52006PC0915

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, fejn jidħlu l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni /* KUMM/2006/0915 finali - COD 2006/0303 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 915 finali

2006/0303 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda d-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, fejn jidħlu l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

2006/0303 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda d-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, fejn jidħlu l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Fil-waqt li jaġixxu mal-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4]Whereas:

(1) Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tfassal il-proċeduri biex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[6].

(2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolamentari bi skrutinju li għandha tiġi użata għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali bil-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitneħħew dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi estiz biż-żieda ta' elementi addizzjonali mhux essenzjali.

(3) Skond l-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[7] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, strumenti li bħalissa qegħdin fis-seħħ għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Dik l-istqarrija tindika lista ta' strumenti li għandhom ikunu aġġustati b'urġenza, fosthom id-Direttiva 2002/95/KE.

(4) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata poter biex tadotta l-Annessi. Peress li dawk il-miżuri huma ta' firxa ta' applikazzjoni ġenerali, u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/95/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) Id-Direttiva 2002/95/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(6) Peress li l-emendi li jridu jsiru għad-Direttiva 2002/95/KE huma ta' natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, mhemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. Mhux għalhekk meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għal dan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2002/95/KE hija emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 5(1) huwa emendat kif ġej:

(a) Il-fażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda li tkun meħtieġa biex tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku għall-iskopijiet li ġejjin:"

(b) Jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

"Il-miżuri msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, maħsuba biex jemenda elementi mhux esenzjali ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2)."

(2) L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE[8].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE , b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ [...]-il ġurnata wara li tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[pic][pic][pic]

[1] ĠU C [...], [...], p.[...]

[2] ĠU C [...], [...], p.[...]

[3] ĠU C [...], [...], p.[...]

[4] …

[5] ĠU L 37, 13.2.2003, p.19-23

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006., p.11).

[7] ĠU C 255, 21.10.2006, p.1

[8] ĠU L 194, 25.7.1975, p.39