52006PC0702

Proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat-television li joriġinaw fil-Ġappun /* KUMM/2006/0702 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.11.2006

KUMM(2006) 702 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li temenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat-television li joriġinaw fil-Ġappun

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (“ir-Regolament bażiku”) u li jimmira li jinkludi s-sistemi ta’ kameras tat-television f’Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Dan l-anness fih lista ta’ sistemi ta’ kameras tat-television li, minkejja li jaqgħu fid-deskrizzjoni tal-prodott, ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi ta’ kameras għax-xandir u għalhekk iridu jiġu eżentati mid-dazju ta’ kontra d-dumping. |

120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. |

141 | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

219 | Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċediment diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Stima ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali ta’ l-impatt, iżda fih lista eżawrijenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jkunu vvalutati. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Kummissjoni rċeviet rikjesta minn produttur esportatur Ġappuniż ta’ sistemi ta’ kameras tat-television sabiex iżid mudell ta’ sistema ta’ kamera professjonali ma’ l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 u għalhekk teżentah mill-applikazzjoni tad-dazju. Dan il-mudell kien meqjus bħala sistema ta’ kamera professjonali li għandha tiġi eżentata mill-applikazzjoni tad-dazju. Għalhekk qiegħed jiġi propost li jiġi eżentat il-mudell esportat mill-Hitachi taħt l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u konsegwentement jiżdied ma’ l-Anness. Għalhekk qiegħed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta għal Regolament mehmuża. |

310 | Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Din il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

331 | Il-forma ta’ l-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq, u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjonijiet nazzjonali. |

332 | Mhijiex applikabbli l-indikazzjoni tal-mod kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi mminimizzat u jkun proporzjonali għall-għan tal-proposta. |

L-għażla ta’ l-istrument |

341 | L-istrument propost: regolament. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li temenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv ta’ kontra d- dumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat- television li joriġinaw fil-Ġappun

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1], (‘ir-Regolament bażiku’),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURI TA’ QABEL

(1) Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1015/94[2], impona dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat- television (‘TCS’) li joriġinaw fil-Ġappun

(2) F’Settembru 2000, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000[3] ikkonferma d-dazji defenittivi ta’ kontra d- dumping , imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (kif sussegwentament emendat) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3) Fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-ambitu tad-dazju ta’ kontra d- dumping , is-sistemi tal-kameras elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament (‘l-Anness’), li jirrappreżenta sistemi tal-kameras professjonali ta’ livell għoli li teknikament jaqgħu fis-sens tat-tifsira tal-prodott taħt l-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, iżda li ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi ta’ kameras tat- television .

(4) Il-Kummissjoni, permezz tan-notifika tad-29 ta’ Settembru 2005[4], tat bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li impona l-miżuri ta’ kontra d- dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta’ TCS li joriġinaw mill-Ġappun.

(5) Il-Kummissjoni permezz tan-notifika tat-18 ta’ Mejju 2006, nediet proċeduri ta’ kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijet ta’ ċertu sistemi ta’ kameras li joriġinaw mill-Ġappun skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Bil-ħsieb li l-ambitu tal-prodott ta’ dawn il-proċeduri jinkludu l-prodotti li huma soġġetti għall-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kummissjoni nediet ukoll permezz ta’ din in-notifika tat-18 ta’ Mejju 2006, reviżjoni, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, tal-miżuri eżistenti. L-investigazzjonijiet imsemmija fil-premessi (4) u (5) għadhom għaddejjin.

B. INVESTIGAZZJONI LI GĦANDHA X’TAQSAM MAL-MUDELLI GODDA TA’ SISTEMI TA’ KAMERAS PROFESSJONALI

1. Il-Proċedura

(6) Produttur esportatur wieħed Ġappuniż, Hitachi Denshi (Europa) GmbH (‘Hitachi’) informa lill-Kummissjoni li kien intenzjonat jintroduċi mudell ġdid ta’ sistemi tal-kameras professjonali fis-suq tal-Komunità u talab lill-Kummissjoni sabiex iżżid dan il-mudell ġdid ta’ sistema tal-kameras professjonali ma’ l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 u b’hekk teżentah mill-ambitu tad-dazji ta’ kontra d- dumping .

(7) Il-Kummissjoni infurmat b’dan lill-industrija tal-Komunità u tat bidu għal investigazzjoni limitata sabiex turi jekk il-prodott meqjus jaqax fl-ambitu tad-dazji ta’ kontra d- dumping u jekk il-parti operattiva tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 għandhiex tiġi emendata skond dan.

2. Mudell taħt investigazzjoni

(8) Ir-rikjesta għall-eżenzjoni waslet għal dan il-mudell ta’ sistema tal-kameras li ġej u kien fornit bit-tagħrif tekniku rilevanti:

Hitachi:

- Camera head V-35W.

