|
16.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 44/34 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soppressjoni ta' l-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibilità elettromanjetika) (Verżjoni kkodifikata)”
COM(2007) 462 finali — 2007/0166 (COD)
(2008/C 44/09)
Nhar il-5 ta' Settembru 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soppressjoni ta' l-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibilità elettromanjetika) (Verżjoni kkodifikata).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-439 sessjoni plenarja tiegħu ta' l-24 u l-25 ta' Ottubru 2007 (seduta ta' l-24 ta' Ottubru 2007), b'153 vot favur, vot wieħed kontra u 8 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-24 ta' Ottubru 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS