52007AP0143

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar (12131/6/2006 - C6-0038/2007 - 2006/0005(COD))

Official Journal 074 E , 20/03/2008 P. 0525 - 0525


P6_TA(2007)0143

Il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' April 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar (12131/6/2006 — C6-0038/2007 — 2006/0005(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (12131/6/2006 — C6-0038/2007),

- wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0015) [2],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0064/2007),

1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] Testi Adottati, 13.6.2006, P6_TA(2006)0253.

[2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

--------------------------------------------------