L-24 Rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet ta’ l-antidumping, ta’ kontra s-sussisdju u ta’ salvagwardja tal-komunità (2005) {SEG(2007) 440} /* KUMM/2007/0171 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 10.4.2007 KUMM(2007) 171 finali L-24 RAPPORT ANNWALI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-attivitajiet ta’ l-antidumping, ta’ kontra s-sussisdju u ta’ salvagwardja tal-komunità(2005){SEG(2007) 440} Introduzzjoni Dan ir-rapport ta’ l-2005 huwa ppreżentat lill-Parlament Ewropew wara r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 1981 dwar l-attivitajiet antidumping tal-Komunità, u r-rapport tal-Kumitat tiegħu dwar l-industrija, il-kummerċ estern, ir-riċerka u l-enerġija. Dan ir-rapport qasir jipprovdi idea ġenerali ta’ l-avvenimenti li seħħew fl-2005, iżda hu appoġġjat, bħal fis-snin preċedenti, minn Dokument ta’ Ħidma aktar dettaljat tal-Persunal tal-Kummissjoni, flimkien ma’ Annessi dettaljati. Ir-rapport isegwi wkoll l-istess struttura ġenerali tad-Dokument ta’ Ħidma u l-intestaturi kollha tiegħu jistgħu jinstabu wkoll fih sabiex b’hekk tkun possibbli referenza ħafifa għal tagħrif aktar komprensiv. Dan ir-rapport u d-Dokument ta’ Ħidma sħiħ huma disponibbli wkoll għall-pubbliku fuqhttp://europa.eu.int/comm/trade/issues/respectrules/anti_dumping/legis/index_en.htm Dan ir-rapport għandu jinqara fid-dawl ta’ l-isfond ġenerali tal-politika tal-kummerċ ta’ l-UE kif stipulata aktar riċenti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Global Europe”[1]. F’dan il-kuntest,f'Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat “ Green Paper ”li tistieden għal riflessjoni pubblika fuq kif l-UE tista’ tuża bl-aħjar mod l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ (SDK) f'kuntest globali ekonomiku li kontinwament jinbidel. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess se jiġu riflessi fir-rapporti fil-ġejjieni. 1. ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-LEġIżLAZZJONI Stħarriġiet ta’ l- antidumping (AD), kontra s-sussidju (KS) u s-salvagwardja (SVG) jitwettqu fuq bażi ta’ Regolamenti bażiċi tal-Kunsill. Ħarsa ġenerali tal-leġiżlazzjoni attwali hija mogħtija fid-Dokument ta’ Ħidma . It-testi bażiċi AD u KS minn issa ’l quddiem se jissejħu "Regolament(i) bażiku/bażiċi". 1.1. Tibdiliet fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità 2005 Fid-dawl tal-progress sinifikanti mwettaq mill-Ukraina lejn it-twaqqif ta’ kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, il-Kunsill adotta l-proposta tal-Kummissjoni li tiggradwa dan il-pajjiż sabiex isir suq ekonomiku sħiħ għall-istħarriġiet ta' l-AD. Dan għalhekk jippermetti sabiex il-valur normali għall-esportaturi u l-produtturi ta’ l-Ukraina jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet u l-ispejjeż tagħhom. Ir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Diċembru 2005. 2. IT-TKABBIR Wara t-tkabbir ta’ l-UE f’Mejju ta’ l-2004, il-Kummissjoni, tul l-2005, issoktat l-isforzi tagħha mmirati lejn il-garanzija ta’ integrazzjoni mingħajr xkiel ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati l-Membri l-ġodda kkonċernati fil-qasam tad-difiża tal-kummerċ. Għajr l-iskambju regolari ta’ tagħrif, dawn l-isforzi inkludew l-organizzazzjoni ta' taħriġ dedikat u seminars fuq l-inventarju. Fl-2005, il-Kummissjoni kkonkludiet is-superviżjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ tranżizzjoni speċjali fis-sura ta’ impenji li ttieħdu rigward l-erba’ każijiet (in-nitrat ta’ l-ammonju mir-Russja u l-Ukraina, folji “manjettiċi” b’granelli orjentatimir-Russja u silikon karbut mill-Ukraina) sabiex jiġu evitati t-tbatija/ix-xokk għall-utenti u l-konsumaturi fl-Istati Membri l-ġodda wara t-tkabbir ta’ l-2004. Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza pożittiva bit-tkabbir ta’ l-2004, id-DĠ għall-Kummerċ waqqaf Pjan ta’ Azzjoni biex iħejji għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-qasam tad-difiża tal-kummerċ. 3. QAGħDA TA’ L-EKONOMIJA TAS-SUQ MIFRUXA FIL-PAJJIż (QES) Fil-kunċett, il-kriterji mifruxa mal-pajjiż għad-determinazzjoni ta’ jekk pajjiż għandux jitqies bħala ekonomija sħiħa tas-suq għall-għan ta’ stħarriġiet ta’ l-AD huma ispirati minn dawk li huma applikabbli għal kumpaniji individwali li jinsabu f’ekonomiji fi tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq, li huma stipulati fl-Artikolu 2(7) tar-Regolamenti bażiċi. Sar xogħol sinifikanti f’dan ir-rigward matul l-2005. B’mod partikolari, it-talba riċevuta f’Marzu 2002 mill-Ukraina ġiet ivvalutata u l-Kummissjoni ipproponiet li tagħti MES lil dan il-pajjiż peress li ġew issodisfatti l-kriterji kollha (ara l-punt 1.1). It-talba tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġiet riċevuta f’Settembru 2003 u twettqet valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni f’Ġunju 2004. Wara l-valutazzjoni, twaqqaf grupp ta’ ħidma bilaterali biex jeżamina l-progress li twettaq. Fis-samit UE-Ċina f’Settembru 2005, dan il-grupp ta’ ħidma ngħata pożizzjoni aktar importanti, peress li "ż-żewġ partijiet qablu li jniedu djalogi ta' importanza għolja biex jindirizzaw l-kwistjonijiet pendenti sabiex jiksbu progress pożittiv fuq il-kwistjoni ta' l-MES". Tul l-2005, il-Vjetnam, il-Mongolja u l-Armenija pprovdew aktar tagħrif biex jikkomplimentaw it-talba tagħhom għal MES. Il-Kummissjoni analizzat t-tagħrif li kien għadu kemm ġie ppreżentat u segwiet b’mistoqsijiet dwar il-kwistjonijiet li ma kinux ġew indirizzati biżżejjed fit-tweġibiet. Il-Kummissjoni analizzat ukoll is-sorsi esterni għat-tliet pajjiżi. Talbet aktar tagħrif mill-Kazakhstan. Għall-pajjiżi kollha li qegħdin jiġu eżaminati bħalissa, l-MES għall-pajjiż kollu jingħata jekk il-kriterji pendenti jiġu ssodisfatti. 4. ATTIVITAJIET TA’ TAGħRIF U KOMUNIKAZZJONI/ KUNTRATTI BILATERALI L-Uffiċċju ta' Tagħrif għad-Difiża tal-Kummerċ għall-Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju, imwaqqaf f'Diċembru 2004, kompla l-attività tiegħu billi indirizza kwistjonijiet/problemi speċifiċi għall-SME rigward l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ. Il-Kummissjoni organizzat jew ħadet sehem f’10 seminars ta’ tagħrif għall-operaturi ekonomiċi u amministraturi tal-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, f’Diċembru 2005, il-Kummissjoni rċeviet ir-riżultati ta’ studju ta’ valutazzjoni ta’ l-istrumenti tagħha ta’ difiża tal-kummerċ (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/anti_dumping/legis/index_en.htm)Il-valutazzjoni ssejset fuq stħarriġ tal-partijiet interessati bħall-Istati Membri, l-industrija Komunitarja, l-esportaturi, l-importaturi u