52006PC0921

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temendaDirettiva 2000/60/KE. li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni /* KUMM/2006/0921 finali - COD 2006/0297 */


Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 921 finali

2006/0297 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temendaDirettiva 2000/60/KE. li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

2006/0297 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temendaDirettiva 2000/60/KE. li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175, paragrafu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4]

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.[6]

(2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju li trid tintuża fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ firxa ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fost l-oħrajn billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jkunu supplimentati l-istrumenti biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

(3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[7] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, strumenti li diġà ddaħħlu fis-seħħ iridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Dik id-dikjarazzjoni tindika lista ta' strumenti li għandhom jkunu aġġustati b'urġenża, fosthom id-Direttiva 2000/60/KE.

(4) Partikolarment għandhom jingħataw poteri lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u kif ukoll metodi standardizzati sabiex tadatta ċerti Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' firxa ġenerali u tfasslu biex jemendaw l-elementi li mhumiex essenzjali tad-Direttiva 200/60/KE u biex jissupplimentaw l-addizzjoni ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju previst fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) Id-Direttiva 2000/60/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(6) Billi l-emendi li għandhom isiru fid-Direttiva 2000/06/KE huma aġġustamenti ta' tip tekniku li jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitat, m'hemmx il-ħtieġa li jkunu ttrasposti mill-Istati Membri. Għalhekk ma jinħtieġx li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex isir dan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa mibdul b' dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ ta' l-istatus ta' l-ilma. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 21 (3).";

(2) L-Artikolu 20 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 20

Adattamenti tekniċi għad-Direttiva

1. L-Annessi I, III sezzjoni 1.3.6 ta' l-Anness V jistgħu jkunu adattati għal progress xjentifiku u tekniku b'kunsiderazzjoni tal-perjodi għar-reviżjoni u aġġornament tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara kif riferut fl-Artikolu 13. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jkunu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 21 (3).

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tadotta linji ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' l-Annessi II u V skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21 (2).

2. Għall-iskop tat-trażmissjoni u l-ipproċessar tad- data , inkluża data statistika u kartografika, formati tekniċi għall-iskop ta' paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati f'konformità mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 21 (2)."

(3) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 huwa mibdul b' dan li ġej:

"Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha."

(4) Fl-Anness V, Sezzjoni 1.4.1. hija emendata kif ġej:

(a) punt (vii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(vii) Fi żmien tliet snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tipprepara reġistru ta’ abbozz ta’ siti biex tifforma n-xbiki ta’ interkalibrazzjoni. Ir-reġistru finali tas-siti għandu jitwaqqaf fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, u skond il-proċeduri regolatorji msemmija fl-Artikolu 21(2).";

(b) punt (ix) jinbidel b'dan li ġej:

"(ix) Ir-riżultati ta' l-eżerċizzji ta’ interkalibrazzjoni u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn tmiem l-eżerċizzju ta’ interkalibrazzjoni. Il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jkunu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 21 (3)."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew F’isem il-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ...

[5] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1-73.

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[7] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.