52006PC0692

Proposta modifikata għal direttiva tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi (Verżjoni kkodifikata)


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.11.2006

KUMM(2006) 692 finali

2003/0099 (COD)

Proposta modifikata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi (Verżjoni kkodifikata)

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fit-12 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi [1].

2. Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2003, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Ġuridiċi, imwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta fuq imsemmija tabilħaqq tillimita ruħha għal sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdil sostanzjali fl-atti koperti minnha.

3. Fid-dawl tat-tibdil il-ġdid[3] li sar lill-proposta inizjali msemmija fil-punt 1, il Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE- proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva kkonċernata.

Din il-proposta emendata tqis ukoll l-emendi purament formali jew editorjali proposti mill- Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, fejn dawn huma kkunsidrati ġustifikati[4].

4. Meta mqabbla mal-proposta inizjali, l-emendi magħmula f’din il-proposta huma dawn li ġejjin:

(1) Fl-artikolu 10, il-kliem “fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil -Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea” huma mibdula bil-kliem “fl-1 ta’ Diċembru 2007”.

(2) Fil-punt 1 ta’ l-Anness I, ir-referenza għad-Direttiva 84/450/KE hi mibdula mir-referenza għad-Direttiva 2005/29/KE. Għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni kronoloġika, dan il-punt isir il-punt 12. Minħabba f’dan it-tibdil, in-numerazzjoni tad-Direttivi ġiet adattata.

(3) Fl-Anness I, il-punt 7 hu mibdul b' li ġej:

Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 19), emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(4) Fl-Anness I, il-punt 10 hu mibdul b' li ġej:

Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem: Artikoli 86 sa 100 (ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67). Kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L136, 30.4.2004, p. 34).

(5) Fl-Anness I, il-punt 11 hu mibdul b' li ġej:

Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji tal-konsumatur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16 kif emendata mid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(6) In-nota tal-qiegħ 9 hi mibdula bit-test li ġej:

“Id-Direttivi msemmija fil-punti 5, 7, 10 u 12 jinkludu dispoizzjonijiet speċifiċi dwar l-inġunzjonijiet”.

5. Fl-Anness II, it-taqsimiet A u B ġew aġġornati skond it-tibdil imsemmi hawn fuq.

6. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż.

98/27/KE (adattat)

2003/0099 (COD)

Proposta modifikata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [5],

Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

98/27/KE Premessa (1)

(2) Ċerti Direttivi, elenkati fl-iskeda ta' l-Aness I ma' din id-Direttiva, jistipulaw regoli rigward il-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi.

98/27/KE Premessa (2)

(3) Il-mekkaniżmi kurrenti disponibbli sew fil-livell nazzjonali u sew f'dak tal-Komunità li jintużaw biex jiżguraw il-konformità ma' dawk id-Direttivi mhux dejjem jippermettu li ksur ta' liġijiet li jagħmlu l-ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi jitwaqqfu f'waqthom. L-interessi kollettivi ifissru interessi li ma jinkludux l-akkumulazzjoni ta' interessi ta' individwi li ġralhom xi ħsara minħabba ksur ta' liġi. Din hija mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet individwali li jsiru minn individwi li ġralhom il-ħsara minħabba ksur ta' liġi.

98/27/KE Premessa (3)

(4) Safejn hu konċernat l-għan li jġib it-twaqqif ta' prattiċi li huma kontra l-liġi fid-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, l-effettività ta' miżuri nazzjonali li jieħdu post id-Direttivi ta' hawn fuq li jinkludu miżuri protettivi li jmorru 'l hinn mill-livell meħtieġ minn dawk id-Direttivi, sakemm huma kompatibbli mat-Trattat u permessi minn dawk id-Direttivi, jistgħu ma jitħallewx isiru fejn dawk il-prattiċi jipproduċu effetti fi Stat Membru altru minn dak li oriġinaw fih.

