Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Qafas regolatorju kompetittiv tal-karozzi għas-Seklu 21 - Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 - Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi {SEG(2007) 77} {SEG(2007) 78} /* KUMM/2007/0022 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.2.2007 KUMM(2007) 22 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi {SEG(2007) 77}{SEG(2007) 78} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi WERREJ TAL-KONTENUT SOMMARJU EżEKUTTIV 3 1. INTRODUZZJONI 5 2. INDUSTRIJA FI TRANżIZZJONI? ……………………………………………………….. 6 3. TITJIB TAL-QAFAS REGOLATORJU TA’ L-INDUSTRIJA SEGWITU GħAL CARS 21 7 3.1. Suq intern: approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi 7 3.2. Simplifikazzjoni regolatorja u internazzjonalizzazzjoni 8 3.3. Trasport stradali ambjentalment sostenibbli: avviċinament integrat 9 3.4. Tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: sforz komuni 13 3.5. Kummerċ u swieq barranin ħidma għal kompetizzjoni dinjija ġusta 15 3.6. Riċerka u żvilupp: muftieħ għal kompetittività ġejjiena 17 3.7. Tassazzjoni u inċentivi fiskali, proprjetà intellettwali u kompetizzjoni 18 4. IL-PASSI LI JMISS 19 Anness 1: Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali Anness 2: Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE SOMMARJU EŻEKUTTIV Din il-Komunikazzjoni turi b’mod ġenerali d-direzzjoni tal-politika ġejjiena dwar il-karozzi. F’perspettiva ta’ regolamentazzjoni aħjar hi għandha l-għan li tippromwovi interazzjoni koerenti bejn id-diversi oqsma tal-politika, li tipprovdi prevedibilità u li tfittex il-protezzjoni ta’ l-interessi pubbliċi (eż. l-ambjent u s-sikurezza) filwaqt li tipprova tnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-industrija. Din tippreżenta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Grupp ta Livell Għoli CARS 21 li laqqa’ flimkien il-partijiet interessati prinċipali (l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs u l-MEPs) fl-2005 biex jeżaminaw l-oqsma prinċipali tal-politika li qed iħallu impatt fuq l-industrija Ewropea tal-karozzi u biex jitressqu rakkomandazzjonijiet għall-politiki ġejjiena u l-qafas regolatorju. Fil-bidunett tal-Grupp CARS 21, l-industrija ressqet preokkupazzjonijiet dwar l-ispiża kumulattiva għolja tal-leġiżlazzjoni. L-analiżi mwettqa f’CARS 21 kkonkludiet li s-sistema attwali ta’ l-approvazzjoni tat-tipi kienet effettiva, u kellha tinżamm u li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni kienet neċessarja u meħtieġa fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi u l-ambjent. Madankollu, il-Grupp CARS 21 identifika 38 direttiva tal-KE li jistgħu jiġu ssostitwiti b'regolamenti internazzjonali tal-UNECE (il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa). Hu identifika wkoll 25 direttiva u regolamenti tal-UN/ECE , li għalihom jista ’ jiġi introdott awto-ittestjar jew ittestjar virtwali .Il-Kummissjoni tappoġġa dawn ir-rakkomandazzjonijiet, iżda se tiżgura li meta tirreferi għar-regolamenti tal-UN/ECE, il-Komunità ser iżomm l-abbiltà tagħha li tilleġiżla b’mod indipendenti mis-sistema tal-UN/ECE, fejn adatt. Fil-qasam ta’ l-ambjent, il-Komunikazzjoni tapprova li jkun hemm aktar limitazzjoni għall-emissjonijiet ta’ tniġġis skond l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis Atmosferiku. Barra minn hekk, hi tiddeskrivi l-elementi prinċipali ta’ l-istrateġija ġejjiena tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l- emissjonijiet mill-karozzi CO 2 stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-riżultati ta’ l-analiżi ta’ l-istrateġija attwali tal-Komunità. L-istrateġija ġejjiena hi bbażata fuq avviċinament integrat biex jitwettaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g/km ta’ CO2 sa l-2012 permezz ta’ azzjoni magħquda bejn l-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni, li tiffoka fuq tnaqqis mandatorju ta’ l-emissjonijiet CO2 biex tilħaq l-għan ta’ 130 g/km għal kull flotta medja ġdida ta’ karozzi permezz ta’ miljoramenti fit-teknoloġija tal-vetturi b’magna, u jsir aktar tnaqqis ta’ 10 g/km ta’ CO2, jew l-ekwivalenti jekk teknikament neċessarju, permezz ta’ miljoramenti f’teknoloġiċi oħra u permezz ta’ żieda fl-użu tal-bijofjuwils. Hi se tinkoraġġixxi sforzi addizzjonali mill-Istati Membri u l-konsumatur. L-istrateġija għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Enerġija fl-Ewropa[1] li ġiet adottata reċentement. Il-Komunikazzjoni tidentifika serje ta’ miżuri li jridu jiġu kkunsidrati fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. Numru ta’ azzjonijiet relatati mal-vetturi huma proposti fejn l-aktar importanti hi l-inklużjoni tal- Kontroll Elettroniku ta ’ l-Istabilità fil-vetturi l-ġodda. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat avviċinament olistiku għas-sikurezza fit-toroq li tinvolvi l-karatteristiċi tal-vetturi, l-infrastruttura u l-utenti tat-toroq. Il-Komunikazzjoni turi b’mod ġenerali l-preokkupazzjonijiet prinċipali tas-settur tal-karozzi fir-rigward tal-politika kummerċjali. Hi tipproponi li tassessja l-potenzjal li jintużaw ftehimiet kummerċjali bilaterali (partikularment fir-reġjun Asjatiku) biex jittejjeb l-aċċess għas-suq u tirrinforza l-ħtieġa li jiġu applikati d- drittijiet intellettwali fuq livell dinji. Fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, il-Komunikazzjoni tidentifika l-fjuwils rinnovabbli li ma jniġġsux u l-vetturi intelliġenti u t-toroq bħala l-qalba tal-prijoritajiet tar-riċerka. Hi tadotta avviċinament li jħares ’il quddiem u tispjega b’mod ġenerali l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil kif ukoll biex tressaq regolament dwar il-vetturi li jużaw l-idroġenu bħala fjuwil. Din il-Komunikazzjoni tirrifletti konsultazzjoni mal-partijiet interessati u djalogu intensiv dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-karozzi u l-Kummissjoni tispera li hi tikkontribwixxi għal kultura u l-metodoloġija li jelaboraw il-politiki fil-ġejjieni. 