52007DC0148

Abbozz preliminari Nru 2 tal-baġit li jemenda l-baġit ta’ l-2007 - Rendikont ġenerali tad-dħul è- Rendikont tad-dħul u l-infiq għal kull taqsima : Taqsima III - Il-Kummissjoni /* KUMM/2007/0148 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.3.2007

KUMM(2007) 148 finali

ABBOZZ PRELIMINARI Nru 2 TAL-BAĠIT LI JEMENDA L-BAĠIT TA’ L-2007 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL

RENDIKONT TAD-DĦUL U L-INFIQ GĦAL KULL TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

(ippreżentat mill-Kummissjoni)

ABBOZZ PRELIMINARI Nru 2 TAL-BAĠIT LI JEMENDA L-BAĠIT TA’ L-2007 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL

RENDIKONT TAD-DĦUL U L-INFIQ GĦAL KULL TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 272 tiegħu,

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda b'dan tippreżenta lill-awtorità tal-bàġit l-abbozz preliminari Nru 2 li jemenda l-baġit ta' l-2007 għar-raġunijiet imsemmija fil-memorandum ta' spjegazzjoni.

***

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. Mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE 4

2.1. L-Ungerija: Għargħar f’April 2006 4

2.2. Il-Greċja: Għargħar f’Marzu 2006 5

2.3. Finanzjament 6

3. Modifika ta' l-istruttura tal-Baġit 2007 għar-Riċerka, wara l-adozzjoni tas-7 Programm Qafas (FP7) 7

3.1. Qsim tal-prijorità tar-riċerka "Sigurtà u spazju" f'żewġ linji tal-baġit separati 7

3.2. L-introduzzjoni ta' sub-programm ġdid, taħt il-programm speċifiku "Kapaċitajiet: Żvilupp koerenti mal-politika tar-riċerka" 8

3.3. Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlas 8

TABELLA MQASSRA SKOND L-INTESTATURI TAL-QAFAS FINANZJARJU 9

DIKJARAZZJONI ĠENERALI TA’ DĦUL U DIKJARAZZJONI TA’ DĦUL U NFIQ GĦAL KULL TAQSIMA

Ir-rendikont ġenerali tad-dħul u r-rendikont tad-dħul u l-infiq għat-taqsima III - il-Kummissjoni - qegħdin jintbagħtu separatament bis-sistema SEI-BUD. Qiegħda tinthemeż verżjoni bl-Ingliż f'forma ta' anness baġitarju bħala eżempju.

Introduzzjoni

Dan l-Abbozz ta' Baġit Preliminari ta' Emenda jikkonċerna żewġ elementi:

- Il-mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għall-għargħar li laqat l-Ungerija u l-Greċja f'Marzu u April 2006;

- Il-modifika ta' l-istruttura tal-Baġit 2007 għar-Riċerka, wara l-adozzjoni tas-7 Programm Qafas (FP7).

Filwaqt li l-impatt globali fuq l-approprjazzjonijiet għal impenji ser ikun ta' żieda ta' EUR 24.4 miljuni, il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux ser jinbidlu.

Mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE

F'Marzu u April 2006 għargħar kbir laqat partijiet kbar mill-Ewropa ċentrali, tax-Xlokk u tan-Nofsinhar u kkawża dannu kbir f’numru ta’ pajjiżi. L-Ungerija u l-Greċja applikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE relatat ma' l-għargħar fil-limitu ta’ għaxar ġimgħat stipulat fl-Artikolu 4 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-applikazzjonijiet bir-reqqa skond ir-Regolament (KE) 2012/2002 u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu.

L-elementi l-aktar importanti tal-valutazzjoni fil-qosor huma dawn:

L-Ungerija: Għargħar f’April 2006

1. L-applikazzjoni tressqet lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ġunju 2006 li kien fil-limitu preskritt ta’ 10 ġimgħat wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fit-3 ta’ April 2006. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew tagħrif addizzjonali li wasal fil-21 ta’ Settembru 2006.

2. Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali. L-awtoritajiet Ungeriżi stmaw id-dannu dirett totali għal EUR 519-il miljun. Billi dan l-ammont jaqbeż il-limitu minimu ta’ 0.6 % tad-DGN ta' l-Ungerija (EUR 459 miljun), id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” u għaldaqstant jaqa’ fil-qasam prinċipali ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) 2012/2002. Id-dannu dirett totali huwa l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu ta' l-ammont ta' għajnuna finanzjarja. L-għajnuna finanzjarja tista’ tintuża biss għal ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament[3].

3. Skond l-awtoritajiet Ungeriżi d-diżastru laqat 'il fuq minn 1.5 miljun abitanti fi 8 mill-20 kontea tal-pajjiż fiż-żoni milquta max-xmajjar Danubju u Tisza. L-awtoritajiet Ungeriżi rrappurtaw danni serji fl-infrastruttura, b'mod partikolari fis-settur ta' l-ilma/ilma skart (EUR 136 miljun), fil-protezzjoni mill-għargħar (EUR 85 miljun), fis-settur tat-trasport (EUR 93 miljun) kif ukoll fl-agrikoltura ('il fuq minn EUR 61 miljun), fil-wirt kulturali, u f'bosta parks naturali.

4. L-ispiża għal ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 ġiet stmata mill-awtoritajiet Ungeriżi għal EUR 335 miljun u din ġiet maqsuma skond it-tipi differenti ta’ ħidmiet. Meta mqabbel ma' diżastri preċedenti li għalihom intervjena l-Fond ta' Solidarjetà, dan l-ammont jidher għoli fir-rigward tad-dannu totali (li minnu jirrappreżenta 64.4%) u b'mod aktar sinifikanti fir-rigward tad-dannu pubbliku (li minnu jirrappreżenta 82%). Minkejja dan, u numru ta' inkonsistenzi fl-applikazzjoni rigward in-natura tal-ħidmiet eliġibbli u n-nefqa fuqhom, huwa evidenti li l-ispejjeż reali tal-ħidmiet eliġibbli xorta waħda jaqbżu b'ħafna l-ammont ta' għotja possibbli mill-Fond ta' Solidarjetà. It-tipi ta' ħidmiet li għandhom jiġu effettivament iffinanzjati mill-Fond ser ikunu definiti b'mod ċar fil-Ftehim ta' Implimentazzjoni.

5. L-Ungerija mhix bi ħsiebha tuża finanzjament minn Strumenti Komunitarji oħrajn għal skopijiet relatati ma' l-għargħar.

6. L-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw li l-ħidmiet eliġibbli msemmija taħt il-punt 4 hawn fuq m’humiex koperti b’assigurazzjoni.

Bħala konklużjoni, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, qiegħed jiġi propost li l-applikazzjoni magħmula mill-Ungerija dwar l-għargħar f’April/Mejju 2006 tkun aċċettata bħala waħda għal "diżastru maġġuri" u jkun hemm proposta għall-mobilitazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà.

Il-Greċja: Għargħar f’Marzu 2006

7. L-applikazzjoni tressqet lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Mejju 2006 li kien fil-limitu preskritt ta’ 10 ġimgħat wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fit-13 ta’ Marzu 2006.Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali. L-awtoritajiet Griegi jistmaw id-danni għal EUR 402 miljuni. Madankollu, dan l-ammont jinkludi danni ekonomiċi indiretti minħabba l-interruzzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi ta' EUR 30 miljun li jistgħu ma jitqiesux meta jiġu valutati d-danni diretti ta' diżastru taħt il-Fond ta' Solidarjetà. It-total ta' dannu dirett li jista' jitqies huwa ta' EUR 372 miljun. Ta' min jgħid li l-figura tad-dannu totali stmat tinkludi biss parti mid-dannu privat imġarrab. Is-sehem ta' dannu pubbliku (EUR 325 miljun) għalhekk jirrappreżenta kważi 87% tad-dannu totali. Fir-realtà, id-dannu totali għalhekk huwa x'aktarx akbar mill-ammont mogħti.

8. L-ammont ta' dannu dirett totali ta' EUR 372 miljun huwa anqas mil-limitu applikabbli għall-mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà għal diżastri maġġuri (0.6 % tad-DGN tal-Greċja, jiġifieri EUR 1,004 miljun). Għaldaqstant, il-Fond ta’ Solidarjetà għandu jiġi mmobilitat b’mod eċċezzjonali biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament 2012/2002.

9. L-awtoritajiet Griegi indikaw li t-territorju ta' 11-il muniċipalità b'popolazzjoni totali ta' 137,171 resident u, xi ftit anqas, il-belt ta' Alexandroupoli (43,000 resident) intlaqtu direttament mid-diżastru. Intwera li l-maġġoranza tal-popolazzjoni (aktar minn 71 %) f'din iż-żona ġarrbet konsegwenzi serji. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-popolazzjoni li tgħix qrib jew max-xmara Evros.