l-utenti li jużaw il-prodott finali. Il-valutaturi għamlu valutazzjoni pożittiva rigward l-approċċ ġenerali tal-Komunità fl-istħarriġiet tad-difiża tal-kummerċ. Filwaqt li tikkonferma n-natura bilanċjata tas-sistema KE u l-istandards għoljin applikati, il-valutazzjoni tissuġġerixxi wkoll riflessjoni fuq ċerti kwistjonijiet speċifiċi u fiha ċerti proposti interessanti għal titjib. Dawn il-proposti jistgħu jikkontribwixxu wkoll sabiex itejbu ċerti aspetti tas-sistema attwali tagħna, b’mod partikolari d-drittijiet tal-partijiet u t-transparenza. 5. ĦARSA ġENERALI LEJN L-INVESTIGAZZJONIJIET U L-MIżURI TA’ L-AD, IL-KS U S-SVG 5.1. Ġenerali Fi tmiem l-2005, il-Komunità kellha 135 miżura ta’ l-AD (ara l-Anness O) u 12-il miżura tal-KS (ara l-Anness P) fis-seħħ. Fl-2005, 0.45% biss ta’ l-importazzjonijiet totali fil-Komunità kienu affettwati mill-miżuri ta’ l-AD jew tal-KS. Jekk jogħġbok innota li dettalji fuq il-kwistjonijiet huma mogħtija fid-Dokument ta’ Ħidma mehmuż ma’ dan ir-rapport. Ir-referenzi għall-Annessi tad-Dokument ta’ Ħidma jistgħu jinstabu biswit it-titoli. 5.2. Stħarriġiet ġodda (ara l-Annessi A sa E u l-Anness N) Fl-2005, tnieda 26 stħarriġ[2]. Ġew imposti impenji proviżorsi fi 15-il proċedura. Dsatax-il każ ġie konkluż bl-impożizzjoni ta’ dazji definittivi. Ġew konklużi għaxar proċeduri mingħajr miżuri. 27 miżura oħra, li minnhom 7 miżuri ta’ kumpens, tħallew jiskadu b’mod awtomatiku wara t-tul ta’ żmien tagħhom ta’ 5 snin. 5.3. Stħarriġ ta’ verifika L-istħarriġ ta’ verifika jkompli jirrappreżenta parti ewlenija mix-xogħol tas-servizzi tas-SDK. Kienu jirrappreżentaw aktar minn 64% ta’ l-istħarriġ kollu li tnieda. It-tabella 2 fid-Dokument ta’ Ħidma tipprovdi informazzjoni statistika għas-snin 2001-2005. 5.3.1. Verifiki ta’ l-iskadenza (ara l-Anness F) L-Artikoli 11(2) u 18 tar-Regolamenti bażiċi jipprovdu għall-iskadenza tal-miżuri wara ħames snin, sakemm verifika ta’ skadenza turi li għandhom jinżammu fil-forma oriġinali tagħhom. Matul l-2005, tnieda 23 stħarriġ ta’ verifika li minnhom 7 kkonkludew li kien hemm bżonn li d-dazji jissoktaw għal ħames snin oħra. Ta’ min jinnota li l-istħarriġ li tnieda wara l-20 ta’ Marzu 2004 bħalissa jinsab taħt skadenza taż-żmien, jiġifieri għandhom jintlaħqu konklużjonijiet fi żmien 12-il xahar iżda mhux aktar tard minn 15-il xahar minn dak in-nhar tat-tnedija. 5.3.2. Verifiki interim (ara l-Anness G) L-Artikoli 11(3) u 19 tar-Regolamenti bażiċi jistipulaw il-verifika tal-miżuri matul il-perjodu ta' validità tagħhom. Il-verifiki jistgħu jkunu limitati għal aspetti ta’ dumping /sussidjar jew ta’ ħsara. Tul l-2005, tnieda total ta’ 22 verifika interim . Tmintax-il verifika interim ġiet konkluża bil-konferma jew bl-emenda tad-dazju u 3 stħarriġiet ġew konklużi u b'hekk intemmu l-miżuri. 5.3.3. Verifiki interim “oħrajn” (ara l-Anness H) Serje ta’ verifiki oħra, li ma jaqawx taħt l-Artikolu 11(3) jew 19 tar-Regolamenti bażiċi jew li għalihom ma kien ippubblikat l-ebda avviż ta’ tnedija fil-Ġurnal Uffiċjali, ġew konklużi matul l-2005. Hi tikkonċerna b’mod aktar speċifiku, inter alia , l-approvazzjoni, l-iritrar volontarju jew il-vjolazzjoni ta' l-impenji, il-kjarifika tad-deskrizzjoni tal-prodott, eċċ. 5.3.4. Verifiki ta’ l-esportaturi l-ġodda (ara l-Anness I) L-Artikoli 11(4) u 20 tar-Regolamenti bażiċi rispettivament jistipulaw verifika ta’ “esportaturi ġodda” u “mħaffa” sabiex tistabbilixxi marġini individwali tad- dumping jew dazju individwali ta’ kumpens għall-esportaturi l-ġodda li jinsabu fil-pajjiż li jesporta kkonċernat li ma esportawx il-prodott tul il-perjodi ta’ stħarriġ. Esportaturi tali għandhom juru li huma tassew esportaturi ġodda li tassew bdew jesportaw lejn il-Komunità wara l-perjodi ta’ stħarriġ. Fi kliem ieħor, dazju individwali, li normalment hu inqas mid-dazju għall-pajjiż kollu, jista’ jiġi kkalkulat għalihom. Fl-2005, tnedew 5 verifiki ta’ esportaturi ġodda (li minnhom 2 verifiki mħaffa). Erba’ stħarriġiet, li minnhom verifika mħaffa 1, ġew konklużi. Stħarriġ wieħed intemm sabiex b’hekk inżamm il-livell oriġinali tad-dazju. 5.3.5. Stħarriġ ta’ assorbiment (ara l-Anness J) Meta jkun hemm biżżejjed tagħrif li juri li, wara l-perjodu ta’ stħarriġ oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda jew ma kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew fil-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fil-Komunità, tista' titnieda verifika ta’ “assorbiment” biex jiġi eżaminat jekk il-miżuri kellhomx effett fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq. Il-limiti tad- dumping jistgħu tabilħaqq jiġu kkalkulati mill-ġdid u d-dazji miżjuda sabiex jitqiesu prezzijiet ta’ esportazzjoni baxxi tali. Il-possibbiltà ta’ verifiki ta’ “assorbiment”, hija inkluża fl-Artikoli 12 u 19(3) tar-Regolamenti bażiċi. Fl-2005, tnieda stħarriġ kontra l-assorbiment u ieħor ġie konkluż mingħajr żieda fid-dazju. 5.3.6. Stħarriġiet ta' każijiet li jduru mal-miżuri (ara l-Anness K) Il-possibbiltà li stħarriġiet jinfetħu mill-ġdid f’ċirkostanzi fejn tittella’ evidenza li turi li qed iduru mal-miżuri hi prevista fl-Artikoli 13 u 23 tar-Regolamenti bażiċi. Fl-2005, tnedew 3 stħarriġiet u ġiet konkluża waħda b’estensjoni tad-dazju. 5.4. Stħarriġ ta' salvagwardja (ara l-Anness L) Tul l-2005, tnedew 2 stħarriġiet ta’ salvagwardja, waħda fuq il-prodotti tat-tessuti u waħda fuq il-frawli ffriżati. L-istħarriġ fuq il-prodotti tat-tessuti ntemm aktar tard din is-sena. Miżuri definittivi ġew imposti fuq is-salamun imrobbi iżda dawn il-miżuri ġew irrevokati aktar tard. Fl-aħħar ta’ l-2005, miżura ta’ salvagwardja biss baqgħet fis-seħħ, b'mod partikolari dik dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti frott taċ-ċitru. 6. INFURZAR TAL-MIżURI AD/KS 6.1. Miżuri ta’ segwitu Miżuri ta’ segwitu li jikkonċernaw il-miżuri fis-seħħ ġew iffokati fuq erba’ oqsma ewlenin: (1) sabiex jipprevjenu frodi; (2) sabiex jissorveljaw il-flussi tal-kummerċ u l-iżviluppi tas-suq; (3) sabiex itejbu l-effettività bi strumenti xierqa u (4) sabiex jirreaġixxu għal prassi irregolari. Dawn l-attivitajiet taw kapaċità lis-servizzi tas-SDK li jkunu aktar proattivi milli sempliċiment reattivi fil-qasam ta’ l-infurzar. 6.2. Superviżjoni ta’ l-impenji (ara l-Annessi M u Q) Is-superviżjoni ta’ l-impenji jifforma parti mill-attivitajiet ta’ infurzar, minħabba li l-impenji huma forma ta’ miżuri ta’ AD jew KS. Huma aċċettati mill-Kummissjoni jekk tkun sodisfatta li jistgħu jeliminaw effettivament l-effetti ta’ ħsara tad- dumping jew ta’ l-isussidjar. Fil-bidu ta’ l-2005, kien hemm impenji fis-seħħ li kienu aċċettati minn 47 kumpanija. Matul l-2005 seħħew il-bidliet li ġejjin għall-portafoll ta’ l-impenji: l-impenji ta’ 16-il kumpanija ntemmu u ġew aċċettati 9 offerti għal impenji. Dan itella’ n-numru totali ta' impenji fis-seħħ fl-aħħar ta' l-2005, għal 40. 7. RIFUżJONIJIET (ARA L-ANNESS T) L-Artikoli 11(8) u 21(1) tar-Regolamenti bażiċi jippermettu lill-importaturi li jitolbu għal rifużjoni tad-dazji miġbura relevanti fejn jintwera li l-limitu tad- dumping /sussidju, li fuq il-bażi tiegħu tħallsu d-dazji, tneħħa jew tnaqqas għal livell inqas minn dak tad-dazju fis-seħħ. Tul l-2005, tressqu 12-il rikjesta ġdida ta’ rifużjoni. Ġew adottati erba’ deċiżjonijiet li rrifjutaw rikjesti ta’ rifużjoni filwaqt li rikjesta oħra ġiet irtirata. Għall-ewwel darba, ġew ippreżentati applikazzjonijiet li jikklejmjaw ir-rifużjonijiet ta’ dazji ta’ kumpens. 8. IR-REVIżJONI ġUDIZZJARJA: DEċIżJONIJIET MOGħTIJA MILL-QORTI TAL-ġUSTIZZJA / QORTI TAL-PRIM'ISTANZA Fl-2005, ħames sentenzi rigward l-AD jew il-KS ingħataw mill-Qorti tal-Prim'Istanza u waħda mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fi 3 minn 5 sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Qorti kkonfermat is-Sentenza Eurocoton (ara t-22 Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew) u annullat in-nuqqas ta’ adozzjoni tal-Kunsilll tal-miżuri AD definittivi proposti mill-Kummissjoni minħabba nuqqas ta’ raġunijiet. Il-fatt li ma ntlaħqet l-ebda maġġoranza sempliċi pożittiva fost l-Istati Membri mhux meqjus bħala raġunament adegwat, kwalunkwe rifjut tal-miżuri proposti għandu jiġi ġġustifikat skond il-linji tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti bażiċi. Iż-żewġ każi l-oħra ġew irtirati mill-applikanti. Taqsira dettaljata tas-sentenza hija mogħtija fid-Dokument ta’ Ħidma. Ġew ippreżentati sitt kawżi ġodda fl-2005, ħamsa quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u waħda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Lista ta’ kawżi ta’ l-AD/KS li tressqu quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja li għadhom pendenti sa’ l-aħħar ta’ l-2005 hija mogħtija fl-Anness S tad-Dokument ta’ Ħidma. 9. ATTIVITAJIET FIL-QAFAS TA’ L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERċ (WTO) 9.1. Soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam ta’ l-AD, il-KS u s-SVG Id-WTO tipprevedi proċedura rigoruża għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn Membri tad-WTO fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-ftehimiet tad-WTO. Proċedura waħda tas-soluzzjoni tat-tilwim kienet konkluża matul l-2005 u kkonfermat fil-wisa' l-istrateġija tal-Komunità. Din ikkonċernat il-każ ta’ kontra s-sussidju fuq DRAMs mir-Repubblika tal-Korea. Id-dettalji huma mogħtija fid-Dokument ta’ Ħidma mehmuż ma’ dan ir-rapport. 9.2. Attivitajiet oħra tad-WTO Fl-2005, in-negozjati taħt l-Aġenda ta’ l-Iżvilupp ta’ Doha ġew intensifikati u approfonditi bid-diskussjoni tal-proposti li joffru testi legali konkreti għal bidliet possibbli. Minkejja s-seduti plenarji, il-Komunità ħadet sehem b’mod attiv f’laqgħat bilaterali u multilaterali mmirati għal diskussjonijiet f’aktar dettall ma’ membri oħra tad-WTO dwar il-proposti differenti magħmula. F’dan il-kuntest, il-Komunità kompliet l-isforzi tagħha għal regoli aktar b’saħħithom dwar it-trasparenza u l-infurzar, regoli aktar stretti fuq il-verifiki, “regola ta’ l-inqas dazju” obbligatorja[3] u l-kriterji ta' l-interess pubbliku, kif ukoll spejjeż imnaqqsa għal partijiet li jikkooperaw fl-istħarriġiet, u li ddefendew numru ta' proposti f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Komunità baqgħet waħda mill-membri l-aktar attivi fil-grupp ta’ ħidma dwar il-kwestjonarji u l-linji ta’ verifika, li nħalqu fuq l-inizjattiva tagħna. Fuq is-sussidji għas-sajd, pożizzjoni ta’ “triq tan-nofs” kif riflessa fil-proposti mqajma mill-Komunità kisbet l-appoġġ minn numru dejjem akbar ta’ pajjiżi. Il-Komunità rrakkomandat ukoll infurzar qawwi u mekkaniżmu ta’ trasparenza li jiżgura li kwalunkwe dixxiplina ġdida tkun tabilħaqq implimentata minn kulħadd. Rigward is-sussidji industrijali, id-diskussjonijiet bil-mod il-mod iffukaw fuq numru limitat ta’ kwistjonijiet sostantivi. Rigward il-proċedura, il-Komunità ħeġġet regoli mtejba fuq l-istħarriġiet kontra s-sussidji. Waqt li kienu qegħdin iseħħu dawn l-attivitajiet, kien qiegħed iseħħ ix-xogħol regolari tal-Kumitati ta' l- Antidumping , tas-Sussidji u tal-Kumpens u tal-Kumitati ta’ Salvagwardja. F’Diċembru 2005, il-Ministri qablu f’Ħong Kong li jintensifikaw u jħaffu l-proċess ta’ negozju, fuq il-bażi ta’ proposti miktuba dettaljati, u biex tispiċċa l-proċess ta’ l-analiżi tal-proposti mill-aktar fis possibbli. Barra minn hekk, il-Ministeri taw mandat lill-President tal-Grupp dwar ir-Regoli biex ifassal testi konsolidati li se jkunu l-bażi għall-aħħar stadji tan-negozjati. 10. KONKLUżJONI Is-sena 2005 kienet l-ewwel sena sħiħa tal-Kummissjoni mkabbra l-ġdida. Kienet sena medja fl-attività tad-difiża tal-kummerċ f’termini ta’ inizjazzjoni ta’ każijiet ġodda u l-għadd ta’ miżuri imposti. Minkejja dan, in-numru ta’ miżuri li skadew tul is-sena żdied b’mod sinifikanti u tella’ n-numru ta’ miżuri fis-seħħ għal 147, meta mqabbel ma’ 156 fl-2004 - li jirrifletti l-istadju differenti taċ-ċiklu ekonomiku għall-ekonomija globali meta mqabbel ma’ l-aħħar tas-snin disgħin. Dan kien “miżgħud b’avvenimenti” f’numru ta’ aspetti oħra, bħat-tħejjija tat-tkabbir ta’ l-UE fl-2007 u l-każ ta’ salvagwardja dwar il-prodotti tat-tessuti u s-salamun. Dan ir-rapport juri li l-użu moderat tal-KE ta’ l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ, filwaqt li tiġi kkonfermata l-prassi tagħha li tiżgura li l-istħarriġiet jitwettqu b’mod rigoruż u professjonali. Fl-istess ħin, fejn ġie ppruvat, il-Komunità hi lesta tieħu pożizzjoni ħarxa kontra l-prassi inġusti tal-kummerċ. It-trasparenza tmur id f’id ma’ l-applikazzjoni rigoruża ta’ l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ, li jirrifletti l-bidliet li saru lill-qafas leġiżlattiv fl-2004 u l-2005. Il-Kummissjoni hija ddeterminata li tkompli ssegwi tali linja fil-futur. [1] http://ec.europa.eu/trade/issues/sectoral/competitiveness/global_europe_en.htm [2] It-tabella 1 fid-Dokument ta’ Ħidma tipprovdi tagħrif statistiku dwar l-istħarriġiet il-ġodda għas-snin 2001 - 2005 li twettqu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 10 tar-Regolament bażiku. [3] Ir-regola ta’ l-inqas dazju teħtieġ li l-miżuri imposti mill-Komunità jbaxxu l-limiti tad- dumping jew tas-sussidju, jekk tali rata aktar baxxa tad-dazju tkun biżżejjed biex jitneħħa d-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja.