52007DC0155

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Ir-regolazzjoni u s-swieq tal-komunikazzjoni elettronika Ewropea 2006 (IT-12-IL Rapport) {SEC(2007) 403} /* KUMM/2007/0155 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.3.2007

KUMM(2007) 155 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

IR-REGOLAZZJONI U S-SWIEQ TAL-KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA EWROPEA 2006 (IT-12-IL RAPPORT){SEC(2007) 403}

1. DAħLA

L-inizjattiva kbira tal-Kumissjoni għall-politika tas-soċjetà ta' l-informazzjoni u tal-midja, l-i2010[1], tikkonfronta l-isfida ta' konverġenża u l-bidla teknoloġika veloċi b'qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika li jippromwovi l-kompetizzjoni, l-investiment, l-innovazzjoni, is-suq uniku u l-benefiċċji għall-konsumatur.

Madankollu, sabiex jitwettaq il-potenzjal kollu tas-suq intern, hija meħtieġa aktar konsistenza ta' l-applikazzjoni madwar l-UE u t-tisħiħ tal-qafas f'oqsma bħal ġestjoni ta l-ispektrum. Il-Kummissjoni issa qed tirrevedi l-qafas, u se tressaq il-proposti tagħha f'nofs l-2007.

Din il-komunikazzjoni teżamina s-suq, l-iżviluppi regolatorji u tal-konsumatur fis-settur fl-2006, u tikkumplimenta r-Rapport Annwali i2010[2] u r-rapport li għandu joħroġ dwar ir-reviżjonijiet tas-suq. Hija bbażata fuq dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni adottat fl-istess ħin.

Is-sitwazzjoni regolatorja hija dik tal-31 ta' Diċembru ta' l-2006. Id- data tas-suq, sakemm mhux indikat mod ieħor, tkopri l-perjodu sa l-1 ta' Ottubru 2006.

2. ŻVILUPPI TAS-SUQ

Ħarsa ġenerali

Is-servizzi tal-komunikazzonijiet elettroniċi jkomplu jirrappreżentaw l-akbar parti tas-settur ta' l-ICT, u jgħoddu għal madwar 44.5%[3], bejn wieħed u ieħor l-istess ammont tas-sena ta' qabel. Id-dħul tas-settur kien bejn wieħed u ieħor €649 biljun fl-2006, €289 biljun ġew3 mit-telefonija fissa, telefonija mobbli, servizzi tad- data fissi u l-kejbil.

It-tkabbir totali tad-dħul kien stmat għal 2.3%[4], anqas mir-rata għall-2005 ta' bejn 3.8% u 4.7%; il-volumi tat-traffiku żdiedu fis-setturi kollha.

Is-settur jibqa' wieħed dinamiku għall-aħħar. Parteċipanti ġodda bħall-kumpaniji ta' l-internet qed jidħlu fis-suq għat-telefonija IP u qed jużaw il-bażijiet kbar ta' klijenti tagħhom sabiex jieħdu vantaġġ kompetittiv. Għalhekk dawn ipoġġu pressjoni fuq operaturi tradizzjonali tal-linji fissi u mobbli sabiex jiżviluppaw strateġiji ġodda, fosthom investiment fil- broadband u netwerks tal-ġenerazzjoni joħolqu għejun ta' dħul ġodda u li jrendu aktar per eżempju, permezz ta' servizzi ta' kontenut.

It-telefonija fissa tal-vuċi kompliet tnaqqas iżda xorta tibqa' l-aktar importanti fejn jidħol dħul fis-suq fiss. Il-kompetizzjoni dejjem aktar ħarxa u s-sostituzzjoni mis-servizzi tal-mowbajl (u fuq livell anqas il-VoIP) huma l-fatturi ewlenin. It-tnaqqis totali tad-dħul mis-servizzi fissi fl-2006 kien stmat bejn 4,5%[5] u 5.1%..

Il- broadband huwa l-aktar settur li qed jikber malajr, bi tkabbir tad-dħul stmat bejn 7.8%5 u 8.5%3 u hekk qed jgħin sabiex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul mis-sistemi tal-vuċi. Fl-2006 kien hemm aktar minn 20 miljun linja broadband ġ odda , żieda ta' 39% fuq l-2005. L-ixpruni ewlenin jibqgħu ir-regolazzjoni effettiva u l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura.

Id-dħul mis- servizzi tal-mowbajl kiber b'rata ta' 4.6%3, aktar baxxa milli fl-2005. Filwaqt li l-użu tal-mowbajls kompla jiżdied, is-suq tal-vuċi mobbli qed juri sinjali ta' maturità. Il-prezzijiet komplew neżlin bħala riżultat ta' kompetizzjoni dejjem tiħrax: Il-basktijiet OECD tal-prezzijiet tas-servizzi mobbli domestiċi għal xejriet tipiċi tal-konsum tipiċi juru tnaqqis sa 13.9% madwar l-UE kollha bejn l-2005 u l-2006.

Finanzjament tas-settur, investiment

Fl-2006, l-investiment fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, meta meqjus f'termini ta' nfiq kapitali, huwa stmat li tela' għal aktar min €47 biljun, 5% aktar mill-2005. Din kienet ir-raba sena konsekuttiva li fiha kien hemm żieda fil-livelli ta' l-investiment mill- 2003 'l hawn[6].

L-ammont investit minn operatur tradizzjonali tipiku tas-servizzi tal-mowbajl kien ta' bejn wieħed u ieħor 13,3% tad-dħul tiegħu, filwaqt li l-operatur tipiku ewlieni investa madwar 12.7% tad-dħul tiegħu. L-akbar ħames swieq jgħoddu għal madwar 70% ta l-investiment totali fil 25 ta' l-UE[7].

L-Ewropa tinvesti aktar f'termini assoluti mill-Istati Uniti jew mill-Ġappun. It-tkabbir Ewropew kien ukoll aktar qawwi fl-2006[8].

Attivitajiet ta' fużjonijiet u akkwisti baqgħu importanti. Fl-2006, it-transazzjonijiet totali fl-UE huma madankollu stmati li waqgħu ftit mill-livell ta' €70 biljun tas-sena l-oħra[9]. Fatturi tipiċi li jmexxu n-negozji kienu l-bżonn li tinkiseb skala pan-Ewropea, enfażi li jimxi mill-vuċi għad- data u d-dħul kontinwu ta' kapital spekulattiv minn gruppi privati ta' ishma li jagħmlu l-qliegħ minn rati ta' l-imgħax baxxi .

Attività transkonfinali

Bħala medja, terz tad dħul jinġabar minn attività fi Stat Membru differenti minn dak ta' l-operatur. Dan l-iżvilupp qed jibdel l-orjentazzjoni tan-negozju ta' l-operaturi ikkonċernati u l-fehmiet tagħhom dwar il-politika .

Is-sors ewlieni tad-diversifikazzjoni ġeografika intra-UE huwa s-settur mobbli. Fl-2006, l-impriża tradizzjonali medja Ewropea ta' servizzi fissi baqgħet fil-biċċa l-kbira marbuta ma' pajjiżha stess; in-negozji Ewropew ta' l-operaturi tradizzjonali Żvediżi, Spanjoli u Franċiżi kienu l-aktar diversifikati b'din il-miżura (madwar 41% jew aktar attivitajiet ta' l-UE barra).

Għalhekk, minkejja li s-settur tat-telekomunikazzjoni Ewropew jikkompara tajjeb ma' l-oħrajn, hemm skop sinifikanti għat-tisħiħ tas-suq intern f'dan ir-rispett.

Wara sena iebsa fl-2005, id-dehra finanzjarja għall-parteċipanti ewlenin fil-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Ewropa tjiebet kemmxejn fl-2006. Kif imkejjel mid-Dow Jones Euro Stoxx Telecoms Index, il-valur tas-settur żdied bi 11,53% fl-2006; matul tliet snin, iż-żieda kienet ta' 23,84%[10]

Grafika 1:

[pic]Raġuni waħda għall-prestazzjoni daqshekk volatili tas-settur sa mill-2003 tista' tkun inċertezza dwar il-mudelli tan-negozju tal-futur. Operaturi diġà stabbiliti fl-UE għadhom jiddependu għal madwar 60% tal-EBITDA[11] tagħhom fuq in-negozju tradizzjonali tal-vuċi u ta' aċċess.

Fis-settur mobbli, dħul sostanzjali li jidħol minn servizzi tal-ġenerazzjoni li jmiss qed idum biex jaqbad. Madankollu għalkemm f'nofs l-2006 id-dħul ta' l-operaturi Ewropej minn teknoloġija li mhux tal-vuċi(l-aktar l-SMS) kien stmat għal 17%, dan kien ogħla b'mod sinifikanti miċ-ċifri komparabbli għall-Istati Uniti[12]

Konverġenza Il-biċċa l-kbira ta' l-operaturi fissi u mobbli qegħdin gradwalment jaġġornaw l-infrastrutturi eżistenti sabiex ikollhom veloċità akbar għad-data u għal-servizzi konverġenti. Netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss se jippermettu l-forniment aktar effiċjenti ta' servizzi multipli fuq l-istess infrastruttura. Il-kontenut qed isir fattur importanti, bl-iżvilupp ta' servizzi bħal IP-TV u t-TV mobbli, iħallu l-parteċipanti fis-suq jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom. Hemm xejra ċara lejn prodotti offruti f'daqqa, fejn l-operaturi joffru varjeta ta' servizzi għal prezz fiss wieħed. Stħarriġ ta' l-UE[13] juri li 19% tal-familji ta' l-UE huma miktuba għal minn ta' l-anqas servizz wieħed f'daqqa u li l-aktar servizz mixtri huwa offerta ''double play' ta' linja fissa tal-vuċi u servizz ta' l-internet. |

Grafika 2:

[pic] Mobbli

Il-valur totali tas-suq tas-servizzi tal-mowbajl fl-UE huwa stmat li jiswa €133 biljun[14]. Il-penetrazzjoni issa qabżet il-marka nozzjonali ta' 100% u waslet għal 103% meta mqabbla mal-95% tas-sena l-oħra. Issa hemm 478,4 miljun utent tal-mowbajl fl-UE.

Grafika 3:

[pic]

Il-Lussemburgu qiegħed fuqnett tal-lista b'171%( dan jinkludi ukoll utenti le jiġu minn pajjiżi ġirien li huma Stati Membri), segwit mil-Italja b'134% u l-Litwanja b'133%. It-tkabbir madankollu kien anqas minn dak ta' l-2005, li x'aktarx ifisser li s-suq qed jimmatura.

In-numru ta' fornituri ta' servizz mobbli (MVNOs, fornituri ta' servizzi avvanzati, bejjiegħa sempliċi) kompla jiżdied, bl-akbar numru fir-Renju Unit (70) u l-Olanda(60). It-total fuq sena żdied b'76, u issa qiegħed 290.

Filwaqt li hemm skop għal progress akbar, il-kompetizzjoni akbar qed tnaqqas il-prezzijiet. Prezzijiet medji għal xahar għal basket ta' użu medju għal sejħiet nazzjonali / SMS[15] juru x-xejra li ġejja:

Grafika 4:

[pic]

3G

Hemm sinjali li s-sistema 3G qed tintuża aktar: fl-Italja, per eżempju, ir-regolatur jistima li hemm madwar 12–il miljun abbonat għat-3G, meta mqabbla mat-2.6 miljuni fl-aħħar ta' l-2004. Bejn 10% u 15% ta' l-abbonati għal mowbajl fl-Ewropa għandhom telefown 3G.

Roaming

Il-prezzijiet medji bl-imnut għal sejħiet waqt ir- roaming qed jibqgħu dejjem ogħla mill-prezz ekwivalenti għal sejħiet domestiċi mobbli, minkejja inizjattivi għal żieda tat-trasparenza fit-tariffi, fosthom it-tnedija ta' websajt għall-konsumatur mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn id-differenzi fil-prezz ma jistgħux jiġu spjegati bid-differenzi fl-ispejjeż għall-operaturi.

Il-Kummissjoni temmen, kif ikkonfermat mill-konklużjonijiet ta' l-aħħar Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tar-Rebbiegħa li għaddiet, li hemm benefiċċji għall-konsumaturi, SMEs u negozji minn prezzijiet orħos tar- roaming u min-naħa l-oħra tgawdi minnhom l-ekonomija kollha ta' l-UE, u għalhekk iproponiet f' Lulju ta' l-2006 miżura tas-suq uniku f'forma ta' Regolament dwar ir- roaming fil-Komunità. Il-proposta qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill, u għandha tkun approvata sas-Sajf ta' l-2007.

Vuċi fissa

Il-valur totali tas-suq tal-vuċi fiss fl-UE huwa stmat li jiswa €83 biljun[16].

Il-kompetizzjoni fis-suq fiss kompliet tiħrax matul is-sena bil-prezzijiet għas-sejħiet nazzjonali u internazzjonali dejjem jorħsu aktar. Il-portabbiltà tan-numru fiss tkompli tikkontribwixxi għall-kompetittività tas-suq.

Grafika 5:

[pic]

L-operaturi stabbiliti qed ikomplu jitilfu mis-sehem tas-suq f'pajjiżhom, filwaqt li numru ta' operaturi ġodda bdew joffru s-servizzi. Madankollu, f'numru ta' każijiet l-aktar kompetizzjoni sinifikanti hija pprovduta milll-operaturi l-kbar, fosthom BT, Deutsche Telekom, France Telecom, Telefónica u Telecom Italia, waqt li jkomplu jistabbilixxu u jżidu l-preżenza tagħhom fi Stati Membri barra s-swieq ta' pajjiżhom.

Grafika 6:

[pic]

Broadband

Il-valur totali tas-suq tad- data fissa fl-UE huwa stmat li jiswa €58,5 biljun[17]. L-użu tal- broadband dejjem qed jikber, b'aktar minn 20 miljun linja ġdida minn Ottubru 2005 sa Ottubru 2006.

L-użu tal- broadband laħaq 15,7% tal-popolazzjoni ta' l-UE (kważi 73 miljun linja), minn 11,4% is-sena l-oħra.

Grafika 7:

[pic]

Madankollu, id-differenza bejn l-aktar Stat Membru li sejjer tajjeb u dawk bi prestazzjoni anqas qiegħed dejjem jiżdied hekk kif l-Istati Membri b'rati ta' penetrazzjoni ogħla qed jikbru aktar malajr. Tmienja għandhom penetrazzjoni ta' anqas minn 10%.

Paragun internazzjonali.

L-aktar pajjiżi ta' l-UE li sejrin tajjeb huma fost l-aqwa fid-dinja: f'sitt Stati Membri l-użu qabeż l-20% tal-popolazzjoni, u qed jikber aktar malajr minn pajjiżi oħra bħall-Ġappun u l-Korea t' Isfel.

Grafika 8:

[pic]

Il-veloċità tat-trasmissjoni tal- broadband tvarja madwar l-UE, li bħala medja xorta għada lura mill-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea[18] Sa ċertu punt dan jista' jiġi spjegat bid-densità għolja tal-popolazzjoni tal-Korea t'Isfel u tal-Ġappun, u l-preżenza ta' netwerks tal-kejbil b'kapaċità aktar għolja fl-Istati Uniti meta mqabbla ma' diversi pajjiżi ta' l-UE. Din il-qasma tista' tonqos hekk kif il-pressjoni kompetittiva fl-UE tressaq l-investiment lejn netwerks ta' veloċità għolja.

Fatturi li jaffetwaw l-introduzzjoni ta' l-infrastruttura broadband

Bħala medja, operaturi ġodda issa għandhom 52% tas-suq, 'il fuq mid-49.8% tas-sena l-oħra (jekk telimina prodotti li jerġgħu jinbigħu, parteċipanti ġodda għandhom sehem mis-suq ta' 40.7%). Hemm qbil ġenerali li l-kompetizzjoni hija ixprun ewlieni sabiex il-broadband jiżdied fl-użu. Stati Membri bħall-Olanda u d-Danimarka, fejn hemm infrastrutturi li qed jikkompetu, jidhru li sejrin l-aħjar. Regolazzjoni effettiva ts-suq li tippermetti aċċess għall-infrastruttura ta' min hu responsabbli tistimula l-kompetizzjoni wkoll, u azzjoni deċisiva ta' regolazzjoni fi Franza u fir-Renju Unit, per eżempju, żgur li kienet importanti.

Apparti milli ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq, regolazzjoni tajba tippermetti li operaturi alternattivi gradwalment jimxu minn kompetizzjoni bbażata fuq is-servizzi għal waħda bbażata fuq l-infrastruttura. B'kuntrast, il-lakuni fil-prestazzjoni jistgħu jiġu osservati fl-Istati Membri fejn politika ta' regolazzjoni batuta hija marbuta man-nuqqas ta' infrastruttura li tikkompeti.

Il-livelli tal-prezzijiet ta' aċċess kemm ta' dawk kompletament unbundled kif ukoll ta' dawk li jintużaw flimkien ma' ħaddieħor, qed jonqsu madwar l-UE kollha, għalkemm it-tnaqqis ta' dawk li huma kompletament unbundled tidher li hi anqas. Filwaqt li hu veru li t-tkabbir fl-arranġamenti ta' bejgħ mill-ġdid tal- broadband kien jispikka fl-2006 (żieda ta' 124%), fornituri alternattivi komplew telgħin l-iskaluni ta' l-investiment, b'aktar minn 4.1 miljun loop lokali ġdida tat-tip kompletament unbundled (żieda ta79%) li bosta biljuni ta' euro ta' investiment għal infrastruttura ġdida.

Saru irkanti għal-liċenzji WiMAX, CDMA, UMTS, HSDPA and LMDS f'diversi Stati Membri fl-2006. Dan għandu jsaħħaħ aktar użu ġdid tal- broadband u jgħaġġel il-proċess sabiex jintlaħqu żoni mbiegħda u fejn jgħixu ftit nies u fi Stati Membri ġodda.

3. L-AMBJENT REGOLATORJU

Leġislazzjoni nazzjonali

It-traspożizzjoni tal-qafas regolatorju fil-liġi nazzjonali tal-25 Stat Membru tlestiet fl-2006 bl-adozzjoni ta' leġislazzjoni primarja mill-Greċja. Iż-żewġ Stati Membri l-ġodda wkoll innotifikaw il-leġiżlazzjoni primarja, li fil-każ tar-Rumanija tirrelata mal-qafas sħiħ u fil-każ tal-Bulgarija tkopri parti.

Seħħ ukoll titjib fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, partikolarment fid-Danimarka (proċeduri ta' appell), fl-Olanda (drittijiet tal-passaġġ), u Franza u Spanja (protezzjoni tal-konsumatur).

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni hija kkonċernata li l-emenda fl-Att tat-Telekomunikazzjoni Ġermaniż se teżenta lis-swieq ġodda mir-regolazzjoni taħt kundizzjonijiet anqas onerużi minn dawk tal-liġi Komunitarja.

Deregolazzjoni

F'xi pajjiżi, impenji volontarji minn parteċipanti dominanti ġew aċċettati mir-regolatur bħala alternattiva għal-regolazzjoni sħiħa (Ir-Renju Unit), jew leġiżlazzjoni adottata sabiex tkun tista' tinforza impenji bħal dawn (L-Italja). Il-flessibbiltà kienet ukoll l-għan tas-separazzjoni funzjonali għall-aċċess tan-netwerk fiss ta' dak responsabbli min negozju tiegħu bl-imnut u mhux, bħal dak fl-Ingilterra jew dak li qed jiġi kkunsidrat fi Stati Membri oħrajn.

Filwaqt li l-istħarriġ ta' bosta swieq rilevanti, kif wieħed jistenna fl-ewwel fażi, rriżulta fl-impożizzjoni ta obbligi għal-parteċipanti dominanti, qalba ta' swieq tista' tiġi identifikata fejn kienet possibbli d-deregolazzjoni.

Dan kien il-każ f'bosta Stati Membri fejn tneħħew l-obbligazzjonijiet bħala riżultat tas-sejba li s-swieq ta' l-aċċess mobbli u tas-sejħiet internazzjonali kienu kompetittivi. F'xi każi l-piż regolatorju tnaqqas fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq, per eżempju fil-Belġju, Spanja, Franza u l-Olanda fis-suq tat-telefonija residenzjali fissa.

NRAs

Indipendenza

In ġenerali l-NRAs ikkonsolidaw l-awtorità u l-indipendenza tagħhom. Tqanqlu xi dubji, iżda, fil-każ tas-Slovakkja fir-rigward tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u l-kontroll tal-proprjetà Statali tal-parteċipanti fis-suq. Tħassib ġdid dwar l-indipendenza u l-imparzjalita ta' l-NRA il-ġdida inqala' fil-Polonja, fuq kollox, fid-dawl ta' l-abolizzjonita' dak ta' qablu u l-firxa tal–poteri ta' tneħħija li għandu l-gvern. Safejn twassal l-influwenza politika dwar deċiżjonijiet regolatorji minn jum għal jum f'xi Stati Membri hija kwistjoni li għandha tiġi eżaminata aktar. Parteċipazzjoni ġdid u investiment transkonfinali jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom biss fejn l-indipendenza u l-imparzjalità tar-regolatur tista' tkun fdata mis-suq.

Stħarriġ tas-suq

Il-proċess ta' notifikazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni u ta' NRAs oħrajn skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas huwa għodda importanti sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji ta' politika ta' regolazzjoni konsistenti jaslu għand l-utenti Ewropej kollha.

Ħafna NRAs issa lestew l-ewwel parti ta' l-analiżi tas-suq u nnotifikaw ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-NRAs oħrajn. Madankollu hemm dewmien fl-implimentazzjoni tar-rimedji f'numru ta' Stati Membri għal raġunijiet li jvarjaw minn kunsiderazzjonijiet proċedurali bħall-appelli, għall-fatt li f'xi każi r-rimedji jiġu imposti biss wara ftit żmien li tinstab saħħa tas-suq sinifikanti (per eżempju fil-Ġermanja), jew ma jkunux dettaljati biżżejjed biex jipproduċu effett immedjat fis-suq.

Barra dan, ħarġu numru ta' inkonsistenzi bejn ir-rimedji imposti fis-sitwazzjoni ta' suq partikolari minn NRAs differenti. Per eżempju offerti ta' aċċess bistream għadhom mhumiex disponibbli b'mod konsistenti madwar l-UE, u r-rati tat-terminazzjoni tas-sejħiet ikomplu jiddiverġu. Meta jitqies li l-parteċipanti tas-suq jiġġeneraw madwar terz tad-dħul tagħhom fl-Istati Membri li mhumiex pajjiżhom, aktar tkabbir transkonfinali jissaħħaħ jekk tinkiseb aktar konsistenza.

Il-Kummissjoni se tieħu ħsieb kull kwistjoni mqajma hawn dwar l-indipendenza, il-proċedura u l-konsistenza tar-regolazzjoni fl-istħarriġ tal-qafas attwali.

Appelli

Id-dritt ta' l-appell kontra deċiżjonijiet ta' l-NRAs huwa prinċipju fundamentali tal-qafas. Madankollu, it-tul tal-proċess ta' l-appell huwa kwistjoni f'għadd ta' Stati Membri, per eżempju fl-Italja u fil-Portugall, fejn il-proċeduri jistgħu jdumu minn erba' sa sitt snin, u fil-Greċja, fejn l-ogħla qorti amministrattiva għadha qatt ma ħarġet deċiżjonijiet minkejja l-fatt li xi każi ilhom pendenti sa mill-2001

F'xi ġurisdizzjonijiet (il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, l-Olanda, is-Slovakja, l-Iżvezja), deċiżjonijiet ta' stħarriġ tas-suq jiġu appellati sistematikament, u tista' tkun neċessarja azzjoni li tinċentiva mod aktar raġonevoli mill-operaturi tas-suq.

Kwistjonijiet dwar l-ispektrum

Il-valur totali tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jiddependu mill-użu ta' l-ispektrum huma stmati li jaqbżu l-€200 biljun, u b'hekk il bżonn ta' ġestjoni tajba ta' l-ispektrum huwa fattur kritiku għas-suċċess ta' l-ekonomija ta' l-UE. Riċerka riċenti turi li ġestjoni effettiva ta' l-ispektrum madwar l-Istati Membri kollha tista' tiġġenera tkabbir tal-PGD sa 0.1%[19]

Numru ta' Stati Membri bdew iwettqu ġestjoni aktar flessibli u liberali ta' l-ispektrum tar-radju f'relazzjoni ma' l-użu newtrali mil-lat teknoloġiku u tas-servizz) l-irkantar, l-użu maqsum u l-awtorizzazzjoni ġenerali. Oħrajn introduċew negozju sekondarju. Madankollu, metodi diverġenti bejn l-Istati Membri jibqgħu fuq kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet.

Barra minn dan, għad trid titlesta l-implimentazzjoni ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni ta' l-ispektrum, per eżempju dwar apparat ta' radar b'medda qasira għall-karozza u dwar sistemi ta' aċċess bla wajers.

Il-Kummissjoni qed teżamina dawn in-nuqqasijiet fil-kuntest tar reviżjoni, sabiex iżżid il-potenzjal tas-suq intern.

Ix-xandir

In-netwerks terrestri jibqgħu l-mekkaniżmu ewlieni għar-riċezzjoni tal-kontenut televiżiv (aktar minn 50% tad-djar fl-UE) fil-maġġoranza ta' l-Istati Membri, segwit mill-kejbil u mis-satellita. L-IP-TV, li għadu suq partikulari, kiber f'numru ta' pajjiżi fl-2006.

Il-qalba mix-xandir terrestri analogu għal dak diġitali issa tħejjiet fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri fil-limitu ta' ħin rakkomandat mill-Kummissjoni (2012) għalkemm xi wħud għadhom qed isibu diffikultajiet biex jagħmlu hekk.

Ir-rimedji imposti mill-NRAs ħafna drabi jolqtu x-xandir terrestri, minbarra pajjiżi fejn il-kejbil huwa mifrux sew. L-analiżi tas-swieq tas-servizzi ta' trasmissjoni tax-xandir, anqas familjari għal ħafna NRAs, għadha mhix kompluta.

In-numerar għal VoIP

L-iskemi ta' numerar disponibbli għal servizzi tal-VoIP ivarjaw ħafna. Diversi Stati Membri (il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovenja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Renju Unit) jippermettu lil fornituri tal-VoIP joffru numri kemm ġeografiċi kif ukoll mhumiex. Oħrajn jillimitaw id-disponibbiltà ta' numri ġeografiċi għal ċertu tipi ta servizzi VoIP.

Dawn in-nuqqasijiet jillimitaw il-ħila tal-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi madwar l-Ewropa kollha u l-Kummissjoni sejra tfittex metodi biex issolvi dawn il-kwistjonijiet u oħrajn ta' numerazzjoni fir-reviżjoni tal-qafas regolatorju.

Kontroll u infurzar

Matul l-2006 il-Kummissjoni fetħet tliet proċeduri li jiffukaw prinċipalment fuq in-nuqqas ta' disponibbiltà għall-awtoritajiet ta' emerġenza ta' informazzjoni dwar fejn jinsab l-min qed iċempel għal sejħiet fuq il-112, u n-nuqqas ta' xi NRAs sabiex jiżguraw li jlestu r-reviżjonijiet tas-suq fil-ħin.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kella l-ħila ttemm il-proċeduri wara azzjoni mill-Istati Membri dwar, fost l-oħrajn, l-indipendenza ta' l-NRAs, l-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-reviżjoni tas-suq, l-effett ta' sospensjoni ta' l-appelli u l-mekkaniżmu ta' nomina għall-fornitur tas-servizz universali, u kwistjonijiet tal-konsumatur bħal servizzi tad-direttorju, portabbilità tan-numru u l-post fejn ikun min qed iċempel f'xi każi.

4. ŻVILUPPI RIGWARD IL-KONSUMATURI

Servizz universali

Diversi Stati Membri nnominaw fornituri universali tas-servizz fl-2006. Ir-Repubblika Ċeka., l-Estonja u l-Polonja użaw proċeduri miftuħa ta' sejħa għall-offerti, waqt li l-Irlanda u s-Slovakkja marru għal proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Iż-żewġ metodi jidhru li jippromwovu t-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni.

Filwaqt li l-operaturi tradizzjonali jkomplu bħala l-aktar impriżi nominati, il-proċess ta' sejħa għall-offerti fl-Estonja irriżulta fin-nomina ta' operatur ġdid, filqwaqt li fil-Belġju u fir-Repubblika Ċeka elementi tas-servizz jiġu provduti mill-operaturi ġodda flimkien ma' dawk responsabbli.

Bżonnijiet soċjali speċjali

Meta wieħed iqis li l-qafas attwali iħalli diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri fejn jidħlu l-bżonnijiet ta' nies b'diżabilità u dawk bi dħul baxx, il-Kummissjoni ffukat fuq li tinkoraġġixxi l-aħhar prassi fl-Istati Membri.

Fl-Irlanda, ir-regolatur stabbilixxa forum sabiex jippromwovi il-bżonnijiet ta' nies b'diżabilità. Fl-Iżvezja, l-NRA, barra milli jinkoraġġixxi l-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi apposta għal min għandu bżonnijiet speċjali, jipprovdi tmien servizzi speċifiċi għal utenti bħal dawn, fosthom traduzzjoni tal-lingwa tas-sinjali bbażata fuq sejħiet vidjow fuq it-3G.

Servizzi ta' emerġenza 112

Tliet Stati Membri (l-Iżvezja, id-Danimarka, l-Olanda) issa għandhom in-numru 112 bħala l-uniku numru ta' emerġenza tagħhom.

Madankollu, l-għoti ta' informazzjoni dwar fejn jinsab minn qed iċempel tibqa' problema, u l-Kummissjoni fetħet proċeduri kontra 13-il Stat Membru matul l-2006.

L-Istati Membri użaw metodi diversi sabiex jinfurmaw lill-pubbliku dwar in-numru 112 u l-użu tieghu, fosthom referenza fuq it-telefowns bi ħlas, direttorji, kontijiet, avviżi tal-pulizija, u gazzetti, flimkien ma' kampanji apposta, websajts, reklami fuq ir-radju u fuq it-TV. Fl-Iżvezja, informazzjoni dwar il-112 tinsab fuq il-pakketti tal-ħalib, u fil-Latvja u r-Repubblika Ċeka, il-programmi tat-televixin jirreklamaw il-112 lil udjenza wiesgħa.

Filwaqt li d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizz bażiku issa jidher li hu żgurat b'mod wiesa', il-poteri tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward huma limitati taħt il-qafas attwali. Kull titjib jiddependi minn għajnuna qawwija b'mod partikolari mil-koleġiżlaturi fil-proċess tar-reviżjoni regolatorju.

Trasparenza tat-prezzijiet

Diversi Stati Membri bdew jieħdu pożizzjoni aktar proattiva dwar it-trasparenza tat-prezzijiet. Paraguni jew skedi huma disponibbli fuq il-web fid-Danimarka, l-Estonja, il-Portugall u l-Iżvezja, per eżempju, u r-regolatur Belġjan qed jaħdem fuq simulatur tal-prezzijiet. Ir-regolaturi Irlandiżi, Ungeriżi u Sloveni lkoll estendew il-firxa tal-paragun tal-prezzijiet sabiex tkopri s-servizzi fissi, mobbli u tal- broadband . Dawn is-servizzi pubbliċi huma ssuplimentati f'xi Stati Membri mill-offerti tat-trasparenza tal-parteċipanti tas-suq stess.

Min-naħa l-oħra, hemm tgergir dwar it-trasparenza tal-prezzijiet f'numru ta' Stati Membri, fosthom il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Litwanja, u nuqqas ta' sodisfazzjon min-naħa tal-konsumaturi rigward il-prezzijiet tar-roaming.

Privatezza elettronika/sigurtà

Id-Direttiva dwar il-privatezza elettronika ġiet trasposta mill-Istati Membri kollha. Fl-2006, intlaħaq qbil dwar Direttiva separata dwar iż-żamma tad- data tat-traffiku għall-infurzar tal-liġi, għat-traspożizzjoni mil-Istati Membri fl-2007.

Is-sigurtà tan-netwerk u ta' l-informazzjoni, fosthom il-protezzjoni kontra l-is pyware u softwer ieħor malizzjuż ( malware ) qed iżżid fl-importanza. Peress li l-i spam u l- malware qegħdin dejjem aktar jintużaw flimkien għall-gwadann kriminali, l-azzjoni ta' infurzar f'dawn iż-żewġ oqsma qed tingħaqad. Hemm bżonn ta' aktar sforz, fosthom aktar kuxjenza[20] mill-utenti, meta wieħed iqis l-impatt sinifikanti soċjali u ekonomiku ta' l-attivitajiet illeċiti f'dan il-qasam.

Portabilità tan-numru

L-Istati Membri rrapportaw tnaqqis fl-użu tal-portabbiltà tan-numru mill-abbonati, u fid-Danimarka, Spanja, l-Isvezja u l-Finlandja, in-numri mobbli pportati kienu aktar minn 20% tal-abbonati totali. Tkabbir sinifikanti f'portijiet mobbli kien irrappurtat fl-Estonja, il-Greċja, Franza, l-Irlanda, il-Litwanja u l-Lussemburgu, u fil-fissifi Franza, l-Iżvejza u l-Olanda. Il-portabbiltà tan-numri tibqa' element kruċjali għall-kompetizzjoni fl-Istati Membri kollha.

5. KONKLUżJONIJIET

L-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju qed jaħdem sew sabiex iġib kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazjoni elettronika, bil-benefiċċji li jirriżultaw għall-konsumaturi f'sens ta' prezzijiet u servizzi innovattivi konverġenti. Eżempji ta' l-aħjar prassi huma disponibbli minn kull Stat Membru fuq il-medda ta' kwistjonijiet regolatorji u ta' suq.

Madankollu, jibqa' numru ta' oqsma fejn suq uniku għal-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi mhux possibbli taħt il-qafas attwali. Bħalissa mhumiex disponibbli l-għodda kollha biex tiġi żgurata regolazzjoni konsistenti madwar is-suq uniku, u l-Kummissjoni se teżamina kwistjonijiet istituzzjonali, ta' numerar u ta' spektrum b'mod partikolari fil-proposti tagħha għal qafas rivedut. Fejn jidħlu l-prezzijiet tar-r oaming fil-komunità, il-Kummissjoni diġà pproponiet xi emendi għall-qafas.

Aktar aġġustamenti ddettaljati għandhom jiġu kkunsidrati fejn għad baqa' kwistjonijiet ma', per eżempju, l-infurzar ta' deċiżjonijiet tal-NRA, proċeduri ta' appell, il-privatezza u s-sigurtà, in-numru ta' emerġenza uniku Ewropew 112 u l-għoti ta' servizzi lil gruppi soċjali speċjali.

[1] COM(2005) 229

[2] I2010 – Rapport Annwali dwar is-Soċjetà ta' l-Informazzjoni 2007

[3] EITO, 2006

[4] EITO, 2006 u IDATE, 2006

[5] IDATE, 2006

[6] Stimi tal-kummissjoni bbażati fuq data minn Goldman Sachs, ETNO, Cable Europe and ECTA. Iċ-ċifri ta' l-investiment jirreferu għal infiq kapitali biss( manutenzjoni u espansjoni)

[7] Goldman Sachs

[8] Investiment fl-UE f'termini assoluti qabeż dak mill-Istati Uniti u mill-Ġappun fl-2005. L-istimi ta' tkabbir fl-UE għall-2006 kienu akbar ukoll (sors: Infonetics Research, Novembru 2006)

[9] Stima tal-Kummissjoni; Morgan Stanley; ING

[10] Id-Dow Jones Euro Stoxx Telecommunications Index (SXKE) żdied minn 378.4 (fl-aħħar ta' l- 2003) għal 468.6 (fl-aħħar ta' l- 2006) punti, filwaqt li d-Dow Jones Euro Stoxx 50 Index żdied minn 2760.66 għal 4119.94 punti matul l-istess perjodu.

[11] Qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzazzjoni

[12] Merrill Lynch, l-24 ta' Ġunju 2006

[13] L-E-Communications Household Survey (Lulju 2007), Special Eurobarometer, Il-Kummissjoni Ewropea

[14] EITO, 2006

[15] Metodoloġija ta' l-OECD, l-akbar żewġ operaturi ta' kull Stat Membru, kirja ta' kull xahar inkluża

[16] EITO, 2006 u IDATE, 2006

[17] EITO, 2006

[18] L-akatar veloċità komuni fl-Istati Uniti hija minn 2.5 Mbps sa 10 Mbps, iżda minn 512 kbps sa 2 Mbps fl-UE (sorsi IDATE, FCC)

[19] Impatti tal- Benchmarking tal-politika ta' l-UE-Għażliet għal Ġestjoni Ekonomika Effiċjenti ta' l-Ispektrum tar-Radju, SCF Associates, Diċembru 2006, għadu mhux ippubblikat.

[20] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-ispam u softwer malizzjuż, COM(2006)688