|
15.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 10/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)”
COM(2007) 264 finali — 2007/0097 (COD)
(2008/C 10/11)
Nhar is-16 ta' Lulju 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta' Settembru 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Allen.
Matul l-438 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-26 u s-27 ta' Settembru 2007 (seduta tas-26 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b' 150 vot favur, 1 kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' r-regolament il-ġdid propost, liema adozzjoni ser twassal għar-revoka tar-Regolament Nru 684/92 u tar-Regolament Nru 12/98. |
|
1.2 |
Is-sigurtà tal-passiġġieri għandha tkun il-prijorità assoluta, anke fil-każ tas-servizzi bil-kowċ u x-xarabank. Il-kwistjonijiet l-oħra kollha jridu jitqiesu bħala li għandhom inqas importanza. |
|
1.3 |
Ir-regolament il-ġdid għandu jikkontribwixxi sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-triq bis-saħħa ta' sorveljanza aktar stretta tas-servizzi internazzjonali tal-kowc u x-xarabank li jsiru minn impriżi li joperaw f'diversi Stati Membri. |
|
1.4 |
Il-Kumitat ifaħħar din il-proposta peress li hija fl-ambitu tal-programm “Regolamentazzjoni Aħjar” u hija konformi ma' l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tissimplifika u taġġorna l-acquis. |
|
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda li: |
|
1.5.1 |
Għandha tiġi ċċarata l-espressjoni “ksur serji jew ksur minuri ripetuti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq”. X'inhu ksur minuri? Kemm-il każ ta' ksur minuri huwa neċessarju sabiex iwasslu għall-piena amministrattiva? |
|
1.5.2 |
Huwa wkoll neċessarju li titħejja lista ta' x'jikkostitwixxi ksur serju. |
|
1.5.3 |
Il-prinċipju ta' sussidjarjetà m'għandux jintuża bħala mezz sabiex issir diskriminazzjoni kontra trasportaturi li mhumiex residenti u din il-proposta għandha tinkludi aktar miżuri ta' salvagwardja f'dan ir-rigward. |
|
1.5.4 |
Għandha tkun prijorità li tiġi stabbilita bażi ta' data mifruxa ma' l-UE kollha sabiex id-dettalji tal-liċenzji u informazzjoni relatata jistgħu jiġu verifikati u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni. |
|
1.5.5 |
Skond l-Artikolu 23(3) għandu jkun hemm disponibbli sistema speċjali ta' appell għal trasportatur fejn Stat Membru ospitanti jimponi sanzjoni amministrattiva minħabba operazzjoni ta' kabutaġġ fit-trasport. Din għandha tkun mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Id-Direttiva 96/26/KE dwar dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport bit-triq flimkien mar-Regolamenti (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/98 dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċis u tax-xarabanks inizjalment kienu jikkostitwixxu l-bażi ewlenija tas-suq intern għas-servizzi tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-passiġġiera. |
|
2.2 |
Id-Direttiva introduċiet standards minimi ta' kwalità li għandhom jiġu rispettati sabiex wieħed ikun jista' jeżerċita l-professjoni, filwaqt li ż-żewġ regolamenti illiberalizzaw is-servizzi internazzjonali okkażjonali tal-passiġġiera, waqqfu proċedura speċjali ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi internazzjonali regolari tal-passiġġieri kif ukoll ippermettew servizzi ta' kabotaġġ waqt tali servizzi internazzjonali. |
|
2.3 |
Dawn ir-regoli issa għandhom isiru konsistenti mal-qafas ġuridiku ġdid li joħroġ mir-regolament dwar it-trasporti pubbliċi ferrovjarji u bit-triq tal-passiġġiera, li wasal sabiex jiġi adottat mill-Parlament u mill-Kunsill. Dawn ir-regoli jeħtieġu wkoll li jsiru aktar ċari u f'ċerti każijiet jiġu simplifikati billi mill-esperjenza jidher li ċerti dispożizzjonijiet legali fihom piżijiet amministrattivi bla bżonn. |
|
2.4 |
Trasportaturi involuti fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandu jkollhom Liċenzja Internazzjonali ta' l-Operaturi għat-Trasport bit-Triq tal-Passiġġieri maħruġa mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn huwa stabbilit it-trasportatur, sakemm mhux eżentat mod ieħor. |
|
2.5 |
Ir-Regolament Nru 684/92 jiftaħ l-aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank filwaqt li r-Regolament Nru 12/98 jistipula l-kundizzjonijiet għat-trasportaturi mhux residenti sabiex joperaw servizzi fi Stat Membru. |
3. Sommarju tal-proposta
|
3.1 |
Il-Proposta għandha l-għan li tirrevedi u tikkonsolida r-Regolament Nru 684/92 u r-Regolament Nru 12/98 fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċis u x-xarabanks. Tiċċara d-dispożizzjonijiet legali eżistenti u tbiddilhom f'ċerti aspetti sabiex issaħħaħ il-konsistenza kumplessiva u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi. |
|
3.2 |
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
|
3.2.1 |
Il-frazi “servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati f'rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'punti ta' waqfien predeterminati. Dan is-servizz għandu jkollu awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' oriġini li fih huwa stabbilit it-trasportatur u huma reġistrati l-vetturi. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) sabiex jopera(w) servizzi regolari fit-territorji ta' l-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz. |
|
3.2.2 |
Il-frażi “servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħrajn. Dawn għandhom jinkludu:
Dan is-servizz m'għandux bżonn ta' awtorizzazzjoni (liċenzja għal rotta) jekk dan ikun kopert b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur. |
|
3.2.3 |
Il-frażi “servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta' passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu. Dan is-servizz ma jeħtieġx awtorizzazzjoni (liċenzja għal rotta). |
|
3.2.4 |
“Operazzjonijiet tat-trasport għal rashom” huma dawk li jsiru minn impriża għall-impjegati tagħha jew minn korp mhux bi skop ta' qligħ għat-trasport tal-membri tiegħu b'konnessjoni ma' l-attivitajiet soċjali sakemm
Dawn is-servizzi huma eżentati minn kwalunkwe sistema jew awtorizzazzjoni iżda huma suġġetti għal sistema ta' ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn hija reġistrata l-vettura. |
|
3.2.5 |
Il-kabotaġġ huwa l-operazzjoni tas-Servizzi Nazzjonali tat-Trasport bit-Triq meta jiġu effettwati minn trasportatur mhux residenti fuq bażi temporanja. |
|
3.2.6 |
L-operazzjonijiet tal-kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:
Il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għat-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fuq dawk ta' l-istess nazzjonalità tagħhom. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Artikolu 8 jissemplifika l-proċedura sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni (liċenzja għal rotta). Fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq, tibqa' raġuni waħda biss għar-rifjut, dik li s-servizz li għalih saret l-applikazzjoni jolqot serjament il-vijabbiltà ta' servizz kumparabbli mħaddem taħt obbligu ta' servizz pubbliku fit-taqsimiet diretti kkonċernati. Dan huwa raġonevoli. |
|
4.2 |
Pajjiżi ta' tranżitu fejn l-ebda passiġġier ma jitrikkeb jew jitniżżel mhux ser jiġu kkonsultati, imma jkunu infurmati ladarba s-servizz jiġi awtorizzat. Dan itejjeb l-effiċjenza tas-sistema. |
|
4.3 |
Il-prinċipju ta' sussidjaretà japplika peress li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Madankollu, hemm bżonn ta' miżuri ta' salvagwardja sabiex jiġi assigurat li t-trasportaturi mhux residenti ma jkunux suġġetti għal diskriminazzjoni. |
|
4.4 |
Hemm bżonn ta' aktar kjarifiki fir-rigward ta' l-Artikolu 18(2), li jittratta l-biljetti tat-trasport. |
|
4.5 |
L-operatur għandu jipprovdi Biljetti tat-Trasport individwali jew kollettivi. Jekk, f'każ ta' spezzjoni minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat, passiġġier(i) ma jinstab(u)x fil-pussess ta' biljett(i) validu(/i), (u l-biljetti jkunu nħarġu qabel mill-operatur), l-operatur ma jistax jinżamm responsabbli għal din is-sitwazzjoni. Ġaladarba jinħarġu l-biljetti, il-passiġġieri jridu jkunu, minn dak il-ħin, responsabbli għall-preżentazzjoni tal-biljetti lil uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
F'termini ġenerali, din il-proposta tissodisfa l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni. |
|
5.2 |
Hemm bżonn ta' aktar kjarifiki fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati ma' każijiet ta' ksur, kemm jekk ikunu serji kif ukoll minuri, u fir-rigward tas-sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu applikati. In-natura u t-tip ta' ksur elenkat fid-diversi kategoriji jridu jiġu definiti u jkunu konsistenti fil-Komunità kollha. |
|
5.3 |
F'każ ta' każijiet ta' ksur serji jew każijiet ta' ksur minuri ripetuti, l-Istat Membru ospitanti jista' jitlob lill-Istat Membru li ħareġ il-Liċenzja Internazzjonali tat-Trasport sabiex jimponi sanzjonijiet amministrattivi fuq id-detentur tal-Liċenzja (per eżempju irtirar temporanju jew permanenti tal-kopji awtentikati kollha, jew xi ftit minnhom, tal-liċenzja jew irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe prosekuzzjoni kriminali fl-Istat Membru ospitanti. |
|
5.4 |
Jekk minn naħa ssir referenza għal sistema ta' appell fejn huma imposti sanzjonijiet jew fejn jiġu rifjutati l-awtorizzazzjonijiet, min-naħa l-oħra dawn l-appelli għandhom jitqiesu li huma ġusti u mhux diskriminatorji mill-partijiet kollha. |
|
5.5 |
Għandha tiġi stabbilita bazi ta' data mifruxa ma' l-UE kollha sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-servizzi tax-xarabanks u tal-kowċis. Barra minn hekk, meta vettura tiġi spezzjonata minn uffiċjal li jawtorizza, għandu jkun possibbli li jiddaħħal in-numru tal-Liċenzja Internazzjonali tat-Trasport (Liċenzja Komunitarja) u tinkiseb immedjatament l-informazzjoni rilevanti sabiex tiġi verifikata l-validità tal-liċenzja. |
Brussell, is-26 ta' Settembru 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS