52006PC0803

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar is-seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE /* KUMM/2006/0803 finali - COD 2005/0043 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.12.2006

KUMM(2006) 803 finali

2005/0043 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013)

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE

2005/0043 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013)

1. Daħla

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Hawn taħt il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar 40 emenda proposti mill-Parlament.

2. L-isfond

Data tat-trażmissjoni tat-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2005) 119 finali - 2005/0043 COD)): | it-13 ta' April 2005 |

Id-data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | is-16 ta' Novembru 2005 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | l-14 ta' Diċembru 2005 |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | il-15 ta’ Ġunju 2006 |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata lill-PE u lill-Kunsill: | it-28 ta’ Ġunju 2006 |

Id-data ta' l-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni: Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari: | il-25 ta’ Settembru 2006 it-30 ta’ Novembru 2006 |

3. L-għan tal-proposta

Il-proposta għall-programm ta' Qafas tal-KE, għall-perjodu mill-2007 sa l-2013, tissejjes fuq il-Kapitolu XVIII tat-Trattat, l-Artikoli 163 sa 171, li jipprovdu għal politika ta' riċerka ta' l-UE u għall-istrumenti finanzjarji tagħha, b'mod partikolari il-Programm ta' Qafas ta' aktar minn sena għar-Riċerka.

Sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza u jintrefa' l-livell medju tar-riċerka fl-Ewropa, il-prinċipju ewlieni huwa li tiġi mħeġġa, organizzata u sfruttata kull għamla ta' kooperazzoni fir-riċerka, mill-kollaborazzjoni fi proġetti u netwerks konġunti sal-koordinazzoni ta' programmi nazzjonali ta' riċerka, kif ukoll it-twettiq konġunt ta' inizjattivi kbar fit-teknoloġija u l-iżvilupp komuni ta' infrastrutturi ta' dimensjoni Ewropea u ta' interess għall-Ewropa.

Is-7 Programm ta' Qafas sejjer jiġi organizzat f'erba' programmi speċifiċi, li jikkorrispondu ma' l-erba' l-miri l-kbar tal-politika Ewropea tar-riċerka:

- Kooperazzjoni. Se jingħata l-appoġġ għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' riċerka li jitwettqu fil-kooperazzjoni transnazzjonali, minn proġetti kollaborattivi, sa netwerks u l-koordinazzjoni ta' programmi tar-riċerka.

- Ideat. Se jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tar-Riċerka, bil-għan li jappoġġa r-"riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien" imwettqa minn timijiet individwali li jikkompetu fuq il-livell Ewropew fl-oqsma kollha xjentifiċi u teknoloġiċi, fosthom l-inġinjerija, ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-umanistika.

- Nies. Sejrin jissaħħu l-attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, li jissejħu azzjonijiet "Marie Curie", permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tisħiħ ta' l-irbit mas-sistemi nazzjonali.

- Kapaċitajiet. Xi aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni sejrin jiġu appoġġati: l-infrastrutturi tar-riċerka; riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs; raggruppamenti reġjonali ddedikati għar-riċerka; ir-realizzazzjoni tal-potenzjal kollu għar-riċerka li għandhom ir-reġjuni ta' konverġenza ta' l-UE; kwistjonijiet marbuta max-xjenza u s-soċjetà; attivitajiet "orizzontali" ta' kooperazzjoni internazzjonali.

- L-azzjonjiet diretti taċ- Ċentru Konġunt tar-Riċerka huma wkoll koperti.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

L-emendi li ġew addottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' Novembru 2006 jirrigwardaw l-aktar lill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lis-sorsi li jiġġeddu ta' l-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, lid-distribuzzjoni tal-baġit u lill-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju. Kienu wkoll approvati xi ftit aktar modifikazzjonijiet u rranġar mill-ġdid tal-kontenut, l-aktar mat-temi tal-programm ta' Kooperazzjoni.

Dawn l-emendi huma r-riżultat ta' diskussjonijiet interinstituzzjonali bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li wrew qbil komplut bejniethom fuq il-punti kollha inklużi. Għalhekk, il-Kummissjoni taċċetta l-40 emenda kollha kif ġew proposti mill-Parlament.

Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll li t-tliet stqarrijiet annessi min-naħa tagħha huma elementi tal-kompromess komprensiv finali li ntlaħaq u li għamluha possibli li l-proċedura tiġi konkluża fit-tieni qari.

5. Konklużjoni

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

Anness

Re: Artikolu 6[1]

Għas-Seba' Programm ta' Qafas, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tas-Sitt Programm ta' Qafas għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament Komunitarju tar-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issuktar ta' dan il-qafas etiku minħabba li dan żviluppa, abbażi ta' l-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza, u wera li jaħdem sew fil-kuntest ta' programmi ta' riċerka li fihom jieħdu sehem riċerkaturi minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.

1. Id-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm ta' Qafas espliċitament teskludi tliet oqsma tar-riċerka mill-finanzjament Komunitarju:

2. Attivitajiet ta' riċerka bil-għan tal-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi;

3. Attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex jimmodifikaw il-wirt ġenetiku tal-bnedmin u li jistgħu jwasslu biex tibdiliet bħal dawn ikunu jistgħu jintirtu;

4. Attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijoni umani esklussivament għall-iskop tar-riċerka jew għall-ksib ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nuklei ta' ċelloli somatiċi.

5. Mhi sejra tiġi ffinanzjata l-ebda attività li tkun ipprojbita fl-Istati Membri kollha. Fejn attività tkun ipprojbita fi Stat Memrbu, it-tali attività mhijiex sejra tiġi ffinanzjata f'dak l-Istat Membru.

6. Id-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm ta' Qafas u l-proviżjonijiet għall-qafas etiku li jirregola l-finanzjament Komunitarju tar-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju valutattiv dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri.

7. Hija u ssejjaħ għall-proposti, il-Kummissjoni Ewropea ma tissolleċitax espliċitament l-użu ta' ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani. Kwalunkwe użu ta' ċelloli staminali umani, sew jekk ikunux idderivati minn adulti jew minn embrijoni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati, fid-dawl tal-miri li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, il-parti l-kbira tal-fondi Komunitarji għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tmur għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment fis-Seba' Programm ta' Qafas.

8. Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani jeħtieġlu jgħaddi minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jevalwaw kemm ikun meħtieġ it-tali użu ta' ċelloli staminali biex jintlaħqu l-miri xjentifiċi.

9. Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu suġġetti għal reviżjoni etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din ir-reviżjoni etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta ta' l-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma Umana u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. Ir-reviżjoni etika sservi wkoll ta' kontroll li tara li l-proposti jkunu jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun se ssir ir-riċerka.

10. F'każijiet partikolari, reviżjoni etika tista' ssir matul il-perjodu tal-proġett.

11. Kull proġett li jipproponi l-użu ta' ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani, qabel ma jibda jeħtieġlu jikseb l-approvazzjoni tal-kumitat ta’ l-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha jridu jkunu rispettati, inklużi kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, l-assenza ta' tħajjir finanzjarju, eċċ. Jsiru wkoll kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ir-riċerka se seħħ fuq jekk il-proġett jinkludix riferenzi għall-miżuri ta' liċenzjar u ta' kontroll.

12. Proposta li tgħaddi b'suċċess l-evalwazzjoni xjentifika, ir-reviżjonijiet etiċi nazzjonali jew lokali u r-reviżjoni etika Ewropea, fuq bażi individwali jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni ta' l-Istati Membri, mlaqqa' bħala Kumitat Regolatorju. Ma jiġi ffinanzjat l-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani u li ma jiksibx l-approvazzjoni ta' l-Istati Membri.

13. Il-Kummissjoni Ewropea sejra tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali li tkun ġiet iffinanzjata min-naħa tal-Komunità tagħmilhom aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha.

14. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-koordinament u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tappoġġa reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani. L-appoġġ għal dan ir-reġistru sejjer jippermetti l-monitoraġġ taċ-ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani li tiġa jeżistu fl-Ewropa, jagħti kontribut biex jiġu utilliżati kemm jista' jkun min-naħa tax-xjenzati, u jista' jgħin biex tiġi evitata d-derivazzjoni bla ħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali.

15. Il-Kummissjoni Ewropea sejra tissokta l-prattika attwali, u mhijiex sejra tressaq quddiem il-Kumitat Regolatorju proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet tar-riċerka li jeqirdu l-embrijoni umani, inklużi dawk għall-ksib ta' ċelloli staminali. L-esklużjoni tal-finanzjament għal din il-fażi tar-riċerka mhijiex sejra twaqqaf il-finanzjament Komunitarju ta' fażijiet suċċessivi li jinvolvu ċ-ċelloli staminali dderivati minn embrijoni umani."

Re: It-tema ta' l-"Enerġija"

"L-għaxar temi tal-programm ta' Kooperazzjoni jinkludu riċerka meħtieġa biex tirfed il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-assessar tal-politiki Kommunitarji li l-Kummisjoni tagħtihom importanza ċentrali. Hija tapprezza l-importanza li l-Parlament Ewropew jagħti lill-politika ta' l-enerġija b'mod ġenerali, u partikolarment il-promozzjoni ta' enerġija effiċjenti u sorsi ta' enerġija li tiġġedded. Sabiex tħalli l-Parlament isegwi l-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tkompli bil-politika ta' trasparenza u l-provvista ta' l-informazzjoni. Il-pubbliku se jkollu aċċess totali għall-informazzjoni xierqa fuq proġetti ffinanzjati mill-FP permezz ta' l-internet. Ta' l-anqas darbtejn fis-sena, se tingħata attenzjoni partikulari biex tassigura preżentazzjoni komprensiva tal-proġetti relatati ma' l-użu razzjonali u effiċjenti ta' l-enerġija u r-rwol tar- riżorsi ta' l-enerġija li tiġġedded."

Re: "Ideat"

"Fil-kuntest tar-rapport tal-progress riferut f'Artikolu 7.2 u jippreċedi l-evalwazzjoni proviżorja, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa nofs l-2008 Kumunikazzjoni fuq il-metodoloġija u t-termini ta' riferenza li jridu jintużaw għar-reviżjoni minn esperti indipendenti rigward l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' l-ERC. Jekk tinqala' l-ħtieġa, il-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-adozzjoni tal-Programm ta' Qafas."

[1] Inkluż bħala Anness għal COM (2006) 548