52007BP0120(01)

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0394/2006 - 2006/2161(DEC))

Official Journal 074 E , 20/03/2008 P. 0227 - 0227


1.

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0394/2006 — 2006/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 [1],

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija [2],

- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 — C6-0080/2007),

- wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

- wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

- wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad- 19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 [5], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0099/2007),

1. Jagħti lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005;

2. Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali tagħha lid-direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

[1] ĠU C 266, 31.10.2006, p. 4.

[2] ĠU C 312, 19.12.2006, p. 12.

[3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

[4] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

[5] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

--------------------------------------------------