |

Strateġija reġjonali - C. L-Afrika: | It-tisħiħ tar-rabtiet ma' gruppi reġjonali ġirien (pereż: CEDEAO) |

It-titjib ta' kwalità ta' l-istudji dwar il-vijabbiltà |

L-ingaġġ ta' aktar persunal fid-delegazzjonijiet |

Fil-pajjiżi speċifiċi: | Jintuża l-appoġġ tas-settur għal setturi ċentrali identifikati fl-NIPs |

Jiġu kkunsidrat id-dewmien prevedibbli biex jinħarġu struzzjonijiet u biex jinbdew ix-xogħlijiet |

Isir aktar investiment fl-iżvilupp ta' strateġija bbażata fuq it-tisħib |

Settorjali – ACP biss | Il-Kummerċ | Il-koordinament ta' l-għajnuna għandu jsir aktar fil-qrib ma' l-istati membri ta' l-UE |

Jissaħħaħ il-proċess ta' Qafas Integrat |

Mikro finanzi | Pajjiżi fejn il-gvern lokali huwa dgħajjef jiġu favoriti. |

Jiġi żgurat li l-programmi jkunu koerenti ma' prijoritajiet nazzjonali/lokali |

Settorjali - Stati ta' l-ACP u mhux ta' l-ACP | Appoġġ mill-Baġit: | Għandu jintuża l-aktar biex jissaħħaħ il-PFM u biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni |

L-għajuna tinġieb skond il-baġit kemm jista' jkun malajr |

Il-Governanza: | Tiġi inkluża riforma amministrattiva u PFM fil-PRSPs/CSPs/RSPs |

Jintużaw proġetti b'appoġġ għas-soċjetà ċivili, appoġġ mill-baġit għal PFM. |

It-twassil ta' l-għajnuna aktar malajr

Fl-2006, l-impenji globali għal programmi ġodda laħqu l-mira tagħhom. L-impenji individwali, jiġifieri kuntratti għall-programmi approvati kif ukoll il-pagamenti, it-tnejn spiċċaw fi żmien tajjeb qabel iż-żmien maħsub, u dan kien rekord ġdid għall-EDF.

Tabella 7 Ċifri ta' prestazzjoni ta' l-EDF, 2002-06 (€m) |

2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

Mira | Reali |

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

5.5 | 4.8 | 4.4 | 4.1 | 4.0 | 4.1 | 3.6 |

Il-Kummissjoni kompliet ukoll tagħti attenzjoni speċjali lil RAL qadim u rieqed:

Tabella 9 L-evoluzzjoni ta' RAL qadim u rieqed, 2005-06 |

Indikatur | Valur (€m) | Kummenti |

Isem | Definizzjoni | 1.1.06 | 31.12.06 |

Mira | Reali |

RAL Qadim | Fondi kommessi aktar minn 5 snin ilu, mhux minfuqa | 1 618 | 867 | 822 | Kważi n-nofs fl-2006 |

RAL rieqed | Fondi kommessi iżda la mogħtija f'kuntratti u lanqas minfuq għal aktar minn sentejn | 346 | 350 | 276 | Jinkludu ħlas lill-programm HIPC |

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kompliet bl-istrateġija tagħha li tiddiżimpenja l-impenji kollha pendenti fiż-żmien biex terġa timpenjahom sa tmiem l-2007. Il-Kummissjoni hija lesta biex tilqa l-mira tagħha għad-diżimpenn, iffissata għal tmiem Marzu 2007:

Tabella 10 Diżimpenji EDF, mill-1.1.2006 sa' l-1.3.2007 |

Indikatur | Definizzjoni | Valur (€m) |

2005 | 2006 |

Mira (sal-31.3.07) | Reali (sal-1.3.07) |

Diżimpenji | Fondi li qabel kienu impenjati iżda mhux minfuqa, u li issa huma disponibbli għal programmi ġodda | 476 | 923 | 871 |

L-Anness 1 jippreżenta d-dettalji ta' kif hija maqsuma l-evoluzzjoni ta' fondi mhux minfuqa mill-2002 lil hawn.

Barra minn dan, il-Kummissjoni:

- irkuprat €64 miljun f'pagamenti antiċipati li sussegwentement ma ntużawx

- nediet pjan ta' azzjoni biex iżżomm għajnejha fuq ordnijiet ta' rkupru u finanzjament minn qabel.

- L-Anness 2 juri t-totali għal:

- diżimpenji u ordnijiet ta' rkupru, kif ukoll

- impenji u pagamenti gross u netti

Jinfirxu l-impenji b'mod kemm jista' jkun indaqs matul is-sena kollha (jiġi evitat li lejn l-aħħar tas-sena jkun hemm konċentrazzjoni akbar)

Fl-2005 u fl-2006 il-Kummissjon ħadet passi biex l-impenji ġodda jinfirxu b'mod aktar indaqs matul is-sena milli fil-passat. Dan wassal biex fl-2006 il-konċentrazzjoni ta' l-EDF lejn l-aħħar tas-sena reġgħet naqset, bi 58% ta' l-impenji lesti sa tmiem Settembru, ftit biss taħt il-mira tas-60%.

Stabex[3]

Parti mir-RAL fiha impenji Stabex li għadhom ma ssarfux f'pagamenti. Il-Kummissjoni stabbiliet limiti ta' żmien stretti għall-ġestjoni tal-fondi Stabex:

Tabella 11: Stabex-limiti ta żmien tal-Kummissjoni |

Azzjoni | Limitu ta' żmien (tmiem is-sena) |

Għall-approvazzjoni sħiħa ta' fondi allokati iżda mhux minfuqa | 2007 |

Għall-kuntrattat kollu | 2008 |

Għall-pagamenti kollha | 2010 |

Il-fondi Stabex huma implimentati permezz ta' "Qafas għal Obbligi Reċiproki" (FMOs). Fl-2006, il-Kummissjon approvat 17-il FMO, li b'kollox kellhom il-valur ta' €500 miljun u ttrasferiet €190 miljun lejn kontijiet ta' firma doppja (ara hawn taħt).

Fil-kontijiet tagħha ta' l-EDF, il-Kummissjoni inkludiet tabella dettaljata Stabex li fiha l-bilanċ fi tmiem is-sena għal kull pajjiż li bbenefika[4].

Madankollu, f'dan ir-rapport, iċ-ċifri Stabex mogħtija fl-Anness 7 huma bbażati sew fuq:

1. il-fondi Stabex kif miġjuba fil-kontijiet ta' l-EDF, kif ukoll fuq

2. id-dikjarazzjonijiet ta' tmiem is-sena ta' l-2006 dwar l-hekk imsejjħa 'kontijiet ta' firma doppja' tal-pajjiżi li jibbenefikaw (minn proprjetà ta' l-istat benefiċjarju ta' l-ACP ikkonċernat), li lejhom il-Kummissjoni diġà ttrasferit xi fondi Stabex.

Fl-2007 il-Kummissjoni se twettaq verifika ta' dawn id-dikjarazzjonijiet dwar il-kontijiet u b'hekk tiċċertifika s-sitwazzjoni Stabex fi tmiem is-sena 2006.

Il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' operazzjonijiet ma' donaturi oħrajn

- Konċentrazzjoni settorjali ta' l-EDF

Il-Kummissjoni timmira l-infiq ta' l-EDF lejn setturi b'impatt għoli fuq il-faqar, u fejn il-Kummissjoni l-aktar li tista' żżid il-valur:

Tabella 12: Impenji EDF u pagamenti mis-settur OECD-DAC, 2006 (€m, gross)[5] |

Settur | Impenji | Pagamenti |

€m | % tat-total | €m | % tat-total |

Edukazzjoni, saħħa, ilma, indafa bażika | 1161 | 34% | 836 | 29% |

Trasport, komunikazzjoni, enerġija | 933 | 27% | 663 | 23% |

Agrikoltura, sajd, kummerċ, industrija, turiżmu | 368 | 11% | 194 | 7% |

Ambjent, kwistjonijiet oħra li jħaddmu diversi oqsma | 324 | 10% | 91 | 3% |

Baġit u appoġġ għall-bilanċ tal-pagamenti[6] | 219 | 6% | 635 | 22% |

Għajnuna għall-ħlas tad-dejn | 0 | 0% | 80 | 3% |

Oħrajn, inkluż appoġġ għar-rikostruzzjoni | 248 | 7% | 163 | 6% |

Spejjeż amministrattivi | 154 | 5% | 193 | 7% |

Total | 3 408 | 100% | 2826 | 100% |

- Iffinanzjar permezz ta' Organizzazzjonijiet Internazzjonali

Fl-2006 il-Kummissjoni kompliet taħdem mill-qrib mal-familja tan-NU u l-grupp tal-Bank Dinji. L-ammonti kkuntrattati fl-2005-06 baqgħu relattivament stabbli minn sena għall-oħra u kienu jammontaw għal madwar 11 % ta' l-ikkuntrattar totali tul dawn is-sentejn.

Fl-2006 il-Kummissjoni kkuntrattat:

- € 95 miljun mal-Bank Dinji, li minnhom € 62 miljun marru għall-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja;

- € 225 miljun mal-familja tan-NU.

L-Anness 3 juri l-impenji, il-kuntratti, il-pagamenti u l-fondi li għad iridu jitħallsu fi tmiem is-sena.

Il-Kummissjoni wkoll kompliet taħdem ma' atturi mhux statali u mas-soċjetà ċivili, kif maħsub fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Cotonou.

Garanzija ta' ambjent ta' kontroll effettiv, u tal-kontabilità

- Monitoraġġ mill-qrib tat-tranżazzjonijiet, permezz ta' l-użu ta' kampjuni

Fl-2006, EuropeAid wieġbet għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti billi:

- tat ħarsa mill-ġdid lejn il-metodi ta' kontrol li tuża ex-post ;

- naqqset is-sehem ta' pagamenti kkontrollati ex-post minn tlieta għal wieħed fil-mija;

- wessgħet l-ambitu tal-kontrolli ex-post u ddokumentathom aktar bis-sħiħ.

Tabella 13: Kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet fl-2006 – pożizzjoni f'Jannar 2007 |

Għadd ta' l-operazzjonijiet | % tat-tranżazzjonijiet totali |

Tranżazzjonijiet totali | 21 654 | 100% |

Tranżazzjonijiet li għalihom huma ppjanati kontrolli | 215 | 1.0% |

- kontrolli lesti (tranżazzjonijiet bejn Jan-Ġun 06) | 95 | 0.4% |

- kontrolli li għandhom isiru sa tmiem Apr 07 (tranżazzjonijiet Lul-Diċ 06) | 120 | 0.6% |

Barra minn dan, il-Kummissjoni:

- wettqet kontrolli ex-post ta' tranżazzjonijiet li wettaq l-uffiċjal awtorizzanti, minkejja r-riżervi li esprima l-uffiċjal ta' verifika finanzjarja;

- ġeddet tranżazzjonijiet u kontrolli interni fuq il-post f'ħames delegazzjonijiet ta' l-ACP identifikati permezz ta' analiżi ta' riskju.

- Segwitu ta' 100% tar-rakkomandazzjonijiet ċentrali ta' l-IAS

Tabella 14: Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-IAS |

Kategorija | Rakkomandazzjoni | Progress sa tmiem is-sena 2006 |

Viżi elettroniċi bħala evidenza ta' funzjonijiet AOS delegati | Jiġi kkonfermat jekk OLAS jistax jirreġistra l-viżi elettroniċi | Il-konverżjoni minn OLAS għal CRIS/ABAC ġiet posposta għal tmiem l-2007. Għalhekk ma sar l-ebda progress minn Mar 06 |

Prova ta' viżi fiċ-ċirkwiti finanzjarji ta' l-EDF | Jiġu adattati l-viżi elettroniċi OLAS biex jikkonformaw ma' ċirkwiti ġodda | Il-"Facturier" il-ġdid ta' OLAS, imniedi fl-1.1.2007, ikopri ċ-ċirkwiti tal-viżi ta' l-Uffiċjali nkarigati mill-inizjazzjoni u mill-verifika |

L-implimentazzjoni ta' politika attiva dwar ir-riżorsi umani u t-titjib ta' proċessi interni

- L-Implimentazzjoni ta' politika attiva dwar ir-riżorsi umani

Il-moviment ta' impjegati minn u lejn ċerti Delegazzjonijet, għadd kbir ta' postijiet battala fihom, u livell baxx ta' impjegati meta wieħed iqabbel mal-kontijiet li huma ġestiti, għadhom jaffettwaw xi prijoritajiet. Fl-2006, il-Kummissjoni kompliet taħdem fi ħdan dawn ir-restrizzjonijiet billi poġġiet fuq nett fil-lista ta' prijoritajiet tagħha il-ġestjoni soda finanzjarja u l-kwalità.

Tabella 15: Rata ta' postijiet battala fl-EuropeAid Kwartieri ġenerali tad-direttorat ta' l-ACP u delegazzjonijiet ta' l-ACP, 2005-06 |

Lokalità | Tip ta' persuna | Rata ta' postijiet battala fi tmiem is-sena |

2005 | 2006 |

Delegazzjonijiet ACP | Uffiċjali | 5% | 7% |

Persunal ieħor | 9% | 9% |

Kwartieri ġenerali (Direttorat ACP) | Uffiċjali | 2% | 0% |

Persunal ieħor | 1% | 1% |

- L-armonizzazzjoni u ssimplifikazzjoni ta' prassi u proċeduri fil-ġestjoni

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-9 EDF. Dan iħaffef il-proċeduri għall-ħidma ma' membri ta' l-UE u jirrifletti reviżjoni simili għar-Regolament Finanzjarju Ġenerali. Il-Kunsill adotta r-regolament finanzjarju rivedut ta' l-EDF f'Marzu 2007. Il-Kummissjoni beħsiebha tintroduċi aktar simplifikazzjonijiet fl-10 proċeduri tagħha ta' l-EDF.

- Aktar żvilupp ta' sistemi ta' l-informatika u t-titjib tas-sistemi tal-kontabilità

L-EDF għad irid jiġi integrat fil-CRIS. Barra minn dan, l-introduzzjoni ta' ABAC-FED ġiet posposta sa l-2008.

SEGWITU WARA L-KUMMENTI MILL-QORTI EWROPEA TA' L-AWDITURI

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri (QA)

Tabella 16: Segwitu wara r-rakkomandazzjonijiet tal-QA (Tabella 3, Rapport Annwali tal-QA dwar l-EDFs, 2006) |

Ħruġ | Azzjoni meħtieġa | Azzjoni meħuda sa tmiem l-2006 |

1. Il-ħlasijiet bil-quddiem, irkupru, dejn dubjuż | Jittejjeb il-monitoraġġ ta' ħlas bil-quddiem mhux ikklerjat | Il-Kummissjoni fl-2006 neditet pjan ta' azzjoni għall–monitoraġġ ċentrali ta' ordnijiet ta' rkupru u ta' prefinanzjar |

2. Fondi Stabex | Jinkisbu aktar ċifri affidabbli għall-fondi fil-banek | Il-Kummissjoni qed tħejji inventarju aġġornat tal-fondi kolllha fl-Ewropa u fl-istati ACP |

Jinkisbu rapporti dwar l-użu tal-fondi | Il-Kummissjoni rċeviet 38 minn 39 rapport li kellhom jidħlu fl-2006 |

3. L-immaniġġjar tar-riskju | Jiġu identifikati riskji speċifiċi għall-istati ta' l-ACP | Id-direttorat ta' l-ACP ta' EuropeAid fassal reġistri tar-riskji li huma speċifiċi għall-ACP għal-2006 u l-2007 |

Jittejjeb l-analiżi tar-riskju għal eżerċizzji ta' verifika ta' l-IAC | Fl-2006 AIDCO ħejja pjan ta' verifika kontinwa, ibbażat fuq ir-riskju, għall-2007-09, u bagħtu lill-IAS u lill-Qorti. |

Jittejjeb l-analiżi tar-riskju għal eżerċizzji ta' verifika esterni (Kwartier ġenerali u delegazzjonijiet) | Il-Pjan ta' Verifika Annwali tad-Direttorat ACP ta' EuroeAid għall-2007 ikopri l-verifiki esterni kollha fid-delegazzjonijiet u fil-kwartier ġenerali. L-unità tal-kuntratti u l-iffinanzjar tad-direttorat (c5) ħarġet linji-gwida dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll struzzjonijiet imfassla mill-unità tal-metodoloġija tal-verifika ta' EuropeAid (G2) |

Tittejjeb l-analiżi tar-risju għal kontrolli ex-post | L-unità tal-metodoloġija tal-verifika ta' EuropeAid (G2) wettqet analiżi tar-riskju għad-DG kollu tad-daqs tal-kampjun u tat-tipi ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati. |

4. Kontrolli expost | Tittejjeb id-dokumentazzjoni | Għall-eżerċizzju ta' l-2006, EuropeAid ħejjiet dokumentazzjoni sħiħa u rat li jkun hemm segwitu sistematiku. |

5. Verifika | Titjieb il-verifika CRIS | Fit-tweġiba tagħha għall-EARM ta' l-2006, il-kwartier ġenerali fakkar lid-delegazzjonijiet dwar in-nota ta' istruzzjonijiet tad-Direttur Ġenerali li fiha saħaq dwar l-importanza tal-Verifika CRIS. |

L-użu tal-Verifika CRIS biex il-verifika esterna tkun taħt superviżjoni aħjar |

Rapporti Speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri

Tabella 17: Appoġġ għall-baġit ta' l-EDF - aspetti ta' finanzjar pubbliku (no. 2/2005, fid-Diskariku EDF ta' l-2004, para. 55) |

Nru. | Żona | Rakkomandazzjoni | Azzjoni meħuda fl-2006 |

55 | Gwida Metodoloġika | Aġġornament u rapporti sħaħ, inkluż tal-monitoraġġ | Il-Kummissjoni aġġornat il-Gwida Metodoloġika tagħha: - definizzjonijiet aktar ċari - benefiċċji u riskji potenzjali - kriterji għall-eliġibilità aktar ċari - passi prattiċi sabiex jitħejjew u jiġu implimentati l-programmi - gwida dwar l-użu ta' l-istrument ta' evalwazzjoni PEFA Id-delegazzjonijiet għandhom iħejju rapport kull sena dwar is-sitwazzjoni tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Il-Kummissjoni irrevediet ukoll - il-forma tal-Fiches ta' identifikazzjoni - il-listi użati biex jiġu kkontrollati l-Fiches u l-Proposti dwar l-Iffinanzjar. |

Eliġibbiltà | Tingħata evidenza aktar ċara ta' l-eliġibbiltà tal-pajjiżi | Evidenza ta' konformità ma' kriterji ta' l-eliġibbiltà hi: - evalwata fl-istadji ta' identifikazzjoni u l-formulazzjoni; - meħtieġa qabel ma l-fondi ikunu mqassma. |

Indikaturi | L-użu ta' indikaturi tal-prestazzjoni aktar inċentivati fejn jidħlu l-finanzi pubbliċi | - Il-Kummissjoni u donaturi oħra lestew il-qafas dwar il-Kontabililtà Finanzjarja dwar il-finanzi pubbliċi (PEFA) fl-2005. - Il-Kummissjoni qed tuża l-PEFA minflok l-istrumenti li għandha bħalissa, u qed tagħmel kważi nofs l-evalwazzjonijiet tal-PEFA ta' l-2006. - Il-KE ukoll qed tkompli tuża l-inizjattiva komuni OECD/DAC dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi |

L-użu ta' l-istrument ġdid tal-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-finanzi pubbliċi |

Koordinazzjoni | Kooperazzjoni lokali akbar |

Istituzzjonijiet ta' l-istati ta' l-ACP | Jissaħħu r-relazzjonijiet ma' parlamenti u ma' istituzzjonijiet supremi tal-verifika (SAI) | Il-Kummissjoni qed: - tfassal nota biex tippromwovi appoġġ tekniku għas-SAIs; - tiddiskuti kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħal ma hi l-INTOSAI. |

Anness 1: Evoluzzjoni ta' impenji EDF mhux minfuqa ("RAL", 2001-06 (€m)

Tip ta' impenn mhux minfuq (jew 'RAL') | Miżura | Sena |

2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

% | -14% | -31% | -6% | -24% | -44% |

Total, ta' kull tip | 'RAL totali' | Is-snin kollha | €m | 8 728 | 9 842 | 9 779 | 10 324 | 10 281 |

Anness 2: Impenji globali ta' l-EDF għall-appoġġ ġenerali tal-baġit, 2002-06 (€m)

Pajjiż | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 |

Il-Benin | 55.0 | 18.4 |

Il-Burkina Faso | 125.0 | 151.5 |

Il-Burundi | 22.6 | 43.6 | 7.82 |

Il-Kamerun |

Cape Verde | 5.8 | 12.5 |

Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali | 4.4 | 4.0 |

Iċ-Ċadd | 50.0 |

Il-Kosta ta' l-Avorju | 40.0 |

Ir-RD tal-Kongo | 5.5 | 106.0 |

Ir-Rep. Tal-Kongo | 30.45 |

Dġibuti |

Ir-Repubblika Domenikana | 38.0 |

L-Etjopja | 44.1 | 95.0 |

Il-Gabon |

Il-Gambja |

Il-Gana | 5.0 | 62.0 |

Il-Gwinea |

Gwinea (Bissau) | 6.0 |

Il-Gujana | 23.3 |

Haïti | 10.2 |

Il-Ġamajka | 30.0 | 25.0 |

il-Kenja | 125.0 |

Lesoto |

Il-Madagaskar | 70.0 | 35.0 | 55.0 |

il-Malawi | 41.5 | 34.0 |

Il-Mali | 132.9 | 21.1 |

Il-Mawritanja |

Il-Możambik | 168.0 | 16.4 | 95 |

In-Niġer | 20.0 | 90.0 | 70.0 |

Il-Papwa Ginea Ġdida |

Ir-Rwanda | 55.1 | 36.0 |

São Tomé és Príncipe |

Is-Senegal | 53.0 |

Sjerra Leone | 50.0 |

It-Tanżanija | 114.0 | 57.0 |

Turks & Caicos | 10.6 |

L-Uganda | 92.0 |

Vanuatu | 1.7 |

Iż-Żambja | 117.0 | 62.0 |

Ammont totali | 529.6 | 741.4 | 469.4 | 704.8 | 198.3 |

% ta' impenji globali annwali ta' l-EDF | 25% | 20% | 18% | 20% | 6% |

Anness 3: Impenji ġodda globali ta' l-EDF, GBS u SPSP, 2006 (€m)

Tip ta' Programm | Tip ta' iffinanzjar | Pajjiż li jirċievi | Settur | Ammont |

Mira | Ir-riżultat |

Ġenerali Appoġġ mill-baġit (GBS) | Il-Benin | Budget Appoġġ: | 18 |

Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali | 4 |

Ir-Repubblika Domenikana | 38 |

Haïti | 10 |

il-Malawi | 34 |

Il-Mali | 20 |

Il-Mali | 1.1 |

Turks & Caicos | 11 |

Iż-Żambja | 62 |

Sotto-total, appoġġ makroekonomiku mill-baġit | 262 | 198 |

Programmi ta' appoġġ ta' settur ta' politika (SPSs) | Baġit settorjali Appoġġ (SBS) | L-Angwilla | 8 |

L-Angola | Ilma | 7 |

Il-Burkina Faso | 2 |

Ir-Repubblika Domenikana | Edukazzjoni | 48 |

L-Etjopja | Infrastruttura | 155 |

Il-Gżejjer Falklands | Kummerċ | 3 |

Il-Grenada | Kummerċ | 7 |

Gwinea-Bissau | 6 |

Il-Mawrzju | Ilma | 10 |

Montserrat | 11 |

Il-Możambik | 35 |

St Pierre u Miquelon, | 13 |

St Helena | 16 |

It-Tanżanija | Edukazzjoni | 44 |

Trinidad u Tobago | Edukazzjoni | 27 |

Iż-Żambja | Infrastruttura | 20 |

Iż-Żambja | Saħħa | 10 |

Sotto-total, SBS | 616 | 421 |

Iffinanzjar standard tal-proġetti | Il-Benin | Infrastruttura | 40 |

Dġibuti | 11 |

L-Etjopja | Infrastruttura | 60 |

Il-Gabon | Infrastruttura | 14 |

Il-Gana | 10 |

Il-Gana | Infrastruttura | 5 |

Lesoto | Saħħa | 12 |

il-Liberja | Edukazzjoni | 12 |

il-Malawi | Infrastruttura | 8 |

Il-Madagaskar | Infrastruttura | 13 |

Il-Madagaskar | Infrastruttura | 23 |

In-Niġer | ĠUSTIZZJA | 6 |

In-Niġer | 6 |

In-Niġer | 12 |

Ir-Rwanda | Infrastruttura | 35 |

Sotto-total, proġetti standard | 335 | 266 |

Sotto-total, SPSPs | 951 | 687 |

Total | 1213 | 885 |

Anness 4: Impenji u pagamenti nett, 2006 (€m)

Impenji globali | Impenji globali ġodda | 3 408 |

Diżimpenji | -689 |

Impenji globali netti | 2 719 |

Impenji individwali | Kuntratti ġodda (gross) | 3 654 |

Kuntratti diżimpenjati.ikkanċellati | -581 |

Impenji individwali netti | 3 073 |

Pagamenti | Pagamenti ġodda (gross) | 2 826 |

Irkupri u korrezzjonijiet irċevuti [7] | -64 |

Pagamenti netti | 2 762 |

Anness 5: Kontribuzzjonijiet ta' l-EDF lin-NU u lill-Grupp tal-Bank Dinji, 2005-06 (€m)

Destinatarji | 2005 | 2006 |

Impenji ġodda | Impenji ġodda | Ikkuntrattati | Imħallsa | Għad iridu jitħallsu |

Familja tan-NU | FAO | 6.4 | 13.1 | 2.1 | 0.8 | 1.3 |

ILO | 5.5 |

UNCTAD | 2.9 | 2.9 | 1.2 | 1.7 |

UNDP | 87.8 | 110.6 | 108.8 | 80.5 | 28.3 |

Uffiċċji rapp. tal-UNDP | 2.4 | 1.4 | 1.0 |

UNESCO | 0.3 | 0.1 |

UNFPA | 19.6 | 19.6 | 10.1 | 9.5 |

UNICEF | 42.4 | 39.2 | 40.3 | 14.8 | 25.4 |

UNIDO | 1.2 |

UNO Ġinevra | 0.2 | 0.1 | 0.0 |

UNO Vjenna | 24.7 |

UNOPS | 2.7 | 0.1 |

WFP | 34.7 | 13.8 | 22.0 | 19.7 | 2.3 |

WHO | 6.5 | 24.8 | 24.8 | 3.4 | 21.5 |

Sotto-total | 212.2 | 224.2 | 223.0 | 132.0 | 91.0 |

Grupp tal-Bank Dinji | 149.0 | 94.5 | 94.0 | 75.9 | 18.1 |

Total | 361.2 | 318.7 | 317.0 | 207.9 | 109.1 |

Anness 6: Impenji globali tal-EDF skond l-istrument ta' programmar u ta' iffinanzjar, tmiem l-2006 (€m)

EDF | Għajnuna li m’hijiex ipprogramata | Total |

Apoġġ mhux mill-baġit (proġetti) | Appoġġ mill-baġit | Sotto-total ta' għajnuna programmata | Kontribuzzjonijiet finanzjarji | Appoġġ għall-esportazzjoni | Sotto-total ta' għajnuna mhux programmata |

Jiġi kkuntrattat (RAC)[8] | ...jitħallas (RAP) | ...jiġi likwidat (RAL) |

(1) | (2) | (3)=(1) - (2) | (4) = (5) - (3) | (5) |

Il-Benin | 2,281,022 | 2,274,819 | 6,203 | 210,867 | 217,070 |

Il-Burkina Faso | 9,126,422 | 9,101,820 | 24,602 | 757,332 | 781,934 |

Il-Burundi | 75,401,955 | 36,929,953 | 38,472,002 | -8,009,429 | 30,462,573 |

Il-Kamerun | 308,716,655 | 308,574,512 | 142,143 | 19,396,040 | 19,538,183 |

Cape Verde | 2,365,206 | 1,937,563 | 427,643 | 809,913 | 1,237,556 |

Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali | 18,774,155 | 16,137,220 | 2,636,935 | 1,136,767 | 3,773,702 |

Iċ-Ċadd | 14,032,940 | 12,948,972 | 1,083,968 | 514,161 | 1,598,129 |

Il-Komoros | 8,057,525 | 7,957,741 | 99,784 | 1,753,994 | 1,853,778 |

Il-Kosta ta' l-Avorju | 366,657,647 | 364,907,313 | 1,750,334 | 46,146,487 | 47,896,821 |

Dominika | 41,818,410 | 42,084,082 | -265,672 | 268,921 | 3,249 |

Il-Ginea Ekwitorjali | 2,471,789 | 1,435,472 | 1,036,317 | 157,233 | 1,193,550 |

L-Etjopja | 239,688,822 | 238,825,667 | 863,155 | 67,087 | 930,242 |

Gambja | 5,306,334 | 3,720,104 | 1,586,230 | 200,396 | 1,786,626 |

Il-Gana | 59,796,247 | 59,796,247 | 0 | 4,615,374 | 4,615,374 |

Il-Grenada | 8,756,549 | 7,436,088 | 1,320,461 | 1,905,307 | 3,225,768 |

Gwinea-Bissau | 1,775,942 | 762,844 | 1,013,098 | -18,326 | 994,772 |

Haïti | 38,430,119 | 38,430,119 | 0 | 0 | 0 |

Il-Ġamajka | 10,150,868 | 9,489,254 | 661,614 | 135,551 | 797,165 |

il-Kenja | 195,083,412 | 198,235,985 | -3,152,573 | 63,860,715 | 60,708,142 |

Kiribati | 908,379 | 908,379 | 0 | 271,853 | 271,853 |

Lesotho[9] | 6,333,600 | 6,333,600 | 0 | 312,928 | 312,928 |

Il-Madagaskar | 91,191,845 | 90,744,189 | 447,656 | 18,353,465 | 18,801,121 |

il-Malawi | 23,173,151 | 22,552,308 | 620,843 | 3,835,856 | 4,456,699 |

Il-Mawritanja | 38,936,337 | 11,513,882 | 27,422,455 | 0 | 27,422,455 |

Il-Możambik | 4,488,494 | 0 | 4,488,494 | 0 | 4,488,494 |

Il-Papwa Ginea Ġdida | 85,402,166 | 95,158,547 | -9,756,381 | 10,721,389 | 965,008 |

Ir-Rwanda | 66,621,918 | 22,996,883 | 43,625,035 | -28,637,197 | 14,987,838 |

Samoa | 13,654,244 | 6,555,971 | 7,098,273 | -7,078,081 | 20,192 |

Is-Senegal | 77,737,318 | 51,245,000 | 26,492,318 | 26,791,515 | 53,283,833 |

Sierra Leone | 15,267,927 | 15,267,927 | 0 | 4,378,326 | 4,378,326 |

Il-Gżejjer Solomon | 91,990,577 | 126,856,928 | -34,866,351 | 53,733,059 | 18,866,708 |

St. Lucia | 79,815,963 | 60,788,987 | 19,026,976 | 1,424,808 | 20,451,784 |

St. Lucia | 76,199,758 | 72,123,084 | 4,076,674 | 10,026,867 | 14,103,541 |

Is-Sudan | 201,054,264 | 201,054,264 | 0 | 176,801,045 | 176,801,045 |

It-Tanżanija | 104,137,377 | 102,929,859 | 1,207,518 | 16,269,276 | 17,476,794 |

Togo | 34,027,821 | 44,165,571 | -10,137,750 | 26,810,251 | 16,672,501 |

L-Uganda | 218,440,992 | 218,440,991 | 1 | 41,530,336 | 41,530,337 |

Vanuatu | 5,032,066 | 3,959,176 | 1,072,890 | -995,990 | 76,900 |

Iż-Żimbabwe | 60,372,275 | 31,720,308 | 28,651,967 | -7,768,681 | 20,883,286 |

Total | 2,703,478,491 | 2,546,301,629 | 157,176,862 | 480,689,415 | 637,866,277 |

[1] F'sezzjonijiet tlieta u erbgħa, iċ-ċifri dwar l-impenji u l-pagamenti jirriflettu korrezzjoni li l-Kummissjoni għamlet fl-2004 liċ-ċifri għall-pagamenti Stabex magħmula bejn l-2002 u l-2004.

[2] Matul dan ir-rapport, iċ-ċifri – jinkludu l-kapital ta' riskju tal-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) u sussidji relatati fuq ir-rata ta' l-imgħax mis-sitt u d-disa' EDFs, peress li l-Kummissjoni għanha responsabbiltà kontabbli għal dawn il-fondi; - jeskludu l-Faċilità ta' Investiment ta' l-EIB, iffinanzjata mid-disa' EDF, peress li l-EIB għandu r-responsabbiltà tal-kontijiet tal-Faċiltià.

[3] Stabex kien strument finanzjarju maħluq bil-Konvenzjoni ta' Lome (Artikolu minn 186 sa 212) maħsub biex iservi ta' kontrapiż għall-instabbiltà fid-dħul mill-esportazzjoni ta' stati ta' l-ACP. Il-Ftehim ta' Cotonou ħa post Stabex bi strument ġdid, Flex.

[4] Ara d-dokument bir-referenza SEC/2007/448

[5] L-Anness 2 jagħti ċifri netti ta' l-EDF.

[6] Din id-definizzjoni OECD-DAC tinkludi xi tipi ta' operazzjonijiet dwar is-sigurtà fl-ikel u ta' Stabex

[7] Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta' l-EDF turi l-irkupri u l-korrezzjonijiet irċevuti.

[8] Għal Dominika iċ-ċifra hija fin-negattiva peress li FMOs ġodda emendaw FMOs qodma, ħaġa li wasslet għal allokazzjoni żejda ta' fondi. Għal pajjiżi oħra, iċ-ċifri negattivi ġejjin minħabba diżimpenji.

[9] Bħalissa qed issir verifika tal-fondi fi tmiem is-sena 2006, għaldaqstant iċ-ċifri li jidhru hawn huma għal tmiem is-sena 2005.