Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru /* KUMM/2007/0187 finali */
Brussell, 17.4.2007 KUMM(2007) 187 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru WERREJ SOMMARJU EŻEKUTTIV 3 1 INTRODUZZJONI 3 1.1 L-ISFOND U L-GĦANIJIET3 1.2 KUNTEST TAL-POLITIKA4 1.3 REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI 5 1.4 IL-KOPERTURA TA' L-ISTATI MEMBRI U TA' PAJJIŻI OĦRA 5 2 IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT 6 2.1 KWESTJONIJIET LI JINQALGĦU 6 2.1.1 IR-RISPETT LEJN OBBLIGI LEGALI 6 2.1.2 Il-piż ta' l-implimentazzjoni u l-għoti regolari tad- data għall-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar8 2.1.3 Il-proċess ta' ġabra, kompilazzjoni u validazzjoni tad- data 9 2.1.4 Il-kwestjonijiet metodoloġiċi 9 2.2 RIŻULTATI 9 2.2.1 It-trasmissjoni u l-validazzjoni tad- data 9 2.2.2 Gwida metodoloġika 10 2.2.3 It-tixrid ta' data 10 3 KONKLUŻJONIJIET 12 3.1 INVESTIMENTI GĦAL ŻMIEN QASIR 12 3.2 INVESTIMENTI GĦAL ŻMIEN TWIL 12 WERREJ TA' TABELLI Tabella 1: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament:it-tqassim ta' data miġbura skond is-sena 7 Tabella 2: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament:in-numru ta' ajruporti li jagħmlu r-rappurtar skond il-ġabra tad- data u s-sena 8 Tabella 3: It-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru skond il-pajjiż: Id-data ta' l-2005 u t-tkabbir għall-2003-2005 11 RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru Sommarju eżekuttiv Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru[1] jispeċifika fl-Artikolu 9.2 tiegħu li, wara li d- data tkun inġabret għal perjodu ta' tliet snin, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport hu mmirat biex jikkonforma ma' dan ir-rekwiżit ladarba l-ewwel tliet snin ta' ġabra ta' data tkun tlestiet (2003-2005). Wara deskrizzjoni ġenerali ta' l-isfond, l-għanijiet u l-kuntest ta' politika ta' l-att legali, jiġu diskussi xi kwestjonijiet marbuta ma' l-implimentazzjoni. Ir-rapport jippreżenta wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati ewlenin miksuba. It-taqsima finali tipprovdi l-konklużjonijiet u l-iżviluppi futuri possibbli. L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament wassal għal żieda fid-disponibbiltà ta' informazzjoni dettaljata dwar it-trasport bl-ajru Ewropew ta' passiġġieri u merkanzija kif ukoll għal titjib fil-kwalità u t-tempestività tad- data . L-Istati Membri għamlu sforz biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament u l-biċċa l-kbira minnhom qed jipprovdu d- data kollha mitluba filwaqt li jirrispettaw iż-żmien stipulat. 1 INTRODUZZJONI 1.1 L-ISFOND U L-GĦANIJIET Ġabra volontarja ta' data dwar l-istatistika tat-trasport bl-ajru kienet bdiet mis-sena ta' referenza 1993 bbażata fuq metodoloġija miftiehma ma' l-Istati Membri. L-adozzjoni tar-Regolament 437/2003 għamlet uffiċjali l-metodoloġija li kienet diġà f'postha u wessgħat l-ambitu ta' l-għoti ta' data għal xi elementi addizzjonali. Dan ir-Regolament kien għalhekk maħsub biex jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Istituzzjonijiet oħra ta' l-UE, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-pubbliku ġenerali b' data ta' l-istatistika komparabbli, affidabbli, armonizzata, regolari u komprensiva dwar l-iżvilupp tat-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru fl-Unjoni Ewropea. Il-karatteristiċi ewlenin tar-Regolament 437/2003 jistgħu jitqassru kif ġej: - L-obbligi għall-għoti ta' data hija stabbilita fil-livell ta' l-ajruport. Xi gruppi ta' ajruporti huma definiti sabiex jippermettu d-distribuzzjoni modulari tal-piż fuq min iwieġeb permezz ta' talba għal aktar data minn ajruporti kbar u ta' daqs medju u billi jitnaqqas jew jitneħħa l-obbligu għall-għoti ta' data minn ajruporti iżgħar. - Ġew definiti żewġ livelli għall-għoti ta' data : l-istadju tat-titjira u l-oriġini/id-destinazzjoni tat-titjira. Dan huwa importanti biex ikunu ssorveljati l-flussi ta' trasport bl-ajru intra u extra -UE skond il-moviment ta' l-ajruplani (l-istadju tat-titjira) jew skond il-moviment tal-passiġġieri/tal-merkanzija (l-oriġini/id-destinazzjoni tat-titjira) u biex ikunu identifikati l-passiġġieri fi tranżitu dirett. - L-informazzjoni trid tingħata separatament għall-wasla u għat-tluq kif ukoll għal servizzi skedati u mhux skedati. Dan jippermetti analiżi dettaljata tal-flussi li jidħlu u joħorġu kif ukoll ta' l-impatt differenti tas-servizzi skedati u mhux skedati, b'mod partikolari fil-livell extra -UE. - Huwa previst ukoll l-għoti ta' informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru, għalkemm il-kopertura ma kenitx definita speċifikament f'dan ir-Regolament. Dan huwa importanti biex tkun issorveljata l-liberalizzazzjoni tas-swieq u, b'mod aktar partikolari, il-livell ta' kompetizzjoni fir-rotot differenti u l-introduzzjoni ta' trasportaturi bi prezz baxx. - Fil-każ ta' l-informazzjoni dwar l-istadju tat-titjira, jintalbu tliet varjabbli addizzjonali: in-numru ta' titjiriet, it-tip ta' ajruplani u l-postijiet disponibbli. Din l-informazzjoni hija rilevanti biex ikunu analizzati fid-dettall il-flussi minn ajruport għal ajruport f'termini ta' konġestjoni, kapaċità u użu ta' flotot. 1.2 KUNTEST TAL-POLITIKA L-iżvilupp tal-Politika Komuni tat-Trasport jeħtieġ l-aqwa għarfien possibbli tal-medda u ta' l-evoluzzjoni tat-trasport bl-ajru ta' passiġġieri u merkanzija. Il-White Paper Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010 : iż-żmien li niddeċiedu[2] ddefiniet l-għan tal-Politika Komunitarja tat-Trasport biex tgħin sabiex jiġu pprovduti sistemi effiċjenti u effettivi tat-trasport għall-Ewropej. Dan l-għan inżamm fir-Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal- White Paper [3], għalkemm aktar orjentat biex jiżgura l-mobbiltà sostenibbli fl-Ewropa. Għalhekk, l-istatistika dwar l-avjazzjoni fil-Komunità tintuża għat-tfassil, għas-sorveljanza u għall-evalwazzjoni tal-politika tat-trasport ta' l-UE u oqsma oħra ta' politika ta' l-UE bħalma huwa t-tħaddim tas-Suq Intern. L-importanza ta' din id- data għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE qed tiżdied. Pereżempju, wara l-kompetenza mogħtija lill-Kummissjoni, din l-informazzjoni hija użata dejjem iżjed għat-tħejjija ta' negozjati għal ftehim dwar it-trasport bl-ajru ma' pajjiżi terzi. Din l-informazzjoni hija użata wkoll għall-kwestjonijiet dwar l-Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru, għall-kejl ta' flussi ta' passiġġieri u merkanzija u għall-kalkolu tat-tqassim modali tat-trasport fl-UE. Eżempju ieħor huwa l-użu ta' din id- data biex jitkejjel id-dħul fl-ajruporti fi ħdan il-fruntieri ta' l-UE. Qed tikber ir-rilevanza għal data dwar il-passiġġieri, hekk kif id- data dwar ir-riżervazzjonijiet tal-biljetti f''sistemi ta' riżervazzjonijiet bil-kompjuter qed issir dejjem anqas rappreżentattiva tas-suq totali minħabba lprenotazzjoni bl-internet li dejjem qiegħda tiżdied. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura fuq it-tip ta' servizz (skedat/mhux skedat) hija diffiċli ħafna biex tinkiseb minn sorsi oħra u hija rilevanti b'mod partikolari fuq xi rotot extra UE fejn ikunu predominanti s-servizzi mhux skedati tal-passiġġieri. Għal trasport bl-ajru ta' merkanzija, il-kopertura aħjar u t-titjib fil-kwalità ta' data tippermetti użu aktar frekwenti ta' din l-informazzjoni li għaliha ma jeżistux sorsi alternattivi. Dawn li ġejjin huma eżempji oħra ta' l-użu ta' din id- data għall-ħtiġijiet tal-politika: - Il-possibiltà li jkunu rrappurtati kodiċi tal-linji ta' l-ajru skond ir-rekwiżiti tar-Regolament hija utli biex ikunu ssorveljati l-kompetizzjoni u l-għajnuna ta' l-Istat. - Id- data miġbura għal ajruporti żgħar u ta' daqs medju hija utli għal finijiet ta' politika reġjonali. - L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija wkoll interessata fl-isfruttament ta' din id- data għal finijiet ta' sigurtà. - Hemm ukoll potenzjal għall-użu ta' din id- data għal finijiet ta' politika ta' l-ambjent (i.e. l-emissjonijiet u l-istorbju). 1.3 REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI Ir-Regolament 437/2003 jagħti s-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, li għandhom ikunu eżerċitati permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija kif stabbilit fl-Artikoli 10 u 11. L-Eurostat uża din il-proċedura biex jadotta sett ta' regoli li jkopru aspetti differenti ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament. Dawn ir-regoli huma adottati fil-forma ta' Regolamenti tal-Kummissjoni wara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika. S'issa ġew adottati żewġ Regolamenti ta' implimentazzjoni u Regolament ieħor għaddej mill-proċedura sabiex jiġi adottat fl-2007. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1358/2003[4] jipprovdi sett komprensiv ħafna ta' arranġamenti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari l-elenku ta' ajruporti tal-Komunità u d-derogi permessi għal kull Stat Membru, l-arranġamenti tekniċi għat-trażmissjoni tad- data , kif ukoll ir-reviżjoni tad-definizzjonijiet, in-nomenklatura, il-kodifikazzjoni u l-ġabriet ta' data li għandhom jiġu pprovduti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 546/2005[5] huwa prinċipalment immirat biex ikopri t-tkabbir ta' l-UE għal għaxar Stati Membri ġodda fl-2004 peress li jipprovdi l-elenku ta' l-ajruporti tagħhom u d-derogi mitluba. L-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni huwa skedat biex jiġi adottat fl-2007. Dan se jipprovdi reviżjoni sħiħa ta' l-elenku ta' ajruporti tal-Komunità li għandhom ikunu applikabbli minn Jannar 2007. Dan l-elenku ma jinkludi l-ebda deroga għax kollha diġà skadew fl-2006. 1.4 IL-KOPERTURA TA' L-ISTATI MEMBRI U TA' PAJJIŻI OĦRA Ir-Regolament 437/2003 japplika direttament u fl-intier tiegħu għall-Istati Membri kollha. M'għandux bżonn jiġi traspost fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, ir-Regolament ipprovda l-possibiltà li jingħataw derogi għal ċerti ajruporti, ġabriet ta' data u fatturi varjabbli skond ċerti regoli u għal perjodu massimu ta' żmien ta' tliet snin (sa l-2005 inkluża). Fir-rigward tar-Rumanija u l-Bulgarija, iż-żewġ pajjiżi ddikjaraw ir-rieda tagħhom li mas-sħubija jikkonformaw għal kollox mal-leġiżlazzjoni ta' l-UE f'dan il-qasam mingħajr ma jitolbu l-ebda deroga. L-elenku ta' ajruporti ta' dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda ġie inkluż fit- Trattat ta’ Adeżjoni mal-Bulgarija u r-Rumanija skond l- Adattazzjonijiet Tekniċi għall- Acquis Statistiku . Fir-rigward tal-pajjiżi kandidati, il-Kroazja u t-Turkija jipprovdu data aggregata fil-livell ta' l-ajruport filwaqt li l- ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tipprovdi l-ebda informazzjoni. Fl-2003, ir-Regolament 437/2003 kien inkorporat formalment fl-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE minn Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE[6]. Skond din id-Deċiżjoni l-Iżlanda u n-Norveġja jridu jittrażmettu d- data mitluba fir-Regolament filwaqt li l-Liechtenstein huwa eżentat. Id- data bbażata fuq il-prinċipji ta' Regolament hija wkoll trażmessa mill-Iżvizzera b'konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-istatistika[7]. 2 IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT 2.1 KWESTJONIJIET LI JINQALGĦU 2.1.1 IR-RISPETT LEJN OBBLIGI LEGALI Il-konformità ma' l-obbligi għall-għoti ta' data ddefiniti fir-Regolament, esperjenzat evoluzzjoni pożittiva matul il-perjodu meqjus. L-għoti tad- data għall-2003, minkejja li din ġeneralment tkun relativament kompluta, ippreżenta għal xi pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar problemi speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-perjodiċità tal-ġabriet tad- data jew ma' lakuni fit-tqassim ta' xi elementi (il-movimenti ta' l-ajruplani, il-passiġġieri fi tranżitu jew il-postijiet disponibbli). L-għoti tad- data fis-sentejn ta' wara tejjeb is-sitwazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-perjodiċità tal-ġabriet tad- data li issa hija rrispettata bis-sħiħ. It-tabella 1 turi l-istatus tat-tqassim tad- data għall-perjodu 2003-2005 skond il-ġabra tad- data u l-perjodiċità. Skond ir-Regolament 1358/2003, il-ġabriet tad- data A1 u B1 huma mensili (trimestrali aċċettat fl-2003 biss) u l-ġabra tad- data C1 hija għall-inqas annwali. Tabella 1: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament:it-tqassim ta' data miġbura skond is-sena 2003 | 2004 | 2005 | A1 | B1 | C1 | A1 | B1 | C1 | A1 | B1 | C1 | Il-Belġju | M | M | T | M | M | A/M | M | M | A/M | Ir-Repubblika Ċeka | T | T | T | M/T | M/T | M/T | M | M | M | Id-Danimarka | M | M | M | M | M | M | M | M | M | Il-Ġermanja | M | M | A | M | M | A | M | M | - | L-Estonja | T | - | T | T | T | T/A | M | M | T | Il-Greċja | M | M | M | M | M | M | M | M | M | Spanja | M | M | M | M | M | M | M | M | M | Franza | M | M | M | M | M | M | M | M | M | L-Irlanda | M | - | - | M | M | A/M | M | M | A/M | L-Italja | M | M | M | M | M | M | M | M | M | Ċipru | T | T | T | M/T | M/T | M/T | M | M | M | Il-Latvja | M | - | T | M | M | M/T | M | M | M | Il-Litwanja | - | A | T | - | T | T | M | M | M | Il-Lussemburgu | A | - | A | A | - | - | M | - | - | L-Ungerija | M | M | M | M | M | M | M | M | A/M | Malta | M | M | M | M | M | M | M | M | M | L-Olanda | M | M | A | M | M | - | M | M | - | L-Awstrija | M | M | A | M | M | A | M | M | A | Il-Polonja | - | - | A | M | M | A/M | M | M | A/M | Il-Portugall | T | T | T | M | M | M | M | M | M | Is-Slovenja | - | - | M | M | M | M | M | M | M | Is-Slovakkja | T | T | T | M/T | M/T | M/T | M | M | M | Il-Finlandja | M | M | A/M | M | M | A/M | M | M | A/M | L-Iżvezja | M | - | M | M | M | M | M | M | M | Ir-Renju Unit | M | M | M | M | M | M | M | M | M | Il-Bulgarija | - | - | M | - | - | M | - | - | M | Ir-Rumanija | - | T | T | T | T | T | M | M | M | Il-Kroazja | - | - | - | - | - | A | - | - | A | It-Turkija | - | - | M | - | - | M | - | - | M | L-Iżlanda | M | M | A/M | M | M | A/M | M | M | A/M | In-Norveġja | M | M | M | M | M | M | M | M | M | l-Iżvizzera | T | T | A | M | M | A | M | M | A | TIFSIRA: M Mensili; T Trimestrali; A Annwali -: Not provided | Għad fadal xi problemi għal ċerti Stati Membri. Il-kwestjonijiet ewlenin li għandhom jissolvew huma l-għoti ta' data rilevanti dwar il-merkanzija, it-tqassim ta' data miġbura C1 u l-problemi tal-kwalità ta' data bl-informazzjoni dwar il-postijiet disponibbli. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-pajjiżi kkonċernati qed jimplimentaw miżuri ta' korrezzjoni jew għandhom pjanijiet biex itejbu s-sistemi tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali. Ma nstabet l-ebda problema partikolari fir-rigward ta' l-applikazzjoni tad-derogi mogħtija. Dawk il-pajjiżi li kienu talbuhom bdew jipprovdu id- data meħtieġa wara l-iskadenza ta' dawn id-derogi. Xi pajjiżi ddeċidew ukoll li ma jieħdux vantaġġ minnhom għall-perjodu mogħti kollu u pprovdew id- data qabel ma din saret obbligatorja. It-Tabella 2 turi n-numru ta' ajruporti li jagħmlu r-rappurtar għal kull pajjiż. Tabella 2: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament:in-numru ta' ajruporti li jagħmlu r-rappurtar skond il-ġabra tad- data u s-sena 2003 | 2004 | 2005 | A1 | B1 | C1 | A1 | B1 | C1 | A1 | B1 | C1 | Il-Belġju | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | 5 | 2 | 2 | 5 | Ir-Repubblika Ċeka | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | Id-Danimarka | 8 | 3 | 9 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | Il-Ġermanja | 70 | 69 | 40 | 68 | 68 | 40 | 71 | 71 | : | L-Estonja | 1 | : | 1 | 1 | 1 | 2 | 1 | 1 | 2 | Il-Greċja | 38 | 38 | 38 | 38 | 38 | 38 | 38 | 38 | 38 | Spanja | 33 | 33 | 38 | 33 | 33 | 39 | 33 | 33 | 39 | Franza | 80 | 80 | 80 | 64 | 64 | 64 | 66 | 66 | 66 | L-Irlanda | 3 | : | : | 3 | 3 | 11 | 6 | 6 | 11 | L-Italja | 30 | 30 | 42 | 34 | 34 | 42 | 34 | 34 | 43 | Ċipru | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | Il-Latvja | 1 | : | 2 | 1 | 1 | 2 | 1 | 1 | 2 | Il-Litwanja | : | 1 | 3 | : | 1 | 3 | 3 | 3 | 3 | Il-Lussemburgu | 1 | : | 1 | 1 | : | : | 1 | : | : | L-Ungerija | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 3 | Malta | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | L-Olanda | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 | : | 5 | 5 | : | L-Awstrija | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 | Il-Polonja | : | : | 12 | 1 | 1 | 12 | 1 | 1 | 10 | Il-Portugall | 9 | 9 | 9 | 9 | 9 | 10 | 10 | 10 | 10 | Is-Slovenja | : | : | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | Is-Slovakkja | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 6 | 2 | 2 | 6 | Il-Finlandja | 31 | 28 | 26 | 31 | 30 | 26 | 30 | 30 | 26 | L-Iżvezja | 18 | : | 42 | 18 | 3 | 42 | 18 | 3 | 32 | Ir-Renju Unit | 47 | 47 | 60 | 47 | 47 | 61 | 48 | 48 | 61 | Il-Bulgarija | : | : | 4 | : | : | 4 | : | : | 4 | Ir-Rumanija | : | 17 | 17 | 16 | 16 | 16 | 3 | 3 | 9 | Il-Kroazja | : | : | : | : | : | 8 | : | : | 9 | It-Turkija | : | : | 14 | : | : | 15 | : | : | 14 | L-Iżlanda | 1 | 1 | 24 | 1 | 1 | 24 | 1 | 1 | 24 | In-Norveġja | 81 | 54 | 133 | 81 | 55 | 137 | 82 | 52 | 166 | l-Iżvizzera | 7 | 7 | 62 | 7 | 7 | 62 | 7 | 7 | 7 | 2.1.2 Il-piż ta' l-implimentazzjoni u l-għoti regolari tad- data għall-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar il-konformità mar-Regolament ħtieġet l-implimentazzjoni ta' proċess ġdid ta' ġabra u kompilazzjoni ta' data . F'pajjiżi oħra, l-estensjonijiet jew l-adattazjonijiet tal-proċessi eżistenti kienu meħtieġa. Fi ftit każijiet biss ma ttieħdu l-ebda miżuri speċifiċi minħabba li l-proċessi eżistenti kienu biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti. Għandu jingħad li fir-Regolament ma kien previst l-ebda appoġġ finanzjarju biex ikopri l-ispiża ta' l-implimentazzjoni tiegħu. Fir-rigward ta' l-għoti regolari tad- data , il-piż tax-xogħol involut huwa meqjus bħala aċċettabbli mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar. Madankollu, f'xi pajjiżi dan jinvolvi piż kbir, b'mod partikolari għall-ajruporti bħala l-fornituri oriġinali tad- data . F'termini ta' spejjeż, fl-2006 tnieda studju pilota għan-nom tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Programmazzjoni u l-Koordinazzjoni tas-Sistema ta' l-Istatistika Ewropea li żvela sitwazzjoni eteroġena ħafna, bi spiża medja annwali għal kull ajruport li jagħmel ir-rappurtar, li tvarja b'mod notevoli minn pajjiż għall-ieħor. Sa ċertu punt, dan jirrifletti l-pożizzjoni differenti ta' l-Awtorità Nazzjonali Kompetenti (ANK) responsabbli għat-tqassim tad- data lill-Eurostat fir-relazzjoni mal-fornituri tad- data nazzjonali, ġeneralment l-ajruporti. L-ANK tista' tkun l-uffiċju ta' l-istatistika nazzjonali, l-awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili, il-Ministeru tat-Trasport jew ukoll l-amministrazzjoni ta' l-ajruport fil-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar fejn hemm ajruport wieħed biss. 2.1.3 Il-proċess ta' ġbir, kompilazzjoni u validazzjoni tad-data Il-proċess ta' ġbir u kompilazzjoni tad-data dwar il-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar isegwi fluss tradizzjonali ta' informazzjoni li jitlaq mill-qiegħ 'il fuq. Ġeneralment, dan il-fluss jibda mil-linji ta' l-ajru u/jew mill-aġenti responsabbli għall-provvista ta' data lill-organizzazzjonijiet ta' l-ajruport, normalment fuq il-bażi ta' messaġġi elettroniċi standard fuq il-movimenti. Imbagħad, l-ajruporti jittrasmettu l-informazzjoni lill-ANK li tagħmel il-kompilazzjoni, il-validazzjoni u t-trasmissjoni tad- data nazzjonali lill-Eurostat. Madankollu, jeżistu xi varjanti għal dan il-fluss ġenerali. F'xi każijiet, l-ajruporti jużaw id- databases jew is-sorsi tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni, b'mod partikolari għal uħud mill-varjabbli mitluba fil-ġabra ta' data C1 bħal movimenti ta' l-ajruplani. F'każijiet oħra, il-linji ta' l-ajru jew l-aġenti responsabbli jqassmu l-informazzjoni direttament lill-ANK. L-ANK kollha japplikaw spezzjonijiet tal-validità qabel ma jibagħtu l-informazzjoni lill-Eurostat, billi jużaw proċeduri ta' kontroll żviluppati internament u/jew jużaw għodda softwer ipprovduta mill-Eurostat. Ir-regoli ta' validazzjoni jkopru ħafna aspetti tal-proċess inkluż il-format tad- data , il-kodifikazzjoni, il-konsistenza bejn il-ġabriet tad-data u l-varjabbli, eċċ. 2.1.4 Il-kwestjonijiet metodoloġiċi L-arranġamenti metodoloġiċi tar-Regolament ta' implimentazzjoni 1358/2003 ipprovdew qafas komuni biex jiżguraw il-ġabra ta' data armonizzata u l-produzzjoni ta' riżultati komparabbli. Matul il-perjodu meqjus, ma tqajmu l-ebda kwestjonijiet metodoloġiċi kbar. 2.2 RIŻULTATI 2.2.1 It-trażmissjoni u l-validazzjoni tad- data L-Artikolu 7 tar-Regolament 437/2003 jeħtieġ it-trasmissjoni tad-data mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni. Matul il-perjodu meqjus, il-konformità maż-żmien perentorju tjiebet b'mod sinjifikanti. Bħalissa, dan iż-żmien perentorju ġeneralment jiġi rrispettat u, f'ħafna każijiet, tnaqqas b'mod sinjifikanti. Fir-rigward ta' l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad- data , intlaħaq livell għoli ta' standardizzazzjoni. Id- data hi trażmessa b'mod elettroniku lill-Eurostat filwaqt li tirrispetta l-istruttura ta' l-inkaratamenti tad- data u l-forma tar-reġistrazzjoni. Dan jippermetti integrazzjoni malajr ta' l-informazzjoni fuq id- database tal-produzzjoni tal-Eurostat u sejba minn kmieni ta' żbalji bażiċi u kodiċi mhux magħrufa. Ladarba d- data tiddaħħal fid- database tal-Eurostat, jiġu applikati proċeduri dettaljati ta' validazzjoni sabiex tkun żgurata l-kwalità tad- data trażmessa. Il-validazzjoni tinkludi l-konsistenza interna tal-ġabriet tad- data , il-konsistenza maż-żmien, il-koerenza bejn il-ġabriet tad- data u l-paragun tar-riżultati għar-rotot maqsuma bejn żewġ pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar. Il-livell totali tal-kwalità tad- data jista' jitqies bħala għoli. Din l-istqarrija hija bbażata fuq l-implimentazzjoni ta' qafas metodoloġiku komuni solidu, fuq l-isforzi fil-proċeduri ta' kompilazzjoni u validazzjoni fil-livell nazzjonali kif ukoll fuq il-kontrolli ta' kwalità sussegwenti li jsiru fil-Eurostat qabel it-tixrid ta' data . 2.2.2 Gwida metodoloġika Il-Eurostat ipproduċa Manwal ta' Referenza dwar l-Istatistika tat-Trasport bl-Ajru sabiex jipprovdi lill-Istati Membri u lill-pajjiżi oħra li jagħmlu r-rappurtar bi gwida fl-implimentazzjoni tar-Regolament. Il-Manwal ta' Referenza jiġi aġġornat kull sena biex jinkludi l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni jew il-linji gwida l-aktar reċenti, rilevanti għall-ġabra ta' din l-istatistika. 2.2.3 It-tixrid ta' data Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament 1358/2003, il-Kummissjoni tista' xxerred id- data kollha mhux iddikjarata bħala kunfidenzjali mill-Istati Membri. Fil-prattika, ftit pajjiżi biss użaw din il-klawsola u l-biċċa l-kbira tad- data mogħtija lill-Eurostat tista' tinxtered. Madankollu, it-tixrid ta' informazzjoni tal-linja ta' l-ajru ġiet limitata għal valuri aggregati għal trasportaturi bil-liċenzja ta' l-UE u ta' barra l-UE. L-għoti ta' informazzjoni dettaljata dwar il-linji ta' l-ajru mhix obbligatorja u, fil-prattika, il-limitazzjonijiet ta' kunfidenzjalità fil-livell nazzjonali jwaqqfu lil ħafna pajjiżi milli jwettqu dan il-forniment jew iwassalhom biex jittrażmettu valuri aggregati biss. Il-Eurostat jippubblika d-data miġbura permezz tad- database ta' disseminazzjoni tiegħu li hija aċċessibbli mill-websajt tal-Eurostat. Minħabba l-limitazzjonijet ta' daqs, tiġi applikata struttura ta' livell għat-tixrid ta' data minn ajruport għal ajruport (rotot ta' l-ajru). L-Eurostat ixxerred din l-informazzjoni wkoll permezz ta' pubblikazzjonijiet speċifiċi bħas-sensiela Statistics in Focus jew stqarrijiet ta' l-aħbarijiet li jagħtu rilevanza lid- data għall-mezzi tax-xandir u għall-pubbliku ġenerali. Fit-tabella 3 hemm xi ċifri ewlenin dwar it-trasport bl-ajru Ewropew miġbura fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament. Tabella 3: It-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru skond il-pajjiż: id- data ta' l-2005 u t-tkabbir għall-2003-2005 Passiġġieri | Merkanzija u posta | data ta' l-2005 | tkabbir għall-2003-2005 | data ta' l-2005 (f'tunnellati) | tkabbir għall-2003-2005 | Il-Belġju | 17,813,943 | 18.0% | 694,523 | 14.5% | Ir-Repubblika Ċeka | 11,265,764 | 45.2% | 56,259 | 5.7% | Id-Danimarka2 | 22,172,778 | 14.1% | 7,465 | -17.0% | Il-Ġermanja | 145,977,422 | 20.5% | 3,005,967 | 23.0% | L-Estonja | 1,393,105 | 96.2% | 9,739 | 92.8% | Il-Greċja | 30,798,527 | 9.3% | 105,502 | -23.0% | Spanja | 143,679,871 | 19.5% | 526,125 | 19.6% | Franza | 107,955,149 | 12.1% | 1,476,721 | 4.3% | L-Irlanda | 24,254,298 | 24.4% | 89,356 | 114.6% | L-Italja | 87,906,423 | 18.9% | 754,302 | 10.3% | Ċipru | 6,782,277 | 11.6% | 39,220 | 23.3% | Il-Latvja | 1,872,040 | 165.5% | 15,428 | 14.0% | Il-Litwanja | 1,434,241 | 98.7% | 9,580 | 83.6% | Il-Lussemburgu | 1,538,152 | 6.1% | 624,803 | 3.7% | L-Ungerija | 8,048,760 | 60.6% | 55,472 | 9.8% | Malta | 2,757,240 | 4.1% | 16,891 | 2.2% | L-Olanda | 46,433,037 | 12.8% | 1,550,736 | 11.7% | L-Awstrija | 19,684,822 | 24.6% | 181,533 | 41.0% | Il-Polonja1 | 7,080,325 | 16.2% | 31,130 | -48.3% | Il-Portugall | 20,272,160 | 14.3% | 129,516 | 4.8% | Is-Slovenja1 | 1,217,167 | 16.3% | 4,549 | -27.1% | Is-Slovakkja | 1,582,978 | 152.9% | 4,069 | -68.3% | Il-Finlandja | 12,348,113 | 17.4% | 119,569 | 33.3% | L-Iżvezja | 22,899,135 | 12.0% | : | - | Ir-Renju Unit | 204,013,386 | 14.7% | 2,450,838 | 7.2% | L-Unjoni Ewropea 251 | 705,820,750 | 8.5% | 10,953,661 | 3.5% | Il-Bulgarija | 5,022,584 | 40.5% | 16,845 | 8.5% | Ir-Rumanija | 3,493,783 | 28.6% | 17,980 | 13.5% | Il-Kroazja1 | 3,915,666 | 18.7% | 18,109 | 82.3% | It-Turkija | 53,515,594 | 58.9% | 333,511 | 19.5% | L-Iżlanda | 2,111,100 | 35.2% | 62,969 | 38.7% | In-Norveġja | : | - | : | - | l-Iżvizzera | 28,876,072 | 12.5% | 334,024 | 3.8% | L-aggregati ta' l-UE jiġu kkalkolati billi jkun eskluż ikkuntjar doppju bejn l-ajruporti msieħba ta' l-UE | 1 Minħabba d-disponibbiltà, it-tkabbir jiġi kkalkolat bejn l-2004 u l-2005. | 2 Id-data tal-merkanzija Daniża ma tinkludix iċ-ċifri dwar l-ajruport ta' Kobenhavn/Kastrup għax m'humiex disponibbli | 3 KONKLUŻJONIJIET L-esperjenza u r-riżultati miksuba ma' l-implimentazzjoni tar-Regolament 437/2003 jistgħu jitqiesu, b'mod ġenerali, bħala pożittivi ħafna. Anke li kieku kien hemm sistema simili għaddejja qabel l-adozzjoni tar-Regolament, ix-xogħol u r-riżorsi użati fit-twaqqif tar-rekwiżiti legali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Eurostat, ippermettew il-produzzjoni mgħaġġla ta' riżultati komparabbli u affidabbli. Dan huwa rilevanti b'mod partikolari fil-każ ta' l-għaxar Stati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004, meta l-esperjenza preċedenti fil-ġbir ta' data dwar it-trasport bl-ajru kienet limitata. Ħafna mill-kwestjonijiet marbuta ma' l-interpretazzjoni tar-Regolament, il-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trażmissjoni u l-validazzjoni ta' data ġew indirizzati u affrontati b'mod adegwat. L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament wassal għal żieda fid-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar is-settur kif ukoll għal titjib fil-kwalità u t-tempestività tad- data . Fir-rigward ta' l-użu tad- data , ir-riżultati miksuba għandhom applikazzjoni immedjata fit-tfassil tal-politika, b'mod partikolari għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politika fis-settur tat-trasport bl-ajru fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' l-UE. It-tixrid ta' data permezz ta' mezzi pubbliċi differenti kkontribwixxa biex jagħti viżibilità lill-proċess kollu u biex jipprovdi prospett liċ-ċittadini fuq ir-riżorsi li investew f'hekk. 3.1 INVESTIMENTI GĦAL ŻMIEN QASIR Fiż-żmien qasir, l-isforzi għandhom ikunu kkonċentrati fuq il-kwestjonijet li ġejjin: - Aktar titjib fil-kwalità ta' data għal ċerti elementi. Xi pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar jeħtieġ li jagħmlu sforzi addizzjonali biex ifornu b'mod regolari data affidabbli u komparabbli għall-fatturi varjabbli tal-merkanzija, l-informazzjoni dwar il-postijiet disponibbli jew xi wħud mill-elementi li hemm fil-ġabra ta' data C1. - Għoti ta' informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru. It-tqassim ta' informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru li tifred għall-inqas, it-trasportaturi mill-UE u minn barra l-UE għandu jkun għan li jista' jintlaħaq mill-Istati Membri kollha mingħajr ma jnaqqas ir-restrizzjonijiet ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, taħt ċirkostanzi speċjali bħan-negozjar ta' ftehim dwar it-trasport bl-ajru ma' pajjiżi terzi, jista' jkun hemm il-bżonn li tiġi stabbilita proċedura li għaliha l-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-linja ta' l-ajru li ma ġietx ipprovduta skond l-għoti regolari tad- data . - It-tkabbir ta' l-UE għall-Bulgarija u għar-Rumanija. Il-Eurostat se jagħti attenzjoni partikolari biex jiżgura li dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar l-istatistika tat-trasport bl-ajru. 3.2 INVESTIMENTI GĦAL ŻMIEN TWIL L-investimenti għal żmien twil probabbilment ikunu jfissru l-estensjoni tal-ġbir ta' data għal fatturi varjabbli ġodda bħal: id-destinazzjoni reali ta' oriġini/finali tal-passiġġieri meta l-vjaġġ jinkludi għadd ta' titjiriet (għall-inqas, għal passiġġieri li għandhom biljett wieħed għall-vjaġġ sħiħ); in-nazzjonalità ta' passiġġieri extra UE li jidħlu fl-UE; il-prezz tal-biljetti; in-numru ta' passiġġieri fi tranżitu indirett (i.e. passiġġieri ta' trasferiment) skond l-ajruport; jew tqassim tan-numru ta' movimenti skond il-perjodu tal-ġurnata u t-teknoloġija skond l-istandards fuq il-livelli ta' l-istorbju ċċertifikati. Dawn il-fatturi varjabbli huma indirizzati skond il-ħtiġijiet ġodda tal-politika u jmorru lil hinn mill-ambitu preżenti tar-Regolament. Madankollu, il-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar esprimew b'mod ċar l-impossibiltà attwali ta' ġbir ta' informazzjoni bħal din u l-ħtieġa li l-ġbir ta' l-istatistika tat-trasport bl-ajru jkun ġustifikat kif xieraq. Xorta waħda, jistgħu jiġu previsti għall-inqas żewġ żviluppi futuri mhux marbuta mar-rekwiżiti ta' data ġodda: - Tnaqqis żgħir fuq il-perjodu tat-trażmissjoni ta' data ta' ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni, skond il-ġbir ta' data ta' l-istatistika dwar modi oħra ta' trasport. - L-estensjoni tal-kopertura ġeografika jew minħabba t-tkabbir ta' l-UE fil-futur jew minħabba l-involviment volontarju ta' pajjiżi terzi permezz ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni. [1] Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1. [2] COM(2001) 370 tat-12 ta’ Settembru 2001 [3] COM(2006) 314 tat-22 ta’ Ġunju 2006: "Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-Mobblità sostenibbli għall-kontinent tagħna. Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta’ l-2001tal-Kummissjoni Ewropea". [4] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti ta' l-istatistika fir-rigward ta' trasport ta' passiġġieri, merkanzija u posta bl-ajru, u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9. [5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 546/2005 tat-8 ta' April 2005 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 fir-rigward ta' l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtar u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 fir-rigward ta' l-aġġornament ta' l-elenku ta' l-ajruporti tal-Komunità, ĠU L91, 9.4.2005, p.5. [6] d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 331, 18.12.2003, p. 68. [7] Iffirmat fis-26 ta' Ottubru 2004 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunita Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-istatistika, ĠU L 90 tat-28 ta' Marzu 2006, pp.1-21.