52006SC1117

Dokument ta’ Hidma mill-Persunal tal-Kummissjoni - Dokument ta' akkumpanjament għal Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fl-ammont ta’ ishma fis-settur finanzjarju - Sommarju ta’ l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt {KUMM(2006) 507 finali} {SEG(2006) 1118} /* SEK/2006/1117 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.9.2006

KUMM(2006) 1117

DOKUMENT TA’ ĦIDMA MILL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Dokument ta' akkumpanjament għal Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fl-ammont ta’ ishma fis-settur finanzjarju Sommarju ta’ l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt {KUMM(2006) 507 finali}{SEG(2006) 1118}

Sommarju ta’ l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt PROPOSTA GħAR-REVIżJONI TA L-EVALWAZZJONI TA SUPERVIżJONI TA L-AKKWIST TA’ PROPJETÀ KWALIFIKANTI FIS-SETTURI BANKARJI, TA’ L-ASSIGURAZZJONI U TAL-GARANZIJI [1]

Din l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt (“EI”) kienet parti minn reviżjoni ta’ proċess superviżorju ta’ approvazzjoni għall-impriżi possedenti prinċipali fis-settur bankarju, dak ta’ l-assigurazzjoni u dak tat-titoli. Għadd ta' parteċipanti fis-suq u l-Istati Membri għarfu li r-regoli attwali jonqsu minn kriterji u proċeduri preċiżi għas-superviżuri meta dawn ikunu qed jevalwaw u japprovaw akkwisti bħal dawn u b’hekk ħallew libertà spazju konsiderevoli lill-awtoritajiet rilevanti fl-aċċettazzjoni, l-iskoraġġiment u r-rifjut ta’ akkwist propost. Dawn in-nuqqasijiet ippermettew prassi inkonsistenti minn diversi awtoritajiet ta’ superviżjoni. L-EI eżaminat kif din is-sitwazzjoni tista’ tiġi indirizzata u tittejjeb.

Waqt li tipprovdi l-kuntest u l-isfond dwar it-tendenzi attwali fuq il-konsolidazzjoni li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed, l-EI tispjega kif, fil-prattika, il-proċess ta’ l-approvazzjoni superviżorju ħoloq xkiel potenzjali għal konsolidazzjoni ta’ dan it-tip; abbuż tad-dispożizzjonijiet eżistenti jista’ saħansitra jxekkel li jsiru fużjonijiet jew akkwisti li ekonomikament ikunu ta; min jixtieqhom.

Jekk istituzzjoni finanzjarja tiddeċiedi li takkwista sehem kwalifikanti fi ħdan l-istituzzjoni bbażata fi Stat Membru ieħor, imbagħad ikun meħtieġ li l-akkwirent propost jinnotifika lis-superviżjoni ta’ l-istituzzjoni fil-mira. Skond il-qafas attwali, meta l-awtorità ta' superviżjoni ta’ l-istituzzjoni fil-mira tevalwa "l-adegwatezza" (użata fis-setturi bankarji u tal-garanziji) jew "il-kwalifiki" (assigurazzjoni) ta’ l-akkwirent propost "biex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti" ta’ l-istituzzjoni kkonċernata fil-mira, ma ġewx elaborati l-kriterji ma’ liema l-akkwist għandu jiġi rrevedut. Għalhekk, hemm wisq ambitu għal interpretazzjonijiet differenti min-naħa tas-superviżjonijiet rispettivi, u għalhekk, nuqqas ta ċertezza legali għall-parteċipanti fis-suq.

L-għan tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji li jridu aċċess għas-swieq ġewwa l-UE jkunu jistgħu jsegwu l-istrateġija tagħhom mingħajr ma jkollhom jegħlbu xkiel mhux ġustifikat. L-EI tiddeskrivi l-problemi tar-regoli eżistenti fid-dettall u tippreżenta lista ta’ bosta għodod leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li jistgħu jintużaw biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet.

Ġie konkluż li għażla preferuta politika hija emenda għad-Direttivi eżistenti permezz ta’ bidliet mmirati fi ħdan il-qafas attwali. L-elementi ewlenin ta’ Abbozz ta’ Proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li temenda huma wkoll ippreżentati hawnhekk, flimkien ma’ taqsima dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dawn il-bidliet.

[1] L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/48/KE rigward il-bidu u l-operat tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, Artikoli 15 tad-Direttiva 2002/83/KEC tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u tad-Direttiva 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), Artikoli 19-23 tad-Direttiva 2005/68/KE tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji.