OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IS-SERVIZZI FIS-SUQ INTERN
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell 16.11.2006 KUMM(2006) 718 finali 2004/0001 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għalDIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IS-SERVIZZI FIS-SUQ INTERN LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE 2004/0001(COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għalDIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IS-SERVIZZI FIS-SUQ INTERN (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Daħla Il-punt (c) tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE jistipola li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar it-tliet emendi proposti mill-Parlament tidher hawn taħt. 2. SFOND IL-PROPOSTA TRAżMESSA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL(DOKUMENT COM(2004)2 FINALI – 2004/0001(COD) FI: | 06.02.2004 | OPINJONI TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOċJALI EWROPEW MOGħTIJA FI: | 09.02.2005 | OPINJONI TAL-KUMITAT TAR-REġJUNI MOGħTIJA FI: | 29.09.2004 | OPINJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (L-EWWEL QARI) MOGħTIJA FI: | 16.02.2006 | PROPOSTA EMENDATA TRAżMESSA FI: | 06.04.2006 | POżIZZJONI KOMUNI ADOTTATA B'MAġġORANZA KWALIFIKATA FI: | 24.07.2006 | OPINJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (IT-TIENI QARI) MOGħTIJA FI: | 15.11.2006 | 3. L-GħAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li: - ittejjeb il-bażi għat- tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE; - tikseb Suq Intern ġenwin fis-servizzi bit-tneħħija ta' ostakli ġuridiċi u amministrattivi li jxekklu l-iżvilupp ta' l-attivitajiet tas-servizzi; issaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi bħala utenti tas-servizzi; - tistabbilixxi obbligi li jorbtu ġuridikament għal kooperazzjoni amministrattiva effikaċi bejn l-Istati Membri. 4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew Fit-tieni qari, il-Parlament adotta tliet emendi għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. Dawn jintroduċu tibdiliet għal ċerti aspetti tat-test li jirrigwardaw il-komitoloġija mingħajr ma jaffettwaw is-sustanza jew il-prinċipji tal-pożizzjoni komuni u l-proposta emendata tal-Kummissjoni. Wara l-kuntatti interistituzzjonali, il-Kummissjoni taċċetta dawn it-tliet emendi kollha . Dawn l-emendi huma kif ġej: Emenda 40, Artikolu 23(4) Assigurazzjoni u garanziji f'każ ta' responsabbiltà professjonali B'referenza għall-Artikolu 40(2a), din l-emenda tipprevedi proċedura regolatorja bl-iskrutinju, minflok proċedura regolatorja, għall-possibbiltà li jiġu stabbiliti kriterji komuni għad-definizzjoni ta' dak li hu xieraq fir-rigward tan-natura u d-daqs tar-riskju, għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni jew l-garanziji f'każ ta' responsabbiltà professjonali. Emenda 41 – Artikolu 36 Miżuri ta' implimentazzjoni B'referenza għall-Artikolu 40(2a), din l-emenda tipprevedi proċedura regolatorja bl-iskrutinju, minflok proċedura regolatorja, għall-ispeċifikazzjoni tal-limiti ta' żmien li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw f'ċerti każijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva. Emenda 42 – Artikolu 40(2a) Komitoloġija Din l-emenda żżid il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju mal-proċedura regolatorja u, b'referenza għall-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 36, hija l-bażi għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju f'dawn l-Artikoli. 5. Konklużjoni Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni hawnhekk qed temenda l-proposta tagħha kif jidher hawn fuq.