Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni /* KUMM/2006/0788 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.12.2006 KUMM(2006) 788 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) Il-kuntest tal-proposta - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għan ta' dan l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill huwa li jtawwal is-sospensjoni fuq bażi awtonoma li hemm bħalissa għad-dazji fuq ċerti tipi ta' video monitors li għalihom id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jiġu sospiżi kompletament sal-31 ta' Diċembru 2006. - Il-kuntest ġenerali Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġija u ta' l-isfidi fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' prodotti ġodda fil-qasam ta' l-elettronika, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 493/2005 tas-16 ta' Marzu 2005 li jemenda Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ġie adottat u ssospenda kompletament, għal perjodu limitat, id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għall- monitors li jużaw it-teknoloġija tal-kristalli likwidi, b'tul djagonali ta’ l-iskrin ta' 48,5 ċm jew anqas u aspett ta' proporzjon ta' l-iskrin (ta' 4:3 jew 5:4 u li jikklassifikaw taħt il-Kodiċi NM 8528 21 90. Din il-miżura tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix li jtawwalha. Il-kwistjoni dwar jekk is-sospensjoni fuq it-tariffi tiġix imtawwla jew le ġiet diskussa fit-18 ta' Mejju 2006 mill-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar l-Unjoni Doganali (CCT). Wara d-diskussjonijiet ma' l-istati membri u l-industrija Ewropea rappreżentata mill-EICTA, ġie konkluż li t-titwil għal sentejn oħra tas-sospensjoni awtonoma li hemm bħalissa fuq id-dazji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007 huwa xieraq. Għandu jiġi nnutat li bħala riżultat ta' l-emendi għan-nomenklatura mehmuża bħala anness mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija aċċettati skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tas-26 ta' Ġunju 2004 u t-traspożiszzjoini ta' NM fil-prodotti ta' SA 2007 il-prodotti li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċi NM 8528 21 90 mill-1 ta' Jannar 2007 sejrin jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 8528 59 90 tan-Nomenklatura Magħquda. Għalhekk huwa neċessarju wkoll li jiġi emendat il-kodiċi NM. Għalhekk, il-Kummissjoni qegħda tressaq il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2005 tas-16 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar id-Dwana Komuni. Dan ir-regolament tal-Kunsill jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006. - Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Skond il-politiki tal-kummerċ estern u ta' l-industrija. 2) konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-Evalwazzjoni ta' l-impatt - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar l-Unjoni Doganali (CCT). It-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatistika (Settur Mekkaniku/Varjat) tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana. L-EICTA (L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tagħrif, il-Komunikazzjonijiet u l-Konsumaturi ta' l-Industrija tat-Teknoloġija Elettronika). Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-proposta hija skond l-opinjonijiet espressi mill-partijiet interessati. - Ġbir u użu ta' għarfien espert Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Politika dwar in-nomenklatura doganali, negozju estern u l-industrija Il-metodoloġija użata Laqgħat ma' esperti li jirrapreżentaw l-Istati Membri. Konsultazzjonijiet ma' l-EICTA. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar l-Unjoni Doganali (CCT), it-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatistika tal-Kodiċi tad-Dwana u l-EICTA. Sommarju tal-pariri li ngħataw u li ntużaw Huwa għar-raġunijiet ta' benefiċċju għall-konsumatur u sabiex jiġi promoss in-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fl-interess tal-Komunità biex itawlu s-sospensjoni fuq bażi awtonoma li hemm bħalissa għad-dazji fuq ċerti tipi ta' video monitors għal sentejn oħra li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007. Il-mezzi użati biex il-pariri ta' l-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku Pubblikazzjoni tal-Proposta. - L-evalwazzjoni ta' l-impatt Tħaffif fil-Kummerċ 3) Elementi legali tal-proposta - Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. - Il-bażi legali Art 26 tat-Trattat. - Il-Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma japplikax. - Il-Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Kif previst fit-Trattat tippromwovi n-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi u tibbilanċja l-interess kummerċjali ta' operaraturi ekonomiċi (manifatturi fil-Komunità u l-importaturi) mingħajr ma tibdel l-iskeda tal-KE u l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ - Għażla ta’ strumenti Strumenti proposti: Regolament tal-Kunsill. Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE sospensjonijiet awtonomi ta' tariffi u kwoti jiġu approvati mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. 4) Dazji tad-dwana mhux miġbura fil-firxa ta' 300 MEURO Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fin-Nomenklatura Magħquda stipulata f'Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[1], u l-kodiċi NM għall -monitors huma 8471 u 8528. (2) Għall-klassifikazzjoni tal- monitors barra mill-kodiċi NM 8528, għandhom jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Il-konverġenza tat-teknoloġija ta' l-informatika l-industriji elettroniċi tal-konsumatur u t-teknoloġiji ġodda ħolqu sitwazzjoni fejn mhux possibbli, meta jiġu klassifikati l- monitors , biex jiddeterminaw, b'referenza għal karatteristiċi tekniċi sempliċi, l-għan prinċipali ta' monitor partikolari. Mhuwiex fattibbli li jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-klassifikazzjoni tal-prodotti bbażati fuq data oġġettiva u kwantifikabbli. (3) Jekk tiġi meqjusa d- data tan-negozju u dik teknika, huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi kompletament, għal perjodu limitat, id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti tipi ta' monitors . (4) Għal dawk ir-raġunijiet, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 493/2005 tas-16 ta' Marzu 2005 li jemenda Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni[2] ssospenda kompletament, għal perjodu limitat, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana għall- monitors li jużaw it-teknoloġija tal-kristalli likwidi, b'tul djagonali ta’ l-iskrin ta' 48,5 ċm jew anqas u aspett ta' proporzjon ta' l-iskrin ta' 4:3 jew 5:4 u li jikklassifikaw taħt il-Kodiċi NM 8528 21 90. (5) Din il-miżura ta' sospensjoni introdotta mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006. (6) Fuq il-bażi ta' benefiċċju għall-konsumatur, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan il-Komunità u sabiex jiġi promoss in-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, huwa fl-interess tal-Komunità li ttawwal is-sospensjoni awtonoma li hemm bħalissa fuq id-dazji għal sentejn oħra li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007. (7) Bħala riżultat ta' l-emendi għan-nomenklatura mehmuża bħala Anness mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija aċċettati skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tas-26 ta' Ġunju 2004 u t-traspożizzjoni ta' NM fil-prodotti ta' SA 2007, taħt il-Kodiċi NM 8528 21 90 mill-1 ta' Jannar 2007, se jkunu klassifikati taħt il-Kodiċi NM 8528 59 90 tan-Nomenklatura Magħquda. (8) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. (9) Ladarba s-sospensjoni introdotta minn dan ir-Regolament ittawwal sospensjoni introdotta mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 li jiskadi sal-31 ta' Diċembru 2006 u ladarba mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jkun hemm interruzzjoni fit-trattament tat-tariffi għall- monitors koperti minn din is-sospensjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament u japplika mill-1 ta' Jannar 2007. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-test f'kolonna 3 għal kodiċi NM 8528 59 90 f'Kapitolu 85, Sezzjoni XVI tat-Tieni Parti, l-Iskeda tad-Dazji tad-Dwana, f'Annex 1 mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jinbidel b'dan li ġej: “14(*) ___________________ * Id-Dazju tad-dwana ġie sospiż fuq bażi awtonoma, sal-31 ta' Diċembru 2008, għall- monitors b'tul djagonali ta’ l-iskrin ta' 48,5 ċm jew anqas u aspett ta' proporzjon ta' l-iskrin ta' 4:3 jew 5:4 (Kodiċi TARIC 8528 59 90 30)." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI JKOLLHOM IMPATT FINANZJARJU ESKLUSSIVAMENT FUQ L-INTROJTU 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni 2. LINJI TAL-BAĠIT: Kapitolu u Artikolu: Kap. 12 art. 120 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta m'għandha l-ebda impatt finanzjarju X Il-proposta m'għandha l-ebda impatt fuq l-infiq, imma għandha impatt finanzjarju fuq l-introjtu – l-effett huwa kif ġej: Huwa diffiċli ħafna biex tagħmel stima tat-telf ta’ riżorsi proprji involut. L-istatistiċi preċiżi dwar importazzjonijiet ta' dan it-tip ta' prodotti mhumiex disponibbli minħabba li ħafna bħalissa qed jiġu kklassifikati ħażin f'intestaturi li huma soġġetti għal trattament ħieles mid-dazji. Fuq il-bażi ta' l-importazzjonijiet li saru fl-2005, il-massimu fit-telf ta' l-introjtu kien stmat għal 300 MEURO. (€ miljuni espressi sa ċifra deċimali waħda) Linja tal-baġit | Introjtu | bidu | [Sena n] | Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2007 | 300 | 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI Applikazzjoni tal-miżuri normali taħt il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. 5. RIMARKI OĦRA [1] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1). [2] ĠU L 82, 31.3.2005, p.1