2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0395/2006 - 2006/2162(DEC))
Official Journal 074 E , 20/03/2008 P. 0234 - 0235
2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0395/2006 — 2006/2162(DEC)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2005 [1], - wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Eurojust għassena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Eurojust [2], - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 — C6-0080/2007), - wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat UE, u b'mod partikulari l-Artikolu 41 tiegħu, - wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [3], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, - Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat- 28 ta' Frar 2002 li stabbiliet l-Eurojust bilħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji [4], u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha, - wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad- 19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 [5], u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu, - wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0120/2007), 1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Eurojust għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 huma preżentati kif ġej: Sors: data ta' l-Eurojust — Din it-tabella tqassar id-data fornuta mill-Eurojust fil-kontijiet annwali tagħha. (f'EUR 1000) | Kont tad-dħul u tan-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 | | 2005 | 2004 | Dħul tat-tħaddim Sussidji Komunitarji | 11991 | 8726 | Dħul mixxellanju | 59 | 397 | Total (a) | 12050 | 9123 | Nefqa tat-tħaddim Xiri ta' prodotti u servizzi | 4854 | 4476 | Spejjeż għall-persunal | 5149 | 4142 | Deprezzament | 508 | 332 | Totali (b) | 10511 | 8950 | Bilanċ għas-sena finanzjarja (a-b) | 1539 | 173 | 2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2005; 3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur amministrattiv ta' l-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L). [1] ĠU C 266, 31.10.2006, p. 34. [2] ĠU C 312, 19.12.2006, p. 67. [3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1). [4] ĠU L 63, 6.3.2002, p.1. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p.44). [5] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. --------------------------------------------------