1. INTRODUZZJONI Il-mobilità pprovduta mit-trasport stradali hi prerekwiżit għall-mod ta’ kif jgħixu llum il-ġurnata l-Ewropej. Il-vetturi jirfdu l-istil ta’ ħajja li ngħixu billi jiffaċilitaw l-interazzjoni soċjali u d-distribuzzjoni affidabbli tal-merkanzija fil-kontinent kollu. Il-katina ta’ valuri kumplessi ta’ l-industrija tal-karozzi għandha rwol sostanzjali fl-ekonomija Ewropea u l-importanza tagħha hi akkwistata b’mod wiesa’ minn rabtiet fi ħdan l-istrutturi ekonomiċi domestiċi u internazzjonali. L-industrija tal-vetturi topera mad-dinja kollha u hi waħda mill-muturi tal- globalizzazzjoni , ikkaratterizzata bil-ftuħ mgħaġġel tas-swieq dinjin u ż-żieda u d-diversità segwenti fil-moviment tal-kapital. Ir- rivoluzzjoni teknoloġika kontinwa qed tbiddel l-industrija tal-karozzi minn settur tradizzjonalment ibbażat fuq il-manifattura f’wieħed li aktar ma jmur aktar qed jiġi bbażat fuq l-għerf. Domestikament, l-industrija tal-vetturi qed tieħu passi importanti u ta’ spiss diffiċli biex ittejjeb il-bażi ta ’ l-ispejjeż u l-proċessi tal-produzzjoni tagħha li jqajmu biża’ relatata mar- ristrutturar u r- rilokalizzazzjoni . Dawn il-fatturi flimkien mal-ħtieġa biex jiġi protett l-ambjent naturali, jissalwagwardjaw s-saħħa u l-ħajjiet umani u joperaw f’ ambjent ta ’ prezz għoli taż-żejt , huma ħolqu sitwazzjoni fejn l-industrija qed tiffaċċja sfidi, responsabbiltajiet u opportunitatjiet ġodda li jistgħu jibdlu kemm lill-industrija kif ukoll il-prodotti tagħha. L-interazzjonijiet tal-politika ma’ l-industrija għandhom ifittxu biex itejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-produzzjoni tal-vetturi u janalizzaw b’mod għaqli l-impatti ta’ l-ispejjeż u tal-kompetittività ta’ attività regolatorja ġejjiena. Il-Kummissjoni temmen li l-politika pubblika għandha tkun prevedibbli filwaqt li tirrifletti b’mod korrett id-domandi li aktar qed isiru kumplessi tas-soċjetà u tantiċipa t-tendenzi fis-swieq dinjin. B’konformità ma’ l-inizjattiva għal Regolament Aħjar il-Kummissjoni bdiet analiżi komprensiva regolatorja u tal-politika relatata mal-karozzi billi waqqfet il- Grupp ta ’ Livell Għoli CARS 21 , li laqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha biex jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar l-għażliet ġejjiena tal-politiki[2]. Din il-Komunikazzjoni tipprovdi l- valutazzjoni tal-Kummissjoni u t-tweġiba tagħha f ’ termini ta ’ azzjoni pubblika fir-rigward tar-rapport ippreżentat mill-Grupp CARS 21[3] . B’dan il-mod, hi turi b’mod ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill id-direzzjoni li lejha l-Kummissjoni biħsieba tidderieġi l-politika ġejjiena tal-karozzi. Il-proposti u l-inizjattivi li jinstabu f’din il-Komunikazzjoni għandhom l-għan li: - isaħħu aktar it-tħaddim tas-suq intern - jissimplifikaw aktar il-leġiżlazzjoni dwar il-karozzi u li jkomplu l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-karozzi - jippromwovu aktar it-trasport stradali ambjentalment sostenibbli - iżidu aktar is-sikurezza fit-toroq Ewropej - jikkontribwixxu għal ambjent operattiv dinji ġust għall-industrija Ewropea tal-karozzi - jinkoraġġixxu riċerka u żvilupp b’mod aktar qawwi fl-oqsma ta’ interess strateġiku 2. INDUSTRIJA FI TRANżIZZJONI? Sforzi reċenti mill-kumpaniji tal-karozzi biex itejbu l-produttività u jnaqqsu l-ispejjeż ġibdu l-attenzjoni pubblika u qajmu preokkupazzjonijiet dwar il-futur tal-manifattura tal-karozzi fl-ekonomiji Ewropej li għandhom spejjeż għoljin ta’ produzzjoni u ftit jew ebda żieda fid-domanda għall-vetturi. Hemm biża’ li l-produzzjoni tal-karozzi tista’ tiġi ttrasferuta lejn pajjiżi terzi peress li l-industrija qed tfittex bażi aktar baxxa ta’ spejjeż u swieq li probabbilment se jesperjenzaw tkabbir ġejjieni mgħaġġel. Kapaċitajiet aktar milli meħtieġa eżistenti fl-UE u r-rwol li qed jiżdied tal-produzzjoni u l-awtomazzjoni flessibbli fit-titjib ta’ l-effiċjenza tal-produzzjoni flimkien ma’ investimenti magħmula fil-kapaċità addizzjonali f’xi Stati Membri jwasslu għal tnaqqis fl-impjiegi relatati mal-karozzi. Xi ristrutturar attwali hu reazzjoni għall-problemi strutturali li eżistew f’partijiet mill-industrija għal xi żmien. Minkejja l-varjazzjonijiet bejn il-produtturi individwali, il-biċċa l-kbira ta’ l-isfidi tal-manifatturi għandhom x’jaqsmu mal-livelli ta’ produttività, l-ispejjeż u r-regolamenti tas-suq tax-xogħol. Spejjeż għoljin fissi, kapaċità strutturali aktar milli meħtieġa u prezzijiet rekord reċenti fis-swieq dinjija tal-kommodità flimkien ma’ kompetizzjoni aggressiva fil-prezzijiet fost il-manifatturi, wasslu lil ħafna kumpaniji biex jiffokaw fuq il-kompetittività tagħhom għal tul dewwiemi ta’ żmien billi jikkonċentraw fuq it-titjib tal-produttività u l-miljorament ta’ l-istrutturi ta’ l-ispejjeż. Dan, imbagħad, jista’ jwassal għal reorganizzazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni u għal tendenza ta’ tnaqqis tal-forza tax-xogħol. L-impatt ġenerali jista’ jiġi aggravat aktar permezz ta’ effetti ta’ riżultati indiretti fuq il-katina tal-provvista tal-karozzi minħabba l-parti integrali tal-provvedituri fil-kostruzzjoni tal-vetturi. F’terminu ta’ żmien medju jidher probabbli li l-immuntar tal-vetturi għas-suq Ewropew fil-biċċa l-kbira se jitwettaq fl-Ewropa. Għalkemm din l-industrija qed kull ma jmur aktar issir dinjija, il-karatteristiċi tad-domanda għadhom relattivament distintivi f’diversi swieq u l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-karozzi għadhom iżommu porzjon sinifikanti mill-produzzjoni tagħhom fil-lokal. Il-livell għoli ta’ spejjeż mitlufa f’faċilitajiet eżistenti ta’ produzzjoni, iż-żieda tal-produzzjoni flessibbli u l-livell tal-kapaċità tal-ħaddiema Ewropej jidhru li qed jirrinforzaw din il-konklużjoni. Madankollu, l-isfidi imposti minn kompetizzjoni internazzjonali aktar aggressiva probabbilment se jiżdiedu fil-futur imbiegħed. F’termini ta’ produzzjoni lokali, bi tkabbir mgħaġġel, f’żoni ta’ ftit spejjeż iżda barra mill-UE, qed jattiraw attenzjoni sinifikanti mill-manifatturi Ewropej tal-vetturi. B’konformità ma’ l-istrateġija tal-Kummissjoni għat-tkabbir u l-impjiegi[4] din il-Komunikazzjoni qed taħdem bi sħiħ biex toħloq kondizzjonijiet ta’ qafas favorevoli għal industrija tal-karozzi innovattiva u li għaddejja ’l quddiem u b’hekk tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ ristrutturar. Madankollu fejn kumpanija tieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tinterferixxi f’deċiżjonijiet kummerċjali ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant, kull tranżizzjoni li tirriżulta għandha titwettaq b’konformità mad-Direttivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, is-sensji kollettivi u l-Kunsilli Ewropej dwar l-oqsma tax-Xogħol[5]. Oltri dan, f’perspettiva aktar fit-tul, politika reġjonali tista’ twettaq rwol fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż ta’ tranżizzjoni billi trawwem it-tibdil strutturali neċessarju. Strumenti bħalma huma l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Ewropew ta’ l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li għadu kif twaqqaf jistgħu jkollhom rwol fil-mitigazzjoni ta’ l-ispejjeż soċjali fit-terminu qasir ta’ żmien ta’ tranżizzjoni, pereżempju billi jipprovdu lill-ħaddiema b’taħriġ sabiex isibu impjiegi ġodda. Dawn il-fondi għandhom ukoll rwol sinifikanti fil-ħolqien ta’ kondizzjonijiet strutturali aħjar għall-attività ekonomika, li daparti tagħha tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha taħdem bi sħiħ favur il-kondizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu l-kumpaniji li jantiċipaw fi stadju bikri sfidi ta’ kompetizzjoni u tweġiba għalihom f’mod soċjalment responsabbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tlaqqa’ forum ta’ ristrutturazzjoni dwar l-industrija tal-karozzi sabiex tindirizza l-isfidi u tantiċipa u tadatta aħjar għall-bidla.