52006PC0811

Komunikazzjoni mill-Kummissjonilill-Parlament Ewropew skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati minn qabel, tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u temenda d-direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE /* KUMM/2006/0811 finali - COD 2004/0248 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.12.2006

KUMM(2006) 811 finali

2004/0248 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati minn qabel, tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE

2004/0248 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati minn qabel, tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE

1. SFOND

Data ta’ trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2004)708 finali - 2004/0248 (COD): | 25 ta’ Ottubru 2004 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 6 ta’ April 2005 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 2 ta’ Frar 2006 |

Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | 18 ta’ April 2006 |

Data tal-ftehim politiku (Kunsill għall-Kompetittività): | 25 ta’ Settembru 2006 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni b'unanimità: | 4 ta’ Diċembru 2006 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta tabolixxi r-regolament li huwa ddatat mis-70ijiet li jiffissa kwantitajiet nominali li bihom jista’ jinbiegħ il-prodott. Il-proposta żżomm biss ir-regolament għall-inbid u l-ispirti, bħalissa diġà soġġetti għal kwantitajiet nominali mandatorji.

Il-proposta tissimplifika r-regolament dwar il-kwantitajiet nominali billi tintegra żewġ direttivi f’direttiva waħda. B’mod simili, hija tgħaqqad ir-regolament dwar il-kontroll metroloġiku ta’ prodotti ppakkjati minn qabel, bħalissa trattat taħt żewġ direttivi, f’direttiva unika. Konsegwentement, hija tirrevoka d-Direttivi 75/106 u 80/232 u testendi l-iskop tad-direttiva 76/211 għall-prodotti kollha ppakkjati minn qabel.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1 Osservazzjonijiet ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

Il-proposta saret każ ta’ ttestjar ta’ l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar għax-xogħol u t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea u għal simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju.

Il-Kunsill appoġġa l-proposta modifikata mill-Kummissjoni bil-kundizzjoni li għal ċerti setturi l-Istati Membri jitħallew iżommu d-daqsijiet nazzjonali eżistenti bħalissa għal produzzjoni domestika f’xi setturi għal perjodu tranżizzjonali.

3.2 L-emendi tal-Parlament Ewropew li ġew inklużi bis-sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju fil-proposta emendata u li ġew inkorporati bis-sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni

L-emendi mill-Parlament Ewropew li ġew aċċettati mill-Kummissjoni fil-proposta modifikata tagħha ġew meħuda mill-ġdid fil-pożizzjoni komuni. Dan jikkonċerna l-emendi: 1, 2, 8, 10, 11, 13, 14 u 16, li ġew aċċettati mill-Kummissjoni b’mod sħiħ u l-emendi 3, 6, 7, 12 u 20 li ġew aċċettati fil-prinċipju mill-Kummissjoni u miktuba mill-ġdid.

3.3 Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni komuni

L-emendi mill-Parlament Ewropew li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni fil-proposta modifikata tagħha ma ġewx inkorporati fil-pożizzjoni komuni. Dan jikkonċerna l-emendi 4, 5, 9, 15, 17, 18, 19, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32 u 33, li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni minħabba li jkunu wasslu għal estensjoni tal-kwantitajiet nominali mandatorji għal setturi li bħalissa m’għandhomx kwantitajiet nominali madatorji simili.

3.4 Bidliet għall-proposta oriġinali introdotta mill-Kummissjoni fil-proposta emendata u inkorporata fil-pożizzjoni komuni.

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora wkoll il-bidliet li introduċiet il-proposta oriġinali introdotta mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha. Hija kienet tikkonċerna s-soppressjoni tal-kwantitajiet nominali mandatorji fis-settur tal-kafe` u z-zokkor abjad, minħabba li bosta Stati Membri bħalissa jippermettu prodotti f’dawn is-setturi bil-kwantitajiet kollha mingħajr ma dan ifixkel is-suq bħala konsegwenza.

3.5 Bidliet oħra introdotti mill-pożizzjoni komuni tal-Kunsill imqabbla mal-proposta emendata

Fil-pożizzjoni komuni ġew introdotti l-punti li ġejjin għall-proposta modifikata, li kollha huma relatati t-tneħħjija gradata tad-daqsijiet nazzjonali f’ċerti setturi.

Żid l-Artikolu 2.2.:

“Filwaqt li tirrispetta l-prinċipji ddikjarati fit-Trattat, u, b’mod partikolari, l-moviment ħieles ta’ l-oġġetti, l-Istati Membri li bħalissa jippreskrivu kwantitajiet nominali mandatorji għall-ħalib, butir, għaġin u kafe` jistgħu jibqgħu jagħmlu dan sa [60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

L-Istati Membri li bħalissa jippreskrivu kwantitajiet nominali mandatorji għaz-zokkor jistgħu jkomplu jagħmlu dan sa [72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].”

Żid l-Artikolu 9.2:

“L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 2 għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] is-suġġett tas-setturi għad-deroga msemmija f’dak il-paragrafu, il-perjodu ta’ deroga simili, il-firxa mandatorja ta’ kwantitajiet nominali applikati u l-intervall ikkonċernat.”

Żid l-Artikolu 9.3:

“Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(2) bbażat fuq is-sejbiet tagħha u dwar ir-rapporti mill-Istati Membri kkonċernati”.

4. KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni tappoġġa l-pożizzjoni komuni, soġġetta għad-dikjarazzjonijiet konġunti msemmija fil-punt li ġej

5. DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għamlu żewġ dikjarazzjonijiet konġunti (annessi) li japplikaw għall-kundizzjonijiet tat-tneħħija gradata f’fażijiet tad-daqsijiet nazzjonali eżistenti bħalissa u l-qbil mill-Istati Membri biex ma jintroduċux daqsijiet nazzjonali ġodda.

ANNESS

L-ewwel dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-Kunsill

“Skond it-Trattat u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri li japplikaw tneħħija gradata ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor fuq raġunijiet relatati mal-kwantitajiet ta’ l-ippakkjar.”

It-tieni dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-Kunsill

“L-Istati Membri, li bħalissa ma japplikawx daqsijiet nazzjonali fis-setturi li għalihom tneħħija gradata ma tapplikax, ma għandhomx jintroduċu regoli ġodda għal kwantitajiet nominali ta’ ippakkjar."