98/27/KE Premessa (4)

(5) Dawk id-diffikultajiet jistgħu jfixklu l-ħidma tajba tas-suq intern, il-konsekwenza tagħhom tkun li huwa biżżejjed li s-sors ta' prattika kontra l-liġi titressaq għal pajjiż ieħor sabiex titqiegħed 'il bogħod minn kull forma ta' inforzament. Din tikkostitwixxi tfixkil ta' kompetizzjoni.

98/27/KE Premessa (5)

(6) Dawk id-diffikultajiet x'aktarx inaqqsu l-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern u jistgħu jillimitaw l-iskop għall-azzjoni minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jew korpi pubbliċi indipendenti responsabbli biex jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, li jkunu affetwati ħażin mill-prattiċi li jiksru l-liġi tal-Komunità.

98/27/KE Premessa (6)

(7) Dawk il-prattiċi ħafna drabi jestendu 'l hinn mill-fruntieri bejn l-Istati Membri. Hemm bżonn urġenti għal ċertu grad ta' approssimazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ddisinjati sabiex jiġi ordnat it-twaqqif tal-prattiċi kontra l-liġi msemmijin hawn fuq irrispettivament mill-pajjiż li fih il-prattika kontra l-liġi produċiet l-effetti tagħha. Rigward il-ġurisdizzjoni, din hija mingħajr preġudizzju lir-regoli tal-liġi privata internazzjonali u l-Konvenzjonijiet fis-seħħ bejn l-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw l-obbligi ġenerali ta' l-Istati Membri li joħorġu mit-Trattat, b'mod partikolari dawk relatati mal-ħidma tajba tas-suq intern.

98/27/KE Premessa (7)

(8) L-għanijiet ta' l-azzjoni ppreveduta jistgħu jinkisbu biss mill-Komunità. Huwa b'hekk id-dmir tal-Komunità li taġixxi.

98/27/KE Premessa (8) (adattat)

(9) It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat jqiegħed responsabbilita fuq il-Komunità li ma tmurx 'il hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat. F'konformità ma' dak l-Artikolu, il-fatturi speċifiċi tas-sistemi legali nazzjonali għandhom jingħataw każ għal kull estent possibbli billi l-Istati Membri jitħallew ħielsa sabiex jagħżlu l-għażliet differenti li għandhom effett ekwivalenti. Il-qrati jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti biex jirregolaw il-proċeduri li ssir riferenza għalihom f’din id-Direttiva għandhom ikollhom id-dritt li jeżaminaw l-effetti tad-deċiżjonijiet li ttieħdu qabel.

98/27/KE Premessa (9)

(10) Għażla waħda għandha tikkonsisti fil-ħtieġa li korp pubbliku indipendenti jew aktar, responsabbli speċifikament għall-protezzjoni ta' l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, sabiex jeżerċita d-drittijiet ta' azzjonijiet ippreżentati f'din id-Direttiva. Għażla oħra għandha tipprovdi għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet minn organizzazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumatur, f'konformità mal-kriterji stipulati mil-liġi nazzjonali.

98/27/KE Premessa (10)

(11) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bejn jew jikkombinaw dawn iż-żewġ għażliet meta jinnominaw il-korpi u/jew organizzazzjonjijiet ikkwalifikati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva fil-livell nazzjonali.

98/27/KE Premessa (11)

(12) Għall-għanijiet ta' ksur ta' liġi fil-Komunità tal-prinċipju ta' għarfien mutwali għandhom japplikaw lill-dawk il-korpi u/jew organizzazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom, fuq talba ta' l-entitajiet nazzjonali tagħhom, jibgħatu lill-Kummissjoni l-isem u għan ta' l-entitajiet nazzjonali tagħhom li huma kwalifikati li jieħdu azzjoni f'pajjiżhom stess skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

98/27/KE Premessa (12)

(13) Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-pubblikazzjoni ta' lista ta' dawn l-entitajiet kwalifikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Sakemm tkun ippublikata stqarrija għall-kuntrarju, entità kwalifikata tkun preżunta li għandha kapaċità legali jekk isimha tidher f'dik il-lista.

