[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.5.2007 KUMM(2007) 162 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rapport tal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Teknoloġiji Ambjentali (2005-2006) [SEG(2007) 413] KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rapport tal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Teknoloġiji Ambjentali (2005-2006) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) Illum l-evidenza xjentifika hija immensa: it-tibdil fil-klima huwa theddida globali serja, u jitlob għal azzjoni globali urġenti...jekk ma nieħdux azzjoni, in-nefqa u r-riskji totali tat-tibdil fil-klima jistgħu jlaħħqu sa 20% tal-PGD jew aktar[1] L-iStern Review, 2006 L-attività tal-bniedem qed tagħmel tali pressjoni fuq id-Dinja li m'għadnhiex nistgħu nqiesu li l-kapaċità ta' l-ekosistemi tal-pjaneta sabiex isostnu l-ġenerazzjonijiet għall-ġejjieni bħala li ser tibqa' għal dejjem...60% tas-servizzi ta' l-ekosistemi dinjija huma degradati jew eżawriti...[2] Il-Millenium Ecosystem Assessment tan-NU, 2005 Illum il-Marka Ekoloġika ta' l-Umanità (Humanity's Ecological Footprint) teċċedi l-kapaċità dinjija li tirriġenera b'madwar 25%....ilna neċċedu l-abiltà tad-Dinja biex issostni l-modi ta' ħajjitna għal dawn l-aħħar 20 sena, u għandna bżonn nieqfu. Għandna nsibu bilanċ bejn dak li nikkonsmaw u l-kapaċità naturali tad-dinja li tirriġenera u tassorbi l-iskart tagħna. Jekk ma nagħmlux dan, hemm riskju ta' dannu irriversibbli[3] WWF, Living Planet Report, 2006 EKOINNOVAZZJONI GħAL TKABBIR, XOGħOL U AMBJENT It-theddid ambjentali qed joqrob It-theddid ambjentali qed joqrob – iktar malajr milli kien mistenni oriġinarjament. Għadna nistgħu nissieltu dan it-theddid jekk nieħdu azzjoni issa. Tenħtieg azzjoni sistematika u magħquda fuq livell Ewropew u globali. Il-mistoqsija hija: "Kif nistgħu naġixxu b'mod l-iktar effettiv u f'waqtu?" Nistgħu nagħmlu dan b'mod li jsostni t-tkabbir ekonomiku. Nistgħu nilħqu l-isfidi li qegħdin quddiemna billi nużaw id-dritt għal għodod li jippromwovu l- innovazzjoni. L-Ewropa qegħda f'pożizzjoni tajba biex turi t-triq. L-Ekoinnovazzjoni toffri soluzzjonijiet u opportunitajiet Biex nimxu 'l quddiem irridu nbiddlu l-proċessi industrijali, il-prodotti u l-prassi kummerċjali. Neħtieġu l-ekoinnovazzjoni u t-teknoloġiji ambjentali[4] biex nagħmlu l-qabżiet u l-bidliet. It-teknoloġija issa tista' tikkontribwixxi għas-soluzzjonijiet. L-għan aħħari tagħna: li l-ekoinnovazzjoni tinfirex madwar l-industriji kollha. B'dan il-mod nistgħu nilħqu bosta sfidi ambjentali li niffaċċjaw illum. Permezz ta' miżuri adattati, eż. appoġġ finanzjarju jew regolamentazzjoni nistgħu nsostnu l-ekoinnovazzjoni u nidderieġu l-forzi tas-suq lejn l-aqwa ekonomija dinjija li hija kemm kompetittiva u ekoloġika. L-ekoinnovazzjoni hija l-qofol ta' l-istrateġija ta' l-UE L-Istrateġija mġedda ta' Lisbona ta' l-UE tidentifika li t-teknoloġiji ambjentali bħala li għandhom "potenzjal sinifikanti ekonomiku, ambjentali u ta' l-impjieg"[5]. Il-Kunsill tar-Rebbiegħa ta' l-2006 approva "l-promozzjoni u t-tixrid qawwi ta' l-ekoinnovazzjonijiet u teknoloġiji ambjentali"[6]. L-istrateġija mġedda ta’ l-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tidentifika l-ETAP bħala meħtieġ biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima, l-enerġija nadifa, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli[7]. Huwa mistenni li l-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija ppjanat, ser jagħti prijorità għolja lill-isfidi ambjentali[8]. Il-Presidenzi jagħtu prominenza lill-bżonn ta' ekoinnovazzjoni L-ekoinnovazzjoni ġiet rikonoxxuta wkoll mill-Presidenzi tal-Kunsill. Il-Presidenzi tar-Renju Unit u l-Awstrija stabbilixxew l-ekoinnovazzjoni u t-teknoloġiji ambjentali bħala strumenti għal tkabbir u impjiegi. Il-Presidenza Finlandiża ppromwoviet "ġenerazzjoni ġdida ta' politika ambjentali", ibbażata fuq l-ekoeffiċjenza u l-ekoinnovazzjoni[9]. Il-Presidenza Ġermaniża ta' bħal issa tħeġġeg għal "patt ġdid" fuq l-ambjent, ekonomija u impjieg[10]. L-irrapurtar tal-progress u l-prijoritajiet għall-ġejjieni L-ETAP huwa l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-teknoloġiji Ambjentali ta' l-UE[11] biex jistimula l-ekoinnovazzjoni u t-tqabbid ta' teknoloġiji ambjentali fuq skala wiesgħa. Il-pjan, imniedi fl-2004, jippjana l-azzjoni fuq livell Ewropew, minn Stati Membri u dawk oħrajn ikkonċernati. L-ewwel rapport kien ippubblikat fl-2005[12]. Ir-rapport attwali: - Jagħti stampa tat-tendenzi u l-iżviluppi - Jispjega l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan - Jirrakkomanda oqsma ta' prijorità għall-azzjoni fil-ġejjieni IT-TENDENZI U L-IżVILUPPI L-ekoinnovazzjoni u l-ekoregolamentazzjoni L-ekoindustriji Ewropej għandhom sehem sinifikanti u dejjem jikber ta' l-ekonomija ta' l-UE, u jirrapreżentaw 2.1% tal-PGD ta' l-UE[13]. L-ekoindustriji jinkludu pereżempju: il-kontroll tat-tniġġis ta' l-arja, l-immaniġjar tad-drenaġġ u ta' l-iskart solidu, ir-remedjazzjoni tal-ħamrija, l-enerġiji rinnovabbli, u r-riċiklar. L-ekoindustriji u s-servizzi jsostnu 3.5 miljun impjieg full-time. Madwar 75% ta' dawn huma f'setturi li jirrikjiedu ħafna ħaddiema bħall-immaniġjar ta' l-ilma u l-iskart solidu. L-ekoindustriji jikkontribwixxu għall-ekonomija ta' l-UE u l-impjiegi L-ekoindustriji Ewropej għandhom sehem sinifikanti u dejjem jikber ta' l-ekonomija ta' l-UE, u jirrapreżentaw 2.1% tal-PGD ta' l-UE[14]. L-ekoindustriji jinkludu: il-kontroll tat-tniġġis ta' l-arja, l-immaniġjar ta' l-ilma użat u ta' l-iskart solidu, ir-remedjazzjoni tal-ħamrija, l-enerġiji rinnovabbli, u r-riċiklar. L-ekoindustriji u s-servizzi jsostnu 3.5 miljun impjieg full-time. Madwar 75% ta' dawn huma f'setturi li jirrikjiedu ħafna ħaddiema bħall-immaniġjar ta' l-ilma u l-iskart solidu. It-Tkabbir Qawwi Hemm tkabbir qawwi f'numru ta' setturi fl-Ewropa u madwar id-dinja. L-installazzjoni ta' l-enerġija mir-riħ kibret 20-25% fl-aħħar ħames snin[15] Is-suq dinji fotovoltajku huwa mistenni li jikber b'25-35% fil-ġejjieni[16], u l-ġestjoni ta' l-ilma huwa mistenni li tikber b'6% fis-sena fl-għaxar snin li ġejjin[17]. Is-settur tar-riċiklar ta' skart solidu kiber ġmielu b'4.5% fis-sena fil-perjodu 2000-2004[18]. Il-pożizzjoni Globali Qawwija L-intrapriżi Ewropej involuti fl-ekoindustriji għandhom pożizzjoni dinjija qawwija. Huwa stmat li l-UE għandha 1/3 mis-sehem tas-suq dinji ta' l-ekoindustriji[19]. L-indiċi ta' Dow Jones Sustainability juri li l-kumpaniji Ewropej huma l-aktar sostenibbli fi 13 minn 18-il settur ekonomiku ewlieni [20]. L-investimenti finanzjarji qegħdin jiżdiedu Fl-2003-2006 l-investiment f'intrapriżi ta' teknoloġiji nodfa kien kważi ta' €2 biljuni, li jsarraf ma' l-10% ta' proġetti kapitali fl-Ewropa[21]. L-investimenti jiġu dejjem aktar minn kumpaniji stabbiliti[22]. Fis-settur bankarju, l-investimenti sostenibbli u b'responsabbiltà soċjali żdiedu b'mod sinifikanti dawn l-aħħar snin[23]. Fuq il-livell ta' l-UE, il-Bank Ewropew għall-Investimenti (BEI) nieda l-Faċilità ta' l-Iffinanzjar ta' Tibdil fil-Klima ( CCFF ). Madankollu, jeħtieġ li naqdfu wisq iżjed biex niksbu l-iskala ta' gwadann ambjentali meħtieġ. Dawn l-indikazzjonijiet pożittivi kollha jikkuntrastaw bil-qawwi dawk ta' l-istat ambjentali. Dawn jagħtu lok għal tħassib serju u jinkludu: - It-theddid ta' tibdil fil-klima u l-livelli ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra1 u d-diffikultajiet biex jintlaħqu l-miri ta' Kyoto fl-UE[24] - Għalkemm il-kwalità ta' l-arja fl-Ewropa sostniet titjieb b'mod mgħaġġel[25], it-tniġġis ta' l-arja jirriżulta fi 750,000 sena ta' ħajja mitlufa kull sena fl-Ewropa[26]. - L-ekosistemi qed jitnaqqru b'rati li mhumiex sostenibbli minħabba konsumeriżmu kbir ta' riżorsi naturali [27]. Hemm ħtieġa kbira ta' azzjoni immedjata u sistematika fuq skala wiesgħa Sabiex nibdew nagħmlu differenza sinifikanti f'termini ambjentali – matul żmien relattivament qasir – hemm bżonn ta' livelli ogħla ta' użu u tqabbid ta' teknoloġiji ambjentali fuq livell ta' l-UE u dak globabli.. L-ekoinnovazzjoni għandha tkun il-prassi prinċipali fl-innovazzjonijiet Ewropej u għandha tkun in-norma meħtieġa madwar l-ekonomija kollha. Mhemm l-ebda lok għal serħan il-moħħ. IL-PROGRESS FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN Il-progress huwa deskritt skond il-linji prinċipali tal-Pjan. INWASSLU R-RIĊERKA FIS-SWIEQ Inżidu u niffokaw ir-riċerka u l-wiri Minn meta tnieda l-ETAP, madwar €1.4 biljun ingħataw għal proġetti ta' teknoloġija ambjentali bħala parti mis-Sitt Programm ta' Qafas. Fis-Seba' Programm ta' Qafas huwa stmat li sa 30% tat-€32 biljun ibbaġitjati ser jindirizzaw teknoloġiji ambjentali. Dan jinkludi: l-idroġenu u ċelluli tal-fjuwil, proċessi produttivi indaf, sorsi alternattivi ta' enerġija, is-sekwestru tas-CO2 , il-bijokarburanti u bijoraffineriji, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, it-teknoloġiji informazzjoni għal tkabbir sostenibbli, trasport nadif u effiċjenti, it-teknoloġiji ta' l-ilma, il-ġestjoni ta' ħamrija u skart, u materjali li jirrispettaw l-ambjent. Nistabbilixxu pjattaformi ta' teknoloġija Tnedew iżjed minn 30 Pjattaformi ta' Teknoloġija; numru minnhom jinkludu teknoloġiji ambjentali fost l-aġendi tagħhom[28]. Xi wħud mill-pjattaformi maħsuba biex jimplimentaw parti mill-għanijiet tagħhom permezz ta' inizjattivi konġunti fit-teknoloġija (JTI) billi joħolqu partenarjati pubbliċi/privati. Il-Verifika tat-Teknoloġija Ix-xogħol fuq is-Sistema ta' Verifika ta' Teknoloġiji Ambjentali miexi 'l quddiem. Hemm evidenza li n-nuqqas ta' verifika qed tkompli tfixkel l-aċċess għal teknoloġiji ambjentali ġodda[29]. Bħalissa xi wħud mill-proġetti ta' riċerka[30] qegħdin jiddefinixxu l-bażi ta' skema fl-oqsma ta' trattament ta' l-ilma, ir-rimedjazzjoni tal-ħamrija u t-tniġġis ta' l-arja. Ir-riżultati ppjanati jinkludu protokolli għall-ittestjar ta' dawn it-teknoloġiji. Qiegħed isir stħarriġ dwar is-suq sabiex jiġu identifikati oqsma ta' applikazzjoni xierqa[31]. Skema pilota mill-Programm LIFE ser tittestja sistema ta' verifika bbażata fuq 10-15-il teknoloġija. Lejn Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija L-għan tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija[32], li ġie adottat reċentement, huwa li titnaqqas in-nefqa ta' l-enerġija nadifa u li jqiegħed l-industrija ta' l-UE fuq quddiem tas-settur b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju li qiegħed jikber ġmielu. Il-pjan jidentifika dawk it-teknoloġiji li għalihom l-UE trid tattira r-riżorsi u taċċelera l-iżvilupp u l-użu. INTEJBU L-KUNDIZZJONIJIET TAS-SUQ Il-Miri tal-Prestazzjoni Saru studji sabiex titwaqqaf skema ta' miri tal-prestazzjoni fl-UE. Din tinkludi analiżi tal-programm Ġappuniż Top-Runner [33] , miri ta' prestazzjoni għal proċessi[34], u proġett pilota fuq il-gruppi ta' prodotti li ġejjin: siment, twieqi, tajers, trattament tad-demel u tessuti. Fuq il-bażi ta' dan l-istudju, konsultazzjoni pubblika għandha tidentifika l-aħjar ambjent operattiv għall-iskema, inkluż ir-rwol ta' l-ekotikkettjar, itttikkettjar ta' l-enerġija[35], u l-iffissar ta' normi għall-prodotti. Inqanqlu Strumenti Finanzjarji Sorsi importanti ta' finanzjar issa jinkludu: - Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) Ġew allokati €433 miljun biex jippromwovu l-ekoinnovazzjoni, skond il-pilastru ta' l-Intrapriżi u l-Innovazzjoni. Madwar €228 miljun ser jiġu allokati għall-iffinanzjar ta' strumenti b'mod partikulari il-Faċilità għat-Tkabbir u l-Innovazzjoni, immexxija mill-Fond Ewropew għall-Investimenti (FEI) li ser jinvesti wkoll flus fil-fondi kapitali ta' riskju fl-ekoinnovazzjoni, b'€205 miljun għal proġetti ta' replikazzjoni tas-suq u netwerks. €728 miljun ser jingħataw għall-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli. - Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) Il-BEI u l-Kummissjoni qed jiżviluppaw Faċilità għall-Iffinanzjar ta' Qsim ta' Riskju (l-RSFF) konġunta. L-għan huwa li jkun hemm aċċess aħjar għall-iffinanzjar tad-dejn, għal riċerka mill-privat u mis-settur pubbliku li hija ta' natura ta' riskju għoli. €2 biljuni ser ikunu jistgħu jingħataw għal proġetti li jaqgħu fit-temi ta' l-FP7 u l-mekkaniżmu ser iħalli lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jagħti sa € 10 biljun bħala self. - Politika ta' Koeżjoni ta' sostenn Bħalissa madwar 21% tal-fondi Strutturali ġew allokati għall-innovazzjoni, u l-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jgħollu dan is-sehem fil-perjodu ġdid ta' programmar. L-ekoinnovazzjoni, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u t-trasport urban nadif huma prijoritajiet fil-politika ta' Koeżjoni (2007-13). Il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar Koeżjoni jsostnu li l-intrapriżi għandhom jinvestu fl-ekoinnovazzjoni sabiex jiksbu pożizzjoni soda għall-ġejjieni[36]. - LIFE Il-Programm ambjentali LIFE kien ikkofinanzja madwar 2,750 proġett pilota innovattiv u ta' wiri mill-1992, b'investiment totali ta' aktar minn €2.6 biljun. Madwar żewġ terzi mill-investiment mar f'għajnuna għal proġetti li jippromwovu teknoloġiji ambjentali[37]. L-istrumenti bbażati fis-suq Riċentament il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar strument ibbażati fis-suq[38]. Din tanalizza strumenti b'effettività fin-nefqa (bħal taxxi fuq l-enerġija, trasport u sorsi oħra ta' tniġġis, u l-użu usa' ta' skemi ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet) li jistgħu jintużaw flimkien ma' inċentivi ta' regolamentazzjoni u ffinanzjar. L-għan tagħha huwa li tistimula dibattitu dwar l-użu ta' dawn l-istrumenti fuq livell Komunitarju u nazzjonali. L-analiżi ta' l-Għajnuna mill-Istat Ġie adottat il-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni. Dan jistipula l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-Qafas jinkludi referenza speċifika għall-ekoinnovazzjoni[39]. Ġew adottati wkoll il-linji gwida għal għajnuna mill-istat biex tgħin lill-SMEs fil-kapital ta' riskju. Bħalissa qiegħda ssir ukoll reviżjoni tal-Linji Gwida dwar Għajnuna Ambjentali mill-Istat. Din ser tinkludi kundizzjoni għall-għajnuna lill-intrapriżi li għandhom l-għan li jinvestu f'teknoloġiji ambjentali. L-Akkwist Ekoloġiku Uħud mill-Istati Membri bdew jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni dwar l-Akkwist Ekoloġiku Pubbliku – oħrajn qegħdin biex. Il-manwal tal-Kummissjoni dwar l-Akkwist Ekoloġiku qiegħed jitkompla jitqassam b'kull lingwa ta' l-UE. Sit ġdid ta' l-internet juri prassi tajba u strateġiji nazzjonali ta' l-akkwist ekoloġiku. Qiegħda titfassal għodda bbażata fuq l-internet sabiex tinkludi gwida legali u finanzjarja għall-uffiċjali ta' l-akkwist[40]. Inqajjmu Kuxjenza Sit ġdid ta' l-internet ta' l-ETAP u Bullettin li jagħti l-attwalità, żviluppi fil-politika, prassi li jippromettu fl-Istati Membri, kif ukoll diversi eżempji ta' ekoinnovazzjoni[41]. NAĠIXXU B'MOD GLOBALI Opportunitajiet globali ta' finanzjament Il-Programm Tematiku ta' l-UE għall-Ambjent u l-ġestjoni sostenibbli ta' Riżorsi Naturali (ENRTP)[42] iħares lejn il-konformità ma' standards ambjentali, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, u jista' jippromwovi teknoloġiji ambjentali Il-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta' l-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli (GEEREF)[43] għandu jipprovdi kapital inizjali ( seed capital ) għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli f'diversi reġjuni. Bħalissa l-BEI u l-Kummissjoni qegħdin jesploraw kif jistgħu jikkooperaw f'din l-iskema. Il-Faċilità ta' l-Iffinanzjar tat-Tibdil fil-Klima (CCFF) tal-BEI ser tgħin ukoll fl-iffinanzjar ta' proġetti globalment. Investiment u kummerċ responsabbli Fil-kuntest tan-negozjati tad-WTO dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ multilaterali (Doha Development Round) , il-Kummissjoni kienet minn ta' quddiem biex issostni t-tnaqqis u l-eliminazzjoni ta' tariffi, kif ukoll it-tneħħija ta' ostakli mhux tariffarji, fuq kummerċ ta' oġġetti, teknoloġiji u servizzi ekoloġiċi. Qiegħda wkoll tikkunsidra prospetti biex issegwi dawn il-kwistjonijiet b'pass mgħaġġel fil-Ftehim reġjonali għal Kummerċ Ħieles li ser tinnegozja f'dawn is-snin li ġejjin ma' xi wħud mill-imsieħba ewlenin tal-kummerċ tagħha, speċjalment fl-Ażja. IL-KOORDINAZZJONI Naqsmu bejnietna l-prassi li tipprometti: ir-Rotot Nazzjonali ta' l-ETAP Wieħed u għoxrin Stat Membru u n-Norveġja lestew rotot biex jimplimentaw l-ETAP. Dawn huma disponibbli publikament u jirrapreżentaw sors ta' għarfien sinifikanti dwar programmi, skemi u eżempji ta' prassi li jippromettu, fl-Istati Membri[44]. Analiżi tar-rotot turi li numru ta' skemi li jippromettu qed jiġu implimentati minn Stati Membri, u li hemm opportunità biex nibnu fuqhom u nitgħallmu minnhom madwar l-UE (ara l-Anness). L-eżempji jinkludu: - L-iskema ta' tariffi ta' alimentazzjoni (feed-in tariff) fil-Ġermanja għenet sabiex żdid l-użu ta' l-enerġija rinnovabbli – xi wħud mill-Istati Membri adottaw skemi simili. - Digriet nazzjonali Taljan jirrekjedi li għall-inqas 30% ta' oġġetti mixtrija minn awtoritajiet pubbliċi jkollhom oriġini riċiklata. - Il-politika nazzjonali u reġjonali Spanjola ħeġġet l-użu ta' l-enerġija mix-xemx, permezz ta' xi miżuri koordinati. - Il-Programm Nazzjonali ta' Simbjożi Industrijali tar-Renju Unit, għandu l-għan li jiffranka miljun tunnellata ta' skart f'kull reġjun fis-sena, permezz ta' skema ta' sensal għall-kumpaniji - Taħlita ta' skemi finanzjarji biex jippromwovu l-ekoinnovazzjoni, per eżempju dawk stabbiliti fl-Olanda, id-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja. Parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati: il-Forum dwar l-Ekoinnovazzjoni Il-Forum dwar l-ekoinnovazzjoni jipprovdi pjattaforma fejn dawk interessati jistgħu jiltaqgħu, jikkomunikaw u jipproponu azzjoni għall-ġejjieni. L-ewwel laqgħa tal-Forum saret f'Pozman, il-Polonja. It-tema ta' l-ewwel Forum kienet "L-Iffinanzjar ta' l-Ekoinnovazzjoni". Il-Forum dwar temi rilevanti għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena[45]. IL-KWISTJONIJIET U L-PRIORITAJIET GħALL-ĠEJJIENI Inżidu l-użu – Inżidu d-domanda Biex nibdew mixjin lejn bidla skond l-iskala rekwiżita, l-ekoinnovazzjoni għandha tinxtered madwar in-negozju u l-industrija kollha. Biex nieħdu benefiċċji sinifikanti, ir-rata li biha jiġu implimentati u wżati it- teknoloġiji ambjentali għandha tiżdied sinifikament. Gwadanni ambjentali kbar jistgħu jseħħu jekk nużaw teknoloġiji ambjentali li diġà jeżistu fis-suq, iżda l-problema hija li ħafna minnhom jibqgħu fi swieq niċċa. Eżempju wieħed huwa l-bozza tad-dawl b'effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija li għadha tammonta biss għal anqas minn 3% tas-sehem mis-suq Ewropew ta' bozoz tad-dawl[46]. Għandna bżonn nagħmlu sforzi ġodda sabiex inħajru t-tixrid u t-tqabbid ta' l-ekoinnovazzjoni fuq skala wiesgħa. Ir-rapport Aho dwar il-ħolqien ta' Ewropa innovattiva[47], il-Komunikazzjoni riċenti dwar l-innovazzjoni[48] u oħrajn[49], iħeġġu l-użu tal-" ġibda tad-domanda " ( demand pull ) sabiex tippromwovi l-innovazzjoni. "Swieq ewlenin" jistgħu wkoll jistimulaw id-domanda[50]. L-analiżi tar-rotot Nazzjonali ta' l-ETAP (ara l-Anness) turi li jsiru attivitajiet R&D tat-Teknoloġiji Ambjentali sistematikament fi kważi l-Istati Membri kollha – iżda l-politiki biex tiżdied id-domanda għadhom mhumix organizzati daqshekk tajjeb. Hemm bżonn ta' attività sistematika u koordinata min-naħa tad-domanda. L-Akkwist Ekoloġiku Pubbliku, l-istrumenti bbażati fis-suq, l-iffinanzjar tan-negozju biex jaqleb għal teknoloġiji ekoloġiċi, it-tkabbir ta' għarfien fin-negozju u fil-konsumaturi, kollha jridu jitkattru. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jżidu d-domanda kemm fuq il-livell Ewropew u dak ta' l-Istat Membru u jgħin għat-tqabbid ta' teknoloġiji u prodotti ambjentali fuq firxa wiesgħa. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isegwu u jkattru b'mod attiv dawk l-Azzjonijiet ETAP li jkomplu jżidu d-domanda b'mod sistematiku u koordinat[51]. Aktar Akkwist Ekoloġiku L-akkwist mis-settur privat u pubbliku huma minn-natura tagħhom differenti – it-tnejn jistgħu jidderiġuna kif inġibu ruħna fl-akkwist u jinfluwenzaw t-tqabbid. - L-akkwist fis-settur pubbliku jammonta għal madwar 16% tal-PGD ta' l-UE. Saret ħafna ħidma u issa jeħtieġ li l-implimentazzjoni prattika tibda taqbad madwar l-Ewropa. - L-akkwist fis-settur privat huwa wkoll importanti, għalkemm mhux regolat minn sett ta' regoli komprensivi. Kumpaniji kbar jinfluwenzaw u jagħmlu pressjoni fuq il-ktajjen tal-fornituri tagħhom. - Azzjoni Nibnu fuq dak li diġà sar u naċċelleraw L-Akkwist Ekoloġiku Pubbliku. Inxerdu mudelli ta' speċifikazzjonijiet għall-offerti. Nippreparaw fl-2007 il-Komunikazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, nistabbilixxu miri (volontarji), u nagħtu gwida dwar indikaturi u l-iffissar ta' normi. - Azzjoni: KE, SM, Dawk ikkonċernati jiżviluppaw strateġiji għall-akkwist mis-settur privat. Nimmobilizzaw investimenti finanzjarji akbar Is-settur finanzjarju (banek, kumpaniji ta' l-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, investituri) jista' jagħti sehem akbar biex iżid it-tqabbid ta' teknoloġiji ambjentali fl-industrija u n-negozji. Il-politika ta' Koeżjoni, billi tiffoka fuq l-ekoinnovazzjoni, l-inizzjattivi tal-BEI u l-FEI, u t-twaqqif tas-CIP, huma kollha qabżiet lejn din id-direzzjoni. Jistgħu jitqawwew l-azzjonijiet immirati lejn l-iskambju ta' l-aħjar prassi u lejn l-ingaġġ ta' l-aqwa istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u madwar l-Ewropa. - Azzjoni: Nimplimentaw strumenti finanzjarji ta' l-UE. Nużaw ir-riżorsi finanzjarji Komunitarji biex inkomplu nżidu l-impenji finanzjarji. Inlaqqgħu l-aqwa istituzzjonijiet finanzjarji. Inħeġġu linji gwida u miri għal investimenti finanzjarji fl-ekoinnovazzjoni. Nistabbilixxu Verifika tat-Teknoloġija u sistemi ta' Miri ta' Prestazzjoni L-istandards jistgħu jistipulaw livelli ta' prestazzjoni u jipprovdu assigurazzjoni fis-suq. Sistemi ta' Verifika jipprovdu lis-suq b'kejl ta' min joqgħod fuqu ta' prestazzjoni ambjentali. It-twaqqif ta' miri ta' prestazzjoni għal gruppi ta' prodotti jista' jġib prestazzjoni ambjentali aħjar. Jekk is-sistemi ta' miri ta' prestazzjoni jikkawżaw li prodotti jgħaddu għal settur ieħor, l-ekonomiji ta' skala kbira jistgħu jintrebħu. Bħalissa qed jesploraw l-irbit bejn l-iskema ta' miri ta' prestazzjoni u ta' ekotikkettjar. Teżisti opportunità sabiex ngħollu l-kriterji attwali ta' l-ittikettjar ta' prodotti u servizzi, bħal l-iskemi ta' l-Ekotikketta, it-Tikketta ta' l-Enerġija u l-Istilla ta' l-Enerġija, u biex inżommu ruħna aġġornati dwar żviluppi internazzjonali fi skemi simili. - Azzjoni: Niffinaliżżaw l-istudji għat-twaqqif kemm tal-Verifika tat-Teknoloġija u tal-miri tal-Prestazzjoni. Inħaddmu u niffinalizzaw skemi pilota. Infittxu ħoloq ma' skema ta' l-ekotikkettjar. Nippreparaw proposti leġislattivi għal verifika tat-teknoloġija ambjentali (2008) u komunikazzjoni dwar skemi ta' miri ta' prestazzjoni (2008). Nirrevedu u ntejbu skemi attwali tat-tikkettjar. Inżommu ruħna aġġornati dwar skemi internazzjonali. Nibnu fuq prassi ta' Stati Membri li tipprometti Mir-rotot nazzjonali ta' l-ETAP joħroġ ċar li xi politika li tipprometti għall-promozzjoni ta' l-ekoinnovazzjoni qegħda tintuża. Hemm opportunità kbira biex nitgħallmu u nibnu fuq dawn l-iskemi, b'mod partikulari dawk li jżidu d-domanda. Li nikkompetu fuq politiki ta' l-ekoinnovazzjoni jista' jservi biex nimmarkaw u nferrxu l-iskemi nazzjonali l-aktar effettivi. B'dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jitgħallmu minn, jadottaw u japplikaw politiki simili, sabiex joħolqu effett multiplikatur madwar l-Ewropa. - Azzjoni: Nistabilixxu fl-2007 il-fażi inizzjali fejn l-Istati Membri jipproponu xi skemi ta' l-aħjar prassi u jsir skambju ta' esperjenzi. Niżviluppaw regoli għall-implimentazzjoni ta' skema sħiħa sa l-2008. Niffokaw fuq setturi ta' gwadann għoli Fi żmien qasir, nistgħu niggwadannjaw ħafna billi niffokaw fuq setturi li jrendu ħafna u malajr f'termini ambjentali (strateġija "low hanging fruit"). Dan jeħtieġ li niffokaw fuq dawk is-setturi fejn l-ekoinnovazzjonijiet, teknoloġiji ambjentali, prodotti, proċessi u servizzi mtejba jistgħu jrendu gwadann ambjentali għoli. Is-setturi jinkludu: - Bini - Ikel u xorb - It-trasport privat - L-industriji ta' l-ilma użat u r-reċiklaġġ. Studies show that the environmental impacts of products are highest in the first three of these sectors [52] . Studji oħrajn jindikaw li dawn is-setturi joffru wkoll potenzjal ta' tkabbir sostenibbli [53] . Per eżempju, bħalissa l-Istati Membri f'inizzjattiva konġunta qegħdin jiffokaw fuq il-kostruzzjoni sostenibbli[54]. L -istrumenti ta' fondi għar-riċerka, akkwist ekoloġiku, standards ta' prestazzjoni, iffinanzjar, prassi nazzjonali li tipprometti u l-ottimiżmu ta' kundizzjonijiet regolatorji, jistgħu jintużaw għall-promozzjoni ta' l-ekoinnovazzjoni f'dawn is-setturi. Hemm ukoll opportunità biex dawn il-metodi jintużaw fil-formulazzjoni ta' swieq promittenti fejn l-ekoinnovazzjoni għandha rwol x'toffri. - Azzjoni: Mill-bidu ta' l-2007, nidentifikaw setturi ewlenin fejn it-teknoloġija u l-prodotti ta' l-UE jistgħu jkunu minn ta' quddiem fid-dinja kollha, li jirrendu gwadan ambjentali u ekonomiku għoli. Nevolvu il-miżuri ta' Sostenn Flimkien mal-ħames azzjonijiet biex ngħollu d-domanda, hemm bżonn ukoll ta' ħidma ta' sostenn ta' natura iżjed ġenerali. Nistabbilixxu osservatorju netwerk ta' l-ekoinnovazzjoni Hemm tassew bżonn ta' analiżi affidabbli ta' tendenzi fil-qasam ta' l-ekoinnovazzjoni. Billi jinġieb flimkien għarfien strateġiku u f'waqtu għall-organizzazzjonijiet pubbliċi Ewropej, negozju rilevanti u dawk li jiffinanzjaw, jaġevola aktar tkabbir u investiment[55]. Osservatorju netwerk ta' l-ekoinnovazzjoni jista' jinkludi xi wħud mill-istituzzjonijiet osservatorji ewlenin madwar l-Ewropa. L-EEA għandha tagħti sehem importanti sabiex jitfassal osservatorju netwerk bħal dan, u l-ħidma tista' tibni fuq firxa ta' proġetti u netwerks eżistenti. - Azzjoni: Nistabbilixxu t-termini ta' riferenza għal osservatorju netwerk (2007). Dan għandu jipprovdi statistika rilevanti, tendenzi li joħorgu u opportunitajiet globali għan-negozju. Nippromwovu l-għarfien u l-parteċipazzjoni attiva Aspett importanti ta' tkabbir ta' għarfien huwa illi nippromwovu l-parteċipazzjoni attiva mill-konsumaturi u l-kummerċ. It-twaqqif ta' Forum Ewropew dwar l-ekoinnovazzjoni huwa biss pass wieħed żgħir f'din id-direzzjoni. Jistgħu jsiru attivitajiet simili fuq livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. - Azzjoni: Nistabilixxu azzjonijiet ma' SM skond il-qafas LIFE+. Inwessgħu l-komunikazzjoni fuq il-livell KE. Inkomplu nlaqqgħu l-Forum Ewropew u nwessgħu l-parteċipazzjoni. Nippromwovu l-ekoinnovazzjoni internazzjonalment. L-użu tar-Riċerka Nistgħu niksbu l-aħjar riżultati billi nidderiġu u niffokaw ir-riċerka taħt is-Seba' Programm ta' Qafas, billi nistabbilixxu sinerġiji bejn it-temi ta' riċerka, pjattaformi teknoloġiċi, swieq ewlenin li qed jitfaċċaw u regolamentazzjoni. Riċerka dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni teknoloġika tista' wkoll tikkontribwixxi biex jitjiebu s-sistemi ta' verifika u standardizzazzjoni għall-ġejjieni. Fuq livell internazzjonali hemm opportunità għal promozzjoni ta' aktar riċerka dwar teknoloġiji ambjentali. - Azzjoni: Niffokaw it-temi ta' riċerka għal futur (2007-13) skond il-prijoritajiet ETAP u s-swieq ewlenin tal-ġejjieni fejn l-ekoinnovazzjoni għandha rwol. SINTEżI U AZZJONIJIET TA' PRIORITÀ GħALL-ġEJJIENI Sar ħafna progress – iżda baqa' ħafna xi jsir. Li nilqgħu l-isfidi ambjentali globali tagħna, li nippermettu li l-ekoinnovazzjoni tirrendi benefiċċji ambjentali u ekonomiċi fuq skala wiesgħa u li l-Ewropa taħtaf l-opportunitajiet – l-attivitajiet kollha jridu jkunu aċċellerati u mqabbda fuq skala ġdida, b'ħafna aktar enfasi fuq id-domanda. Fil-qosor, qegħdin niffokaw fuq 5 azzjonijiet li jżidu d-domanda u 3 miżuri ta' sostenn: INŻIDU D-DOMANDA: - Aktar Akkwist Ekoloġiku - Nimmobilizzaw investimenti finanzjarji akbar - Nistabbilixxu Verifika tat-Teknoloġija u sistemi ta' Miri ta' Prestazzjoni - Nibnu fuq prassi ta' Stati Membri li tipprometti - Niffokaw fuq setturi ta' gwadann għoli MIŻURI TA' SOSTENN: - Niżguraw riżors ta' għarfien strateġiku dwar l-ekoinnovazzjoni - Nippromwovu l-għarfien u l-parteċipazzjoni attiva - Nużaw ir-Riċerka [1] Stern Review: [2] Millennium Ecosystem Assessment [3] Living Planet Report 2006 [4] Ekoinnovazzjoni tfisser kwalunkwe innovazzjoni li tagħmel ġid lill-ambjent – tħaddan innovazzjoni fit-teknoloġija, fil-proċessi u fil-kummerċ. [5] COM(2005) 330 finali [6] Kunsill 7775/06 [7] Kunsill 10117/06 [8] ec.europa.eu/education/policies/educ/eit/index_en.html [9] Presidency Conclusions, July 2006 Turku, Finland [10] Ecological Industry Policy, Memorandum for a "New Deal" German Ministry for the Environment (2006) [11] COM (2004) 38 finali [12] COM(2005) 16 finali [13] L-ekoindustrija, il-qies tagħha, l-perspettivi ta' l-impjieg u l-ixkiel għat-tkabbir ta' UE akbar. (2006) [14] L-ekoindustrija, il-qies tagħha, l-perspettivi ta' l-impjieg u t-tfixkil għat-tkabbir ta' UE akbar. (2006) [15] Wind Force 10 GWEC (2005) [16] Solar Generation EPIA (2006) [17] Ambjent, Innovazzjoni, Impjieg. Il-Ministeru tal-Ġermanja għall-Ambjent 2006 [18] European Business Facts and Figures 2005 [19] L-Analiżi ta- l-ekoindustriji ta' l-UE, il-potenzjal tagħhom ta' impjieg u esportazzjoni. ECOTEC (2002) [20] Ir-Revista Annwali ta' Dow Jones Sustainability Indexes (2006) [21] European Cleantech Investment Report (2006) [22] Cleantech goes global, Environmental Finance (Ġunju 2006) [23] European SRI Study – 2006. European Social Investment Forum [24] Greenhouse gas emissions trends and projections in Europe 2006. EEA (2006) [25] LRTAP Convention Emission Inventory 1990-2004. EEA (2006) [26] Health Aspects of Air Pollution WHO (2004) [27] COM(2006) 216 finali [28] cordis.europa.eu/technology-platforms [29] Environmental Innovation - bridging the gap between environmental necessity and economic opportunity (DTI 2006) [30] Bl-Ingliż: www.promote-etv.org; Bl-Ingliż: www.est-testnet.net; Bl-Ingliż: www.eurodemo.info [31] Stħarriġ dwar is-suq ta' kumpaniji fuq il-potenzjal ta' sistema ta' verifika madwar l-UE kollha IPTS (għandu jiġi ppublikat) [32] COM(2006)847. COM(2007) 1 finali [33] Il-Programm Top Runner fil-Ġappun – l-effettività u l-implikazzjoni tiegħu għall-UE, L-Aġenzija Svediża għall–Protezzjoni Ambjentali (Novembru 2005) [34] Performance Targets in Production Processes, IPTS (għadu mhux ippubblikat) [35] Id-Direttiva 92/75/KE u 2005/32/KE [36] Ir-Regolament tal-Kunsill 1083/2006 id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE [37] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/environment/life [38] COM(2007)140final [39] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/reform/rdi_en.pdf [40] Ara bl-Ingliż: http://ec.europa.eu/environment/gpp [41] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/environment/etap [42] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/development/body/theme/environment/ENRTP.htm [43] COM(2006)583 [44] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/environment/etap/roadmaps_en.htm [45] Bl-Ingliż: ec.europa.eu/environment/etap/forum_en.htm [46] (2006) [47] Creating an Innovative Europe. Kummissjoni Ewropea, EUR22005(2006) [48] COM(2006) 502 finali [49] A Will to Compete: a competitive, clean and cleverEurope (2006) [50] Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea. SEC(2006) 1467/2 [51] Aktar azzjonijiet jistgħu jittieħdu, fuq bażi tar-riżultati tal-Green Paper dwar strumenti bbażati fis-suq [52] L-Impatt Ambjentali ta' Prodotti EIPRO, u IMPRO jfittxu metodi kif inaqqsu dawn l-impatti L-istudji huma bbażati fuq analiżi ta' ċiklu tal-ħajja, allura pereżempju, "Bini" jinkludi kostruzzjoni ġdida, manutenzjoni, tiswija u demolizzjoni. Hawnhekk it-terminu "Bini" qed jintuża flok "Djar". Dan jinkudi għamara, apparat domestiku u enerġija għal skopijiet bhal ilma sħun u sħana tal-kmamar. [53] www.popa-ctda.net; www.ectp.org [54] www.ukswedensustainability.org [55] L-Osservatorju ICT joffri servizz simili. Bl-Ingliż: www.eito.com