13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 270/1


POSIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 14/2007

adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Settembru 2007

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 2007/…KE dwar ftehim ta'… kreditu għall-konsumatur u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

(2007/C 270 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (3) tistabbilixxi regoli f'livell Komunitarju dwar ftehim ta' kreditu lill-konsumatur.

(2)

Fl-1995, il-Kummissjoni preżentat rapport dwar l-operat tad-Direttiva 87/102/KEE u għamlet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati. Fl-1997, il-Kummissjoni preżentat rapport fil-qosor tar-reazzjonijiet għar-rapport ta' l-1995. Sar it-tieni rapport fl-1996 dwar l-operat tad-Direttiva 87/102/KE.

(3)

Dawk ir-rapporti u l-konsultazzjonijiet urew differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet tad-diversi Stati Membri fil-qasam tal-kreditu lil persuni fiżiċi in ġenerali u fil-kreditu lill-konsumatur b'mod partikolari. Analiżi tal-liġijiet nazzjonali li għamlu traspożizzjoni tad-Direttiva 87/102/KEE turi li l-Istati Membri jużaw varjeta' ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni għall-konsumatur, minbarra d-Direttiva 87/102/KEE, minħabba differenzi fis-sitwazzjoni legali jew ekonomika fil-livell nazzjonali.

(4)

Is-sitwazzjoni de facto u de jure li tirriżulta minn dawk id-differenzi nazzjonali f'xi każijiet twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fost il-kredituri fil-Komunità u toħloq ostakoli għas-suq intern fejn Stati Membri adottaw dispożizzjonijiet obbligatorji differenti aktar strinġenti minn dawk previsti fid-Direttiva 87/102/KEE. Hi tirrestrinġi l-ħila tal-konsumaturi li jagħmlu użu dirett mid-disponibbiltà li dejjem qed tiżdied tal-kreditu trans-konfini. Dawk id-distorsjonijiet u restrizzjonijiet jista' mbagħad ikollhom konsegwenzi f'termini ta' talba għal merkanzija u servizzi.

(5)

Fi snin reċenti t-tipi ta' kreditu offruti lil u użati minn konsumaturi evolvew b'mod konsiderevoli. Tfaċċaw strumenti ġodda ta' kreditu, u l-użu tagħhom qed ikompli jiżviluppa. Jeħtieġ għalhekk li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet eżistenti u tiġi estiż l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, fejn xieraq.

(6)

Skond it-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi u l-libertà li wieħed jistabbilixxi ruħu huma żgurati. L-iżvilupp ta' suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti fiż-żona mingħajr fruntieri interni hu vitali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' attivitajiet trans-konfinali.

(7)

Sabiex ikun faċilitat l-iżvilupp ta' suq intern ta' kreditu lill-konsumaturi li jiffunzjona tajjeb, jeħtieġ li jsir provvediment għal qafas Komunitarju armonizzat f'numru ta' oqsma ċentrali. Bil-ħsieb tas-suq tal-kreditu lill-konsumaturi li qed jiżviluppa kontinwament u l-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej li qed tiżdied, leġislazzjoni Komunitarja li tħares 'il quddiem u li kapaċi tadatta ruħha għal forom futuri ta' kreditu u li tippermetti lil Stati Membri l-livell xieraq ta' flessibbiltà fl-implimentazzjoni tagħhom għandha tgħin biex jiġi stabbilit korp modern ta' liġi dwar kreditu lill-konsumaturi.

(8)

Huwa importanti li s-suq għandu joffri livell suffiċjenti ta' protezzjoni lill-konsumatur biex jiżgura l-fiduċja tal-konsumatur. Għalhekk għandu jkun possibli li l-moviment liberu ta' offerti ta' kreditu jsir taħt kondizzjonijiet ottimali kemm għal dawk li joffru kreditu u kemm għal dawk li għandhom bżonnu, b'attenzjoni dovuta għal sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri individwali.

(9)

Armonizzazzjoni sħiħa hija meħtieġa biex tiżgura li il-konsumaturi kollha fil-Komunità igawdu livell għoli u ekwivalenti ta' protezzjoni ta' l-interessi tagħhom u biex jinħoloq suq intern ġenwin. L-Istati Membri għalhekk m'għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Madankollu, tali restrizzjoni għandha tapplika biss fejn hemm dispożizzjonijiet armonizzati f'din id-Direttiva. Fejn tali dispożizzjonijiet armonizzati ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġislazzjoni nazzjonali. Bl-istess mod, l-Istati Membri jistgħu, per eżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar responsabbiltà konġunta solidali tal-bejjiegħ jew fornitur tas-servizzi u l-kreditur. Eżempju ieħor ta' din il-possibbiltà għall-Istati Membri jista' jkun li jinżammu jew jiġu introdotti dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-kanċellazzjoni ta' kuntratt ta' bejgħ ta' merkanzija jew il-forniment ta' servizzi jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jirtira mill-ftehim ta' kreditu. F'dan ir-rigward l-Istati Membri, fil-każ ta' ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa, għandhom ikunu jistgħu jistipulaw perijodu minimu li għandu jgħaddi bejn il-mument meta l-kreditur jitlob rimborż u l-jum li fih il-kreditu jrid jiġi rimburżat.

(10)

Id-definizzjonijiet li jinsabu f'din id-Direttiva jiddeterminaw il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-armonizzazzjoni. L-obbligu ta' l-Istati Membri li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu għalhekk ikun limitat għall-kamp ta' applikazzjoni tiegħu kif iddeterminat b'dawn id-definizzjonijiet. Madankollu, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, b'mod konformi mal-liġi Komunitarja, tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal oqsma mhux koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Stat Membru għandu b'hekk ikun jista' jżomm jew jintroduċi leġislazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha dwar ftehim ta' kreditu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, per eżempju dwar ftehim ta' kreditu li jinvolvu ammonti inqas minn EUR 200 jew iktar minn EUR 100 000. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva wkoll għal kreditu marbut, li ma jaqax taħt id-definizzjoni tal-ftehim ta' kreditu marbut kif jinsab f' din id-Direttiva. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar ftehim ta' kreditu marbut jistgħu jkunu applikati għal ftehim ta' kreditu li jservu parzjalment biss biex jiffinanzjaw kuntratt għall-provvista ta' merkanzija jew il-forniment ta' servizz.

(11)

Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu speċifiċi li għalihom huma applikabbli xi wħud biss mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew jadottaw leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta dispożizzjonijiet oħrajn ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jitħallew fil-libertà biex jirregolaw, fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, tali tipi ta' ftehim ta' kreditu fejn jidħlu aspetti oħrajn mhux armonizzati b'din id-Direttiva.

(12)

Ftehim għall-forniment ta' servizzi fuq bażi kontinwa jew għall-forniment ta' merkanzija ta' l-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għalihom għal kemm idum il-forniment tagħhom permezz ta' pagamenti bin-nifs, jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli, skond l-interessi tal-partijiet kontraenti involuti, u l-modalitajiet u l-prestazzjoni tat-transazzjonijiet, minn ftehim ta' kreditu koperti b'din id-Direttiva. Għalhekk, għandu jiġi kkjarifikat li tali ftehim m'humiex ikkunsidrati bħala ftehim ta' kreditu għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Tali tipi ta' ftehim jinkludu, per eżempju, kuntratt ta' assigurazzjoni fejn l-assigurazzjoni titħallas permezz ta' pagamenti bin-nifs mensili.

(13)

Ftehim ta' kreditu li jkopru l-għoti ta' kreditu garantit bi proprjetà għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dak it-tip ta' kreditu hu ta' natura speċifika ħafna. Barra minn hekk, ftehim ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa li jiffinanzjaw l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini eżistenti jew ipproġettat għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Madankollu, ftehim ta' kreditu ma għandhomx jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biss minħabba li l-għan tagħhom huwa r-rinnovazzjoni jew iż-żieda tal-valur ta' bini eżistenti.

(14)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw irrispettivament jekk il-kreditur huwiex persuna ġuridika jew persuna fiżika. Madankollu, id-Direttiva ma taffettwax id-dritt ta' l-Istati Membri li jillimitaw, b'mod konformi mal-liġi Komunitarja, il-provvista tal-kreditu għall-konsumaturi lill-persuni ġuridiċi biss jew lil ċerti persuni ġuridiċi.

(15)

Ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi (intermedjarji ta' kreditu) li matul il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom għal ħlas jippreżentaw jew joffru ftehim ta' kreditu lill-konsumaturi, jassistu konsumatur billi jagħmlu ħidma ta' tħejjija rigward il-ftehim ta' kreditu jew jikkonkludu ftehim ta' kreditu ma' konsumaturi f'isem il-kreditur. Organizzazzjonijiet li jippermettu li l-identità tagħhom tintuża għall-promozzjoni ta' prodotti ta' kreditu, bħall-karti ta' kreditu, u li jistgħu wkoll jirrakkomandaw dawn il-prodotti lill-membri tagħhom m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala intermedjarji ta' kreditu għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(16)

Din id-Direttiva tirregola biss ċerti obbligi ta' l-intermedjarji ta' kreditu fir-rigward tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom għalhekk jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu obbligi addizzjonali fuq l-intermedjarji ta' kreditu.

(17)

Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prattiċi inġusti jew qarrieqa, partikolarment fir-rigward ta' kxif ta' informazzjoni mill-kreditur, b'mod konformi mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (4). Madankollu, din id-Direttiva għandha jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar reklamar li jikkonċerna ftehim ta' kreditu kif ukoll ċerti elementi ta' informazzjoni standard għandhom jingħataw lill-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu, b'mod partikolari, iqabblu offerti differenti. Tali informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar, konċiż u prominenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew fil-libertà biex jirregolaw il-ħtiġiet ta' informazzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' reklamar li ma jinkludix informazzjoni dwar l-ispiża tal-kreditu.

(18)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom b'għarfien sħiħ tal-fatti, huma għandhom jirċievu informazzjoni adegwata qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, dwar il-kondizzjonijiet u l-ispiża tal-kreditu u l-obbligi tagħhom. Biex ikunu żgurati trasparenza u komparabbiltà ta' offerti bl-aktar mod sħiħ possibbli, tali informazzjoni għandha, b'mod partikolari, tinkludi r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena applikabbli għall-kreditu, u maħduma madwar il-Komunità kollha bl-istess mod. Billi f'dan l-istadju r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena tista' tiġi indikata biss b'eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, per eżempju, għall-medja tat-tul ta' żmien u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' ftehim ta' kreditu taħt konsiderazzjoni u, jekk applikabbli, għall-merkanzija mixtrija. Meta jkun qed jiġi ddeterminat l-eżempju rappreżentattiv, il-frekwenza ta' ċerti tipi ta' ftehim ta' kreditu f'suq partikolari għandha tiġi kkunsidrata wkoll. Għal dak li jirrigwarda r-rata tas-self, il-frekwenza tal-pagamenti bin-nifs u l-kapitalizzazzjoni ta' l-interessi, il-kredituri għandhom jużaw il-metodu ta' kalkolu konvenzjonali tagħhom għall-kreditu tal-konsumatur konċernat.

(19)

L-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur għandha tinkludi l-ispejjeż kollha, inkluż interessi, kummissjonijiet, taxxi, onorarji għall-intermedjarji ta' kreditu u kwalunkwe onorarju ieħor li l-konsumatur għandu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu, minbarra l-ispejjeż notarili. L-għarfien attwali ta' l-ispejjeż tal-kreditur għandu jkun valutat b'mod objettiv b'kont meħud tal-ħtiġiet tad-diliġenza professjonali.

(20)

Il-ftehim ta' kreditu li fih rata tas-self hija perjodikament riveduta skond il-bidliet li jseħħu f'rata ta' referenza msemmija fil-ftehim ta' kreditu m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala ftehim ta' kreditu b'rata fissa tas-self.

(21)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu lill-kreditur milli jirrikjedi lill- konsumatur, fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu, jiftaħ kont bankarju jew jikonkludi ftehim fir-rigward ta' servizz anċillari ieħor jew iħallas l-ispejjeż jew id-drijjijiet għal tali kontijiet bankarji jew servizzi anċillari oħrajn. F'dawk l-Istati Membri fejn tali offerti kkombinati huma permessi, il-konsumaturi għandhom ikunu informati qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu dwar kwalunkwe servizz anċillari, li huwa obbligatorju l-ewwelnett għall-kisba tal-kreditu jew dwar it-termini u l-kondizzjonijiet offruti. L-ispejjeż pagabbli għall-dawn is-servizzi anċillari għandhom ikunu nklużi fl-ispejjeż totali tal-kreditu; alternattivament, jekk l-ammont ta' tali spejjeż ma jistax jiġi ddeterminat minn qabel, il-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni dwar l-eżistenza ta' spejjeż fi stadju pre-kuntrattwali. Il-kreditur għandu ikun preżunt li jaf l-ispejjeż tas-servizzi anċillari, li huwa stess jew f'isem parti terza joffri lill-konsumatur, sakemm il-prezz tiegħu ma jiddependix fuq il-karatteristiċi speċifiċi jew is-sitwazzjoni tal-konsumatur.

(22)

Għal tipi speċifiċi ta' ftehim ta' kreditu, madankollu, hu xieraq, sabiex fl-istess ħin jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni tal-konsumatur mingħajr ma jitpoġġa piż eċċessiv fuq kredituri jew, fejn applikabbli, intermedjarji ta' kreditu, li jiġu ristretti l-ħtiġiet ta' informazzjoni pre-kuntrattwali ta' din id-Direttiva, b'kont meħud tal-karattru speċifiku ta' tipi ta' ftehim bħal dawn.

(23)

Il-konsumatur jeħtieġ li jiġi infurmat b'mod komprensiv qabel jikkonkludi l-ftehim ta' kreditu irrispettivament minn jekk intermedjarju ta' kreditu jkunx involut jew le fil-kummerċjalizzazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, b'mod ġenerali, il-ħtiġiet ta' informazzjoni pre-kuntrattwali għandhom japplikaw ukoll għal intermedjarji ta' kreditu. Madankollu, fejn fornituri ta' merkanzija u servizzi jaġixxu bħala intermedjarji ta' kreditu f'kapaċità anċillari, mhux xieraq li jitgħabbew bl-obbligu legali li jagħtu informazzjoni pre-kuntrattwali skond din id-Direttiva. Fornituri ta' merkanzija u servizzi jistgħu, per eżempju, jiġu kkunsidrati bħala li jaġixxu bħala intermedjarji ta' kreditu f'kapaċità anċillari jekk l-attività tagħhom bħala intermedjarji ta' kreditu mhijiex il-fini prinċipali tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom. F'dawk il-każijiet, xorta għandu jinkiseb livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur peress li l-kreditur huwa responsabbli biex jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni pre-kuntrattwali sħiħa, jew mingħand l-intermedjarju, jekk jaqblu hekk il-kreditur u l-intemedjarju, jew b'xi mod ieħor xieraq.

(24)

Il-karattru potenzjalment vinkolanti ta' l-informazzjoni provduta lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu u l-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut minnu jistgħu jiġu regolati mill-Istati Membri.

(25)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu prattiki responsabbli matul il-fażijiet kollha tar-relazzjoni ta' kreditu b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tas-suq ta' kreditu tagħhom. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu, per eżempju, l-għoti ta' informazzjoni lil u l-edukazzjoni tal-konsumaturi, inklużi twissijiet rigward ir-riskji ta' nuqqas ta' ħlas jew ta' dejn eċċessiv. Fis-suq ta' kreditu li qed jikberhuwa, b'mod partikolari, importanti li l-kredituri ma jimpenjawx ruħhom f'self irresponsabbli, u l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jiddeterminaw sanzjonijiet fil-każ fejn dan jiġri. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar riskju ta' kreditu tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (5), il-kredituri għandhom iġorru ir-responsabbiltà li jivverifikaw individwalment is-solvibbiltà tal-konsumatur. Għal dan il-għan huma għandhom ikunu permessi li jużaw informazzjoni provduta mill-konsumatur mhux biss matul it-tħejjija tal-ftehim ta' kreditu konċernat, iżda anki matul relazzjoni kummerċjali li tkun ilha teżisti. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu wkoll struzzjonijiet u linji gwida adatti lill-kredituri. Il-konsumaturi għandhom jaġixxu wkoll bi prudenza u jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

(26)

Minkejja l-informazzjoni pre-kuntrattwali li trid tiġi pprovduta, il-konsumatur jista' jibqa' jeħtieġ għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, hu l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri jipprovdu tali assistenza rigward il-prodotti ta' kreditu li huma joffru lill-konsumatur. Fejn hu xieraq, l-informazzjoni pre-kuntrattwali rilevanti, kif ukoll il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti, għandhom jiġu spjegati lill-konsumatur b'mod personalizzat sabiex il-konsumatur jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. Fejn applikabbli, dan id-dover li tingħata assistenza lill-konsumatur għandu japplika wkoll għal intermedjarji ta' kreditu. L-Istati Membri għanhom ikunu jistgħu jiddeterminaw meta u sa fejn tali spjegazzjoni għandha tingħata lill-konsumatur b'kont meħud taċ-ċirkostanzi partikolari li fihom huwa offrut il-kreditu, il-ħtieġa ta' assistenza lill-konsumatur u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali.

(27)

Sabiex jivvaluta l-istatus ta' kreditu ta' konsumatur, il-kreditur għandu wkoll jikkonsulta databases rilevanti; iċ-ċirkostanzi legali u attwali jistgħu jirrikjedu li tali konsultazzjonijiet ivarjaw fil-profondità. Bi prevenzjoni ta' kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni fost il-kredituri, għandu jiġi żgurat li l-kredituri jkollhom aċċess għal databases privati jew pubbliċi li jikkonċernaw il-konsumaturi fi Stat Membru fejn ma jkunux stabbiliti taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji meta mqabbel ma' kredituri f'dak l-Istat Membru.

(28)

Fejn deċiżjoni għal rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu hija bbażata fuq il-konsultazzjoni ta' database, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan il-fatt u dwar il-partikolaritajiet tad-database ikkonsultata. Madankollu, il-kreditur m'għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta tkun ipprojbita minn leġislazzjoni Komunitarja oħra, per eżempju leġislazzjoni dwar il-money laundering jew il-finanzjament ta' terroriżmu. Barra minn hekk, tali informazzjoni m'għandhiex tingħata jekk hija kontra objettivi ta' l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(29)

Din id-Direttiva ma tirregolax kwistjonijiet ta' liġi tal-kuntratti marbutin mal-validità ta' ftehim ta' kreditu. Għalhekk, f'dan il-qasam, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li huma f'konformità mal-liġi Komunitarja. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw ir-reġim legali li jirreġola l-offerta għall-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari meta għandu jingħata u l-perijodu li matulu jkun jorbot lill-kreditur. Jekk tali offerta issir fl-istess ħin li tingħata l-informazzjoni pre-kuntrattwali prevista minn din id-Direttiva, din għandha tkun, bħal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur ikun jixtieq jagħti lill-konsumatur, provduta f'dokument separat li jista' jiġi anness għall-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.

(30)

Sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li jkun jaf id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skond il-ftehim ta' kreditu, għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa b'mod ċar u konċiż.

(31)

Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa l-konsumatur għandu jingħata l-informazzjoni dwar ir-rata tas-self, kemm fi stadju pre-kuntrattwali kif ukoll meta il-ftehim ta' kreditu jiġi konkluż. Matul ir-relazzjoni kuntrattwali, il-konsumatur għandu wkoll jiġi informat b'tibdil fir-rata tas-self varjabbli u t-tibdil għall-ħlasijiet ikkawżata b'dan il-mod. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li ma tkunx relatata ma' l-informazzjoni tal-konsumatur li tistabbilixxi kondizzjonijiet għal, jew konsegwenzi ta' bidliet, minbarra dawk il-bidliet li jikkonċernaw il-ħlasijiet, fir-rati tas-self u kondizzjonijiet ekonomiċi oħra li jirreġolaw il-kreditu, per eżempju reġoli li jipprovdu li l-kreditur jista' jbiddel ir-rata tas-self biss meta jkun hemm raġuni valida għal tali bidla jew li l-konsumatur jista' jxolji l-kuntratt fil-każ tal-bidla tar-rata tas-self jew f' xi kondizzjoni ekonomika oħra li tikkonċerna l-kreditu.

(32)

Il-partijiet kontraenti għandu jkollhom id-dritt jaffettwaw terminazzjoni standard ta' ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa. Barra minn hekk, jekk miftiehem fil-ftehim ta' kreditu, il-kreditur għandu jkollu d-dritt li jissospendi d-dritt tal-konsumatur li jiġbed fuq il-ftehim ta' kreditu bla skadenza għal raġunijiet objettivament ġustifikati. Tali r-raġunijiet jistgħu jinkludu per eżempju is-suspett ta' użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-kreditu jew riskju miżjud b'mod sinifikanti tal-konsumatur li ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligu tiegħu li jħallas lura l-kreditu. Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi nazzjonali fil-qasam tal-liġi tal-kuntratti li tirregola d-drittijiet tal-partijiet kontraenti li jtemmu l-ftehim ta' kreditu abbażi ta' ksur ta' kuntratt.

(33)

Sabiex jiġu approssimati l-proċeduri ta' l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar f'oqsma simili, hu meħtieġ li jsir provvediment għal dritt ta' rtirar mingħajr penali u bla obbligu li tingħata ġustifikazzjoni, taħt kondizzjonijiet simili għal dawk previsti fid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji tal-konsumaturi (6).

(34)

Fejn konsumatur jirtira minn ftehim ta' kreditu li b'konnessjoni miegħu jkun irċieva merkanzija, partikolarment minn xiri b'pagamenti bin-nifs jew ftehim ta' kiri jew ftehim ta' leasing li jipprevedu obbligu ta' xiri, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regolament mill-Istati Membri ta' kwistjonijiet dwar ir-ritorn tal-merkanzija jew kwalunkwe kwistjoni relatata.

(35)

Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu marbuta teżisti relazzjoni ta' interdipendenza bejn ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi u l-ftehim ta' kreditu konkluż għal dan il-għan. Għalhekk, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jirtira, abbażi tal-liġi Komunitarja, fir-rigward tal-ftehim ta' xiri l-konsumatur m'għandux jibqa' marbut aktar bil-ftehim ta' kreditu konness. Dan m'għandux jaffettwa l-liġi nazzjonali applikabbli għal ftehim ta' kreditu konnessi f'każijiet fejn ftehim ta' xiri kien annullat jew fejn il-konsumatur eżerċita d-dritt li jirtira abbażi tal-liġi nazzjonali. Lanqas m'għandu jaffettwa d-drittijiet tal-konsumaturi mogħtija mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li skond dawn m'għandu jsir l-ebda impenn bejn il-konsumatur u l-fornitur tal-merkanzija u s-servizzi, u lanqas kwalunkwe ħlas bejniethom sakemm il-konsumatur ma iffirmax il-ftehim ta' kreditu għall-finanzjament tax-xiri ta' merkanzija jew ta' servizzi.

(36)

Taħt ċerti kondizzjonijiet, il-konsumatur għandu jitħalla jsegwi r-rimedji kontra l-kreditur f'każ ta' problemi relatati għall-ftehim ta' xiri. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa fejn u taħt liema kondizzjonijiet il-konsumatur huwa rikjest li jsegwi r-rimedji tiegħu kontra l-fornitur, b'mod partikolari permezz ta' proċedimenti kontra l-fornitur, qabel ma jkun fil-pożizzjoni li jsegwihom kontra l-kreditur, Din id-direttiva m'għandhiex iċċaħħad lill-konsumaturi mid-drittijiet tagħhom mogħtija mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li tagħti responsabbiltà konġunta u solidali lill-bejjiegħ jew fornitur ta' servizzi u lill-kreditur.

(37)

Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jifdi l-obbligi tiegħu qabel id-data miftehma fil-ftehim ta' kreditu. Fil-każ ta' rimborż antiċipat, kompletament jew parzjalment, il-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens għall-ispejjeż direttament marbutin mar-rimborż antiċipat b'kont meħud ukoll tat-tifdil possibbli magħmul mill-kreditur. Madankollu, sabiex jiġi determinat il-metodu ta' kalkolu għall-kumpens, huwa importanti li jiġu rispettati diversi prinċipji. Il-kalkolu tal-kumpens dovut lill-kreditur għandu jkun trasparenti u komprensibbli għall-konsumaturi diġà fl-istadju pre-kuntrattwali u fi kwalunkwe każ matul l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta' kreditu. Barra minn hekk, il-metodu ta' kalkolu għandu jkun faċli biex jiġi applikat mill-kredituri u l-kontroll superviżorju tal-kumpens mill-awtoritajiet responsabbli għandu jkun faċilitat. Għalhekk, u minħabba l-fatt li kreditu tal-konsumatur, minħabba t-tul ta' żmien u l-volum tiegħu, mhux iffinanzjat minn mekkaniżmi ta' finanzjament għall-perijodu fit-tul, il-livell massimu għall-kumpens għandu jkun stipulat permezz ta' ammont b'rata fiss. Dan l-approċċ jirrifletti l-ispeċifità ta' krediti għall-konsumaturi u m'għandux jippreġudika l-approċċ possibbli differenti applikat fil-każ ta' prodotti oħrajn, li huma finanzjati minn mekkaniżmi ta' finanzjament għall-perijodu fit-tul, bħal self b'ipoteka b'rata fissa.

(38)

L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jipprevedu li l-kumpens għar-rimborż antiċipat jista' jintalab mill-kreditur biss bil-kondizzjoni li l-ammont li jiġi mħallas lura fi żmien 12-il xahar jaqbeż limitu definit mill-Istati Membri. Meta jkun iffissat il-limitu, li m'għandux ikun ogħla minn EUR 10 000, l-Istati Membri għandhom per eżempju jikkunsidraw l-ammont medju ta' krediti tal-konsumatur fis-suq tagħhom.

(39)

L- assenjazzjoni tad-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta' kreditu m'għandux ikollu l-effett li jpoġġi lill-konsumatur f'qagħda inqas favorevoli. Il-konsumatur għandu wkoll jiġi infurmat sew meta l-ftehim ta' kreditu jiġi assenjat lil parti terza. Madankollu, fejn il-kreditur oriġinali, bi ftehim ma' l-assenjatarju, ikompli jipprovdi servizz ta' kreditu fir-rigward tal- konsumatur, il-konsumatur m'għandux interess partikolari li jiġi informat bl-assenjazzjoni. Għalhekk, il-ħtieġa f'livell ta' UE li l-konsumatur jiġi informat bl-assenjazzjoni f'każijiet bħal dawn tkun eċċessiva.

(40)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali li jipprevedu forom kollettivi ta' komunikazzjoni meta dan huwa meħtieġ għal finijiet marbutin ma' l-effettività ta' transazzjonijiet kumplessi bħat-titolizzazzjoni jew likwidazzjoni ta' assi li jsiru f'likwidazzjoni amminsitrattiva obbligatorja ta' banek.

(41)

Sabiex jiġu promossi t-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi fil-Komunità kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-komparabbiltà ta' l-informazzjoni relatata mar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena fil-Komunità kollha. Minkejja l-formula matematika uniformi għall-kalkolu, ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena stipulata fid-Direttiva 87/102/KEE għadha m'hix komparabbli b'mod sħiħ fil-Komunità kollha. Fi Stati Membri individwali, fil-kalkolu tagħha jiġu kkunsidrati fatturi differenti rigward spejjeż. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiddefinixxi b'mod ċar u komprensiv l-ispiża totali ta' kreditu lill-konsumatur.

(42)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, u sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri xierqa għar-regolamentazzjoni jew is-superviżjoni ta' kredituri jkunu f'posthom.

(43)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali, id-dritt għall-proprjetà, in-non-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-ħajja familjari u dik professjonali, u l-protezzjoni tal-konsumatur b'mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(44)

Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-kreditu lill-konsumaturi, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, u allura jistgħu jintlaħqu aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(45)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjoniali adottati f'konformita' ma' din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa' fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri, il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

(46)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7).

(47)

B'mod partikolari, għandha tiġi mogħtija s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena. Peress li dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(48)

Skond il-paragrafu 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (8), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(49)

Għalhekk, meta jitqies in-numru ta' emendi li jeħtieġ li jsiru għad-Direttiva 87/102/KEE minħabba l-evoluzzjoni tas-settur tal-kreditu lill-konsumatur u fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni Komunitarja, dik id-Direttiva għandha tiġi revokata u sostitwita b'din id-Direttiva.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jiġu armonizzati ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' ftehim li jkopru kreditu għall-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal ftehim ta' kreditu, minbarra fejn speċifikat fil-paragrafi 2 sa 6 hawn taħt.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

ftehim ta' kreditu li huma garantiti b'ipoteka jew b'garanzija komparabbli oħra użata komunament fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew garantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli;

(b)

ftehim ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini eżistenti jew ipproġettat;

(ċ)

ftehim ta' kreditu li jinvolvu ammont totali ta' kreditu inqas minn EUR 200 jew aktar minn EUR 100 000;

(d)

ftehim ta' kiri jew ta' għoti b'kiri fejn m'hemmx previst ebda obbligu għax-xiri ta' l-oġġett tal-ftehim la bil-ftehim innifsu u lanqas bi kwalunkwe ftehim separat; tali obbligu għandu jiġi kkunsidrat li jeżisti jekk dan jiġi deċiż hekk mill-kreditur b'mod unilaterali;

(e)

ftehim ta' kreditu fil-forma tal-faċilità ta' overdraft fejn il-kreditu irid jitħallas lura fi żmien xahar;

(f)

ftehim ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr interessi u mingħajr kwalunkwe drittijiet oħra u ftehim ta' kreditu li taħt it-termini tagħhom il-kreditu għandu jiġi mħallas lura fi żmien tliet xhur u jkunu pagabbli biss imposti insinifikanti;

(g)

ftehim ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn prinċipal lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja bla interessi jew b' rati ta' imposta perċentwali fis-sena aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti ġeneralment lill-pubbliku;

(h)

ftehim ta' kreditu li huma konklużi ma' kumpanniji ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (9) jew ma' istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE għall-finijiet li investitur ikun jista' jwettaq transazzjoni relatata ma' l-istrument wieħed jew aktar elenkati fit-Taqsima C ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, fejn il-kumpannija ta' investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu li jagħtu l-kreditu hija involuta f'tali transazzjoni;

(i)

ftehim ta' kreditu li huma r-riżultat ta' ftehim milħuq barra mill-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

(j)

ftehim ta' kreditu li jirrigwardaw il-ħlas differit, mingħajr ħlas, ta' dejn eżistenti;

(k)

ftehim ta' kreditu li mal-konklużjoni tagħhom il-konsumatur huwa mitlub jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja żgura tal-kreditur u fejn l-obbligu tal-konsumatur huwa strettament limitat għal dak l-oġġett mirhun;

(l)

ftehim ta' kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil pubbliku ristrett taħt dispożizzjoni statutorja b'fini ta' interess ġenerali b'rati ta' interessi aktar baxxi minn dawk prevalenti fuq is-suq jew mingħajr interessi jew b'termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq u b'rati ta' interessi li mhumiex ogħla minn dawk prevalenti fuq is-suq.

3.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u fejn il-kreditu jrid jitħallas lura fuq talba jew fi żmien tliet xhur, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 3, l-Artikolu 4(1), punti (a) sa (e) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 4(4), l-Artikoli 6 sa 9, l-Artikolu 10(1), punti (a) sa (g) (l), (p) u punti (r) sa (u) ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(3), l-Artikoli 12, 15, 16(1), l-ewwel sentenza, l-Artikolu 17 u l-Artikoli 19 sa 32.

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'dawk il-ftehim ta' kreditu għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-imposti applikabbli mill-ħin tal-konklużjoni ta' tali ftehim ta' kreditu u, jekk applikabbli, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu emendati dawk l-imposti jistgħu jinbidlu

4.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' overrunning, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 3, 18, 20 u 22 sa 32 biss.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 4, 6, 7 u 9, l-Artikolu 10(1), punti (a) sa (h) u (1) ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikoli 11, 13 u 16 sa 32 għall-ftehim ta' kreditu li huma konklużi minn organizzazzjoni li:

(a)

hija stabbilita għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tagħha;

(b)

ma tagħmilx profitti għal kwalunkwe persuna oħra jekk mhux membri tagħha;

(ċ)

tissodisfa fini soċjali rikjest mil-liġi domestika;

(d)

tirċievi u tiġġestixxi t-tifdil ta', u tipprovdi sorsi ta' kreditu lill-membri tagħha biss; u

(e)

tipprovdi kreditu abbażi ta' rata ta' imposta perċentwali fis-sena li huwa aktar baxx minn dawk prevalenti fis-suq jew soġġett għal-limitu massimu stabbilit bil-liġi nazzjonali;

u li s-sħubija tagħha hija ristretta għal persuni li joqgħodu jew huma impjegati f'lokalità partikolari jew impjegati u impjegati rtirati ta' xi ħadd partikolari li jħaddem, jew għal persuni li jissodisfaw kwalifiki oħrajn stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali bħala l-bażi għall-eżistenza ta' rabta komuni bejn il-membri.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ftehim ta' kreditu konklużi minn tali organizzazzjoni fejn il-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha li daħlet fihom l-organizzazzjoni huwa insinifikanti fir-rigward tal-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha fl-Istat Membru li fih hija bbażata l-organizzazzjoni u l-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha mdaħlin fihom tali organizzazzjonijiet kollha fl-Istat Membru huwa inqas minn 1 % tal-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha mdaħħlin fihom f'dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu kull sena jekk il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali eżenzjoni jibqgħu jeżistu fuq bażi annwali u għandhom jieħdu azzjoni biex titreġġa' lura l-eżenzjoni fejn huma jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet mhux qed ikunu aktar sodisfatti.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 4, 6, 7, 9, l-Artikolu 10 (1), punt (a) sa (i), (l) u (q) ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(3), l-Artikoli 11, 13, 16 u l-Artikoli 18 sa 32 għal ftehim ta' kreditu li jipprevedu arranġamenti li għandhom jiġu miftehma mill-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta' ħlas differit jew metodi ta' ħlas lura, fejn il-konsumatur ikun diġà naqas fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu inizjali u fejn:

(a)

tali arranġamenti jkollhom il-probabbiltà li jevitaw il-possibbiltà ta' proċedimenti legali rigward nuqqas minn obbligu bħal dan; u

(b)

il-konsumatur ma jkunx b'hekk soġġett għal termini inqas favorevoli minn dawk stabbilit fil-ftehim ta' kreditu inizjali.

Madankollu, jekk il-ftehim ta' kreditu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3, għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet ta' dak il-paragrafu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, ft-transazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma barra mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(b)

“kreditur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu matul l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tagħha;

(ċ)

“ftehim ta' kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta' ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehim għall-forniment fuq bażi kontinwa ta' servizzi jew il-forniment ta' merkanzija ta' l-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew merkanzija għat-tul ta' żmien tal-provvista tagħhom permezz ta' pagamenti bin-nifs,

(d)

“faċilità ta' overdraft” tfisser ftehim espliċitu ta' kreditu li bih kreditur jagħmel disponibbli lill-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti tal-kont kurrenti tal-konsumatur;

(e)

“overrunning” tfisser overdraft taċitament aċċettat li bih kreditur jagħmel disponibbli lill-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrent tiegħu jew il-faċilità ta' overdraft miftiehem;

(f)

“intermedjarju ta' kreditu” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur u li matul il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha għal onorarju, li jista' jkun pekunarja jew fi kwalunkwe forma miftehma oħra ta' konsiderazzjoni finanzjarja:

(i)

tippreżenta jew toffri ftehim ta' kreditu lill-konsumaturi; jew

(ii)

tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu minbarra dawk imsemmijin f'(i); jew

(iii)

tikkonkludi ftehim ta' kreditu mal-konsumaturi f'isem il-kreditur;

(g)

“l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi interessi, kummissjonijiet, taxxi, u kwalunkwe tip ta' onorarji oħrajn li l-konsumatur għandu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur ħlief spejjeż notarili; l-ispejjeż relatati ma' servizzi anċillari fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari ħlasijiet obbligatorji ta' assigurazzjoni, huma inklużi wkoll jekk, barra minn hekk, il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu skond it-termini u l-kondizzjonijiet kummerċjalizzati;

(h)

“ammont totali pagabbli mill-konsumatur” tfisser is-somma ta' l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur;

(i)

“rata ta' imposta perċentwali fis-sena” tfisser l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali ta' l-ammont totali ta' kreditu;

(j)

“rata tas-self” tfisser ir-rata ta' interessi espressa bħala perċentwali perjodika fissa jew varjabbli applikata għal perjodu ta' żmien speċifiku għall-ġbid ta' kreditu taħt il-ftehim ta' kreditu;

(k)

“rata tas-self fissa” tfisser rata li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu fil-ftehim ta' kreditu fuq rata tas-self waħda għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim ta' kreditu jew fuq diversi rati tas-self għal perijodi parzjali bl-użu esklussiv ta' perċentwali speċifika fissa. Jekk fil-ftehim ta' kreditu ma jkunux determinati r-rati tas-self kollha, ir-rata tas-self għandha tkun ikkunsidrata bħala fissa biss għall-perijodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self ikunu determinati esklussivament minn perċentwali speċifika fissa miftehma fil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu;

(l)

“ammont totali ta' kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt ftehim ta' kreditu;

(m)

“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b'mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta' żmien adegwat għall-fini ta' l-informazzjoni u li tippermetti r-riproduzzjoni mhix mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna;

(n)

“ftehim ta' kreditu konness” tfisser ftehim ta' kreditu fejn

(i)

il-kreditu in kwistjoni jservi esklussivament biex jiffinanzja ftehim għall-provvista ta' merkanzija speċifika jew il-forniment ta' servizz speċifiku u;

(ii)

dawk iż-żewġ ftehim jiffurmaw minn perspettiva oġġettiva unità kummerċjali; unità kummerċjali għandha tiġi kkunisdrata li teżisti fejn il-fornitur jew dak li jipprovdi servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, fejn il-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur jew ta' dak li jipprovdi s-servizz b'konnessjoni mal-konklużjoni, jew it-tħejjija, tal-ftehim ta' kreditu.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI U PRATTIKI PRELIMINARI GĦALL-KONKLUŻJONIJIET TAL-FTEHIM TA' KREDITU

Artikolu 4

Informazzjoni standard li għandha tiġi nkluża fir-reklamar

1.   Kull reklamar li jirrigwarda ftehim ta' kreditu li jindikaw rata ta' interess jew kwalunkwe ċifra relatat ma' l-ispiża tal-kreditu lill-konsumatur għandu jinkludi informazzjoni standard b'mod konformi ma' dan l-Artikolu. Dan l-obbligu m' għandhux japplika fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena fir-reklamar ta' ftehim ta' kreditu li ma jindikax rata ta' l-interessi jew kwalunkwe figura relatata ma' l-ispiża tal-kreditu għall-konsumatur.

2.   L-informazzjoni standard għandha tispeċifika, fl-ordni segwenti, u b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv:

(a)

ir-rata tas-self, fissa jew varjabbli jew jekk applikabbli t-tnejn li huma, flimkien ma' dettalji dwar kwalunkwe imposta applikabbli;

(b)

l-ammont totali ta' kreditu;

(ċ)

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena; fil-każ ta' ftehim ta' kreditu tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx hemm bżonn li tiġi speċifikata r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena;

(d)

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e)

f'każ ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz speċifiċi, il-prezz ta' ħlas fil-pront u l-ammont ta' kwalunkwe ħlas bil-quddiem; u

(f)

jekk applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u l-ammont ta' pagamenti bin-nifs.

3.   Meta il-konklużjoni ta' kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari assigurazzjoni, tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kondizzjonijiet kumerċjalizzati, u l-ispiża ta' dak is-servizz ma tistax tiġi determinata minn qabel, l-obbligu li jidħol f'kuntratt għandu jiġi indikat wkoll b'mod ċar, konċiż u prominenti, flimkien mar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE.

Artikolu 5

Informazzjoni pre-kuntrattwali

1.   Fi żmien debitu qabel ma l-konsumatur ikun marbut minn kwalunkwe ftehim jew offerta ta' kreditu, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, abbażi tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu offruti mill-kreditur u, jekk applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni fornuta mill-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni informata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta' kreditu. Tali informazzjoni, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, għandha tiġi provduta permezz tal-formola ta' “Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” pprovduta fl-Anness II. Il-kreditur għandu jiġi meqjus bħala li ssodisfa ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni f'dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3 (1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk forna l-“Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur”

Din l-informazzjoni għandhatispeċifika:

(a)

it-tip ta' kreditu;

(b)

l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ)

l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' self;

(d)

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e)

f'każijiet ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija speċifika jew servizz u ftehim ta' kreditu marbut magħhom, dik il-merkanzija jew is-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;

(f)

ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self. Jekk japplikaw rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq għar-rati applikabbli kollha;

(g)

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, permezz ta' eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' din ir-rata; fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu u l-ammont totali ta' kreditu, il-kreditur għandu jieħu kont ta' dawn il-komponenti;

(h)

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' rimborż;

(i)

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet biex jiġu reġistrati kemm transazzjoniet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta' kreditu, sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv, flimkien ma' l-imposti għall-użu ta' mezzi ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll għall-ġbid ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mibdula dawn l-imposti;

(j)

fejn applikabbli, l-eżistenza ta' kwalunkwe spejjeż pagabbli mill-konsumatur lin-nutar mal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu;

(k)

l-obbligu, fejn dan jeżisti, li wieħed jidħol f' kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari polza ta' assigurazzjoni, meta il-konklużjoni ta' tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kondizzjonijiet kumerċjalizzati;

(l)

ir-rata ta' l-interessi applikabbli fil-każ ta' ħlas tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(m)

twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu xi ħlasijiet;

(n)

fejn ikun applikabbli, il-garanziji meħtieġa;

(o)

l-eżistenza jew l-assenza ta' dritt ta' ġbid;

(p)

id-dritt ta' rimborż antiċipat, fejn dan jeżisti u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod kif dan il-kumpens jiġi ddeterminat;

(q)

id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skond l-Atikolu 9(2), bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database li tkun saret bi skop tiġi valutata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu skond l-Artikolu 9(2);

(r)

id-dritt tal-konsumatur li meta jitlob jiġi fornut mingħajr ħlas b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur; u

(s)

jekk applikabbli, il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni pre-kuntrattwali.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur ikun jixtieq jipprovdi lill-konsumatur għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola ta' Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.

2.   Madankollu, fil-każ ta' komunikazzjonijiet ta' telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 3(3)(b) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi ta' l-inqas il-punti msemmija fil-punti (ċ), (d), (e), (f) u (h) tal-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva flimkien mar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena murija permezz ta' eżempju rappreżentattiv u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur.

3.   Jekk il-ftehim ikun ġie konkluż fuq it-talba tal-konsumatur bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix il-forniment ta' informazzjoni skond il-paragrafu 1, b'mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-kreditur għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-“Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” sħiħa immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu.

4.   Fuq talba, il-konsumatur għandu, minbarra l-“Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur”, jiġi fornut mingħajr ħlas b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu. Din id-dispożizzjoni m' għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur.

5.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li permezz tiegħu ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta' l-ammont totali ta' kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perijodi u taħt kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni pre-kuntrattwali meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehim ta' kreditu ma jipprevedux garanzija għall-ħlas lura ta' l-ammont totali ta' kreditu miġbud taħt il-ftehim ta' kreditu, sakemm ma tingħatax tali garanzija.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji ta' kreditu, jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li jivvaluta jekk il-ftehim ta' kreditu propost hux adattat għall-ħtiġijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, fejn ikun il-każ billi tiġi spjegata lilu l-informazzjoni pre-kuntrattwali li għandha tiġi provduta skond il-paragrafu 1, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li dawn jista' jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' ħlas mill-konsumatur. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata tali assistenza, kif ukoll minn għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-cirkostanzi partikolari tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Artikolu 6

Ħtiġiet ta' informazzjoni pre-kuntrattwali għal ċerti ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u għal ċerti ftehim ta' kreditu speċifiċi

1.   Fi żmien debitu qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi kwalunkwe ftehim ta' kreditu jew offerta li jikkonċernaw ftehim ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 2(3), (5) jew (6), il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, abbażi tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu offruti mill-kreditur u, jekk applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni fornuta mill-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni informata dwar jekk jikkonkludiex ftehim ta' kreditu.

L-informazzjoni in kwistjoni għandhatispeċifika:

(a)

it-tip ta' kreditu;

(b)

l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ)

l-ammont totali ta' kreditu;

(d)

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e)

f'każ ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz speċifika/u, dik il-merkanzija jew servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;

(f)

ir-rata tas-self; il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli mill-ħin li fih il-ftehim ta' kreditu jiġi konkluż, u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;

(g)

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, murija permezz ta' eżempji rappreżentattivi li jsemmu l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' din ir-rata;

(h)

Il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-tmiem tal-ftehim ta' kreditu;

(i)

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista' jintalab iħallas lura l-ammont totali ta' kreditu fi kwalunkwe ħin;

(j)

ir-rata ta' l-interessi applikabbli fil-każ ta' ħlas tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(k)

id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skond l-Artikolu 9(2), bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database li jsir biex tiġi valutata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu;

(l)

id-dritt tal-konsumatur li fuq talba tiġi fornut b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur;

(m)

il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħlasijiet lura; u

(n)

jekk applikabbli, il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni pre-kuntrattwali.

Tali informazzjoni għandha tiġi provduta fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor. Tista' tiġi pprovduta permezz ta'l formola ta'l-“Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” fl-Anness III. Il-kreditur huwa meqjus bħala li jkun issodisfa r-ekwiżiti ta' informazzjoni f'dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk forna l-“Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur”.

2.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena m' għandhiex għalfejn tiġi speċifikata.

3.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(6), l-informazzjoni provduta lill-konsumatur skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi wkoll:

(a)

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u, fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' rimborż; u

(b)

id-dritt ta' rimborż antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u il-mod li bih dan il-kumpens jiġi ddeterminat

Madankollu, jekk il-ftehim ta' kreditu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(3), għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Madankollu, fil-każ ta' komunikazzjonijiet ta' telefonija bil-vuċi u fejn il-konsumatur jitlob li l-faċilità ta' overdraft tkun disponibbli b'effett immedjat, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju għandha tinkludi ta' l-inqas il-punti msemmija fil-punti (ċ), (f), (g) u (i) tal-paragrafu 1. Barra minn hekk, fi ftehim ta' kreditu tat-tip msemmija fil-paragrafu 3, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali għandha tispeċifika t-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu.

5.   Minkejja l-esklużjoni prevista f' punt (e) ta' l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-inqas il-ħtiġiet ta'l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għall-ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u fejn il-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien xahar.

6.   Fuq talba, il-konsumatur għandu minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 jiġi fornut b'kopja ta' l-abboz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas li jkun fih l-informazzjoni kuntrattwali prevista mill-Artikolu 10 sa fejn hu applikabbli l-artikolu. Din id-dispożizzjoni m' għandhiex tapplikax jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur.

7.   Jekk il-ftehim ikun ġie konkluż fuq it-talba tal-konsumatur bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettux il-forniment ta' informazzjoni skond il-paragrafi 1 u 3, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-kreditur għandu minnufih wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-paragrafi 1 u 3 billi jipprovdi l-informazzjoni kuntrattwali skond l-Artikolu 10 sa fejn dak l-Artikolu huwa applikabbli.

Artikolu 7

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni pre-kontrattwali

L-Artikoli 5 u 6 m'għandhomx japplikaw għal fornituri ta' merkanzija jew servizzi li jkunu qed jaġixxu ta' intermedjarji ta' kreditu f'kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni pre-kuntrattwali msemmija f'dawk l-artikoli.

Artikolu 8

Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur

1.   Qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, il-kreditur għandu jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur abbażi ta' informazzjoni suffiċjenti, fejn ikun il-każ miksuba mill-konsumatur u, fejn ikun meħtieġ, abbażi ta' konsultazzjoni tad-database rilevanti.

2.   Jekk il-partijiet jaqblu li jibdlu l-ammont totali ta' kreditu wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, il-kreditur għandu jaġġorna l-informazzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-konsumatur u għandu jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur qabel ma ssir kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta' kreditu.

KAPITOLU III

AĊĊESS GĦAL DATABASE

Artikolu 9

Aċċess għal database

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (10), kull Stat Membru għandu fil-każ ta' kreditu transkonfini jiżgura l-aċċess għal kredituri minn Stati Membri oħra għal databases użati f'dak l-Istat Membru għall-valutazzjoni ta' l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi. Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għandhom ikunu mhux diskriminatorji.

2.   Jekk ir-rifjut ta' applikazzjoni ta' kreditu jkun ibbażat fuq il-konsultazzjoni ta' database, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' tali konsultazzjoni u bil-partikolaritajiet tad-database kkonsultata, sakemm l-għoti ta' tali informazzjoni ma tkunx ipprojbita minn leġislazzjoni Komunitarja oħra jew tmur kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI U DRITTIJIET LI JIRRIGWARDAW FTEHIM TA' KREDITU

Artikolu 10

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta' kreditu

1.   Ftehim ta' kreditu għandhom jitfasslu fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor.

Il-partijiet kontraenti kollha għandhom jirċievu kopja tal-ftehim ta' kreditu. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali rigward il-validità tal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu, li huma f'konformità mal-liġi Komunitarja.

2.   Il-ftehim ta' kreditu għandu jispeċifika b'mod ċar u konċiż:

(a)

it-tip ta' kreditu;

(b)

l-identiatjiet u l-indirizzi ġeografiċi tal-partijiet kontraenti kif ukoll, jekk applikabbli, l-identita' u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ)

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(d)

l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' kreditu;

(e)

f'każ ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz speċifika/u, il-merkanzija jew is-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;

(f)

ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self u, jekk ikunu applikabbli rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni ta' hawn fuq rigward ir-rati kollha applikabbli;

(g)

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu; l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' dik ir-rata għandhom jissemmew; fil-każ ta' ftehim ta' kreditu tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(3) l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena m'għandhiex għalfejn tiġi speċifikata;

(h)

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u, fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' rimborż;

(i)

fejn ikun involut amortizzament ta' kapital ta' ftehim ta' kreditu b'tul ta' żmien fiss, rendikont fil-forma ta' tabella ta' amortizzament li tindika l-ħlasijiet dovuti u l-perijodi u l-kondizzjonijiet relatati mal-ħlas ta' tali ammonti; it-tabella għandu jkun fiha analiżi dettaljata ta' kull ħlas lurali turi amortizzament kapitali, l-interessi kkalkolati abbażi tar-rata tas-self u, fejn applikabbli, l-ispejjeż addizzjonali; fejn ir-rata ta' l-interessi mhix fissa jew l-ispejjeż addizzjonali jistgħu jitbiddlu taħt il-ftehim ta' kreditu, it-tabella ta' amortizzament għandha turi b'mod ċar u konċiż li d-data misjuba fit-tabella tibqa' valida biss sakemm ir-rata tas-self jew l-ispejjeż addizzjonali jiġu mibdula skond il-ftehim ta' kreditu;

(j)

jekk imposti u interessi jkollhom jitħallsu mingħajr amortizzament ta' kapital, rendikont li juri l-perijodi u l-kondizzjonijiet tal-ħlas ta' l-interessi u ta' kwalunkwe imposta rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjati magħhom;

(k)

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet biex jiġu reġistrati kemm transazzjoniet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta' kreditu, sakemm il-ftuħ ta' kont ma jkunx fakultattiv, flimkien ma' l-imposti għall-użu ta' mezzi ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll għall-ġbid ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinbidlu dawn l-imposti;

(l)

ir-rata ta' interessi applikabbli f'każ ta' ħlas tard kif applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(m)

twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu xi ħlasijiet;

(n)

kwalunkwe garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

(o)

l-eżistenza jew in-nuqqas ta' dritt ta' rtirar, il-perijodu li matulu dak id-dritt jista' jiġi eżerċitat u kondizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu, inkluża informazzjoni dwar l-obbligu tal-konsumatur li jħallas il-kapital miġbud u l-interessi skond l-Artikolu 14 (2)(b) u l-ammont ta' l-interessi pagabbli kuljum;

(p)

informazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 14 kif ukoll il-kondizzjonijiet biex dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati;

(q)

id-dritt ta' rimborż antiċipat, u l-proċedura għal rimborż antiċipat kif ukoll, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod li permezz tiegħu dan il-kumpens ser jiġi determinat.

(r)

il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżerċizzju tad-dritt ta' terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu;

(s)

jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih;

(t)

fejn applikabbli, termini u kondizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

(u)

fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' kontroll kompetenti.

3.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fejn il-ħlasijiet magħmula taħtu mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta' l-ammont totali ta' kreditu, imma jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perijodi u taħt kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehim ta' kreditu ma jirrikjedi l-ebda garanzija mogħtija minn parti terza bħala garanzija ta' ħlas lura ta' l-ammont totali ta' ġbid ta' kreditu, sakemm ma tingħatax garanzija bħal din

Artikolu 11

Informazzjoni rigward r ir-rata tas-self

1.   Fejn applikabbli l-konsumatur għandu jiġi infurmat dwar kullbidla fir-rata tas-self, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla. L-informazzjoni għandha tinkludi l-ammont tal-ħlasijiet li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tas-self il-ġdida, u, jekk in-numru jew il-frekwenza tal-ħlasijiet jinbidlu, dettajli dwar dan.

2.   Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim ta' kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perijodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fil-bini tal-kreditur.

Artikolu 12

Ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft

1.   Fejn ftehim ta' kreditu jkopri kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft, il-konsumatur għandu jiġi infurmat regolarment permezz ta' rendikont tal-kont, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, li jkun fih d-dettalji li ġejin:

(a)

il-perijodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;

(b)

l-ammonti u d-dati ta' ġbid ta' kreditu;

(ċ)

il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;

(d)

il-bilanċ l-ġdid;

(e)

id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;

(f)

ir-rata tas-self applikata;

(g)

kwalunkwe imposta li ġiet applikata;

(h)

fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas.

2.   Barra minn hekk, il-konsumatur għandu jiġi informat bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor dwar bidliet fir-rata tas-self jew fl-imposti pagabbli qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla.

Madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fil-ftehim ta' kreditu li l-informazzjoni dwar il-bidliet fir-rata tas-self tingħata bil-mod previst fil-paragrafu 1, f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla f'rata ta' referenza, ir-rata ta' referenza ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza ġdida titħalla wkoll disponibbli fil-premessi tal-kreditur.

Artikolu 13

Ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa

1.   Il-konsumatur jista' jaffettwa terminazzjoni standard għal ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin ħlief jekk il-partijiet ikunu qablu dwar perijodu ta' notifika. Tali perijodu ma jistax jeċċedi xahar.

Jekk ikun hemm qbil fil-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jista' jaffettwa terminazzjoni standard ta' ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa billi jagħti lill-konsumatur notifika ta' mhux inqas minn xahrejn bil-miktub fuq karta jew permezz ta' mezz durabbli ieħor.

2.   Jekk ikun hemm qbil fil-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jista' għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati jtemm id-dritt tal-konsumatur li jiġbed self minn ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa. Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar it-terminazzjoni u r-raġunijiet għaliha bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, fejn possibbli, qabel it-terminazzjoni u mhux aktar tard minn immedjatament wara li din issir, sakemm l-għoti ta' tali informazzjoni ma' jkunx projbit minn leġislazzjoni Komunitarja oħra jew ikun kontra l-objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.

Artikolu 14

Dritt ta' rtirar

1.   Il-konsumatur għandu jkollu perijodu ta' erbatax-il jum ta' kalendarju li matulhom jista' jirtira mill-ftehim ta' kreditu mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni.

Dak il-perijodu ta' rtirar għandu jibda:

(a)

jew fil-jum tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu; jew

(b)

fil-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kondizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali skond l-Artikolu 9, jekk dak il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija f'punt (a ta' dan is-subparagrafu.

2.   Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' rtirar tiegħu, huwa għandu:

(a)

sabiex jagħti effett lill-irtirar qabel jiskadi t-terminu perentorju msemmi fil-paragrafu 1, jinnotifika b'dan lill-kreditur wara l-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skond punt (o) ta' l-Artikolu 10(2) b'mezz li jista' jiġi ppruvat skond il-liġi nazzjonali. It-terminu perentorju għandu jitqies li jkun ġie osservat jekk din in-notifika, jekk tkun bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-kreditur, tkun intbagħtet qabel jiskadi t-terminu perentorju; u

(b)

biex iħallas lill-kreditur il-kapital u l-interessi akkumulati fuq dan il-kapital mid-data li fiha s-self ikun inġibed sad-data li fiha jitħallas il-kapital, mingħajr ebda dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 30 jum ta' kalendarju wara li jkun bagħat in-notifika ta' l-irtirar lill-kreditur. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rata tas-self miftehma. Il-kreditur m' għandhux ikun intitolat għall-ebda kumpens ieħor mill-konsumatur fil-każ ta' rtirar, ħlief għal kumpens għall-imposti li ma jistgħux jitreġġgħu lura mħallsin mill-kreditur lill-kwalunke entita' ta' amministrazzjoni pubblika.

3.   Jekk ikun provdut servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu mill-kreditur jew minn parti terza abbażi ta' ftehim bejn il-parti terza u l-kreditur, il-konsumatur m'għandux jibqa' iżjed marbut bil-kuntratt dwar isservizz anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' rtirar tiegħu mil-ftehim ta' kreditu skond dan l-Artikolu.

4.   Jekk il-konsumatur ikollu dritt ta' rtirar skond il-Paragrafi 1 sa 3, artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/65/KE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (11) m'għandhomx japplikaw.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal ftehim ta' kreditu li bil-liġi jeħtieġ jiġu konklużi permezz tas-servizzi ta' nutar, dment li n-nutar jikkonferma li l-konsumatur huwa garantit id-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 u 10.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-reġoli tal-liġi nazzjonali li tistabbilixxi perijodu ta' żmien li fih ma tistax tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 15

Ftehim ta' kreditu konnessi

1.   Fejn il-konsumatur ikun eżerċita dritt ta' rtirar ibbażat fuq il-liġi Komunitarja fir-rigward ta' kuntratt għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi, hu ma għandux ikun iżjed marbut bi ftehim ta' kreditu konness.

2.   Jekk il-merkanzija jew is-servizzi koperti minn ftehim ta' kreditu konness m'humiex forniti, jew huma biss parzjalment forniti, jew m'humiex f'konformità mal-kuntratt għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jsegwi rimedji kontra l-kreditur jekk il-konsumatur ikun segwa r-rimedji tiegħu kontra l-fornitur iżda jkun naqas milli jikseb is-sodisfazzjon li għalih huwa intitolat skond il-liġi jew il-kuntratt tal-forniment ta' merkanzija jew servizzi. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa fejn u taħt liema kondizzjonijiet dawn ir-rimedji għandhom ikunu eżerċitabbli.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali li tirrendi lill-kreditur konġuntament u separatament responsabbli fir-rigward ta' kwalunkwe pretensjoni li l-konsumatur jista' jkollu kontra l-fornitur fejn ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi mingħand il-fornitur ikun ġie ffinanzjat bi ftehim ta' kreditu.

Artikolu 16

Rimborż antiċipat

1.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jifdi interament jew parzjalment l-obbligi tiegħu taħt ftehim ta' kreditu fi kwalunkwe ħin. F'tali każijiet, huwa għandu jkun intitolat għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu, tali tnaqqis ikun jikkonsisti mill-interessi u l-ispejjeż ta' matul it-terminu li jkun baqa' tal-kuntratt.

2.   Il-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens għal spejjeż possibbli direttament marbuta ma' rimborż antiċipat ta' kreditu dment li r-rimborż antiċipat jaqa' f'perijodu li għalih ir-rata tas-self hija fissa u l-kreditur jagħti prova li r-rata ta' interessi ta' referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-aktar operazzjoni ta' finanzjament mill-ġdid prinċipali reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum ta' kalendarju tan-nofs sena in kwistjoni tkun aktar baxxa fil-ħin tar-rimborż antiċipat milli kienet fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu. Għal Stat Membru li mhux qed jieħu sehem fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja, ir-rata ta' referenza għandha tkun ir-rata ekwivalenti stabbilita mill-bank ċentrali nazzjonali tiegħu.

Tali kumpens għandu jkun determinat mill-kreditur u ma jistax jaqbeż il-1 % ta' l-ammont ta' kreditu mħallas lura kmieni, jekk il-perijodu ta' żmien bejn ir-rimborż antiċipat u t-tmiem miftiehem tal-ftehim ta' kreditu jaqbeż is-sena. Jekk il-perijodu ma jaqbiżx is-sena, il-kumpens ma jistax jaqbeż 0,5 % ta' l-ammont ta' kreditu mħallas lura kmieni.

Il-kumpens ma għandux jaqbeż l-ammont ta' interessi li l-konsumatur kien iħallas matul il-perijodu bejn ir-rimborż antiċipat u d-data miftehma tat-tmiem tal-ftehim ta' kreditu.

3.   Kumpens għar- rimborż antiċipat ma jistax jintalab:

(a)

jekk il-ħlas lura sar taħt kuntratt ta' assigurazzjoni maħsub biex jipprovdi garanzija ta' ħlas lura ta' kreditu;

(b)

fil-każ ta' faċilitajiet ta' self korrent; jew

(ċ)

jekk il-ħlas lura jaqa' f'perijodu li għalih ir-rata tas-self mhix fissa.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dan il-kumpens jista' jintalab mill-kreditur biss bil-kondizzjoni li l-ammont tar-rimborż antiċipat jaqbeż il-limitu definit mil-liġi nazzjonali. Dak il-limitu m'għandux jaqbeż l-EUR 10 000 matul kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar.

Artikolu 17

Assenjazzjoni ta' drittijiet

1.   Fejn id-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta' kreditu jew il-ftehim innifsu jiġu assenjati lil parti terza, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jressaq kontra l-assenjatarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija fejn din ta' l-aħħar tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-konsumatur għandu jiġi informat bl-assensjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-kreditur oriġinali, bi qbil ma' l-assenjatarju, ikompli jagħti s-servizz tal-kreditu vis-à-vis l-konsumatur.

Artikolu 18

Overrunning

1.   Fil-każ ta' ftehim biex jinfetaħ kont kurrenti, fejn hemm possibbiltà li l-konsumatur jitħallajagħmel overrun, il-ftehim għandu barra minn hekk jkun fih l-informazzjoni msemmija f' punt (f) ta' l-Artikolu 6(1). Il-kreditur għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi din l-informazzjoni bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor fuq bażi regolari.

2.   Fil-każ ta' overrunning sinifikanti li jeċċedi perijodu ta' xahar, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor,

(a)

bl-overrunning;

(b)

bl-ammont involut;

(ċ)

bir-rata tas-self;

(d)

bi kwalunkwe piena, imposta jew interessi fuq arretrati applikabbli.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwalukwe regola tal-liġi nazzjonali li tirrikjedi lill-kreditur joffri tip ieħor ta' prodott ta' kreditu meta t-tul ta' żmien tal-overrunning ikun sinifikanti.

KAPITOLU V

RATA TA' IMPOSTA PERĊENTWALI FIS-SENA

Artikolu 19

Kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena

1.   Ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, li tekwavali, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti ta' l-impenji kollha (ġbid ta' kreditu, ħlas lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftehma bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skond il-formola matematika mniżżla fil-Parti I ta' l-Anness I.

2.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur għandha tiġi determinata, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe impenn min-naħa tiegħu stabbilit fil-ftehim ta' kreditu u imposti barra mill-prezz tax-xiri li, għal xiri ta' merkanzija u servizzi, hu obbligat iħallas irrispettivament minn jekk it-transazzjoni issirx permezz ta' flus kontanti jew permezz ta' kreditu.

L-ispejjeż biex jinżamm kont li jirreġistra kemm transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll ta' ġbid ta' kreditu, l-ispejjeż ta' l-użu ta' mezz ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll għal ġbid ta' kreditu, u spejjeż oħrajn relatati ma' transazzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur ħlief jekk il-ftuħ tal-kont ma jkunx obbligatorju u l-ispejjeż tal-kont ikunu ntwerew b'mod ċar u separatament fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

3.   Il-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandu jkun ibbażat fuq l-assunzjoni bażika li l-ftehim ta' kreditu għandu jibqa' validu għall-perijodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta' kreditu.

4.   Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self u, fejn ikun applikabbli, l-imposti fir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolu, ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandha tiġi kkalkolata fuq l-assunzjoni li r-rata tas-self u imposti oħrajn jibqgħu fissi b'relazzjoni mal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta' kreditu.

5.   Fejn meħtieġ, l-assunzjonijiet addizzjonali mniżżlin fl-Anness I jistgħu jiġu użati fil-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena.

Jekk l-assunzjonijiet li jidhru f'dan l-Artikolu u fil-Parti II ta' l-Anness I mhumiex biżżejjed biex tiġi kalkolata r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena b'mod uniformi, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-assunzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(2).

KAPITOLU VI

KREDITURI U INTERMEDJARJI TA' KREDITU

Artikolu 20

Regolamentazzjoni ta' kredituri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri jiġu ssorveljati minn korp jew awtorità indipendenti minn istituzzjonijiet finanzjarji, jew irregolati. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 21

Ċerti obbligi ta' intermedjarji ta' kreditu vis-à-vis il-konsumaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju ta' kreditu:

(a)

jindika f'riklamar u dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi sa fejn jaslu l-poteri tiegħu, b'mod partikolari jekk jaħdimx esklussivament ma' kreditur wieħed jew aktar jew bħala sensar indipendenti;

(b)

ma jirċievi l-ebda ħlas mingħand konsumatur li jkun talab is-servizzi tiegħu, ħlief jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-ammont ta' l-onorarju jkun miftiehem bejn il-konsumatur u l-intermedjarju ta' kreditu bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor;

(ii)

l-intermedjarju ta' kreditu ma jirċevix ħlas mingħand il-kreditur;

(iii)

il-ftehim ta' kreditu li dwaru jkun aġixxa jiġi fil-fatt konkluż;

(iv)

l-intermedjarju ta' kreditu jikkomunika l-ammont tal-ħlas lill-kreditur għall-fini tal-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena.

KAPITOLU VII

MIŻURI IMPLIMENTATTIVI

Artikolu 22

Armonizzazzjoni u n-natura imperattiva tad-Direttiva

1.   Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta jew tikkorrespondi għal din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jagħtux lok għal evitar li jirriżulta mill-mod li bih jiġu fformulati ftehim, b'mod partikolari billi jiġu integrati ġbid ta' kreditu jew ftehim ta' kreditu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fi ftehim ta' kreditu li n-natura u l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba li tintgħażel il-liġi ta' pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu, jekk il-ftehim ta' kreditu jkollu rabta mill-qrib mat-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 24

Risoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effettivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumatur dwar ftehim ta' kreditu, billi fejn hu xieraq jintużaw korpi eżistenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu dawk il-korpi biex jikkooperaw sabiex isolvu wkoll tilwim transkonfini rigward ftehim ta' kreditu.

Artikolu 25

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 26

Informazzjoni li għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni

Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), punt (ċ) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan kif ukoll bi kwalunkwe bidliet sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika dik l-informazzjoni permezz ta' sit web jew permezz ta' kwalunkwe mod faċilment aċċessibbli ieħor. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex ixerred din l-informazzjoni lill-kredituri u lill-konsumaturi nazzjonali.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.   Qabel … (*) l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b' dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn … (*).

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq kull ħames snin, u għall-ewwel darba (**) reviżjoni tal-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva u l-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens massimu pagabbli fil-każ ta' rimborż antiċipat, u tivvalutahom fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fil-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effet ta' l-eżistenza ta' l-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2 (5) u (6), l-Artikolu 4(1), punt (ċ) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 9(2) u Artikolu 16(4), dwar is-suq intern u l-konsumaturi. Ir-riżultati għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati fejn meħtieġ bi proposta biex ikunu modfikati l-limiti u l-perċentwali kif ukoll l-għażliet regolatorji msemmijin hawn fuq

Artikolu 28

Il-konverżjoni ta' l-ammonti espressi f'euro għall-munità nazzjonali

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawk l-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f'euro għall-munità nazzjonali tagħhom, fil-konverżjoni għandhom jużaw inizjalment ir-rata ta' skambju fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jarrotondaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni sakemm tali arrotandar ma jaqbiżx EUR 10.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 29

Revoka

Id-Direttiva 87/102/KEE għandha titħassar b'effett minn … (*).

Artikolu 30

Miżuri transizzjonali

1.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ftehim ta' kreditu eżistenti fid-data li fiha l-miżuri implimentattivi nazzjonali jidħlu fis-seħħ.

2.   Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 11, 12, 13, 17, it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) jiġu applikati anki għal ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 234, 30.9.2003, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 233). Posizzjoni komuni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2007 u posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-…

(3)  ĠU L 42, 12.2.1987, p. 48. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 1.4.1998, p. 17).

(4)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(5)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE (ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9).

(6)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2005/29/KE.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.

(9)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60).

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(11)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

(*)  Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(**)  Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta' ġbid ta' kreditu minn naħa l-waħda u ħlas lura u imposti min-naħa l-oħra

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR), fuq bażi annwali, hija daqs il-valur totali preżenti ta' ġbid ta' kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta' ħlas lura u ħlas ta' imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

Formula

fejn:

X

hija r-APR,

m

hija n-numru ta' l-aħħar ġbid ta' kreditu,

k

hija n-numru ta' ġbid ta' kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m,

Ck

hija l-ammont ta' ġbid ta' kreditu k,

tk

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' sena, bejn id-data ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu u d-data ta' kull ġbid ta' kreditu sussegwenti, għalhekk t1 = 0,

m′

hija n-numru ta' l-aħħar ħlas lura jew ħlas ta' imposti,

l

hija n-numru ta' ħlas lura jew ħlas ta' imposti,

Dl

hija l-ammont ta' ħlas lura jew ħlas ta' imposti,

sl

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' sena, bejn id-data ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu u d-data ta' kull ħlas lura jew ħlas ta' imposti.

Rimarki:

(a)

L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f'intervalli ndaqs.

(b)

Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu.

(ċ)

Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolu għandhom ikunu espressi fi snin jew frazzjonijiet ta' sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30,41666 jum (i.e. 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.

(d)

Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b'eżattezza ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk il-figura fil-punt deċimali li ssegwi hija akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f'dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b'wieħed.

(e)

L-ekwazzjoni tista' tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta' somma waħda u l-kunċett ta' flows (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor jew imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa k, espress fi snin, jiġifieri:

Formula,

S huwa l-bilanċ preżenti tal-flows. Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal-flows, il-valur ikun żero.

II.   Assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena

(a)

Jekk ftehim ta' kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-ġbid ta' kreditu, l-ammont totali ta' kreditu għandu jitqies li jkun inġibed bħala self immedjatament u interament;

(b)

jekk ftehim ta' kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta' kreditu b'imposti jew rati tas-self differenti, l-ammont totali ta' kreditu għandu jitqies bħala li nġibed fl-ogħla imposta u rata tas-self;

(ċ)

jekk ftehim ta' kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta' ġbid ta' kreditu in ġenerali iżda jinponi, fost il-modi differenti ta' ġbid ta' self, limitu fir-rigward ta' l-ammont u l-perijodu ta' żmien, l-ammont ta' kreditu għandu jitqies bħala li nġibed fl-aktar data bikrija prevista fil-ftehim u skond dawk il-limiti ta' ġbid ta' kreditu;

(d)

jekk m'hemmx skeda ta' żmien fissa għal ħlas lura, u tali skeda ta' żmien ma tkunx tista' tiġi dedotta waħda mit-termini tal-ftehim ta' kreditu u l-mezzi għall-ħlas lura tal-kreditu mogħti, it-tul ta' żmien tal-kreditu għandu jitqies li jkun ta' sena u l-ammont ta' kreditu għandu jitqies li huwa mħallas lura fi tnax-il pagament bin-nifs indaqs ta' kapital f'intervalli mensili;

(e)

jekk teżisti skeda ta' żmien fissa biex isiru l-ħlasijiet lura iżda l-ammont ta' tali ħlasijiet lura huwa flessibbli, l-ammont ta' kull ħlas lura għandu jiġi meqjus li huwa l-aktar wieħed baxx li għalih jipprevedi l-ftehim;

(f)

sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fejn il-ftehim ta' kreditu jipprovdi għal aktar minn data ta' ħlas lura waħda, il-kreditu għandu jsir disponibbli u l-ħlas lura jsir fl-eqreb data prevista fil-ftehim;

(g)

jekk il-limiti massimu applikabbli għall-kreditu għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 000;

(h)

fil-każ ta' faċilita' ta' overdraft l-ammont totali ta' kreditu għandu jiġi meqjus li huwa miġbud kompletament u għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim ta' kreditu. Jekk it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu mhux magħruf ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandha tiġi kalkolata fuq l-assunzjoni li t-tul ta' żmien tal-kreditu hija ta' 3 xhur;

(i)

jekk jiġu offruti rati ta' interessi u imposti differenti għal perijodu jew ammont limitat, ir-rata ta' interessi u l-imposti għandhom jitqiesu li huma l-ogħla rata għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim ta' kreditu;

(j)

għal ftehim ta' kreditu lill-konsumaturi li għalihom hija miftehma rata tas-self fissa fir-rigward tal-perijodu inizjali, li fi tmiem tiegħu hija determinata rata tas-self ġdida u sussegwentement perijodikament aġġustata skond indikatur miftiehem, il-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali għandu jkun ibbażat fuq l-assunzjoni li, fi tmiem il-perijodu ta' rata tas-self fissa, ir-rata tas-self hija l-istess bħal fil-ħin tal-kalkolu tar-rata perċentwali fis-sena, abbażi tal-valur ta' l-indikatur miftiehem f'dak il-ħin.


ANNESS II

INFORMAZZJONI STANDARD EWROPEA DWAR IL-KREDITU LILL-KONSUMATUR

1.   Dettalji dwar l-identità u ta' kuntatt tal-kreditur/ta' l-intermedjarju tal-kreditu

Kreditur

Indirizz

Numru tat-telefon (*)

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax (*)

Indirizz web (*)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

Indirizz

Numru tat-telefon (*)

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax (*)

Indirizz web (*)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Kull fejn hemm indikat “jekk applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni hija rilevanti għall-prodott ta' kreditu jew iħassar l-informazzjoni rispettiva jew ir-ringiela kollha jekk l-informazzjoni mhix rilevanti għat-tip ta' kreditu kkunsidrat.

Indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jagħtu spjega lill-kreditur u għandhom ikunu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta' kreditu

It-tip ta' kreditu

 

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt il-ftehim ta' kreditu.

 

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu

Dan ifisser kif u meta inti tkun tista' tikseb il-flus

 

It-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

 

Pagamenti bin-nifs u, fejn xieraq, l-ordni li bih il-pagamenti bin-nifs ser ikunu allokati

Int ser ikollok tħallas dan li ġej:

[L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

Interessi u/jew imposti ser jitħallsu bil-mod li ġej:

L-ammont totali li inti ser ikollok tħallas

Dan ifisser l-ammont tal-kapital misluf flimkien ma' l-interessi u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek

[Is-somma ta' l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu]

Jekk applikabbli

Il-kreditu huwa mogħti fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz jew huwa marbut mal-provvista ta' merkanzija speċifika jew l-għoti ta' servizz

Isem tal-merkanzija/servizz

Prezz għal ħlas fil-pront

 

Jekk applikabbli

Garanziji meħtieġa

Din hija deskrizzjoni tal-garanzija li inti għandek tagħti rigward il-ftehim ta' kreditu

[Tipi ta' garanziji]

Jekk applikabbli

Ħlasijiet lura ma jagħtux lok għal amortizzazzjoni immedjata tal-kapital

 

3.   Spejjeż tal-kreditu

Ir-rata ta' self jew jekk applikabbli

rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[%

fissa jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

perijodi]

Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali ta' l-ammont totali tal-kreditu.

L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

kuntratt ta' assigurazzjoni li tassigura l-kreditu jew

kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

Jekk l-ispiża ta' dawn is-servizzi m'hijiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari

Spejjeż relatati

 

Jekk applikabbli

Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid

 

Jekk applikabbli

Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

 

Jekk applikabbli

Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

 

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (per eżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktar diffiċli

Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustar tar-rrata applikabbli u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa

4.   Aspetti legali importanti oħra

Dritt ta' rtirar

Inti għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta' kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju

Iva/le

Rimborż antiċipat

Għandek id-dritt li tħallas lura l-kreditu kmieni fi kwalunkwe ħin kompletament jew parzjalment.

Jekk applikabbli

Il-kreditur għandu dritt għal kumpens fil-każ ta' rimborż antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta' kalkolu) skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva …/…/KE)]

Konsultazzjoni ta' database

Il-kreditur irid jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun rifjutata abbażi ta' tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax jekk l-għoti ta' tali informazzjoni huwa pprojbit bil-liġi tal-Komunità Ewropea jew huwa kontra l-objettivi tal-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika

 

Dritt għal abbozz ta' ftehim ta' kreditu

Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu miegħek

 

Jekk applikabbli

Il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut bl-informazzjoni pre-kuntrattwali

Din l-informazzjoni hija valida minn … sa …

Jekk applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji

(a)

dwar il-kreditur

 

Jekk applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta' residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefon (**)

Indirizz tal-posta elettronika (**)

Numru tal-fax (**)

Indirizz web (**)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu jew mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru]

Jekk applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)

dwar il-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar li jindikaw, inter alia, il-perijodu għall-eżerċizzju tad-dritt; l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika ta' l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar; u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' eżerċizzju ta' dak id-dritt]

Jekk applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala l-bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Klawżola li tistabbilixxi il-liġi regolatorja applikabbli għall-ftehim ta' kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Jekk applikabbli

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa/lingwi speċifiċi] matul it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

(ċ)

fir-rigward ta' riżarċiment

 

Eżistenza ta' u aċċess għal mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment

[Jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur li huwa parti għall-ftehim ta' kreditu u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih]


(*)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur

(**)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.


ANNESS III

INFORMAZZJONI EWROPEA DWAR IL-KREDITU LILL-KONSUMATUR GĦAL

(1)

overdraft

(2)

kreditu lill-konsumatur offrut minn ċerti organizzazzjonijiet ta' kreditu (Artikolu 2(5) tad-Direttiva …/…/KE)

(3)

konverżjoni ta' dejn

1.   Dettalji dwar l-identità u ta' kuntatt tal-kreditur/ta' l-intermedjarju tal-kreditu

Kreditur

Indirizz

Numru tat-telefon (*)

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax (*)

Indirizz web (*)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

Intermedjarju tal-kreditu

Indirizz

Numru tat-telefon (*)

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax (*)

Indirizz web (*)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Kull fejn hemm indikat “jekk applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni hija rilevanti għall-prodott ta' kreditu jew iħassar l-informazzjoni rispettiva jew ir-ringiela kollha jekk l-informazzjoni mhix rilevanti għat-tip ta' kreditu kkunsidrat.

Indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jagħtu spjega lill-kreditur u jridu jkunu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta' kreditu

It-tip ta' kreditu

 

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt il-qbil ta' kreditu

 

It-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

 

Kif u meta għandek tħallas lura l-kreditu?

 

Jekk applikabbli

Inti tista' tintalab tħallas lura l-ammont sħiħ ta' kreditu [fuq talba] fi kwalunkwe ħin

 

Jekk applikabbli

Il-kreditu huwa mogħti fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz

Isem ta' merkanzija/servizz

Prezz għal ħlas fil-pront

 

3.   Spejjeż tal-kreditu

Ir-rata ta' self jew, jekk applikabbli,

rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[%

fissa jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali)]

Jekk applikabbli

Ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR) (**)

Din hija l-ispiża totali ta' kreditu espressa bħala perċentwali annwali ta' l-ammont totali ta' kreditu. L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti

[% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Jekk applikabbli

Spejjeż

Jekk applikabbli

Il-kondizzjonijiet taħt liema dawk l-ispejjeż jistgħu jinbidlu

[L-ispejjeż applikabbli mill-ħin meta l-ftehim ta' kreditu jiġi konkluż]

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa

4.   Aspetti legali importanti oħra

Terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu

[Il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu]

Konsultazzjoni ta' database

Il-kreditur irid jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun rifjutata abbażi ta' tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax meta l-għoti ta' tali informazzjoni huwa pprojbit bil-liġi tal-Komunità Ewropea jew huwa kontra objettivi tal-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika

 

Dritt għal abbozz ta' ftehim ta' kreditu

Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu miegħek

 

Jekk applikabbli

Il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni pre-kuntrattwali

Din l-informazzjoni hija valida minn … sa …

Jekk applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata jekk l-informazzjoni pre-kuntrattwali hija provduta minn ċerti organizzazzjonijiet ta' kreditu (Artikolu 2(5) tad-Direttiva …/…/KE) jew li għandha x' taqsam ma' kreditu lill-konsumatur għal konverżjoni ta' dejn

Pagamenti bin-nifs u, fejn xieraq, l-ordni li bih il-pagamenti bin-nifs ser ikunu allokati

Int ser ikollok tħallas dan li ġej:

[Eżempju rappreżentattiv ta' tabella ta' ħlasijiet li tinkludi l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

L-ammont totali li inti ser ikollok tħallas

 

Rimborż antiċipat

Għandek id-dritt li tħallas lura l-kreditu kmieni fi kwalunkwe ħin kompletament jew parzjalment

Jekk applikabbli

Il-kreditur għandu dritt għal kumpens fil-każ ta' rimborż antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta' kalkolu) skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva …/…/KE]

Jekk applikabbli

6.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji

(a)

dwar il-kreditur

 

Jekk applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta' residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefon (***)

Indirizz tal-posta elettronika (***)

Numru tal-fax (***)

Indirizz web (***)

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu jew mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru]

Jekk applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)

dwar il-ftehim ta' kreditu

 

Dritt ta' rtirar

Inti għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta' kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju

Jekk applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar

Iva/le

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar li jindikaw, fost oħrajn, l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika ta'l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar; u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' eżerċizzju ta' dan id-dritt]

Jekk applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Klawżola li tistabbilixxi l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Jekk applikabbli

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa/lingwi speċifiċi] matul it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

(c)

fir-rigward ta' riżarċiment

 

Eżistenza ta' u aċċess għal mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment

[Jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur li huwa parti għall-ftehim ta' kreditu u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih]


(*)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.

(**)  Mhux applikabbli għal Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur għal Overdraft f'dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu abbażi ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva …/…/KE li l-APR mhux meħtieġa għal overdraft.

(***)  Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   DAĦLA

1.

Fit-12 ta' Settembru 2002, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' kreditu għall-konsumaturi (1).

2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Lulju 2003 (2).

3.

Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta' April 2004 (l-ewwel qari) (3).

4.

Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fid-29 ta' Ottubru 2004 l-Kummissjoni ppreżentat proposta emendata (4).

5.

F'Novembru 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet li twettaq konsultazzjonijiet ulterjuri dwar l-abbozz tad-direttiva, u wara dawn fl-10 ta' Ottubru 2005 hija għaddiet lill-Kunsill il-proposta kif emendata għat-tieni darba, fil-forma ta' proposta modifikata (5) għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehim ta' kreditu għal konsumaturi.

6.

F'din il-proposta modifikata konsolidata, ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat, il-Kummissjoni ħadet kont tal-pożizzjoni espressa ta' l-opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u inkorporat 110 mill-152 emenda proposti fiha.

7.

Fi 20 ta' Settembru 2007, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat.

II.   OBJETTIV

Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-traspożizzjoni tad-Direttiva 87/102/KEE rriżultat fl-Istati Membri jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fi gradi li jvarjaw. Dawn id-differenzi f'leġislazzjonijiet nazzjonali f'xi każijiet jikkostitwixxu ostakoli għas-suq intern u jiddisswadu lin-negozji milli joffru l-prodotti tagħhom bejn il-fruntieri nazzjonali. Is-suq ta' kreditu tal-konsumatur jibqa' fil-parti l-kbira frammentat fis-27 suq nazzjonali ta' l-Istati Membri, u b'hekk il-konsumaturi u l-kredituri Ewropej jiġu mxekkla milli jagħmlu offerti u kuntratti transkonfini u b'hekk jibbenefikaw mill-vantaġġi ta' suq uniku.

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha, li ġiet modifika sostanzjalment f'Ottubru 2005 wara l-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u fittxet li:

tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal suq intern ġenwin,

tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, u

ittejjeb iċ-ċarezza tal-leġislazzjoni Komunitarja billi tikteb mill-ġdid it-tliet Direttivi eżistenti dwar kreditu lill-konsumaturi (87/102/KEE, 90/88/KEE u 98/8/KE).

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Ġenerali

Il-Kunsill ibbaża d-diskussjoni tiegħu fuq il-proposta modifikata ppreżentata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2005. B'mod ġenerali, huwa endorsja l-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, li fil-parti l-kbira kienet diġà riflessa f'dik il-proposta.

Il-Kunsill ukoll ikkondivida l-fehma li d-direttiva għandha tiżgura livell għoli ta' armonizzazzjoni f'oqsma sostanzjali koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha u għandha tirrappreżenta “valur miżjud Ewropew” għas-suq intern, l-għażla tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kunsill identifika ħames oqsma prinċipali li fihom għandu jinkiseb tali “valur miżjud Ewropew:”

informazzjoni pre-kuntrattwali (Artikoli 5 u 6),

informazzjoni kuntrattwali (Artikolu 10),

dritt ta' rtirar (Artikolu 14),

ħlas lura kmieni (Artikolu 16), u

kalkolu tar-Rata Perċentwali Annwali (APR) (Artikolu 19).

Il-Kunsill introduċa wkoll modifiki oħrajn fir-rigward ta':

il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-abbozz tad-direttiva billi, minn naħa waħda, eskluda għadd ta' sitwazzjonijiet fl-Artikoli 2 u 20 u, minn naħa l-oħra, kopra f'aktar dettal xi kwistjonijiet speċifiċi bħar-reklamar (Artikolu 4), is-self korrenti li jrid jitħallas lura (Artikoli 6 u 12) jew il-qbiż (Artikolu 18),

il-livell ta' armonizzazzjoni, speċjalment il-proposta tal-Kummissjoni biex tgħaqqad flimkien armonizzazzjoni sħiħa ma' rikonoxximent reċiproku mmirat (Artikolu 22),

l-użu tal-komitoloġija (Artikolu 25),

it-trasparenza dwar għażliet regolatorji meħudin mill-Istati Membri f'oqsma li mhumiex armonizzati b'mod sħiħ (Artikolu 26) u l-klawsola ta' reviżjoni relatata (Artikolu 27(2)).

Il-Kummissjoni aċċettat il-pożizzjoni komuni maqbula mill-Kunsill.

2.   Tibdil prinċipali li l-Kunsill introduċa fil-proposta modifikata tal-Kummissjoni

Fil-pożizzjoni komuni tiegħu l-Kunsill introduċa għadd ta' modifiki relatati mal-kwistjonijiet li ġejjin:

A.   Kamp ta' applikazzjoni (Artikolu 2)

Il-Kunsill irrazzjonalizza l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-abbozz tad-Direttiva (diġà limitat wara l-esklużjoni ta' ftehim ta' kreditu fuq proprjetà, ftehim ta' garanzija u garanti u l-introduzzjoni ta' reġim ħafif għal self korrenti li jrid jitħallas lura).

F'dak ir-rigward, il-Kunsill qabel dwar it-tibdil li ġej għall-kamp ta' applikazzjoni ta' l-abbozz tad-Direttiva:

esklużjoni komprensiva ta' krediti relatati ma' proprjetajiet immobbli (paragrafu 2(a) u (b)) u ta' ftehim ta' garanzija, minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-kwistjoni ta' kreditu fuq proprjetà,

l-esklużjoni ta' krediti żgħar (taħt il-200 EUR) u kopertura usa' għal krediti akbar biż-żieda tal-limitu ta' fuq minn 50 000 sa 100 000 EUR (paragrafu 2(ċ)),

l-esklużjoni ta' self korrenti li jrid jitħallas lura għall-perijodu fil-qosor li għandu jitħallas fi żmien xahar (paragrafu 2(e)),

l-esklużjoni ta' krediti li m'għandhom l-ebda interessi u imposti u l-esklużjoni ta' krediti għall-perijodu qasir b'imposti żgħar ħafna (paragrafu 2(f)).

Il-Kunsill qabel ukoll dwar reġimi “ħfief” speċifiċi għal tipi partikolari ta' krediti, eżempju il-faċilitajiet ta' self korrenti li jrid jitħallas lura (paragrafu 3), il-faċilità ta' qbiż (paragrafu 4), il-krediti offruti minn ċerti organizzazzjonijiet bi sħubija ristretta u stabbiliti għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tiegħu (paragrafu 5) u l-krediti għal ħlasijiet diferiti (paragrafu 6).

Bil-qbil dwar it-tibdil ta' hawn fuq, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Aċċetta, b'mod sħiħ jew f'parti, 24 emenda (2, 4, 5, 8, 10, 34, 38, 39, 47, 48 u 178, 49, 50, 51, 53, 54, 55, 56, 59, 61, 121, 145, 184, 185), inklużi l-emendi 184 u 185 li mhumiex aċċettati mill-Kummissjoni, kif ġej:

 

Emenda 184: il-Kunsill ikkonferma t-tħassir fl-Artikolu 2(2)(e) ġdid;

 

Emenda 185: il-Kunsill ħa f'idejh il-limitu ta' 100 000 EUR fl-Artikolu 2(2) (ċ), iżda mhux il-kumplament ta' Emenda.

(ii)

Ma introduċiex 4 emendi (11, 57, 60, 123).

B.   informazzjoni pre-kuntrattwali (Artikoli 5 u 6);

Il-Kunsill ikkunsidra li l-konsumaturi għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni li tippermettilhom jagħmlu deċiżjonijiet informati u responsabbli qabel ma jiffirmaw il-kuntratt. Għal dak il-għan, il-Kunsill għamel it-tibdil li ġej:

tħassir tal-prinċipju ta' self responsabbli fl-Artikolu 5, peress li dan kien ikkunsidrat li joħloq xi inċertezza legali. Minflok, fl-Artikolu 8 ġdid ġie introdott obbligu għall-kredituri biex jivvalutaw il-kredibbiltà tal-konsumatur,

estensjoni tal-lista ta' informazzjoni pre-kuntrattwali li għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur taħt l-Artikoli 5(2) u 6(1),

ħolqien ta' formola dwar “Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” (l-Anness II ġdid) u formola dwar “Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur għal Self Korrenti” (l-Anness II ġdid) biex tiġi pprovduta informazzjoni pre-kuntrattwali. Dawn il-formoli standard, li jinkludu informazzjoni kif previst fl-Artikoli 5 u 6, ser jagħmluha eħfef għall-konsumaturi biex iqabblu offerti differenti, inkluż fuq bażi transkonfini,

kjarifika dwar liema informazzjoni pre-kuntrattwali għandha tiġi pprovduta fil-każ ta' komunikazzjonijiet ta' telefonija bil-vuċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE (Bejgħ f'distanza ta' servizzi finanzjarji) u jekk il-konsumatur jitlob li l-faċilità ta' self korrenti li jrid jitħallas issir disponibbli b'effett immedjat (Artikolu 6(4)),

flessibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward ta' l-indikazzjoni ta' l-APR għal self korrenti (Artikolu 6(2)),

introduzzjoni ta' obbligu (Artikoli 5(4) u 6(6)) biex il-konsumatur jiġi fornut b'kopja ta' ftehim ta' kreditu jekk jitlob huwa stess (flimkien ma' l-informazzjoni dwar dan id-dritt mogħti fil-formola standard Ewropea msemmija hawn fuq).

Bil-qbil dwar it-tibdil ta' hawn fuq, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Aċċetta, b'mod sħiħ jew f'parti, 6 emendi (16, 17, 18, 65 u 188, 179).

(ii)

Ma introduċiex 2 emendi (19, 28).

Ċ.   Informazzjoni kuntrattwali (Artikolu 10)

Fir-rigward tat-tibdil magħmul fil-lista ta' informazzjoni pre-kuntrattwali, il-Kunsill estenda wkoll il-lista ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu (l-aktar b'mod parallel maż-żidiet magħmulin fl-Artikoli 5(2) u 6(1)). Skond l-Artikolu 10(2), l-informazzjoni addizzjonali li ġejja trid tiġi pprovduta lill-konsumatur:

it-tip ta' kreditu: il-punt (a),

deskrizzjoni tal-prodott u tas-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront tiegħu f'każijiet ta' ħlas diferit: il-punt (e),

tabella ta' amortizzament, ukoll fejn tapplika rata ta' interess varjabbli: il-punt (i),

informazzjoni aktar komprensiva dwar imposti relatati mal-ftehim ta' kreditu u l- kondizzjonijiet biex jinbidlu: il-punt (k),

twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu l-ħlasijiet; il-punt (m),

aktar informazzjoni komprensiva dwar id-dritt ta' rtirar: il-punt (q),

informazzjoni dwar l-eżistenza ta' mekkaniżmi alternattivi ta' riżarċiment: il-punt (s),

referenza għal termini u kondizzjonijiet kuntrattwali oħrajn: point (t), u

l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti: il-punt (u),

Bil-qbil dwar it-tibdil ta' hawn fuq, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Aċċetta, b'mod sħiħ jew f'parti, 10 emendi (77, 78, 81, 82, 83, 85, 86, 87, 88, 89).

(ii)

Ma introduċiex 3 emendi (76, 79, 84), inkluża Emenda 84 aċċettata mill-Kummissjoni.

D.   Dritt ta' rtirar (Artikolu 14);

Il-Kunsill qabel li jipprovdi dritt ta' rtirar uniformi ta' 14-il jum kalendarju. Il-Kunsill ikkjarifika l-obbligi tal-konsumaturi fl-eżerċitazzjoni tad-dritt ta' rtirar tagħhom u r-rabta mad-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta' rtirar fid-Direttivi 85/577/KEE (Bejgħ bieb bieb) u 2002/65/KE (Bejgħ b'distanza ta' servizzi finanzjarji). Dawn li ġejjin huma l-kjarifiki:

żieda ta' l-obbligu għall-konsumatur biex iħallas mill-ġdid lill-kreditur, fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika ta' rtirar, l-ammont ta' kreditu li diġà nġibet, inkluż l-interess (il-papagrafu 2(b)),

żieda ta' dispożizzjoni dwar il-kanċellazzjoni tas-servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu f'każ ta' rtirar mill-ftehim ta' kreditu (il-paragrafu 3),

f'każijiet ta' bejgħ b'distanza jew bieb bieb ta' krediti tal-konsumatur, id-dritt ta' rtirar ser jiġi rregolat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur u mhux skond id-Direttivi 85/577/KEE u 2002/65/KE,

l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dritt ta' rtirar ma japplikax jekk il-ftehim ta' kreditu jkun ġie konkluż permezz tas-servizzi ta' nutar.

Bil-qbil dwar it-tibdil ta' hawn fuq, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Aċċetta, b'mod sħiħ jew f'parti, 3 emendi (20, 192, 193), inkluża Emenda 193 li ma ġietx aċċettata mill-Kummissjoni u li l-Kunsill żied fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 14(4), wara l-abbozzar tal-modifiki.

(ii)

Ma introduċiex emenda waħda (107).

E.   Ħlas lura kmieni (Artikolu 16)

Filwaqt li jirrikonoxxi d-dritt ta' konsumatur li jħallas lura kreditu aktar kmieni, il-Kunsill qabel li jagħti lill-kredituri dritt limitat għal kumpens għal spejjeż possibbli marbutin direttament mal-ħlas lura kmieni (il-paragrafu 2).

Il-kumpens ser japplika biss jekk:

ikun relatat mal-ftehim ta' kreditu b'rata fissa ta' self, u

ir-rata ta' interess ta' referenza applikabbli tonqos bejn il-mument tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu u l-ħlas lura kmieni.

Il-kumpens huwa limitat ulterjorment għal 1 % ta' l-ammont tal-kreditu mħallas kmieni (jew 0,5 % jekk il-ħlas lura jsir fi żmien is-sena finali tal-ftehim ta' kreditu) u ma jistax jaqbeż l-ammont ta' l-interess li l-konsumatur kien iħallas li kieku ma kienx hemm ħlas lura kmieni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri ngħataw l-flessibbiltà li jistabbilixxu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom il-limitu li taħtu m'għandha titħallas l-ebda indennità. Dan il-limitu jista' jiġi stabbilit bejn 0 u 10 000 EUR ta' ħlas lura kmieni fi żmien 12-il xahar (il-paragrafu 4).

Fir-rigward tal-ħlas lura kmieni, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Aċċetta emenda waħda (201).

(ii)

Ma introduċiex emenda waħda (25) aċċettata mill-Kummissjoni, peress li l-Kunsill ried li jgħolli l-livell ta' armonizzazzjoni biex jiġi determinat il-kumpens li għandu jitħallas lill-kreditur f'każ ta' ħlas lura kmieni tal-kreditu.

F.   Kalkolu ta' l-APR (Artikolu 19)

Il-Kunsill ipprovda mezz uniformi għall-kalkolu ta' l-APR u nkluda sett standard ta' assunzjonijiet li għandhom jintużaw mill-fornituri ta' kreditu għall-kalkoli ta' l-APR f'ċirkostanzi differenti (imniżżlin fl-Anness I, il-paragrafu II). Sabiex jimmaniġġa l-innovazzjonijiet tal-prodott u l-ħtieġa tal-kalkolu ta' l-APR għal tipi ġodda ta' krediti possibbli fil-futur, il-Kunsill introduċa dispożizzjoni ta' komitoloġija taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju biex jiddetermina assunzjonijiet addizzjonali jekk ikun meħtieġ (il-paragrafu 5 ġdid). Konsegwentement, il-Kunsill stabbilixxa kumitat xieraq fl-Artikolu 25.

Fir-rigward tar-rata perċentwali annwali tal-ħlas, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Introduċa, b'mod sħiħ jew f'parti, 10 emendi (23, 24, 40, 42, 43, 151, 152, 195, 198, 199).

(ii)

Ma inkludiex 7 emendi (148, 149, 150, 183, 194, 196, 197) fil-pożizzjoni komuni.

G.   Klawsola ta' rikonoxximent reċiproku (Artikolu 22)

Il-Kunsill ikkunsidra li l-implimentazzjoni ta' klawsola ta' rikonoxximent reċiproku kif proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri klawsola li tikkumplimenta l-armonizzazzjoni minima fuq ċerti kwistjonijiet speċifiċi, ma tissodisfax l-objettivi tad-Direttiva proposta. Ikun diffiċli wisq għal konsumaturi biex jifhmuha u tista' twassal għal inċertezza legali minħabba l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stati Membri differenti. Għalhekk il-Kunsill ħassar din il-klawsola (f'dak li qabel kien l-Artikolu 21(2)).

Għal dak il-għan, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Introduċa emenda waħda (6).

(ii)

Ma introduċiex 3 emendi (30, 140, 204).

Bħala miżura supplimentari, il-Kunsill żied Artikolu 26 ġdid sabiex jiżgura t-trasparenza rigward għażliet regolatorji permessi lill-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet fejn ma nkisbitx armonizzazzjoni sħiħa u l-flessibbiltà tħalliet f'idejn l-Istati Membri (Artikoli 2(5), 2(6), 4(1), 4(2)(ċ), 6(2), 10(2)(g) u 16(4)).

H.   Reviżjoni mill-Kummissjoni (Artikolu 27(2))

Il-Kunsill qabel li r-reviżjoni perjodika ta' ħames snin imwettqa mill-Kummissjoni għandha tinkludi wkoll:

reviżjoni tal-perċentwali użati biex jiġi limitat kumpens massimu f'każ ta' ħlas lura kmieni, u

monitoraġġ ta' l-effetti fuq is-suq intern u l-konsumaturi u l-pubblikazzjoni ta' għażliet regolatorji kif irrapportat mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 26.

I.   Kwistjonijiet oħrajn

Flimkien mat-tibdil fl-Artikolu 2 tad-Direttiva proposta diġà msemmijin fil-parti A hawn fuq, il-Kunsill endorsja l-proposta modifikata tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2005 li jiġi limitat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn, notevolment bis-simplifikazzjoni tal-formulazzjoni dwar l-aċċess għal Database (Artikolu 9) u Assenjazzjoni ta' drittijiet (Artikolu 17) u t-tħassir ta' għadd ta' Artikoli (jiġifieri dwar Responsabbiltà konġunta u solidali, li tat spinta għall-ħtieġa ta' l-Artikolu 15 ġdid dwar Ftehim ta' kreditu marbutin).

Barra minn hekk, il-Kunsill ikkunsidra li l-kopertura ta' xi kwistjonijiet oħrajn għandha tkun inqas preskrittiva u b'mod partikolari ħassar xi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 20 rigward l-obbligu għal superviżjoni jew regolamentazzjoni ta' intermedjarji ta' kreditu.

Konsegwentement, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Introduċa, b'mod sħiħ jew f'parti, 45 emenda (1, 3, 7, 9, 12, 13, 14, 15, 21, 27, 29, 37, 46, 64, 67, 68, 69, 70, 71, 72, 74, 75, 102, 104, 105, 106, 108, 109, 124, 125, 132, 133, 134, 135, 136u162, 138, 139, 143, 144, 146, 147, 176, 180, 182) kif ġej:

 

Emenda 1: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 3;

 

Emenda 3: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 4;

 

Emenda 7: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 7;

 

Emenda 9: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 6;

 

Emenda 12: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-Premessa);

 

Emenda 13: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-Premessa);

 

Emenda 14: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 27;

 

Emenda 15: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-Premessa);

 

Emenda 27: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 39;

 

Emenda 29: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar (tħassir parzjali), fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 42;

 

Emenda 37: ikkunsidrata, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida tal-Premessa 3, il-punt (f);

 

Emenda 46: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-punt fl-Artikolu 3);

 

Emenda 64: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 67: aċettata b'mod sħiħ (intestatura ġdida tal-Kapitolu III);

 

Emenda 68: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 69: ikkunsidrata, b'modifiki ta' abbozzar, fl-intestatura ġdida ta' l-Artikolu 9;

 

Emenda 70: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tas-subparagrafu);

 

Emenda 71: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tas-subparagrafu);

 

Emenda 72: ikkunsidrata, b'modifiki ta' abbozzar, fl-Artikolu 9(1);

 

Emenda 74: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tas-subparagrafu);

 

Emenda 75: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tas-subparagrafu);

 

Emenda 102: ikkunsidrata b'mod sħiħ, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 17;

 

Emenda 104: aċettata b'mod sħiħ (intestatura ġdida ta' l-Artikolu 15);

 

Emenda 105: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 15(1);

 

Emenda 106: ikkunsidrata parzjalment fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 15(1);

 

Emenda 108: ikkunsidrata parzjalment fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 15(2);

 

Emenda 109: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 124: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 125: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 132: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-intestatura);

 

Emenda 133: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 134: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 135: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emendi 136 u 162: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 20;

 

Emenda 138: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 139: ikkunsidrata, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 21;

 

Emenda 143: ikkunsidrata b'mod sħiħ, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 24;

 

Emenda 144: aċettata b'mod sħiħ (tħassir ta' l-Artikolu);

 

Emenda 146: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 147: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 176: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 3, il-punt (n);

 

Emenda 180: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 9(2).

Dan jinkludi wkoll iż-żewġ emendi li ġejjin li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni:

 

Emenda 21: it-tħassir tat-test imsemmi f'din l-emenda kien ikkonfermat.

 

Emenda 182: it-tħassir tat-test imsemmi f'din l-emenda kien ikkonfermat.

(ii)

Ma inkludiex 13-il emenda (26, 31, 33, 44, 45, 95, 126, 137, 141, 142, 161, 165, 181) fil-pożizzjoni komuni.

Il-Kunsill endorsja wkoll il-fehma meħuda mill-Kummissjoni fil-proposta modifikata tagħha ta' Ottubru 2005 li għadd ta' kwistjonijiet speċifiċi għandhom jiġu koperti b'mod aktar preċiż. Konsegwentement, il-Kunsill qabel li:

jinkludi transazzjonijiet marbutin (Artikolu 15 ġdid) fid-Direttiva,

reġim preskrittiv aktar għar-reklamar rigward informazzjoni standard (Artikolu 4(2)), filwaqt li jħalli l-flessibbiltà f'idejn l-Istati Membri dwar ċerti ftehim ta' kreditu u dwar l-indikazzjoni ta' l-APR (ara l-Artikolu 4(2)(ċ) u t-tħassir tal-paragrafi 3 u 4 ta' qabel ta' l-Artikolu 4),

dispożizzjonijiet speċifiċi dwar faċilitajiet ta' self korrenti li jrid jitħallas f'każ ta' żieda fir-rata ta' self (Artikolu 12),

ikopri qbiż taħt reġim simili għal ftehim ta' kreditu u self korrenti li jrid jitħallas (notevolment rigward informazzjoni pre-kuntrattwali), bil-ħsieb li tinħoloq ċertezza legali; il-Kunsill ħassar ukoll id-dispożizzjonijiet li jinvolvu r-rettifika tas-sitwazzjoni permezz ta' ftehim ta' kreditu ġdid f'każijiet ta' qbiż sinifikanti li jeċċedi t-tliet xhur u introduċa dispożizzjonijiet li jippermettu aktar flessibbiltà (Artikolu 18, il-paragrafu 3), billi ħalla r-regolamentazzjoni ta' din is-sitwazzjoni f'idejn il-leġislazzjoni nazzjonali,

formulazzjoni aktar preċiża dwar Informazzjoni dwar ir-rata ta' self (Artikolu 11) u Ftehim ta' kreditu miftuħin (Artikolu 12), sabiex il-konsumaturi jkunu protetti aħjar.

Fir-rigward ta' dan ta' hawn fuq, il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu:

(i)

Introduċa, b'mod sħiħ jew f'parti, 9 emendi (62, 94, 111, 113, 115, 116, 117, 129, 130,) kif ġej:

 

Emenda 62: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 4;

 

Emenda 94: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tas-subparagrafu);

 

Emenda 111: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-punt fl-Artikolu 12);

 

Emenda 113: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-punt fl-Artikolu 12);

 

Emenda 115: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-punt fl-Artikolu 12);

 

Emenda 116: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-punt fl-Artikolu 12);

 

Emenda 117: ikkunsidrata parzjalment, b'modifiki ta' abbozzar, fil-formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 12(2);

 

Emenda 129: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu);

 

Emenda 130: aċettata b'mod sħiħ (tħassir tal-paragrafu).

(ii)

Ma nkludiex 9 emendi (92, 93, 110, 112, 114, 120, 131, 175, 187).

Fir-rigward ta' tliet emendi aċċettati mill-Kummissjoni iżda mhux inklużi fil-pożizzjoni komuni:

 

Emenda 120: din l-emenda ma ġietx aċċettata mill-Kunsill minħabba n-natura ta' ftehim ta' kreditu miftuħin u l-livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Artikolu 13;

 

Emenda 131: it-tħassir tat-test imsemmi f'din l-emenda kien ikkonfermat mill-Kunsill;

 

Emenda 187: il-Kunsill ħassar l-Artikolu 4(4) ta' qabel iżda rrinforza l-informazzjoni dwar ir-rata ta' self fl-Artikolu 4(2)(a).

3.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Fil-vot tal-plenarja tiegħu fl-20 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew adotta 152 emenda għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni inkorporat 110 emendi fil-proposta modifikata tagħha.

Il-Kunsill introduċa fil-pożizzjoni komuni 104 emendi aċċettati mill-Kummissjoni u 5 emendi mhux aċċettati mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill ma inkludiex fil-pożizzjoni komuni 6 emendi aċċettati mill-Kummissjoni u 37 emenda mhux aċċettati mill-Kummissjoni.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill ikkunsidra li l-pożizzjoni komuni tiegħu, li tinkorpora 109 emendi fid-dettall fil-parti III, jieħu kont sewwa ta' l-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew.

B'kont meħud ukoll ta' l-innovazzjonijiet oħrajn maqbula mill-Kunsill, il-pożizzjoni komuni tirrappreżenta bilanċ ta' tħassib u interessi, tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u funzjonament tajjeb tas-suq intern, f'konformità ma' l-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u l-proposta modifikata tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 331E, 31.12.2002, p. 200.

(2)  ĠU C 234, 30.9.2003, p. 1.

(3)  ĠU C 104E, 30.4.2004, p. 35, 233-260 u 8493/04.

(4)  14246/04.

(5)  13193/05.