98/27/KE Premessa (13)

(14) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li ssir konsultazzjoni minn qabel mill-parti li għandha l-ħsieb li tieħu azzjoni għal inġunzjoni, sabiex jagħtu lill-akkużat opportunità li jwaqqaf il-ksur tal-liġi kontestata. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li din il-konsultazzjoni minn qabel issir flimkien ma' korp pubbliku indipendenti maħtur minn dawk l-Istati Membri.

98/27/KE Premessa (14)

(15) Meta l-Istati Membri jkunu stabbilew li għandu jkun hemm konsultazzjoni minn qabel, għandu jiġi stabbilit perjodu ta' żmien ta' ġimgħatejn wara li tkun riċevuta t-talba għall-konsultazzjoni li, jekk ma jinkisibx it-twaqqif tal-ksur tal-liġi, l-applikant għandu jkun intitolat li jġib azzjoni quddiem il-qorti jew awtorità amminstrattiva kompetenti mingħajr ebda dewmien żejjed.

98/27/KE Premessa (15)

(16) Huwa xieraq li r-rapport tal-Kummissjoni fuq il-ħidma ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari dwar l-iskop u l-ħidma tal-konsultazzjoni minn qabel tagħha.

98/27/KE Premessa (16)

(17) L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni.

(18) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

98/27/KE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati ma' azzjonijiet għal inġunzjoni li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 2 immirata lejn il-protezzjoni ta' l-interessi kollettivi tal-konsumaturi inklużi fid-Direttivi elenkati fl-Anness I, bil-għan li tkun żgurata l-ħidma t-tajba tas-suq intern.

2. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, ksur għandu jfisser kull att kuntrarju tad-Direttivi elenkati fl-Anness I li jinbidlu bl-ordni legali interna ta' l-Istati Membri li jagħmlu l-ħsara lill-interessi kollettivi li saret riferenza għalihom fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

Azzjonijiet għal inġunzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-qrati jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti li jirregolaw l-proċeduri li jinbdew minn entitajiet kwalifikati fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3 li jfittex:

(a) ordni bl-għaġġla kollha xierqa, fejn xieraq b'mod ta' proċedura sommarja, li teħtieġ il-waqfien jew projbizzjoni ta' kull ksur;

(b) fejn xieraq, miżuri bħalma huma l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, kollha kemm hi jew parti minnha, fit-tali forma li tinftiehem li hi adekwata u/jew il-pubblikazzjoni ta' stqarrija korrettiva bil-għan li jiġu eleminati l-effetti kontinwi tal-ksur;

(ċ) safejn tippermetti din is-sistema legali ta' l-Istat Membru konċernat, ordni kontra l-akkużat tellifi għall-ħlasijiet għal ġewwa l-erarju pubbliku jew għal kull benefikant nominat fil- jew skond il-leġislazzjoni nazzjonali, fl-eventwalità ta' nuqqas li jikkonforma mad-deċiżjoni f'limitu ta' żmien speċifikat mill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi, ta' ammont fiss għal kull ġurnata ta' dewmien jew kull ammont ieħor li hemm provdut għalih fil-leġislazzjoni nazzjonali bil-għan li tkun żgurata l-konformità mad-deċiżjonijiet.

2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi privata internazzjonali, b'rispett għall-liġi applikabbli, b'hekk normalment twassal għall-applikazzjoni jew tal-liġi ta' l-Istat Membru fejn oriġina l-ksur jew il-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-ksur ikun ħalla l-effetti tiegħu.

Artikolu 3

Entitajiet kwalifikati sabiex jieħdu azzjoni

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, «entità kwalifikata» tfisser kull korp jew organizzazzjoni li, filwaqt li huwa kostitwit sew skond il-liġi ta' Stat Membru, għandu interess leġittimu li jiżgura li d-dispożizzjonijiet li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1 ikunu f'konformità, b'mod partikolari:

(a) korp jew aktar indipendenti, speċifikament responsabbli biex jipproteġġi l-interessi li saret riferenza għalhom fl-Artikou 1, fl-Istati Membri fejn jeżistu dawn il-korpi u/jew

(b) organizzazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jipproteġu l-interessi li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1, b'konformità mal-kriterji stipulati mill-liġi nazzjonali tagħhom.

98/27/KE (adattat)

Artikolu 4

Ksur intra-Komunitarju

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li, fl-eventwalità ta' ksur li joriġina f'dak l-Istat Membru, kull entità kwalifikata minn Stat Membru ieħor fejn l-interessi protetti minn dik l-entità kwalifikata huma effettwati mill-ksur, jista' jġib quddiem l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li saret riferenza għaliha fl-Artikolu 2, bi presentazzjoni tal-lista li hemm provdut għaliha fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu . Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw din il-lista bħala prova tal-kapaċità legali ta' l-entità kwalifikata mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jeżaminaw jekk l-għan ta' l-entità kwalifikata jiġġustifikax il-fatt li qed tieħu azzjoni f'każ speċifiku.

2. Għall-għanijiet tal-ksur ta' liġi intra-Komunitarja, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija lill-entitajiet oħra fil-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom, fuq talba ta' l-entitajiet kwalifikati tagħhom, jikkommunikaw mal-Kummissjoni li dawk l-entitajiet huma kwalifikati li jieħdu azzjoni skond l-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-għan ta' dawn l-entitajiet kwalifikati.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista ta' l-entitajiet kwalifikati li saret riferenza għalihom fil-paragrafu 2, bl-ispeċifikazzjoni ta' l-għan tagħhom. Din il-lista għandha tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ; tibdiliet lil din il-lista għandhom ikunu pubblikati mingħajr dewmien, u l-lista aġġornata għandha tkun ippubblikata kull sitt xhur.

98/27/KE

Artikolu 5

Konsultazzjoni minn qabel.

1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet li bihom il-parti li tixtieq tfittex inġunzjoni tista' tibda din il-proċedura biss wara li tkun ipprovat tikseb il-waqfien tal-ksur f'konsultazzjoni jew ma' l-akkużat jew sew ma' l-akkużat u ma' entità kwalifikata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(a) ta' l-Istat Membru li fih hija mfittxija l-inġunzjoni. Għandu jitħalla għall-Istati Membri li jiddeċidu jekk il-parti li qiegħdha tfittex l-inġunzjoni għandhiex tikkonsulta l-entità kwalifikata. Jekk il-waqfien tal-ksur ma jinkisibx fi żmien ġimgħatejn wara li tkun riċevuta t-talba għall-konsultazzjoni, il-parti konċernata tista' ġġib azzjoni għall-inġunzjoni mingħajr ebda dewmien aktar.

2. Ir-regoli li jirregolaw il-konsultazzjoni minn qabel adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu innotifikati lill-Kummissjoni u għandhom ikunu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

98/27/KE (adattat)

Artikolu 6

Rapporti

1. Kull tlett snin u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-21 ta’ Lulju 2003 , l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2. Fl-ewwel rapport tagħha l-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari:

(a) l-iskop ta' din id-Direttiva f'relazzjoni mal-protezzjoni ta' l-interessi kollettivi ta' persuni li jeżerċitaw attività kummerċjali, industrijali, sengħa jew professjonali;

(b) l-iskop ta' din id-Direttiva kif inhu determinat mid-Direttivi elenkati fl-Anness I;

(ċ) jekk il-konsultazzjoni minn qabel fl-Artikolu 5 ikkontribwixxiet għall-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi.

Fejn xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti bil-għan li tkun emendata din id-Direttiva.

98/27/KE

Artikolu 7

Dispożizzjoni għal azzjoni aktar wiesgħa

Din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet iddisinjati li jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew kull persuna oħra konċernata aktar drittijiet estensivi biex iġibu l-azzjoni f'livell nazzjonali.

98/27/KE (adattat)

Artikolu 8

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 9

Tħassir

Id-Direttiva 98/27/KE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

98/27/KE Art. 9 (adattat)

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl- 12 ta’ Diċembru 2007 .

98/27/KE Art. 10

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

98/27/KE L-Anness

ANNESS I

LISTA TAD-DIRETTIVI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 1[9]

98/27/KE (adattat)

1. Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 31).

2. Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kreditu lill- konsumatur (ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 48), emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, ta' l-1.4.1998, p. 17).

3. Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil- liġi, b’ regolament jew b’ azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni : L-Artikoli 10 sa 21 (ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23) emendat mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).

4. Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59).

98/27/KE L-Anness pt. 7 (adattat)

5. Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f’ kuntratti mal- konsumatur (ĠU L 95, tal-21.4.1993, p. 29).

98/27/KE L-Anness pt. 8 (adattat)

6. Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti aspetti tal- kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta' timeshare (ĠU L 280, tad-29.10.1994, p. 83).

98/27/KE L-Anness pt. 9 (adattat)

7. Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 19) , emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

1999/44/KE Art. 10 (adattat)

8. Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, tas-7.7.1999, p. 12).

2000/31/KE Art. 18(2)

9. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1).

98/27/KE (adattat)

10. Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem: Artikoli 86 sa 100 (ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67). Kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L136, 30.4.2004, p. 34). »

2002/65/KE Art. 19 (adattat)

11. Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji tal-konsumatur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002Ö , p. 16 kif emendata mid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22). »

2005/29/KE Art. 16(1) (adattat)

12. Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ( ĠU-L-149, 11.6.2005, p. 22).

ANNESS II

Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva 98/27/KE Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 51) |

Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, tas-7.7.1999, p. 12) | biss fir-rigward ta’ l-Artikolu 10 tiegħu |

Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1) | biss fir-rigward ta’ l-Artikolu 18(2) |

Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16) | biss fir-rigward ta’ l-Artikolu 19 tiegħu |

Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, tad-11.6.2005, p. 22) | biss fir-rigward ta’ l-Artikolu 16(1) |

Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Limitu ta’ żmien għat-applicazzjoni |

Direttiva 98/27/KE | L-1 ta’ Jannar 2001 | - |

Direttiva 1999/44/KE | L-1 ta’ Jannar 2002 | - |

Direttiva 2000/31/KE | Is-17 ta’ Jannar 2002 | - |

Direttiva 2002/65/KE | Id-9 ta’ Jannar 2004 | - |

Direttiva 2005/29/KE | 12 ta’ Ġunju 2007 | 12 ta’ Diċembru 2007 |

_____________

ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 98/27/EEK | Din id-Direttiva |

Artikoli 1-5 | Artikoli 1-5 |

Artikolu 6(1) | Artikolu 6(1) |

Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (a) |

Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (b) |

Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, il-punt (ċ) |

Artikolu 6(2) it-tieni sub-paragrafu | Artikolu 6(2) it-tieni sub-paragrafu |

Artikolu 7 | Artikolu 7 |

Artikolu 8(1) | ___ |

Artikolu 8(2) | Artikolu 8 |

___ | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Anness | Anness I |

___ | Anness II |

___ | Anness III |

_____________

[1] COM(2003) 241 finali, 12.5.2003.

[2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

[3] Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

[4] Opinjoni mibgħuta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fl-10 ta’ Lulju 2003.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, tad-11.6.2005, p. 22).

[8] Ara l-Anness II, Parti A.

[9] Direttivi Nri 5, 7, 10 u 12 jikkontjenu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar inġunzjonijiet.