Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (13736/1/2006 - C6-0042/2007 - 2000/0212(COD))
Official Journal 076 E , 27/03/2008 P. 0092 - 0092
P6_TA(2007)0174 Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l- 10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (13736/1/2006 — C6-0042/2007 — 2000/0212(COD)) (Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13736/1/2006 — C6-0042/2007) [1], - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2000)0007) [3], - wara li kkunsidra l-ewwel proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2002)0107) [4], - wara li kkunsidra t-tieni proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2005)0319) [5], - wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE, - wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0131/2007), 1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata; 2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] ĠU C 70 E, 27.3.2007, p.1. [2] ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 262. [3] ĠU C 365, 19.12.2000, p. 169. [4] ĠU C 151 E, 25.6.2002, p. 146. [5] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU. --------------------------------------------------