[6] L-industrija tal-karozzi fl-Ewropa attwalment hi kkaratterizzata b’kompetizzjoni qawwija fil-prezzijiet, prezzijiet għolja għall-materja prima u l-enerġija, enfasi qawwija fuq l-immaniġġjar ta’ l-ispejjeż u ristrutturar tal-proċessi ta’ produzzjoni. Minn perspettiva politika, il-pressjoni fuq l-impjiegi u l-iffokar fuq il-kontroll ta’ l-ispejjeż jimplikaw li l-Kummissjoni se tanalizza b’mod għaqli l-impatti ta’ attività ġejjiena regolatorja fuq l-impiegi u l-kompetittività. 3. TITJIB TAL-QAFAS REGOLATORJU TA’ L-INDUSTRIJA 3.1. Suq intern: approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi Il-politika tas-suq intern għall-vetturi b’magna attwalment tirregola tliet kategoriji ta’ vetturi (karozzi għall-passiġġieri, muturi u tractors ) fuq bażi mandatorja. Din ibbażata fuq is- sistema Komunitarja ta ’ l-approvazzjoni sħiħa tal-Vetturi tal-KE [7] li pprovat li kienet effettiva għall-aħħar. Il-Kummissjoni temmen li din għandha tinżamm u li l- benefiċċji tagħha għandhom jiġu estiżi biex ikopru aktar prodotti tal-karozzi (eż. vetturi kummerċjali ħfief, karozzi tal-linja u trakkijiet). Il-Kummissjoni temmen li s-suq intern għandu jiffunzjona b ’ mod aktar effiċjenti meta l-vettura tasal fis-suq . B’mod partikulari, problemi dwar kemm il-vettura hi tajba għas-sewqan u l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni għadhom sors ta’ preokkupazzjoni kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-intrapriżi. 2. Il-Kummissjoni[8]: - adottat proposta għal Direttiva ta’ Qafas ġdida għall-approvazzjoni ta’ vetturi b’magni[9] biex testendi l-proċedura Komunitarja ta’ l-approvazzjoni sħiħa tal-Vetturi tal-KE għall-kategoriji kollha tal-vetturi fuq bażi mandatorja u tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw din il-proposta malajr kemm jista’ jkun - inkludiet, fil-proposta ta’ Direttiva ta’ Qafas ġdida, dispożizzjoni għal skema ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet u tagħmir li huma kruċjali għas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali Barra minn hekk, il-Kummissjoni: 1. fl-2007, se taġġorna l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tipi u r-reġistrazzjoni tal-vetturi li qabel ġew irreġistrati fi Stat Membru ieħor[10] 3.2. Simplifikazzjoni u internazzjonalizzazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju Waħda mir-raġunijiet għala twaqqaf CARS 21 kienet il-preokkupazzjoni murija mill-industrija li l-ispiża kumulattiva tar-regolament kellha effett negattiv fuq il-kompetittività u għolliet il-prezzijiet tal-vetturi mingħajr ma dan kien meħtieġ. Sotto-grupp iddedikat twaqqaf bħala parti minn CARS 21 biex jiskrutinizza l-qafas regolatorju[11] u biex jidentifika l-possibbiltajiet li tiġi rtirata jew issimplifikata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Wara l-eżaminazzjoni, il-Grupp CARS 21 kkonkluda li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għandha tinżamm peress li hi meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi u l-ambjent. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-Komunità ffirmat aktar minn 100 regolament internazzjonali relatat mal-vetturi adottati taħt il-patroċinju tal-UN/ECE li huma applikabbli bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja korrispondenti, il-Grupp CARS 21 rrakkomanda li 38 direttiva jistgħu jiġu ssostitwiti b ’ Regolamenti tal-UN/ECE mingħajr ma jkun hemm ebda telf fil-livell tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, il-Grupp CARS 21 identifika direttiva li tista’ tiġi abrogata[12] u 25 direttiva u Regolamenti tal-UN/ECE li fihom l-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali jistgħu jiġu introdotti sabiex l-industrija jitnaqqsulha l-ispejjeż tal-konformità regolatorja billi l-proċeduri amministrattivi jsiru bi ftit spejjeż u mingħajr ħela ta’ ħin. Il-Kummissjoni tappoġġa dawn ir-rakkomandazzjonijiet, iżda hi konxja tal-ħtieġa li żżomm il-possibbiltà għall-UE li tilleġiżla b’mod indipendenti mis-sistema tal-UN/ECE fejn dan meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE f’termini ta’ saħħa, ambjent jew għanijiet ta’ politiki oħra u se tfittex biex timplimenta ċaqliq ġejjieni lejn ir-regolamenti tal-UN/ECE b’mod li jkunu kompatibbli ma’ din il-ħtieġa. 2. Il-Kummissjoni: 2. se tipproponi li tissostitwixxi 38 direttiva tal-KE[13] b’regolamenti tal-UN/ECE korrispondenti hekk kif il-Direttiva ta’ Qafas dwar l-approvazzjoni tat-tipi tiġi adottata (dan mistenni fl-2007) 3. fl-2008-9, se tipproponi l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa għal użu ta’ l-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali fil-25 direttiva tal-KE u r-regolamenti tal-UN/ECE[14] 4. se tippubblika dokumenti annwali lill-Parlament Ewropew dwar il-progress imwettaq fil-UN/ECE u fil-proċedura tal-komitoloġija 5. se tikkunsidra, fl-2008-09, li tissimplifika d-Direttivi 71/127/KEE[15], 74/297/KEE[16], 76/115/KEE[17] u 78/932/KEE[18] kif ukoll ir-Regolament tal-UN/ECE 122[19] 3.3. Trasport stradali ambjentalment sostenibbli: avviċinament integrat Il-karozzi huma responsabbli għal 12% ta’ l- emissjonijiet tal-gass b ’ effett tas-serra fl-Ewropa u għal parti sinifikanti ta’ l- emissjonijiet ta ’ tniġġis . Konsegwentement iż-żewġ politiki ambjentali prinċipali konnessi ma’ l-industrija tal-vetturi huma l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta’ l-Arja[20] u l-Istrateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2[21]. Il-politiki ta’ l-UE dwar l-iskart u l-ħsejjes għandhom inċidenza wkoll fuq is-settur tal-karozzi. Preokkupazzjonijiet li dejjem qed jiżdiedu dwar l-enerġija (l-ispiża u l-provvista) u l-ambjent probabbilment se jkollhom rwol importanti fid-dibattitu dwar il-forma u l-iffunzjonar ta’ vetturi tal-futur. 3.3.1. Emissjonijiet ta’ tniġġis Mill-adozzjoni ta’ l-ewwel standards ta’ limiti ta’ l-emissjonijiet Euro twettaq tnaqqis approssimattiv ta ’ 70-90% ta ’ l-emissjonijiet NOx u tal-partikuli meta mkejla bil-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tipi. Il-Kummissjoni biħsiebha tkompli tissikka l-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro għall-vetturi ħfief u tqal skond l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis Atmosferiku u se tfittex biex taħdem biex ikun hemm kunsidrazzjoni aħjar dwar l-emissjonijiet veri matul il-proċess ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet. 2. Il-Kummissjoni: - adottat proposta għal-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro 5 [22] biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ tniġġis mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi ħfief. L-adozzjoni tal-proposta se twassal għal tnaqqis ieħor ta’ 80% ta’ l-emissjonijiet tal-partikuli minn vetturi bid-diżil u għal tnaqqis ta’ 20% u 25% ta’ l-emissjonijiet ta’ l-NOx minn vetturi bid-diżil u bil-petrol rispettivament - ikkontribwixxiet, flimkien mal-Parlament Ewopew u l-Kunsill, biex tnaqqas aktar l-emissjonijiet ta’ l-NOx ( Euro 6) mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi ħfief - adattat proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni ta’ vetturi għat-trasport stradali li ma jniġġsux permezz ta’ offerti pubbliċi[23] li għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità ta’ l-arja (b’mod partikulari fl-ibliet) u għandha tappoġġa l-introduzzjoni fis-suq ta’ vettura li ma tniġġisx - adottat il-proposta għal Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għal Koeżjoni 2007-2013, li jippromwovu investiment fin-netwerks sostenibbli ta’ trasport u fis-servizzi komuni tat-trasport pubbliku li jipprovdu netwerks ta’ distribuzzjoni għal fjuwils alternattivi tal-vetturi. - 2. Il-Kummissjoni: 6. fl-2007, se tressaq proposta għal-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro VI biex twettaq aktar tnaqqis sinifikanti ta’ l-emissjonijiet ta’ tniġġis minn vetturi tqal 7. qed taħdem lejn l-adozzjoni ta’ regolamenti tekniċi dinjin dwar iċ-ċikli ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet minn vetturi tqal (kemm ċikli stabbli kif ukoll tranżitorji), emissjonijiet off-cycle u sistemi djagnostiċi on-board sabiex kondizzjonijiet ta’ emissjonijiet veri jiġu kkunsidrati aħjar 8. qed teżamina l-għażliet biex tiżgura li l-proċess ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet għall-vetturi tal-passsiġġieri jikkunsidra aħjar l-emissjonijiet veri 3.3.2. Tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 mis-settur tat-trasport stradali Il-Kummissjoni se tkompli bl-avviċinament integrat tagħha bil-mira li twettaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g ta’ CO 2 /km sa l-2012 . Dan jista’ jintlaħaq permezz ta’ azzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tipproponi qafas ta’ leġiżlazzjoni , jekk possibbli fl-2007 u mhux aktar tard minn nofs l-2008, biex tilħaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g/km ta’ CO2, li jiffoka fuq tnaqqis mandatorju ta’ l-emissjonijiet CO2 biex jintleħaq l-għan ta’ 130 g/km għal kull flotta medja ġdida ta’ karozzi permezz ta’ miljoramenti fit-teknoloġija tal-vetturi b’magna, u jsir aktar tnaqqis ta’ 10 g/km ta’ CO2, jew l-ekwivalenti jekk teknikament neċessarju, permezz ta’ miljoramenti f’teknoloġiċi oħra u permezz ta’ żieda fl-użu tal-bijofjuwils , speċifikament: a) li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza għas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata; b) it-twaħħil obbligatorju ta’ sistemi preċiżi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers; c) li jiġu stabbiliti l-limiti minimi tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers fl-UE għal tajers iffittjati f’karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief; d) l-użu ta’ l-indikaturi tal- gear shift , filwaqt li jiġi kkunsidrat kemm dawn il-mekkaniżmi huma użati mill-konsumaturi f’kondizzjonijiet veri ta’ sewqan; e) il-progress fl-effiċjenza tal-fjuwil f’vetturi kummerċjali ħfief (vannijet) bl-għan li jintleħqu l-175 g/km ta’ CO2 sa l-2012 u l-160 g/km ta’ CO2 sa 2015; f) żieda fl-użu tal-bijofjuwils li jimmassimizzaw il-prestazzjoni ambjentali. Dawn ta’ hawn fuq se jiġu kkalkulati, immonitorjati, magħdudin u ma jgħoddux doppjament it-tnaqqis tas-CO2. Il-Kummissjoni taqbel li l-qafas ta’ leġiżlazzjoni li jimplimenta l- mira ta’ flotta medja ġdida ta’ karozzi għandu jitfassal sabiex jiżgura miri ta’ tnaqqis sostenibbli kompetittivament newtrali u soċjalment ġust li huma ġusti għad-diversità ta’ manifatturi Ewropej tal-karozzi u jevitaw kull tidwir inġust tal-kompetittività fost il-manifatturi tal-karozzi. Il-qafas leġiżlattiv se jkun kompatibbli ma’ l-għan ġenerali biex jintleħqu l-miri ta’ l-UE ta’ Kyoto u se jiġi bbażat fuq valutazzjoni ta’ impatt sħiħa . Valutazzjoni ta’ impatt ta’ din ix-xorta għandha tindirizza l-benefiċċji u l-ispejjeż tad-diversi għażliet meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali ta’ l-emissjonijiet medji tas-CO2, filwaqt li tikkunsidra l-aħħar teknoloġija disponibbli għal miljoramenti ambjentali fit-teknoloġija tal-karozzi. Lilhinn mill-qafas leġiżlattiv, l-istrateġija tal-Kummissjoni sabiex jitnaqqas is-CO2 għandha tinkoraġġixxi sforzi addizzjonali minn mezzi oħra ta’ trasport stradali (vetturi tqal, eċċ.), mill-Istati Membri (tassazzjoni relatata mas-CO2 u inċentivi fiskali oħra, l-użu ta’ l-offerti pubbliċi, l-immaniġġjar tat-traffiku, l-infrastruttura, eċċ.) u mill-konsumaturi (għażla informata bħala xerrej, imġiba responsabbli fis-sewqan). 2. Il-Kummissjoni: 9. tippreżenta l-istrateġija ġejjiena tagħha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi permezz ta’ avviċinament integrat kif deskritt hawn fuq flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ l-analiżi ta’ l-istrateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi[24]. 10. se tesplora l-possibbiltà li tinkludi s-settur tat-trasport stradali fl-Iskambju tal-Kwota ta’ l-Emissjonijiet ta’ l-UE għat-tielet perjodu ta’ allokazzjoni li jibda mill-2013 11. wara l-adozzjoni reċenti tar-Rapport dwar il-Progress tal-Bijofjuwils[25] bħala parti mill-Komunikazzjoni dwar l-Energija għall-Ewropa li pproponiet mira minima li torbot ta’ 10% ta’ bijofjuwils sa l-2010, se tressaq proposta biex tiġi riveduta d-Direttiva 2003/30/KE[26] dwar l-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport fl-2007 12. se tivvaluta l-għażliet disponibbli biex jiġi żviluppat qafas ta’ politika sabiex jiġi inkoraġġut l-użu tal-bijofjuwils li joffru tnaqqis akbar tal-gass b’effett ta’ serra u se tkompli tappoġġa l-isforzi ta’ l-R&D li jikkonċernaw il-bijofjuwils tat-2 ġenerazzjoni 13. fl-2007, se tressaq proposta għal Regolament dwar il-vetturi b’magna li jużaw l-idroġenu bħala fjuwil biex jiżguraw l-użu mingħajr periklu ta’ din it-teknoloġija 14. se tkompli, fil-qafas ta’ l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti i2010[27], ir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq it-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjonijiet (ICT), li għandhom jikkontribwixxu għal mobilità aktar nadifa u aktar effiċjenti fl-enerġija, inklużi l-għodod għal sewqan li jirrispetta l-ambjent 15. se tpoġġi s-sistemi intelliġenti tat-trasport, inkluż Galileo, fil-qalba tal-pjan li ġej ta’ azzjoni dwar il-loġistika u fil- green paper dwar trasport urban bl-għan li jiġu mtejba l-operazzjonijiet tat-trasport u li titwettaq mobilità sikura u sostenibbli għall-Ewropa 16. se tinkoraġġixxi l-Bank Ewropew għall-Investiment biex tiġi appoġġata l-politika tal-Komunità dwar it-tnaqqis tas-CO2 billi tikkontribwixxi fil-finanzjament ta’ proġetti vijabbli ekonomikament fl-oqsma ta’ l-effiċjenza tal-fjuwil u ta’ fjuwils rinnovabbli. 3.3.3. Politiki ambjentali oħra Minn barra dak li diġà ntqal hawn fuq, il-politiki ta’ l-UE li jikkonċernaw ir-riċiklaġġ tal-vetturi, l-istorbju u l- air-conditioners mobbli huma rilevanti għall-industrija tal-karozzi. 2. Il-Kummissjoni: - ipproponiet it-tneħħija gradwali ta’ ċerti gassijiet b’effett tas-serra bi fluworin mis-sistemi ta’ l- air-conditioners mobbli (MACs)[28] miżura li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill B’ħarsitha lejn il-futur: 2. Il-Kummissjoni: 17. se tindirizza, matul ir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw[29], il-kwistjoni dwar implimentazzjoni mhix armonizzata ta’ din id-direttiva fl-Istati Membri (2009) 18. fl-2007-2009, se tfittex li ssegwi avviċinament olistiku biex tittratta l-kwistjonijiet ta’ l-istorbju, li se jinvolvi l-partijiet interessati u s-sistemi rilevanti kollha (eż. l-immaniġġjar tat-traffiku, l-imġiba tas-sewwieqa, it-teknoloġija tal-vetturi u tat-tajers, l-uċuħ tat-toroq) 3.4. Tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: sforz komuni Progress notevoli twettaq fit-tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: matul dawn l-aħħar 30 sena t-traffiku fit-toroq Ewropej ittripla filwaqt li n-numru tal-korrimenti naqas bin-nofs matul l-istess perjodu. Il-mobilità li dejjem qed tikber u li minnha qed jibbenefikaw l-Ewropej għadha akkwistata bi prezz qares: l-aħħar kalkoli juru li madwar 41,600 persuna nqatlu fit-toroq Ewropej fl-2005[30]. L-għan mistqarr tal-Kummissjoni hu li jintleħaq tnaqqis ta’ 50% fl-imwiet[31] fit-toroq Ewropej sa l-2010. Il-Kummissjoni temmen li strateġija effettiva għat-tnaqqis tal-periklu fit-toroq għandha tkun ibbażata fuq l- interazzjoni bejn it-titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, l-infrastruttura tat-toroq, l-imġiba tas-sewwieqa u l-inforzar . 2. Il-Kummissjoni: - adottat ir-Rakkomandazzjoni 2004/345/KE[32] dwar l-aħjar prattiċi rigward l-immonitorjar ta’ l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-veloċità u l-użu taċ-ċintorin tas-sikurezza - iffirmat ir-Regolament 104 tal-UN/ECE[33] u emendat ir-Regolament 48 tal-UN/ECE[34] biex titejjeb il-viżibilità ta’ vetturi tqal - adottat il-Komunikazzjoni dwar “is-Sistema eCall għal kulħadd”[35] bl-għan li jiġu aċċellerati l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ l-eCall, li ġew identifikati bħala prijorità fl-ambitu ta’ l-Inizjattiva eSafety - adottat Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti[36] li għandha l-għan li tiffavorixxi l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji avvanzati tas-sikurezza sabiex jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-korrimenti stradali fl-UE - adottat proposta għal Direttiva dwar l-Immaniġġjar tas-Sikurezza ta’ l-Infrastruttura Stradali[37] - adottat proposta għal Direttiva dwar l-iffittjar fuq wara ta’ mirja f’vetturi tqal tat-tagħbija rreġistrati fil-Komunità bl-għan li jiġu evitati żoni li min ikun qed isuq ma jarahomx fil-firxa tal-vista ta’ wara[38] - adottat proposta għal Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Koeżjoni 2007-2013 li, fost il-linji gwida rrakkomandati għall-azzjoni, tinkludi investiment fl-immaniġġjar tat-traffiku proprju, b’attenzjoni b’mod partikulari fuq is-sikurezza Filwaqt li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp CARS 21, il-Kummissjoni adotta avviċinament għas-sikurezza stradali li jħares ’il quddiem u assessja l-inizjattivi possibbli ġejjiena f’dan il-qasam. Konsegwentement, bejn l-2007 u l-2009, il-Kummissjoni se tivvaluta l-opportunità li tressaq proposti biex: 19. l-inklużjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal Isofix isiru obbligatorji għall-vetturi ġodda kollha 20. l-użu tad-dwal mixgħula bi nhar isir obbligatorju (konsultazzjoni pubblika kienet imnedija dwar dan is-suġġett fl-1 ta’ Awissu 2006) 21. l-inklużjoni tal-Kontroll Elettroniku ta’ l-Istabilità ssir mandatorja l-ewwel għall-vetturi tqal u mbagħad għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi ħfief malli metodu ta’ ttestjar jiġi żviluppat 22. il-fakkara taċ-ċintorini tas-sikurezza jsiru mandatorji għall-vetturi l-ġodda kollha 23. il-fażi II tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni ta’ Pedestrians tiġi emendata sabiex jittejbu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/102/KE[39] 24. jittejjeb l-inforzar tal-multi trans-konfinali imposti minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku ta’ Stat Membru ieħor ta’ l-UE (konsultazzjoni pubblika tnediet dwar dan is-suġġett fis-6 ta’ Novembru 2006) Il-Kummissjoni għandha wkoll: 25. tinvestiga l-ispejjeż, il-benefiċċji u l-flessibilità li jiġu introdotti Sistemi ta’ Bbrejkjar ta’ Emerġenza fil-vetturi (b’mod partikulari l-vetturi tqal). Il-Kummissjoni qed tmexxi studju ta’ dawn is-sistemi u waqqfet grupp ta’ ħidma ffurmat minn partijiet interessati biex jassistiha fix-xogħol 26. tkompli bl-isforzi biex tippromwovi l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu ta’ sistemi ta’ sikurezza attivi fil-vetturi u sistemi kooperattivi għall-infrastruttura tal-vetturi fil-qafas ta’ l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti i2010 27. se tadotta fl-2006, it-3 Komunikazzjoni eSafety, li se twassal għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill aktar miżuri li l-għan tagħhom hu l-implimentazzjoni sħiħa ta’ l-eCall li tibda mill-2010 28. se tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kondizzjoni ta’ finanzjament Komunitarju fis-settur stradali għal proġetti li jsegwu l-aħjar prattika fis-sikurezza stradali 29. titlob lill-Istati Membri biex itejbu aktar l-infurzar tal-projbizzjonijiet tas-sewqan taħt l-influwenza ta’ l-alkoħol, l-infurzar tal-limiti tal-veloċità, l-infurzar ta’ l-użu ta’ l-elmu tal-muturi u biex jiġi promoss u infurzat l-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza 3.5. Kummerċ u swieq barranin ħidma għal kompetizzjoni dinjija ġusta [40] Il-parti l-kbira taż-żieda fid-domanda dinjija għall-prodotti ta’ l-industrija matul l-għaxar snin li ġejjin ser issir minn ekonomiji li qed jiżviluppaw b’mod mgħaġġel (eż. iċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja eċċ.) u d-dimensjoni internazzjonali hi kruċjali għall-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea tal-karozzi. Il-Kummissjoni temmen li negozjati multilaterali jipprovdu opportunità biex jittejjeb l-aċċess għas-suq għall-industrija Ewropea filwaqt li hemm ħtieġa wkoll li jitkomplew l-avviċinamenti bilaterali u reġjonali (permezz tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles jew arranġamenti simili) fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, kif meħtieġ. F’industrija dinjija l-kondizzjonijiet relatati ma’ l- investiment barrani dirett u t-twaqqif ta’ produzzjoni lokali f’pajjiżi terzi huma importanti daqs l-influssi aktar tradizzjonali ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Il-politika Ewropea għandha tfittex li tiżgura li l-operat barrani tal-kumpaniji Ewropej ma jkunx suġġett għal diskriminazzjoni inġusta. Il-Kummissjoni hi impenjata li ssaħħaħ u twessa’ l-governanza regolatorja fil-livell internazzjonali, b’mod partikulari permezz tal-qafas tal-UN/ECE (kif diskuss fit-taqsima 3.2.)[41], biex jitnaqqsu l-ostakoli mhux tariffarji għal kummerċ u li żżid l-iżvilupp ta’ livell regolatorju li jiżgura kondizzjonijiet ġusti mad-dinja kollha. L-industrija tal-karozzi esprimiet ukoll preokkupazzjoni serja dwar l-infurzar ta’ regoli għall-proprjetà intellettwali (IPR) f’ċerti żoni tad-dinja. Il-Kummissjoni tippreokkupa ruħha dwar l-aċċess għas-suq fiċ- Ċina u l-kondizzjonijiet ta’ l-operat f’dan il-pajjiż. Dawn huma sinifikanti mhux biss minħabba l-potenzjal tas-suq Ċiniż imma wkoll minħabba li preokkupazzjonijiet simili jistgħu jinħolqu fi swieq kbar oħrajn li qed jissawru. 2. Il-Kummissjoni: - adottat politika li tinkoraġġixxi ż-żieda ta’ l-armonizzazzjoni teknika internazzjonali għar-regolamenti tal-vetturi b’magni fil-qafas tal-Ftehimiet tal-UN/ECE kemm ta’ l-1958 kif ukoll ta’ l-1998 - talbet formalment it-twaqqif ta’ Grupp għas-Soluzzjonijiet tal-Kwistjonijiet biex jiġu solvuti kwistjonijiet pendenti relatati mat-trattament ta’ partijiet tal-vetturi importati miċ-Ċina. L-Istati Uniti u l-Kanada ressqu lmenti simili Fir-rigward tad-direzzjoni ġejjiena tal-politika: 2. Il-Kummissjoni: 30. se tivvaluta, każ każ, il-potenzjal li jiġu nnegozjati Ftehimiet bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles ma’ pajjiżi terzi (partikularment fix-Xlokk ta’ l-Asja) u se tibda negozjati ta’ din ix-xorta, jekk u meta, meħtieġ 31. se tkompli tissorvelja l-kummerċ Ċiniż u l-iżviluppi regolatorji biex tiżgura li l-aċċess imtejjeb tas-suq li jirriżulta mis-sħubija taċ-Ċina fid-WTO jiġi implimentat fil-prattika 32. se tkompli djalogu formali maċ-Ċina dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ambjent regolatorju taċ-Ċina biex tiżgura li jeżistu livell ta’ kondizzjonijiet ġusti u ċertezza legali għall-komunità kummerċjali f’dan is-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-iżvilupp ta’ l-abbozz tal-Liġi Kontra l-Monopolju Ċiniż 33. se tkompli tibni rabtiet aktar mill-viċin mar-Russja fil-qafas ta’ l-Ispazju Ekonomiku Komuni bejn l-UE u r-Russja 34. se tkompli l-politika tagħha li tiżgura li l-IPR huma promossi u infurzati fil-livell dinji permezz tal-ftehimiet internazzjonali eżistenti u se tinkludi dispożizzjonijiet komprensivi dwar il-proprjetà intellettwali fi ftehimiet ġejjiena bilaterali 3.6. Riċerka u żvilupp: muftieħ għal kompetittività ġejjiena B’madwar € 20 biljun (madwar 5% tal-bejgħ gross tas-settur) investiti fir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodott l-industrija tal-karozzi hi l- akbar investitur ta ’ l-R&D fl-Ewropa fl-termini assoluti . Il-Pjattaformi Teknoloġiċi għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka rilevanti għall-industrija. Il-“ Viżjoni tat-trasport stradali fl-2020” , l-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka żviluppata mill- Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar it-Trasport Stradali (ERTRAC) u dawk żviluppati taħt pjattaformi teknoloġiċi rilevanti oħra[42] kienu ċentrali biex jiddefinixxu d-direzzjoni ta’ l-isforzi ġejjiena ta’ l-R&D għall-katina kollha tal-valuri tal-karozzi fil-livelli ta’ l-UE, nazzjonali u reġjonali. 2. Il-Kummissjoni: - fis-7 Programm ta’ Qafas għar-Riċerka (FP7), ipproponiet il-ħolqien ta’ tema prijoritarja ddedikata għat-“Trasport (inkluża l-aeronawtika)”, li l-baġit propost tiegħu (€ 4180 miljun fi prezzijiet attwali) jirrappreżenta żieda sinifikanti fl-allokazzjoni tal-fondi tal-Komunità għall-innovazzjoni fis-settur tal-karozzi - fl-FP7, taħt it-tema tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, ipproponiet li titkompla r-riċerka fil-qasam ta’ l-ICT għal mobilità, fis-sostenibilità ambjentali u l-effiċjenza ta’ l-enerġija, li jkomplu jibnu fuq ir-riċerka mwettqa taħt il-5 u s-6 Programmi ta’ Qafas Il-Kummissjoni temmen li hu meħtieġ li tiġi ffokata r-riċerka Ewropea fl-FP7 kemm fuq ir-riċerka inkrementali (eż. it-teknoloġiji għall-magni termali nodfa u effiċjenti fl-użu ta l-enerġija, is-sistemi integrati ta sikurezza ) u fuq teknoloġiji ta’ skoperti ġodda (eż. il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil, l-iżvilupp ta ’ ibridi li jiċċarġjaw mill-ġdid, il-bijofjuwils tat-2 ġenerazzjoni ). Barra minn dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħolqien ta’ swieq gwida f’oqsma rilevanti għal dan is-settur hu importanti (eż. il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil, il-bijofjuwils eċċ. jistgħu jitqiesu bħala kandidati potenzjali). Minn perspettiva aktar wiesgħa teknoloġija tal-karozzi ġdida, aktar sikura, aktar effiċjenti u b’inqas tniġġis tifforma parti mill-kunċett tas-Sistemi Intelliġenti ta’ Trasport (ITS). L-industrija tal-karozzi hi involuta b’mod attiv f’diversi Pjattaformi Teknoloġiċi[43], li jikkontribwixxu b’mod dirett jew indirett għall-kompetittività ta’ l-industrija tal-karozzi u għall-iżvilupp ta’ sistemi aħjar ta’ trasport. 2. Il-Kummissjoni: 35. se tkompli tiżviluppa l-kooperazzjoni ta’ l-R&D bejn l-UE u l-industrija (primarjament permezz ta’ l-FP7) 36. se timmira biex tirrinforza l-kollaborazzjoni koerenti tar-riċerka bejn l-UE, l-Istati Membri u l-industrija tal-karozzi fi ħdan avviċinament ta’ sistema u se tuża tipi differenti ta’ strumenti għal appoġġ ta’ l-R&D fis-settur tal-karozzi inklużi l-proġetti kollaborattivi u n-netwerks ta’ eċċellenza 37. se tiffoka l-programmi ta’ riċerka biex jagħmlu s-sistema tat-trasport stradali aktar effiċjenti filwaqt li ssaħħaħ il-kompatibilità ambjentali u s-sikurezza. Enfasi partikulari ser tingħata kemm lill-fjuwils nodfa rinnovabbli kif ukoll lill-vetturi intelliġenti u lit-toroq (eż. il-proġett tal-“karozza intelliġenti” fil-qafas ta’ l-inizjattiva i2010) 38. se timmira biex tuża partenarjati pubbliċi-privati bħala strument ġdid ta’ riċerka industrijali, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni. Hi qed tipprepara, flimkien ma’ l-industrija tal-karozzi (u partijiet interessati oħra), it-twaqqif ta’ Inizjattiva Konġunta Teknoloġika fil-qasam tal-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil 39. tinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet Ewropej tal-finanzjament, bħall-Bank Ewropew għall-Investiment, biex ikomplu jappoġġaw ir-riċerka fis-settur tal-karozzi u biex jiffokaw l-attivitajiet tagħhom fuq proġetti li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet u t-tisħiħ tas-sikurezza, notevolment permezz tal-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju l-ġdida 3.7. Tassazzjoni u inċentivi fiskali u kompetizzjoni wara l-bejgħ 3.7.1. Tassazzjoni u inċentivi fiskali Diskussjonijiet fil-Grupp CARS 21 indikaw li d-diversi reġimi ta ’ tassassjoni relatati mal-vetturi fl-Istati Membri huma kkunsidrati li huma fost l-ostakoli prinċipali għat-tħaddim effettiv tas-suq intern filwaqt li l-użu ta' l-inċentivi fiskali għandhom jiġu kkoordinati fost l-Istati Membri kollha u għandhom jikkontribwixxu b'mod ċar għall-għanijiet tal-politika ta' l-UE fl-oqsma bħal dawk ta' l-ambjent u s-sikurezza. F’dan il-kuntest, addizzjonali mal-proposta tal-Kummissjoni, artikolu li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-għoti ta’ inċentivi finanzjarji sar qbil dwaru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-Regolament tal-Euro 5 u 6[44]. 2. Il-Kummissjoni: - ipproponiet direttiva dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri[45], li attwalment tinstab quddiem il-Kunsill Ewropew u l-Parlament. Il-Kummissjoni tirrikkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw id-direttiva proposta malajr kemm jista’ jkun possibbli 3.7.2. Kompetizzjoni wara l-bejgħ Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vetturi, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-Regolament 1400/2002 dwar id- distribuzzjoni tal-vetturi b ’ magna [46] jiġi applikat fil-Komunità kollha filwaqt li fid-dawl tal-komplessità li dejjem qed tiżdied tal-vetturi sar essenzjali li s-sewwejja tal-vetturi fil-Komunità jkollhom aċċess għall- informazzjoni teknika xierqa dwar it-tiswija . Azzjoni dwar dan ta’ l-aħħar issegwi mandat ċar mill-Parlament Ewropew kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/68/KE[47]. 2. Il-Kummissjoni: - introduċiet dispożizzjoni fil-proposta tal-Euro 5[48] li permezz tagħha l-manifatturi tal-vetturi huma obbligati li jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għat-tiswija tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar il-manutenzjoni lis-sewwejja indipendenti permezz tal- websites b’format żviluppat minn kumitat tekniku tal-partijiet interessati (format OASIS) 4. PASSI LI JMISS Il-Kummissjoni impenjata li timplimenta l-politika ta’ titjib tar-regolamentazzjoni u temmen li teżisti opportunità unika biex tiġi żviluppata kultura distinta ta ’ elaborazzjoni ta ’ politiki f ’ dak li jirrigwarda l-politika industrijali . Il-Kummissjoni temmen li prinċipji bħalma huma l-kwalità tal-leġiżlazzjoni, is-simplifikazzjoni, il-valutazzjoni ta’ l-impatt, il-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati, id-dewmien għat-twettiq u l-għażla ta’ l-istrumenti għandhom ikunu fil-qalba ta’ l-elaborazzjoni tal-proposti leġiżlattivi. L-isfida inerenti l-aktar diffiċli għal proċess ta’ politika ta’ din ix-xorta tinstab fir- relazzjoni bejn il-prevedibilità fuq naħa u l-kwalità u l-flessibilità fuq in-naħa l-oħra . L-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq medda twila ta’ żmien tar-regolamenti futuri se tqanqal inevitabbilment mistoqsijiet relatati mal-kwalità u d-disponibilità tad- data użata biex isiru s-suppożizzjonijiet dwar il-futur medju u fit-tul. Għalhekk għandu jiġi implimentat mekkaniżmu għal reviżjoni u analiżi regolari . Biex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmati b’mod regolari dwar il-proċess tal-UN/ECE l-Kummissjoni qed tippjana biex tippubblika dokument annwali lill-Parlament Ewropew li jipprovdi aġġornament dwar ix-xogħol li jkun qed jitwettaq fil-proċess tal-UN/ECE u tal-komitoloġija. 2. Il-Kummissjoni: 40. flimkien mal-partijiet interessati kollha rilevanti, se tmexxi analiżi mid-term ta’ l-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni matul l-2009 biex tifli l-progress li sar u, jekk meħtieġ, tadatta l-qafas ta’ politika regolatorja tal-karozzi abbażi tar-riżultati ta’ din l-analiżi 41. se tinforma b’mod regolari lill-koleġiżlaturi dwar l-istat tal-bidliet fir-regolamenti tal-karozzi billi tippubblika dokument annwali ta’ ħidma dwar il-progress imwettaq fil-UN/ECE ANNESSI 1. Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali 2. Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE Anness 1: Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali Għandhom jiġu proposti għall- awto-ittestjar : Direttivi ta ’ l-KE :70/222/KEE (pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara)77/389/KEE (mezzi ta’ rmunkar)78/316/KEE (identifikazzjoni tal-kontrolli)78/317/KEE (is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta’ uċuħ bil-ħġieġ)78/318/KEE (tal-wajper u tal- washer )78/549/EEC (protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur)92/21/KEE (il-masses u d-dimensjonijiet, vetturi) 97/27/KE (il-masses u d-dimensjonijiet)92/114/KE (oġġetti ħerġin ’il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina) Regolamenti UN/ECE : 28 (strumenti ta’ twissija akustika)48 (stallazzjoni ta’ dawl)121 (identifikazzjoni tal-kontrolli)122 (sistemi li jsaħħnu)43 (parti dwar l-istallazzjoni tal-ħġieġ tas-sikurezza)55 (igganċjar; għar-rekwiżiti ġeometriċi biss) Għandhom jiġu proposti għall- ittestjar virtwali : Direttivi ta’ l-KE : 77/389/KEE (mezzi ta’ rmunkar)77/649/KEE (kamp viżiv ta’ quddiem)78/318/KEE (tal-wajper u tal- washer , għar-rekwiżiti ġeometriċi)78/549/EEC (protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur)92/114/KE (oġġetti ħerġin ’il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina;) Regolamenti UN/ECE : 46 (għall-qasam tal-mirja li minnhom tista’ tara minn wara)21 (għar-rekwiżiti ġeometriċi tal-muntaġġi interni)26 (proġezzjonijiet esterni)48 (stallazzjoni ta’ dawl)55 (igganċjar; fir-rigward tar-rekwiżiti ġeometriċi biss) Anness 2: Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE 70/157/KEE (il-livell tal-ħoss)70/221/KEE (tankijiet ta’ karburant likwidu)70/311/KEE (sforz għall-kontroll tad-direzzjoni)70/387/EEC (lukketti u ċ-ċappetti tal-bibien)70/388/KEE (strumenti ta’ twissija akustika)71/127/KEE (mirja li minnhom tista’ tara minn wara)71/320/KEE (ibbrejkjar)72/245/KEE (it-trażżin tar-radju)74/60/KEE (muntaġġi interni)74/61/EKEE (kontra s-serq u immobilizzatur)74/297/KEE (tal-mekkaniżmu ta’ l-i steering protettiv)74/408/KEE (saħħa tas-sedili)74/483/KEE (sporġenzi esterni)75/443/KEE ( speedometer / ger tar-rivers)76/756/KEE (stallazzjoni ta’ dawl)76/757/KEE (rifletturi tar-rifless)76/758/KEE (fanali)76/759/KEE (indikaturi tad-direzzjoni)76/760/KEE (fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara)76/761/KEE ( headlamps )76/762/KEE (fanali taċ-ċpar ta’ quddiem)77/538/KEE (fanali taċ-ċpar ta’ wara)77/539/KEE (fanali tar-rivers)77/540/KEE (lampi ta’ l-ipparkjar)77/541/KEE (ċintorini tas-sikurezza)78/316/KEE (identifikazzjoni tal-kontrolli)2001/56/KE (sistemi li jsaħħnu)80/1269/KEE (qawwa tal-magna)89/297/KEE (gwardji tal-ġenb)92/22/EC (ħġieġ tas-sikurezza)92/23/KE ( tyres )94/20/KE (igganċjar)95/28/KE (fjammabilità)2001/85/KE (xarabank u coaches )96/79/KE (ħabta fuq quddiem)96/27/KE (ħabta mill-ġenb)98/91/KE (trasport ta’ merkanzija perikoluża)2000/40/EC (mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem) [1] COM(2007) 1 finali [2] Għal aktar dettalji: http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm [3] Ir-rapport finali ta’ CARS 21 jinstab fil- webpage : http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm [4] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)474 finali: l-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona: Qafas ta’ Politika għat-Tisħiħ ta’ l-industrija tal-manifattura ta’ l-UE - lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali [5] Eż. Id-Direttiva 2002/14/KE, Id-Direttiva 98/59/KE u d-Direttiva 94/45/KE [6] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strutturar mill-ġdid u Impjiegi COM(2005) 120 [7] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1-15) [8] Ta’ min jinnota li l-azzjonijiet li diġà ġew proposti jew implimentati huma ppreżentati b’inċiżi, filwaqt li l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tipproponi fil-ġejjieni huma konsekuttivament innumerati fil-Komunikazzjoni. [9] COM(2003) 418 finali [10] C 1996/143/04, ĠU C 143, 15.05.1996, p. 4-16 [11] Id-dettalji ta’ din l-analiżi jinstabu fl-Anness II tar-Rapport Finali ta’ CARS 21 [12] Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE, ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1-23 [13] Id-direttivi rilevanti ġew elenkati fl-Anness 2 [14] Id-direttivi rilevanti u r-regolamenti tal-UN/ECE ġew elenkati fl-Anness 1 [15] Id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/EEC, ĠU L 68, 22.3.1971, p. 1–17 [16] Id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE, ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16–25 [17] Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/, ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6–20 [18] Id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/, ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1–15 [19] Ir-Regolament Nru. 122 tal-UN/ECE: Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-kategoriji tal-vetturi M, N u O fir-rigward tas-sistemi tagħhom li jsaħħnu, it-23 ta’ Frar 2006 [20] COM (95) 689 finali, Strateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u tittejjeb l-ekonomija tal-fjuwil. Għal aktar informazzjoni ara wkoll: http://europa.eu.int/comm/environment/co2/co2_home.htm [21] COM (2005) 446 [22] COM(2005) 683 finali [23] COM (2005) 634 [24] COM(2007) 19 finali [25] COM(2006) 845 finali [26] Id-Direttiva 2003/30/KE, ĠU L 123, 17.52003, p. 42-46 [27] COM(2006) 59 finali [28] Id-Direttiva 2006/40/KE, ĠU L 161, 14.06.2006, p. 12-18 [29] Id-Direttiva 2000/53/KE, ĠU L 269, 21. 10. 2000, p. 34-43 [30] l-analiżi mid-term tal-Programm Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq: COM(2006) 74 finali [31] COM (2001)370 finali L-analiżi mid-term tal-White Paper dwar it-Trasport ta’ l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea tlestiet fl-2006, COM (2006) 314 finali [32] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2004, ĠU 111, 17.4.2004, p. 75-82 [33] Ir-Regolament Nru. 104 tal-UN/ECE: Id-dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tas-sinjali retro-riflessivi għall-vetturi tqal u twal u għat-trejlers tagħhom, 22 ta’ Jannar 1998 [34] Ir-Regolament Nru. 48 tal-UN/ECE: L-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni [35] COM(2005) 431 finali [36] COM(2006) 59 finali [37] COM(2006) 569 finali [38] COM(2006) 570 finali [39] Id-Direttiva 2003/102/KE, ĠU L 321, 6. 12. 2003, p. 15-25 [40] L-avviċinament tal-Kummissjoni għal politika kummerċjali ġie spjegat b’mod ġenerali f’Komunikazzjoni reċenti “Ewropa Globali: Kompetizzjoni dinjija” COM(2006) 567 finali [41] Kif spjegat fit-taqsima 3.2. il-Kummissjoni se tfittex li tersaq lejn armonizzazzjoni internazzjonali b’mod, li jippermetti lill-UE li tileġiżla b’mod indipendenti f’oqsma relatati mas-sikurezza u l-ambjent jekk dan ikun meħtieġ fil-ġejjieni. [42] Eżempji jinkludu l-pjattaforma tal-batterija li taħdem bl-idroġenu u l-fjuwil, il-pjattaforma tal-materjali avvanzati ta’ inġinerija u tat-tekonoloġiji, il-pjattaforma ta’ l-integrazzjoni tas-sistemi smart, eċċ. [43] Pereżempju, NESSI, il-pjattaforma tas-software u ARTEMIS, il-pjattaforma għas-sistemi integrati ta’ l-IT [44] COM (2005)683 finali [45] COM (2005)261 finali [46] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur [47] Id-Direttiva 98/69/KE, ĠU L 350, 28. 12. 1998, p. 1-57 [48] COM(2005) 683 finali