Dan il-mudell kien ippreżentat bħala mudell suċċessur li huwa diġà eżentat V-35 camera head .

3. Sejbiet

(9) Il- camera head V-35W jaqa’ fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott ta’ l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000. Madanakollu, kif ġara bil-mudell predeċessur tiegħu, jintuża prinċipalment fl-applikazzjonijiet professjonali u ma jinbiegħx mas-sistema triax korrispondenti jew adaptor fis-suq tal-KE.

(10) Għalhekk, ġie konkluż li għandu jitqies bħala sistema tal-kamera professjonali fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. B’riżultat ta’ dan, għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżuri eżistenti ta’ kontra d- dumping u jiżdied ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000.

(11) Skond il-prassi stabbilita ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-mudell il-ġdid għandu jiġi eżentat mid-dazju ta’ kontra d- dumping mid-data li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni rċevew it-talba rilevanti għall-eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-kameras li ġejjin importati fil-11 ta’ April 2006 jew wara għandhom jiġu eżentati mid-dazju ta’ kontra d- dumping minn din id-data:

Hitachi:

- Camera head V-35W

4. Tagħrif tal-partijiet interessati u konklużjonijiet

(12) Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija tal-Komunità u l-esportatur produttur tat-TCS bis-sejbiet tagħha u pprovdiethom b’opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. L-ebda waħda mill-partijiet ma oġġezzjonat għas-sejbiet tal-Kummissjoni.

(13) Fid-dawl ta’ dak li jisemma hawn fuq, qiegħed jiġi propost li jiġi emendat l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2042/2000 kif jixraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 se jinbidel bl-Anness ta’ hawnhekk.

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-mudell li ġej, prodott u esportat lejn il-Komunità minn dan il-produttur esportatur:

Hitachi mill-11 ta’ April 2006

- Camera head V-35W.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Lista ta’ sistemi tal-kameras professjonali li mhumiex kwalifikati bħala sistemi tal-kameras professjonali (sistemi tal-kameras tax-xandir), li huma eżentati mill-miżuri

Isem il-kumpanija | Camera heads | Viewfinder | Unità tal-kontroll tal-kamera | Unità operazzjonali tal-kontroll | Unità prinċipali tal-kontroll - Master control unit | Adapters tal-kamera |

Sony | DXC-M7PK DXC-M7P DXC-M7PH DXC-M7PK/1 DXC-M7P/1 DXC-M7PH/1 DXC-327PK DXC-327PL DXC-327PH DXC-327APK DXC-327APL DXC-327AH DXC-537PK DXC-537PL DXC-537PH DXC-537APK DXC-537APL DXC-537APH EVW-537PK EVW-327PK DXC-637P DXC-637PK | DXF-3000CE DXF-325CE DXF-501CE DXF-M3CE DXF-M7CE DXF-40CE DXF-40ACE DXF-50CE DXF-601CE DXF-40BCE DXF-50BCE DXF-701CE DXF-WSCE(1) DXF-801CE(1) HDVF-C30W | CCU-M3P CCU-M5P CCU-M7P CUU-M5AP(1) | RM-M7G RM-M7E(1) | __ | CA-325P CA-325AP CA-325B CA-327P CA-537P CA-511 CA-512P CA-513 VCT-U14(1) |

DXC-637PL DXC-637PH PVW-637PK PVW-637PL DXC-D30PF DXC-D30PK DXC-D30PL DXC-D30PH DSR-130PF DSR-130PK DSR-130PL PVW-D30PF PVW-D30PK PVW-D30PL DXC-327BPF DXC-327BPK DXC-327BPL DXC-327BPH DXC-D30WSP(1) DXC-D35PH(1) DXC-D35PL(1) DXC-D35PK(1) DXC-D35WSPL(1) DSR-135PL(1) |

Ikegami | HC-340 HC-300 HC-230 HC-240 HC-210 HC-390 LK-33 HDL-30MA HDL-37 HC-400(1) HC-400W(1) HDL-37E HDL-10 HDL-40 HC-500(1) HC-500W(1) | VF15-21/22 VF-4523 VF15-39 VF15-46(1) VF5040(1) VF5040W(1) | MA-200/230 MA-200A(1) MA-400(1) CCU-37 CCU-10 | RCU-240 RCU-390(1) RCU-400(1) RCU-240A | __ | CA-340 CA-300 CA-230 CA-390 CA-400(1) CA-450(1) |

Hitachi | SK-H5 SK-H501 DK-7700 DK-7700SX HV-C10 HV-C11 HV-C10F Z-ONE (L) Z-ONE (H) Z-ONE Z-ONE A (L) Z-ONE A (H) Z-ONE A (F) Z-ONE A Z-ONE B (L) Z-ONE B (H) Z-ONE B (F) Z-ONE B Z-ONE B (M) Z-ONE B (R) FP-C10 (B) FP-C10 (C) FP-C10 (D) FP-C10 (G) FP-C10 (L) FP-C10 (R) FP- C10 (S) FP-C10 (V) FP-C10 (F) FP-C10 FP-C10 A FP-C10 A (A) FP-C10 A (B) FP-C10 A (C) FP-C10 A (D) FP-C10 A (F) FP-C10 A (G) FP-C10 A (H) FP-C10 A (L) FP-C10 A (R) FP-C10 A (S) FP-C10 A (T) FP-C10 A (V) FP-C10 A (W) Z-ONE C (M) Z-ONE C (R) Z-ONE C (F) Z-ONE C HV-C20 HV-C20M Z-ONE-D Z-ONE-D (A) Z-ONE-D (B) Z-ONE-D (C) Z-ONE.DA(1) V-21(1) V-21W(1) V-35(1) DK-H31(1) V-35W(1) | GM-5 (A) GM-5-R2 (A) GM-5-R2 GM-50 GM-8A(1) GM-9(1) GM-51(1) | RU-C1 (B) RU-C1 (D) RU-C1 RU-C1-S5 RU-C10 (B) RU-C10 (C) RC-C1 RC-C10 RU-C10 RU-Z1 (B) RU-Z1 (C) RU-Z1 RC-C11 RU-Z2 RC-Z1 RC-Z11 RC-Z2 RC-Z21 RC-Z2A(1) RC-Z21A(1) RU-Z3(1) RC-Z3(1) RU-Z35(1) RU-3300N(1) | __ | __ | CA-Z1 CA-Z2 CA-Z1SJ CA-Z1SP CA-Z1M CA-Z1M2 CA-Z1HB CA-C10 CA-C10SP CA-C10SJA CA-C10M CA-C10B CA-Z1A(1) CA-Z31(1) CA-Z32(1) CA-ZD1(1) CA-Z35(1) EA-Z35(1) |

Matsushita | WV-F700 WV-F700A WV-F700SHE WV-F700ASHE WV-F700BHE WV-F700ABHE WV-F700MHE WV-F350 WV-F350HE WV-F350E WV-F350AE WV-F350DE WV-F350ADE WV-F500HE (*) WV-F-565HE AW-F575HE AW-E600 AW-E800 AW-E800A AW-E650 AW-E655 AW-E750 AW-E860L AK-HC910L AK-HC1500G | WV-VF65BE WV-VF40E WV-VF39E WV-VF65BE (*) WV-VF40E (*) WV-VF42E WV-VF65B AW-VF80 | WV-RC700/B WV-RC700/G WV-RC700A/B WV-RC700A/G WV-RC36/B WV-RC36/G WV-RC37/B WV-RC37/G WV-CB700E WV-CB700AE WV-CB700E (*) WV-CB700AE (*) WV-RC700/B (*) WV-RC700/G (*) WV-RC700A/B (*) WV-RC700A/G (*) WV-RC550/G WV-RC550/B WV-RC700A WV-CB700A WV-RC550 WV-CB550 AW-RP501 AW-RP505 AK-HRP900 AK-HRP150 | __ | __ | WV-AD700SE WV-AD700ASE WV-AD700ME WV-AD250E WV-AD500E (*) AW-AD500AE AW-AD700BSE |

JVC | KY-35E KY-27ECH KY-19ECH KY-17FITECH KY-17BECH KY-F30FITE KY-F30BE KY-F560E KY-27CECH KH-100U KY-D29ECH KY-D29WECH(1) | VF-P315E VF-P550E VF-P10E VP-P115E VF-P400E VP-P550BE VF-P116E VF-P116WE(1) VF-P550WE(1) | RM-P350EG RM-P200EG RM-P300EG RM-LP80E RM-LP821E RM-LP35U RM-LP37U RM-P270EG RM-P210E | __ | __ | KA-35E KA-B35U KA-M35U KA-P35U KA-27E KA-20E KA-P27U KA-P20U KA-B27E KA-B20E KA-M20E KA-M27E |

Olympus | MAJ-387N MAJ-387I | OTV-SX 2 OTV-S5 OTV-S6 |

Camera OTV-SX |

(*)Imsejħa wkoll master set up unit (MSU) jew master control panel (MCP). (1) Mudelli eżentati bil-kondizzjoni li s-sistema tat-triax jew l-adapter tat-triax korrispondenti ma jinbigħux fis-suq tal-KE. |

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[2] ĠU L 111, 30.4.1994, p. 106. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1754/2004 (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 1).

[3] ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2005 (ĠU L 231, 8.9.2005, p. 1).

[4] ĠU C 239, 29.9.2005, p. 9.