52006PC0722

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0722 finali - COD 2006/0024 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.11.2006

KUMM(2006)722 finali

2006/0241(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ akkordju interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il- kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 tad-19 ta’ Lulju 1968 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma interni [3] . Ir-Regolament l-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KEE) Nru 1017/68 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tar-Regolament kkodifikat.

1017/68 (adattat)

2006/0241(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 71 u 83 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6]

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7]

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 tad-19 ta’ Lulju 1968 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma iinterni[8] ġie emendat kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

1017/68 Premessa (3)

(2) Regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi ta' l-ilma interni huma parti mill-politika tat-trasport komuni u tal-politika ekonomika ġenerali.

1017/68 Premessa (4)

(3) Ir-regoli tal-kompetizzjoni għal dawk is-setturi għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatturi distintivi tat-trasport.

1017/68 Premessa (5)

(4) Minħabba li r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport jidderogaw mir-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni, għandu jkun possibli għall-impriżi li jaċċertaw liema regoli japplikaw f'kull kas partikolari.

1017/68 Premessa (6)

(5) Is-sistema ta' regoli dwar il-kompetizzjoni għat-trasport, għandha tapplika ugwalment għall-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi minn ċerti agruppamenti ta' impriżi, kif ukoll għal ċerti operazzjonijiet konnessi mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq jew fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni jew mal-fornituri ta' servizzi anċillari għat-trasport.

1017/68 Premessa (7)

(6) Sabiex jiġi żgurat li n-negozju bejn l-Istati Membri ma jkunx affettwat jew il-kompetizzjoni ġewwa s-suq intern tiġi mfixkla, huwa meħtieġ li jiġi projbit fil-prinċipju għat-tliet modi ta' trasport speċifikati hawn fuq l-akkordji kollha bejn impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma bejn l-impriżi u l-eżempji kollha ta' abbuż ta' pożizzjoni dominanti ġewwa s-suq intern li jista' jkollhom dawk l-effetti.

1017/68 Premessa (8)

(7) Ċerti tipi ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport li l-fini jew l-effett tagħhom huwa biss li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq akkordji restrittivi peress illi dawn jikkontribwixxu sabiex itejbu l-produttivita. In vista ta' l-esperjenza wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni, jemenda l-lista ta' dawk it-tipi ta' akkordji.

1017/68 Premessa (9)

(8) Sabiex jingħata appoġġ għat-titjib fl-istruttura ta’ l-industrija tas-setturi tat-toroq u tal-passaġġi ta’ l-ilma interni, li xi drabi hija mferrxa iżżejjed , għandhom ikunu ukoll eżenti mill-projbizzjoni fuq l-akkordji restrittivi dawk l-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jipprovdu għall-ħolqien u l-operat ta' aggruppamenti ta' impriżi f'dawn iż-żewġ setturi ta' trasport li l-iskop tagħhom huwa li jkomplu x-xogħlijiet tat-trasport, inklużi l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi. Eżenzjoni ġenerali bħal din tista' tingħata biss bil-kondizzjoni li l-kapaċità tal-ġarr totali ta' gruppament ma teċċedix il-minimu stabbilit, u li l-kapaċità individwali ta' l-impriżi li jappartjenu għall-agruppament ma tkunx taqbeż ċerti limiti hekk stabiliti sabiex jiżguraw li l-ebda impriża waħedha ma tkun tista' żżomm pożizzjoni dominanti ġewwa l-agruppament. Il-Kummissjoni għandha, madanakollu, jkollha s-setgħa li tintervjeni jekk, f'każijiet speċifiċi, dawk l-akkordji jkollhom effetti inkompatibbli mal-kondizzjonijiet li taħthom akkordju restrittiv jista' jiġi rikonoxxut bħala legali, u għandu jikkostitwixxi abbuż ta' l-eżenzjoni. Madanakollu, l-fatt li agruppament ikollu kapaċità ta' ġarr totali akbar mill-massimu stabilit, jew li ma jkunx jista' jitlob l-eżenzjoni ġenerali minħabba l-kapaċità individwali ta' l-impriżi li jappartjenu lill-agruppament, m'għandux fih innifsu jipprevjeni dak l-agruppament milli jikkostitwixxi akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma legali jekk dan jissodisfa l-kondizzjonijiet relevanti imniżżla f'dan ir-Regolament.

1017/68 Premessa (14)

(9) Jiġi mill-impriżi nnifishom, fl-ewwel lok, li jaraw jekk l-effetti predominanti ta’ l-akkordji, tad-deċiżjonijiet jew tal-prattiċi miftiehma tagħhom humiex ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni jew il-benefiċċji ekonomiċi aċċettabbli bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjoni bħal din u li jiddeċiedu skond dan, fuq responsabbiltà tagħhom stess, dwar l-illegalità jew il-legalità ta' dawn l-akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma.

1017/68 Premessa (15)

(10) Għalhekk, l-impriżi għandhom jitħallew jikkonkludu jew iħaddmu akkordji mingħajr ma jiddikjarawhom. Dan jesponi dawn l-akkordji għar-riskju li jiġu dikjarati nulli b'effett retroattiv jekk jiġu eżeaminati wara kwerela jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, iżda ma jipprevjenix li dawn jiġu dikjarati retroattivament legali fil-kas ta' eżami sussegwenti bħal dan,

1017/68 (adattat)

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, japplikaw kemm għall-akkordji, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiċi miftiehma kollha li għandhom bħala l-fini jew l-effett tagħhom l-iffissar ta' rati u ta' kondizzjonijiet tat-trasport, il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-provvista tat-trasport, il-qsim ta' swieq ta' trasport, l-applikazzjoni ta' titjib tekniku jew kooperazzjoni teknika, jew l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' tagħmir tat-trasport jew provvisti meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport u huma meħtieġa għat-tħaddim konġunt ta’ servizzi minn agruppament fist-sens ta' l-Artikolu 3 ta' impriżi tat-trasport bit-triq jew fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, kif ukoll għall-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fuq is-suq tat-trasport. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi anċillari għat-trasport li għandhom xi finijiet jew effetti minn dawk imniżżla hawn fuq.

1017/68 Art. 3

1/2003 Art. 36 pt. 2

Artikolu 2

Eċċezzjoni għall-akkordji tekniċi

1. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandiex tapplika għal akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li l-fini jew l-effett tagħhom huwa li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika permess ta':

(a) l-istandardizzazjoni ta' apparat, provvisti tat-trasport, vetturi jew installazjonijiet fissi;

(b) l-iskambju jew il-qsim ta' servizzi tat-trasport, ta' ħaddiema, ta' apparat, ta' vetturi jew ta' installazjonijiet fissi, bl-iskop li joperaw servizzi tat-trasport;

(ċ) l-organizzazjoni u l-eżekuzzjoni ta' xogħolijiet ta' trasport suċċessivi, kumplimentari, sostituttivi jew magħquda, u l-iffissar u l-applikazzjoni ta' rati u kondizzjonijiet inklusivi għal dawk ix-xogħolijiet, li jinkludu rati kompetittivi speċjali;

(d) l-użu, għal vjaġġi permess ta' mod ta' trasport wieħed, tar-rotot li huma l-aktar razzjonali mill- punto di vista operattiv;

(e) il-koordinazzjoni ta' skedi tal-ħinijiet tat-trasport għall-konnessjoni tar-rotot;

(f) l-agruppament ta' konsenji individwali;

(g) l-istabbiliment ta' regoli uniformi dwar l-istruttura tat-tariffi u l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ir-regoli ma jistabbilixxux r-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport.

2. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tissottometti proposti lill-Kunsill bl-iskop li tiġi estiża jew imnaqqsa l-lista fil-paragrafu 1.

1017/68

1/2003 Art. 36 pt 3(a)

Artikolu 3

Eżenzjoni għal gruppi ta' impriżi ta' daqs żgħir u medju

1. Akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni f'dak l-Artikolu meta l-għan tagħhom huwa:

(a) il-kostituzzjoni u t-tħaddim ta' agruppamenti ta' impriżi tat-trasport bit-triq jew fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni bl-iskop li jitwettqu l-attivitajiet tat-trasport;

(b) l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat jew provvisti tat-trasport, meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport u jkunu meħtieġa għax-xogħlijiet konġunti ta' l-agruppamenti hawn fuq imsemmija;

dejjem sakemm il-kapaċità ta' ġarr totali ta' xi agruppament ma taqbiżx:

(i) 10 000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport bit-triq,;

(ii) 500000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport permess ta' passaġġi ta' l-ilma interni.

Il-kapaċità individwali ta' kull impriża li tappartjeni għal agruppament m'għandiex taqbeż l-1 000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport fuq it-triq jew il-50 000 tunellata metrika fil-kas tat-trasport fuq il-passaġġi ta' l-ilma intern.

1/2003 Art. 36 pt. 3(b)

2. Jekk l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma koperta mill-paragrafu 1 għandu, kull każ mogħti, effetti li huma inkompattibli mal-rekwisiti ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jistgħu jkunu rekwiżiti li jwaqqfu dawn l-effetti.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 1017/68 hu mħassar, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 13(3), li jibqa’ japplika għad-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1017/68 qabel l-1 ta’ Mejju 2004 sa d-data ta’ tmien ta’ dawk id - deċiżjonijiet.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

1017/68 Art. 30

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ, akkordji eżistenti

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

2003 Att ta' Adeżjoni (adattat)

2. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu jeżistu fid-data ta’ l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jew fid-data ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonka, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u li, minħabba l-adeżjoni, jaqgħu fi ħdan l-iskop ta’ l-Artikolu 81(1) jekk, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-adeżjoni, dawn ikunu emendati b’mod illi jsiru konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu ma japplikax għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li fid-data ta’ l-adeżjoni jkunu diga’ jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

1017/68

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Parti A

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 (ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, ta’ l-4.1.2003, p. 1) | (COD) Artikolu 36 biss |

Parti B

Atti li jemenda w li mhumiex imħassra

1972 Att ta’ Adeżjoni |

1979 Att ta’ Adeżjoni |

1994 Att ta’ Adeżjoni |

2004 Att ta’ Adeżjoni |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 1017/68 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 3 | Artikolu 2 |

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, (a) |

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, it-tieni inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, (b) |

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, (i) |

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, it-tieni inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, (ii) |

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, | Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(2) | Artikolu 3(2) |

- | Artikolu 4 |

Artikolu 30(1) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 5(2) |

Artikolu 31 | - |

- | Anness I |

- | Anness II |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni 2003.

[9] Ara l-Anness I.