27.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 175/13 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea”
COM(2007) 95 finali — 2007/0038 (COD)
(2007/C 175/04)
Nhar il-25 ta' April 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja sabiex tipprepara l-ħidma dwar dan is-suġġett.
Minħabba l-urġenza ta' din il-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Burani bħala rapporteur-ġenerali fl-463 sessjoni plenarju tiegħu li nżammet fit-30 u l-31 ta' Mejju 2007 (seduta tat-30 ta' Mejju 2007), u adotta din l-opinjoni unanimament
1. Introduzzjoni
1.1 |
Ir-regolament (KE) Nru. 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) ta' l-Istati Membri. |
1.2 |
Waħda mill-ewwel emendi saret fl-2005 wara l-adeżjoni ta' 10 Stati Membri ġodda. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, hija meħtieġa emenda ġdida sabiex jiżdiedu tabelli li jikkonċernaw dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda fl-anness għar-regolament. |
2. Osservazzjonijiet u konklużjonijiet
2.1 |
Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni. Peress li l-ħtieġa għall-proposta bdiet tinħass wara l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda u peress li hija ta' natura purament teknika, il-KESE jagħti l-approvazzjoni sħiħa tiegħu. |
Brussel, it-30 ta' Mejju 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS