15.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 10/58


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel”

COM(2007) 368 finali — 2007/0128 (COD).

(2008/C 10/16)

Nhar is-26 ta' Lulju 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet tiegħu CESE 308/2004 u CESE 1571/2006, adottatti rispettivament fil-24 ta' Frar 2004 u fit-13 ta' Diċembru 2006 (1), iddeċieda, matul l-438 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-26 u s-27 ta' Settembru 2007, b'163 vot favur, vot kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

 

Brussell, is-26 ta' Settembru 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-istqarrijiet ta' nutrizzjoni u ta' saħħa magħmula fuq prodotti ta' l-ikel — COM(2003) 424 finali — 2003/0165 COD (ĠU C 110, 30.4.2004) u dwar Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru …/… dwar l-istqarrijiet ta' nutrizzjoni u ta' saħħa magħmula fuq prodotti ta' l-ikel — COM(2006) 607 finali — 2006/0195 COD (ĠU C 325, 30.12.2006).