10. L-ispiża tal-ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament 2012/2002 hija stmata għal EUR 325 miljun. Dawn il-ħidmiet jirrigwardaw l-aktar miżuri ta' emerġenza biex jerġgħu jibdew jitħaddmu infrastrutturi u utilitajiet bażiċi, infrastrutturi preventivi (digi), akkomodazzjoni temporanja, servizzi ta' salvataġġ u tindif immedjat taż-żoni milquta.

11. Id-dannu ewlieni kkawżat lin-netwerks u l-infrastruttura fiż-żona pparalizza l-attività ekonomika fir-reġjun. Matul ix-xmara madwar 100 miljunn m² ta' art agrikola għerqet u huwa stmat li ntilfu 2,000 annimal tat-trobbija. L-għargħar ikkawża distruzzjoni totali tal-produzzjoni agrikola filwaqt li d-dewmien fid-drenaġġ taż-żoni mgħarrqa ma ħalla l-ebda possibbiltà li jinżergħu prodotti ġodda. Minħabba n-nuqqas ta' produzzjoni agrikola, ħafna mill-industrija lokali ma setgħetx twettaq attivitajiet agrikoli, ta' proċessar jew kummerċjali f'reġjun fejn l-okkupazzjoni ewlenija ta' 90% tal-popolazzjoni hija l-biedja. Fil-muniċipalitajiet qrib jew max-xmara Evros u t-tributarji tagħha l-popolazzjoni intlaqtet direttament mill-għargħar mix-xmara u mid-danni fit-trasport u n-netwerks tal-provvista ta' l-ilma. Id-dannu estensiv fuq l-irrigazzjoni u fin-netwerk tal-provvista ta' l-ilma wasslu għall-ħtieġa li jitqassam ilma fil-fliexken f'numru ta' muniċipalitajiet, li kienet għadha għaddejja fi żmien l-applikazzjoni. It-tiswija tan-netwerks tal-provvista ta' l-ilma, l-identifikazzjoni ta' spieri alternattivi mhux milquta mill-kontaminazzjoni tal-baċir idroloġiku u t-tiftix għal nixxigħat ġodda ser joħolqu sitwazzjoni kritika f'żona usa' għal aktar minn sena sakemm is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal. Ġie nnutat ukoll li l-effett negattiv fuq l-attività ekonomika kkawżat mill-għargħar, meqjus bħala l-agħar li seħħ fl-aħħar 50 sena, inħass f'żona li diġà intlaqtet severament mill-għargħar fl-2005. Dan l-effett kumulattiv affettwa bil-kbir ir-reżiljenza ta' l-ekonomija lokali.

12. Il-Greċja indikat li d-danni mhux ser ikunu ffinanzjati minn sorsi Komunitarji oħrajn.

13. Il-Greċja ddikjarat li d-dannu eliġibbli m'huwiex kopert b’assigurazzjoni.

Bħala konklużjoni, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-għargħar huwa meqjus bħala 'straordinarju' fit-tifsira tar-Regolament u jilħaq il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2), l-aħħar subparagrafu tar-Regolament Nru 2012/2002 biex jiġi mobilitat b’mod eċċezzjonali l-Fond ta' Solidarjetà.

Finanzjament

Il-baġit annwali totali disponibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà huwa ta’ EUR 1 biljun. Fl-2007, ma ġew allokati l-ebda riżorsi għal applikazzjonijiet aktar bikrija, u dan iħalli disponibbli EUR 1 biljun.

Minħabba li s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni jidhrilha li l-għajnuna li tingħata mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, kif isir issoltu, il-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu minimu (0.6 % tad-DGN jew EUR 3 biljuni bil-prezzijiet ta' l-2002, liema minnhom ikun l-iżgħar ammont) għandha tingħata intensità ta' għajnuna akbar milli tingħata għal ħsarat li jaslu sal-limitu minimu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex ikunu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta’ 2.5 % tal-ħsarat diretti totali taħt il-limitu minimu u 6 % 'l fuq mil-limitu. Qiegħed jiġi propost li f’dan il-każ ikunu applikati l-istess perċentwali.

L-allokazzjoni mill-Fond proposta mill-Kummissjoni hija bbażata fuq it-tagħrif mogħti mill-applikanti.

Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti l-ammonti li ġejjin:

(EUR) |

Ħsarat diretti | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat fuq 6 % | Ammont totali ta’ għajnuna proposta |

L-Ungerija: Għargħar f’April 2006 | 519 096 784 | 11 487 300 | 3 576 287 | 15 063 587 |

Il-Greċja: Għargħar f’Marzu 2006 | 372 261 099 | 9 306 527 | 0 | 9 306 527 |

Total | 24 370 114 |

Dan l-ammont ta’ kumpens iħalli mill-anqas 25 % tal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea disponibbli għal allokazzjonijiet għal matul l-aħħar kwart tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2012/2002.

Madankollu, meta titqies l-identifikazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas żejda fil-linja 02 04 01 "Riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju" ma jinħtieġux flus ġodda għall-finanzjament ta' l-għotjiet mill-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE lill-Ungerija u lill-Greċja. Għaldaqstant, ser jiġi allokat ammont ta' EUR 24 miljun mil-linja tal-baġit 02 04 01 għal-linja tal-baġit 13 06 01 biex ikopri l-ħtiġijiet korrispondenti relatati mal-mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE (ara l-punt 3.3 hawn taħt).

Modifika ta' l-istruttura tal-Baġit 2007 għar-Riċerka, wara l-adozzjoni tas-7 Programm Qafas (FP7)

Il-bażi legali tas-7 Programm Qafas (FP7) ġiet adottata fl-aħħar ta' l-2006[4]. Hemm xi differenzi bejn l-istruttura tal-baġit fil-bażi legali adottata u fl-istruttura fil-Baġit 2007, li kien ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni emendata ta' l-24 ta' Mejju 2006 dwar is-7 Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013)[5]. Il-bidliet ewlenin, li issa għandhom ikunu inkorporati fl-istruttura tal-Baġit 2007, huma kif ġej (ara wkoll l-Anness I):

Qsim tal-prijorità tar-riċerka "Sigurtà u spazju" f'żewġ linji tal-baġit separati

Qiegħed jiġi propost il-ħolqien ta' żewġ partiti taħt l-Artikolu 02 04 01 "Riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju": il-partita 02 04 01 01 "Riċerka dwar is-sigurtà" u l-partita 02 04 01 02 "Riċerka dwar l-ispazju". L-approprjazzjonijiet għall-impenji proposti għal dawn iż-żewġ partiti ġodda jikkorrispondu għall-qsim ta' l-ammont allokat fil-baġit għar-"Riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju". L-ammont għal kull partita ġdida jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-perċentwal previst fil-bażi legali ta' l-FP7 għal dawn iż-żewġ sub-programmi.

L-introduzzjoni ta' sub-programm ġdid, taħt il-programm speċifiku "Kapaċitajiet: Żvilupp koerenti mal-politika tar-riċerka"

Qiegħda tinħoloq linja tal-baġit ġdida 08 23 01 "Żvilupp koerenti mal-politika tar-riċerka", u f'din il-linja qiegħda tiġi proposta allokazzjoni ta' EUR 7.6 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 2.7 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlas. Madankollu, ma huwa mitlub l-ebda finanzjament ġdid. L-approprjazzjonijiet jitnaqqsu mil-linja tal-baġit 08 16 01 li tikkorrispondi mas-sub-programm "Ix-Xjenza fis-Soċjetà". Dan jirrifletti l-istrateġija meħuda mill-Awtorità Leġiżlattiva, li tnaqqas din l-attività b'EUR 29 miljun fuq il-pejodu ta' l-FP7 meta mqabbla mal-Proposta tal-Kummissjoni emendata ppreżentata f'Mejju 2006.

Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlas

Qiegħed jiġi propost tnaqqis fl-allokazzjoni għall-approprjazzjonijiet għall-ħlas għal-linja 02 04 01 "Riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju", li jammonta għal EUR 24.4 miljun. Dawn l-approprjazzjonijiet għall-ħlas ser jiġu allokati lil-linja tal-baġit 13 06 01, biex ikopru l-ħtiġijiet relatati mal-mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE. Il-ħtiġijiet għall-approprjazzjonijiet għall-ħlas għall-attivitajiet ta' "Riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju" huma anqas milli maħsub oriġinarjament, minħabba li l-adozzjoni tardiva tal-bażi legali tal-FP7. Minħabba ż-żmien meħtieġ mill-mument tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti ta' riċerka sal-firma tal-kuntratti, fl-2007 ser jitħallsu ammonti iżgħar, u parti mill-pre-finanzjament ser jiġi pospost għall-2008.

TABELLA MQASSRA SKOND L-INTESTATURI TAL-QAFAS FINANZJARJU

Qafas FinanzjarjuIntestatura/subintestatura | Qafas finanzjarju 2007 | Baġit 2007 + AB 1/2007 | PDAB 2/2007 | Baġit 2007 + AB 1 + PDAB 2 |

|AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |8 918 000 000 | |9 367 547 511 |7 071 164 511 | |-24 370 114 |9 367 547 511 |7 046 794 397 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |45 487 000 000 | |45 486 784 504 |37 790 265 808 | | |45 486 784 504 |37 790 265 808 | | Total | 54 405 000 000 | |54 854 332 015 | 44 861 430 319 | | |54 854 332 015 | 44 837 060 205 | | Marġini[6]

| | |50 667 985 | | | |50 667 985 | | | 2. KONSERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom, nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti |45 759 000 000 | |42 713 661 000 |42 437 641 756 | | |42 713 661 000 |42 437 641 756 | | Total | 58 351 000 000 | |56 250 230 036 | 54 718 545 736 | | |56 250 230 036 | 54 718 545 736 | | Marġini | | |2 100 769 964 | | | |2 100 769 964 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |637 000 000 | |623 833 000 |473 683 000 | | |623 833 000 |473 683 000 | |3b. Ċittadinanza | 636 000 000 | |623 233 000 |703 902 652 |24 370 114 |24 370 114 |647 603 114 |728 272 766 | | Total | 1 273 000 000 | |1 247 066 000 | 1 177 585 652 | | |1 271 436 114 | 1 201 955 766 | | Marġini[7]

| | |25 934 000 | | | |25 934 000 | | | 4. L-UE BĦALA MSIEĦBA GLOBALI[8]

|6 578 000 000 | | 6 812 460 000 | 7 352 746 732 | | | 6 812 460 000 | 7 352 746 732 | | Marġini | | | 67 000 | | | | 67 000 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[9]

|7 039 000 000 | |6 942 364 030 | 6 942 264 030 | | |6 942 364 030 | 6 942 264 030 | | Marġini | | | 172 635 970 | | | | 172 635 970 | | | 6. KUMPENS | 445 000 000 | |444 646 152 | 444 646 152 | | |444 646 152 | 444 646 152 | | Marġini | | | 353 848 | | | | 353 848 | | | TOTAL | 128 091 000 000 | 123 790 000 000 | 126 551 098 233 | 115 497 218 621 |24 370 114 |0 | 126 575 468 347 | 115 497 218 621 | | Marġini | | |2 350 428 767 | 8 368 781 379 | | |2 350 428 767 | 8 368 781 379 | |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. kif emendat l-aħħar bir-Regolament 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006ĠU L 390 p.1 tat-30.12. 2006

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, (ĠU L 311, 14.11.2002).

[3] Ta' min jgħid li l-figura tad-dannu totali stmat tinkludi dannu privat b'mod parzjali biss. Is-sehem ta' dannu pubbliku (EUR 409 miljuni) għalhekk jirrappreżenta kważi 80% tad-dannu totali. Madnakollu, l-awtoritajiet Ungeriżi ddikjaraw li m'humiex disponibbli estimi tad-dannu privat. Fir-realtà, id-dannu totali għalhekk huwa x'aktarx akbar mill-ammont mogħti.

[4] Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006).

[5] COM (2005) 119 finali.

[6] Il-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) mhux inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a.

[7] L-ammont tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (EUSF) huwa mdaħħal addizzjonalment ma' l-intestaturi kif previst mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 (ĠU C 139 ta' l-14.6.2006).

[8] Il-marġini għall-2007 fl-intestatura 4 ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna f'Emerġenza (EUR 234.5 miljuni).

[9] Biex jiġi kkalkulat il-marġini taħt il-limitu għall-intestatura 5, titqies in-nota tal-qiegħ (1) tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 76 miljun mill-kontribuzzjonijiet għall-istaff għall-iskema ta’ pensjonijiet.